|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5680 |
20.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11708 – SAGITTA / RDE GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5680)
1.
Fit-12 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sagitta SGR S.p.A. (“Sagitta”, l-Italja), ikkontrollata minn TDR Capital LLP, (ir-Renju Unit), |
|
— |
de Eccher Holding S.r.l. (iktar ’il quddiem “RDE Group”, l-Italja). |
Sagitta se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ RDE Group kollu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Sagitta hija kumpanija tal-ġestjoni tal-assi, li topera fl-Italja fl-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi riżervati għal investituri professjonali. Sagitta hija parti minn Arrow Global, investitur u maniġer tal-assi, li tappartjeni għad-ditta ta’ ekwità privata TDR Capital LLP, |
|
— |
RDE Group huwa prinċipalment attiv fis-settur tal-kostruzzjoni madwar id-dinja, speċjalment fl-infrastruttura, il-kostruzzjoni tal-bini, u s-segmenti industrijali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11708 – SAGITTA / RDE GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/IL-BELĠJU |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (the “Merger Regulation”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5680/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)