2.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/78


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 92/2019

tad-29 ta’ Marzu 2019

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2020/840]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/813 tal-14 ta’ Mejju 2018 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur agrikolu skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1eal (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2286) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“1eam.

32018 D 0813: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/813 tal-14 ta’ Mejju 2018 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur agrikolu skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 145, 8.6.2018, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni (UE) 2018/813 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 145, 8.6.2018, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.