|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1595 |
6.6.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1595
tal-5 ta’ Ġunju 2024
li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (UE) 2023/1783 fir-rigward tad-dispożizzjoni tranżizzjonali dwar l-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal ċerti sustanzi attivi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b), u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjonijiet bil-lingwa Ċeka, Ġermaniża, Spanjola u Taljana tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1783 (2) fihom żball fl-Artikolu 2 fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi f’ċerti prodotti u fuqhom, li għalihom tapplika d-dispożizzjoni tranżizzjonali f’dak l-Artikolu. |
|
(2) |
Il-premessa 10 tar-Regolament (UE) 2023/1783 tistabbilixxi r-raġunijiet għad-dispożizzjoni tranżizzjonali fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. Il-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża u Spanjola ta’ dik il-premessa fihom l-istess żball bħal fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2023/1783. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-verżjonijiet bil-lingwa Ċeka, Ġermaniża, Spanjola u Taljana tar-Regolament (UE) 2023/1783 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li ngħataw qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1783, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1783 tal-15 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwi għall-benżoat tad-denatonju, id-djuron, l-etossażol, il-metomil u t-teflubenżuron f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 229, 18.9.2023, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1783/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1595/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)