|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3527 |
3.6.2024 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport
(1 ta' Lulju 2024 – 31 ta' Diċembru 2027)
(C/2024/3527)
IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL
|
1. |
FILWAQT LI JFAKKRU fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi li l-isport huwa qasam fejn l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea (UE) għandha tappoġġa, tikkoordina u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri. |
|
2. |
FILWAQT LI JFAKKRU fl-Artikolu 165 (1) TFUE, li skontu l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kwistjonijiet Ewropej tal-isport, waqt li tieħu in kunsiderazzjoni n-natura speċifika tiegħu, l-istrutturi tiegħu bbażati fuq il-volontarjat u l-funzjoni soċjali u edukattiva tiegħu. |
|
3. |
FILWAQT LI JFAKKRU fl-Artikolu 165 (2) TFUE, li skontu l-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun immirata lejn l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, billi tkun promossa l-ġustizzja u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi u l-kooperazzjoni bejn il-korpi responsabbli mill-isport, u billi tkun protetta l-integrità fiżika u morali tal-isportivi, speċjalment ta' dawk l-aktar żgħażagħ fosthom. |
|
4. |
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-isport jista' jgħin għall-kisba tal-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-UE, u b'mod partikolari l-miri ta' oqsma ta' politika oħra bħall-edukazzjoni, is-saħħa, iż-żgħażagħ, il-kultura, l-affarijiet soċjali, l-inklużjoni, l-ugwaljanza, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-iżvilupp urban u rurali, it-trasport, l-ambjent, it-turiżmu, l-impjiegi, l-innovazzjoni, is-sostenibbiltà, id-diġitalizzazzjoni u l-ekonomija; u li dawk l-oqsma ta' politika jistgħu jappoġġaw il-promozzjoni tal-isport abbażi ta' kooperazzjoni transsettorjali. |
|
5. |
FILWAQT LI JISSOTTOLINJAW li, f'konformità mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-isport huwa wkoll faċilitatur importanti tal-iżvilupp sostenibbli (1) u għalhekk jista' jgħin biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs). |
|
6. |
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-Karta Ewropea tal-Isport Riveduta tal-Kunsill tal-Ewropa li għandha l-għan li tippermetti lil kull individwu jipparteċipa fl-isport u, b'mod partikolari, tiżgura li kulħadd ikollu l-opportunità li jieħu sehem fl-isport f'ambjent sikur, sigur u san (2). |
|
7. |
FILWAQT LI JFAKKRU fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjanijiet ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport 2011-2014 (3), 2014-2017 (4), 2017-2020 (5) u 2021-2024 (6). |
|
8. |
FILWAQT LI JILQGĦU l-eżiti tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Isport 2021-2024, kif ukoll ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-rilevanza tiegħu. |
|
9. |
FILWAQT LI JINNOTAW ir-riżultati tal-Ewrobarometru Speċjali 525 dwar “l-isport u l-attività fiżika” (7), ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Isport (8), l-eżiti tal-gruppi ta' esperti dwar l-isport ekoloġiku u dwar it-tisħiħ tal-irkupru u r-reżiljenza għall-kriżijiet tas-settur tal-isport matul u wara l-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll il-ħidma li għaddejja fuq l-armonizzazzjoni tal-istatistika u d-data dwar l-isport fl-Unjoni Ewropea. |
|
10. |
FILWAQT LI JISSOTTOLINJAW l-isfidi globali li għandhom impatt ukoll fuq l-isport, bħall-pandemija reċenti tal-COVID-19, il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna, u t-tensjonijiet ġeopolitiċi li jinfluwenzaw il-kompetizzjonijiet sportivi. |
|
11. |
FILWAQT LI JINNOTAW il-kawżi legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li qed iżidu l-viżibbiltà u r-rilevanza tad-dimensjoni Ewropea fl-isport. |
|
12. |
FILWAQT LI JILQĦU l-introduzzjoni tal-Azzjoni Ewlenija 1 taħt l-azzjonijiet sportivi tal-Erasmus+ relatati mal-mobbiltà tal-persunal li jaħdem f'organizzazzjonijiet sportivi, primarjament fl-isport għad-dilettanti, li jingħataw l-opportunità li jtejbu l-kompetenzi u l-kwalifiki tagħhom u jiksbu ħiliet ġodda billi jqattgħu perjodu ta' żmien barra mill-pajjiż. |
|
13. |
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-ħtieġa għal kooperazzjoni kontinwa ma' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE, mal-moviment sportiv u ma' partijiet interessati rilevanti oħra, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi internazzjonali kompetenti, bħall-Kunsill tal-Ewropa (KtE), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) u l-Aġenzija Dinjija tal-Antidoping (WADA). |
JISTABBILIXXU PJAN TA' ĦIDMA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-ISPORT GĦALL-PERJODU
MILL-1 TA' LULJU 2024 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2027
|
14. |
Il-Pjan ta' Ħidma tal-UE jiffoka fuq l-oqsma ta' prijorità li ġejjin:
Is-suġġetti ewlenin, it-temi, il-miri, il-formati ta' ħidma, l-eżiti possibbli, id-dati fil-mira u r-responsabbiltajiet speċifiċi huma stabbiliti u spjegati fl-Annessi I u II ta' dan id-dokument. |
|
15. |
L-OBJETTIVI TA' GWIDA ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (minn hawn 'il quddiem, il-Pjan ta' Ħidma tal-UE) huma li:
F'termini tal-politika tal-UE dwar l-isport,
F'termini ta' governanza u kooperazzjoni,
|
|
16. |
Dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE huwa strument flessibbli. Bidliet jew emendi sussegwenti jistgħu jsiru neċessarji biex ikun hemm rispons f'waqtu għal żviluppi futuri jew mhux mistennija u għal kwistjonijiet urġenti fil-qasam tal-isport u l-attività fiżika, filwaqt li jittieħed kont tal-prijoritajiet ta' presidenzi futuri tal-Kunsill. |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI BIEX
|
17. |
Jimpenjaw ruħhom fl-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE u, fejn xieraq, jikkontribwixxu bl-għarfien espert u l-esperjenza tagħhom għad-diversi formati ta' ħidma. |
|
18. |
Jieħdu kont tal-għarfien u l-eżiti miksuba fl-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE meta jiżviluppaw politiki dwar l-isport jew politiki rilevanti oħra fil-livell nazzjonali u subnazzjonali, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-awtonomija tal-isport. |
|
19. |
Jinfurmaw, u fejn xieraq, jikkooperaw mal-moviment sportiv nazzjonali u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE u jxerrdu l-eżiti, sabiex jiżguraw ir-rilevanza u l-viżibbiltà tal-attivitajiet. |
|
20. |
Ixerrdu l-aspetti rilevanti tal-ħidma tal-Kunsill fir-rigward tal-moviment sportiv u l-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex jiġu żgurati r-rilevanza u l-viżibbiltà tal-attivitajiet tiegħu, kif ukoll biex jittejjeb is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet jew l-istediniet maħruġa mill-Kunsill għall-moviment sportiv u partijiet ikkonċernati oħra. |
JISTIEDNU LILL-PRESIDENZI TAL-KUNSILL BIEX
|
21. |
Jieħdu kont ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE meta jiżviluppaw il-programm tagħhom, jippermettu skambju ta' informazzjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni tiegħu fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Isport u jibnu fuq l-eżiti diġà miksuba. |
|
22. |
Jikkunsidraw li jorganizzaw laqgħat, abbażi tad-djalogu strutturat tal-UE dwar l-isport, ma' rappreżentanti rilevanti tal-moviment sportiv u ma' partijiet ikkonċernati oħra tal-isport. Dan jista' jsir, pereżempju, billi tiġi skambjata informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE, inkluż dwar il-ħidma futura tal-Kunsill (pereżempju modi possibbli biex jingħata kontribut għad-dokumenti li jmiss tal-Kunsill), jiġu diskussi kwistjonijiet u sfidi attwali tal-politika dwar l-isport, kif ukoll billi jiġu esplorati ambizzjonijiet reċiproċi u tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prijoritajiet ippjanati tal-presidenzi li jmiss tal-Kunsill. |
|
23. |
Jużaw, fejn xieraq, l-eżiti, ir-riżultati tanġibbli u r-rakkomandazzjonijiet mill-formati ta' ħidma ta' dan il-Pjan ta' Ħidma biex jappoġġaw il-ħidma tagħhom u jagħtu viżibbiltà aħjar lill-attivitajiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-qasam tal-isport. |
|
24. |
Fi tmiem it-terminu kopert minn din ir-riżoluzzjoni, u abbażi ta' rapport li għandu jitħejja mill-Kummissjoni, jipproponu Pjan ta' Ħidma tal-UE ġdid għall-perjodu li jmiss, jekk ikun xieraq. |
JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI BIEX
|
25. |
Tinvolvi, flimkien mal-Istati Membri, il-moviment sportiv u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, fl-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE u tappoġġa lill-Istati Membri bl-għarfien espert u l-esperjenza tagħha mis-setturi ta' politika rilevanti kollha, filwaqt li tiżgura sinerġiji fejn possibbli, f'konformità mal-Annessi I u II ta' din ir-Riżoluzzjoni. |
|
26. |
Tiżviluppa dokument strateġiku ġdid fit-tul dwar il-futur tal-politika tal-UE dwar l-isport, inkluż dwar il-promozzjoni tal-karatteristiċi ewlenin ta' Mudell Ewropew tal-Isport (10) u dwar l-integrazzjoni tal-isport f'politiki oħra tal-UE, sa tmiem l-2026. |
|
27. |
Fejn xieraq, tipproponi reviżjoni tad-dokumenti ta' politika eżistenti, bħar-rakkomandazzjoni tal-2013 tal-Kunsill dwar il-promozzjoni transsettorjali ta' attività fiżika favur is-saħħa (HEPA) (11). |
|
28. |
Tikkontribwixxi għal politiki bbażati fuq l-evidenza fl-UE u l-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari, il-ħolqien ta' għodod oħra għall-iskambju ta' prattiki tajbin u data bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, u, fejn xieraq, permezz ta' studji u stħarriġ. |
|
29. |
Tkompli tinforma u tikkonsulta, fuq bażi regolari, lill-Istati Membri, il-moviment sportiv u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra dwar inizjattivi li għaddejjin u ppjanati u opportunitajiet ta' finanzjament eżistenti fil-qasam tal-isport kif ukoll f'oqsma ta' politika oħra tal-UE rilevanti għall-isport. |
|
30. |
Tipprovdi lill-Istati Membri b'informazzjoni aġġornata, meta possibbli, dwar politiki u programmi oħra tal-UE u l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-settur tal-isport, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn il-proġetti Erasmus+ rilevanti għas-suġġetti ewlenin ta' dan il-Pjan ta' Ħidma. |
|
31. |
Tikkonsulta, fejn xieraq, lill-Istati Membri minn qabel dwar l-implimentazzjoni ta' inizjattivi speċifiċi tal-Pjan ta' Ħidma tal-UE, b'mod partikolari bil-ħsieb tal-monitoraġġ tal-progress tal-inizjattivi. |
|
32. |
Tikkunsidra metodi konġunti li abbażi tagħhom l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u l-partijiet ikkonċernati rilevanti jistgħu jiltaqgħu u jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-UE, kif ukoll jimmonitorjaw il-progress u jiddiskutu kwistjonijiet ewlenin tal-politika dwar l-isport. |
|
33. |
Tippromwovi l-integrazzjoni tal-isport u l-attività fiżika f'oqsma oħra ta' politika tal-UE u tkompli tippromwovi s-sinerġiji bejn l-isport u politiki oħra tal-UE. |
|
34. |
Ixxerred l-għarfien u l-eżiti miksuba fl-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE sabiex jiġu żgurati r-rilevanza prattika u l-viżibbiltà tal-attivitajiet. |
|
35. |
Tikkunsidra li tipprovdi pjattaforma online biex jiġu aċċessati rapporti, jiġu skambjati prattiki tajba jew dokumenti rilevanti u tiġi ffaċilitata aktar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u n-networking bejn l-Istati Membri, inkluż bl-użu ta' għodod kollaborattivi tal-IT eżistenti. |
|
36. |
Tippreżenta, matul l-ewwel nofs tal-2027 u fuq il-bażi ta' kontributi volontarji mill-Istati Membri, il-moviment sportiv u partijiet ikkonċernati rilevanti, rapport dwar l-implimentazzjoni u r-rilevanza ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE. Dan ir-rapport ser ikun il-bażi għat-tħejjija ta' Pjan ta' Ħidma suċċessur tal-UE matul it-tieni nofs tal-2027. |
JISTIEDNU LILL-MOVIMENT SPORTIV U LIL PARTIJIET IKKONĊERNATI OĦRA BIEX
|
37. |
Jaħdmu flimkien mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE, u jikkontribwixxu bl-għarfien espert u l-esperjenza tagħhom għad-diversi formati ta' ħidma. |
|
38. |
Ixerrdu l-eżiti miksuba fl-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE u jqisuhom fl-attivitajiet tagħhom stess. |
(1) Nazzjonijiet Uniti, Assemblea Ġenerali, Riżoluzzjoni A/RES/70/1, Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development, paragrafu 37, 25 ta' Settembru 2015.
(2) Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2021)5 dwar il-Karta Ewropea tal-Isport Riveduta. Adottata mill-Kumitat tal-Ministri fit-13 ta' Ottubru 2021 fl-1414-il laqgħa tal-Viċi Ministri, l-Artikolu 1(1)(b).
(3) ĠU C 162, 1.06.2011, p. 1.
(4) ĠU C 183, 14.06.2014, p. 12.
(5) ĠU C 189, 15.06.2017, p. 5.
(6) ĠU C 419, 4.12.2020, p. 1.
(7) Il-Kummissjoni Ewropea, Ewrobarometru Speċjali 525, “Sport u Attività Fiżika (2022)”, 2268/SP525, Rapport sħiħ, Settembru 2022.
(8) Il-Kummissjoni Ewropea, “Lejn Aktar Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Isport, Rakkomandazzjonijiet u Pjan ta' Azzjoni Mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Isport”, 2022.
(9) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iżvilupp ulterjuri tad-Djalogu Strutturat tal-UE dwar l-isport, ĠU C 425, 12.12.2017, p. 1.
(10) Il-karatteristiċi ewlenin ta' Mudell Ewropew tal-Isport jinsabu fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-Mudell Ewropew tal-Isport, ĠU C 501, 13.12.2021, p. 1.
(11) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2013 dwar il-promozzjoni transettorjali ta' attività fiżika favur is-saħħa, ĠU C 354, 4.12.2013, p. 1.
ANNESS I
Qasam ta' prijorità I: L-integrità u l-valuri fl-isport
|
Suġġett ewlieni |
Tema |
Mira |
Format ta' ħidma |
(poss.) Eżitu / data ppjanata |
Mexxej(ja) |
||||||||||
|
Ambjent sikur fl-isport (1) |
Il-prevenzjoni tal-fastidju, l-abbuż u l-vjolenza, inkluż il-vjolenza sesswali u kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni |
|
Kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa: Proġett konġunt tal-UE “Balance S4 Strengthening the Safety and Service Pillars of the Saint Denis Convention” |
2024-2025 |
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri |
||||||||||
|
Il-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda |
|
|
Grupp tal-MKK |
Għandhom jiġu deċiżi |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni |
||||||||||
|
Antidoping (2) |
L-iżgurar tal-koordinazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-laqgħat tal-WADA u tal-CAHAMA |
|
Il-Kunsill (appoġġat kif meħtieġ minn esperti) u l-CAHAMA |
(poss.) Koordinazzjoni u pożizzjoni tal-UE |
Il-presidenzi, il-Kummissjoni |
||||||||||
|
Il-Kunsill |
It-tieni nofs tal-2025 |
Il-presidenza DK |
||||||||||||
|
Sport u edukazzjoni |
|
|
(Poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill u dibattitu ta' orjentazzjoni fil-Kunsill |
L-ewwel nofs tal-2025 |
Il-presidenza PL |
||||||||||
|
|
Grupp ta' Stati Membri interessati (attività ta' tagħlim bejn il-pari) dwar modi innovattivi għall-promozzjoni tal-isport u l-attività fiżika fl-iskola |
2025 |
FR |
|||||||||||
|
|
Grupp ta' Stati Membri interessati (attività ta' tagħlim bejn il-pari) dwar l-iżvilupp tal-kwalifiki tal-coaching u l-edukazzjoni u l-impatt multidimensjonali fuq is-soċjetà |
2025-2027 (għad irid jiġi kkonfermat) |
EE |
|||||||||||
|
|
Studju Grupp ta' Stati Membri interessati (attività ta' tagħlim bejn il-pari) |
2024-2027 2026 |
Il-Kummissjoni BE |
|||||||||||
|
Ugwaljanza bejn il-ġeneri |
|
|
Kooperazzjoni mal- Ftehim Parzjali Estiż dwar l-Isports (EPAS) tal- Kunsill tal-Ewropa: Proġett konġunt tal-UE “All In Plus” |
2023-2025 |
Il-Kummissjoni |
||||||||||
|
Sports Tradizzjonali |
L-isports tradizzjonali jenfasizzaw ir-rwol tal-isport bħala parti mill-kultura, l-istorja u t-tradizzjonijiet tal-Ewropa, kif ukoll jappoġġaw il-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni, il-volontarjat u ċ-ċittadinanza attiva |
|
Konklużjonijiet tal-Kunsill |
It-tieni nofs tal-2026 |
Il-Presidenza IE |
||||||||||
|
Mudell Ewropew tal-Isport |
L-aċċess għall-kompetizzjonijiet, mertu sportiv, integrità, solidarjetà u valuri fl-isports |
|
Studju dwar l-iżviluppi, it-theddid u l-opportunitajiet futuri li għandhom impatt fuq il-Mudell Ewropew tal-Isport |
2024-2027 |
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri |
||||||||||
|
Drittijiet tal-atleti |
Id-drittijiet tal-atleti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, b'mod partikolari dawk relatati mal-parteċipazzjoni f'avvenimenti sportivi (pereżempju d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, il-libertà tal-espressjoni, il-protezzjoni legali, in-nondiskriminazzjoni) |
|
Grupp tal-MKK — |
għad irid jiġi deċiż |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni |
||||||||||
|
Żvilupp u promozzjoni tal-governanza tajba fl-isport |
L-identifikazzjoni tal-ostakli relatati mal-governanza li għandhom jiġu indirizzati fl-isport |
|
|
|
|
||||||||||
|
Il-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-kompetizzjonijiet sportivi |
|
|
Il-Kunsill u l-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa |
It-tieni nofs tal-2025 |
Il-presidenza DK, il-Kummissjoni |
||||||||||
|
|
Laqgħa tad-DĠ |
It-tieni nofs tal-2025 |
Il-presidenza DK |
Qasam ta' prijorità II: Id-dimensjoni soċjoekonomika u dik sostenibbli tal-isport
|
Suġġett ewlieni |
Tema |
Mira |
Format ta' ħidma |
(poss.) Eżitu / data ppjanata |
Mexxej(ja) |
||||||||||||||||
|
Innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni |
|
|
Grupp ta' Stati Membri interessati (attività ta' tagħlim bejn il-pari) dwar id-diġitalizzazzjoni fl-isport ibbażat fuq l-evidenza tfassil tal-politika |
Għandhom jiġu deċiżi |
EE |
||||||||||||||||
|
(Poss.) Grupp ta' Stati Membri interessati u/jew komunità tal-prattika skont SHARE 2.0 |
Għandhom jiġu deċiżi |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni |
||||||||||||||||||
|
Sport sostenibbli |
|
|
Grupp ta' Stati Membri interessati (attività ta' tagħlim bejn il-pari) |
Għandhom jiġu deċiżi |
BG |
||||||||||||||||
|
Faċilitajiet sportivi sostenibbli u ppjanar spazjali |
L-ippjanar, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni sostenibbli u aċċessibbli |
|
Komunità tal-prattika taħt SHARE 2.0 |
2024-2027 |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni |
||||||||||||||||
|
It-turiżmu sportiv |
It-turiżmu sportiv bħala xprunatur għall-iżvilupp sostenibbli |
|
Grupp ta' Stati Membri interessati (attività ta' tagħlim bejn il-pari) |
2026 |
AT |
||||||||||||||||
|
(Poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill u/jew konferenza u/jew diskussjoni matul il-laqgħa tad-DĠ |
L-ewwel nofs tal-2026 |
Il-presidenza CY |
|||||||||||||||||||
|
Avvenimenti sportivi kbar |
Il-futur tal-Ewropa bħala ospitant ta' avvenimenti sportivi ewlenin, l-ippjanar sostenibbli u r-realizzazzjoni u l-wirt ta' avvenimenti sportivi ewlenin għall-bliet u r-reġjuni |
Skambju tal-aħjar prattiki |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-wirt ta' avvenimenti sportivi ewlenin |
It-tieni nofs tal-2024 |
Il-presidenza HU |
||||||||||||||||
|
Laqgħa tad-DĠ |
Lulju 2024 |
Il-presidenza HU |
|||||||||||||||||||
|
Konferenza ta' livell għoli |
Settembru 2024 |
Il-presidenza HU |
|||||||||||||||||||
|
Grupp ta' Stati Membri interessati (jekk mogħtija lil Franza: minn Albertville 1992 sal-Olimpijadi tax-Xitwa tal-Alpi Franċiżi tal-2030, illustrazzjoni ta' wirt sostenibbli ta' avveniment sportiv ewlieni) |
2027 |
FR |
|||||||||||||||||||
|
Tfassil tal-politika u investimenti fl-isport |
|
|
Grupp ta' Stati Membri interessati (attività ta' tagħlim bejn il-pari dwar “l-inkoraġġiment tal-isport permezz tas-sistema tat-taxxa”) |
It-tieni nofs tal-2025 |
HR |
||||||||||||||||
|
|
Rapporti nazzjonali fuq bażi kompletament volontarja |
2024-2027 |
L-Istati Membri |
|||||||||||||||||
|
Riċerka u statistika dwar l-isport |
|
Konferenza jew seminar |
L-ewwel nofs tal-2025 |
Il-presidenza PL |
|||||||||||||||||
|
It-tisħiħ tar-reżiljenza tas-settur tal-isport |
|
|
Studju |
2024-2027 |
Il-Kummissjoni |
Qasam ta' prijorità III: Parteċipazzjoni fl-isport u fl-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa
|
Suġġett ewlieni |
Tema |
Mira |
Format ta' ħidma |
(poss.) Eżitu / data ppjanata |
Mexxej(ja) |
||||||||||||||
|
Il-ħolqien ta' opportunitajiet adegwati għall-isport u l-attività fiżika għall-ġenerazzjonijiet kollha |
|
|
Dibattitu matul il-laqgħa tad-DĠ |
L-ewwel nofs tal-2025 |
Il-presidenza PL |
||||||||||||||
|
|
Grupp ta' Stati Membri interessati (attività ta' tagħlim bejn il-pari) |
2025 |
BE |
|||||||||||||||
|
|
(Poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill u/jew dibattitu matul il-laqgħa tad-DĠ u/jew dibattitu tal-Kunsill |
L-ewwel nofs tal-2026 |
Il-presidenza CY |
|||||||||||||||
|
Promozzjoni tal-attività fiżika |
|
|
(Poss.) Dibattitu matul il-laqgħa tad-DĠ |
Lulju 2024 |
Il-presidenza HU |
||||||||||||||
|
|
(Poss.) Reviżjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' attività fiżika li ttejjeb is-saħħa fis-setturi kollha (HEPA) (2013) (15) |
Għandhom jiġu deċiżi |
Il-Kummissjoni, il-Presidenzi, in-Network ta' Punti Fokali tal-HEPA |
||||||||||||||||
|
Is-saħħa mentali u l-benesseri fl-isport |
Il-promozzjoni tal-benefiċċji tal-isport għas-saħħa mentali u l-benesseri u l-prevenzjoni għall-atleti |
|
Grupp tal-MKK |
Għandhom jiġu deċiżi |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni |
||||||||||||||
|
(Poss.) Dibattitu matul il-laqgħa tad-DĠ u/jew konferenza u/jw dibattitu tal-Kunsill |
L-ewwel nofs tal-2026 |
Il-presidenza CY |
(1) Artikolu 165(2) TFUE: “L-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun immirata lejn (…) l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, (…) billi tkun protetta l-integrità fiżika u morali tal-isportivi, speċjalment ta' dawk l-aktar żgħażagħ fosthom”.
(2) Artikolu 165(2) TFUE: “L-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun immirata lejn (…) l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, billi tkun promossa l-ġustizzja u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi (…)”.
(3) Ir-Riżoluzzjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, li teżamina r-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri qabel il-laqgħa tal-WADA, ĠU C 185, 26.5.2023, p. 29.
(4) L-Artikolu 165(1) TFUE: “L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għat-tmexxija 'l quddiem tal-kwistjonijiet Ewropej tal-Isports, waqt li tieħu inkunsiderazzjoni (…) l-funzjoni soċjali u edukattiva tiegħu.”
(5) Il-Kummissjoni Ewropea, “Lejn aktar ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-isport”, Rakkomandazzjonijiet u Pjan ta' Azzjoni Mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Isport, 2022.
(6) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar in-nisa u l-ugwaljanza fil-qasam tal-isport, ĠU C, C/2023/1362, 1.12.2023.
(7) Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-Mudell Ewropew tal-Isport, ĠU C 501, 13.12.2021, p. 1.
(8) Il-Kummissjoni Ewropea, Sennett, J., Le Gall, A., Kelly, G. et al., “Study on the European Sport Model – A report to the European Commission”, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022.
(9) Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-Innovazzjoni fl-Isport, ĠU C 212, 4.6.2021, p. 2.
(10) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri dwar “L-isport u l-attività fiżika, strumenti promettenti biex tinbidel l-imġiba favur l-iżvilupp sostenibbli”, ĠU C 170, 25.4.2022, p. 1.
(11) Il-Kummissjoni Ewropea, “Sport's contribution to the European Green Deal – a sport sector playbook”, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Rapport sħiħ, Settembru 2023.
(12) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar infrastruttura sostenibbli u aċċessibbli tal-isport, ĠU C 494, 28.12.2022, p. 1.
(13) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, “Study on the economic impact of sport through sport satellite accounts”, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2018; l-istudju li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġu armonizzati l-metodoloġiji u d-definizzjonijiet eżistenti dwar l-istatistika tal-isport biex b'hekk titwitta wkoll it-triq lejn Kont Satellita Ewropew għall-Isport futur possibbli, mistenni li jiġi ppubblikat fl-2025.
(14) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-attività fiżika tul il-ħajja, ĠU C 501 I, 13.12.2021, p. 1.
(15) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2013 dwar il-promozzjoni transettorjali ta' attività fiżika favur is-saħħa, ĠU C 354, 4.12.2013, p. 1.
ANNESS II
Prinċipji relatati mal-formati ta' ħidma u r-rappurtar
|
1. |
Il-Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Isport ser jiġi implimentat b'mod partikolari permezz ta' gruppi tal-MKK, gruppi ta' Stati Membri interessati (jew attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari), laqgħat tematiċi, konklużjonijiet tal-Kunsill, konferenzi u studji. |
|
2. |
Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-UE u l-formati ta' ħidma tiegħu hija volontarja. |
|
3. |
Il-gruppi tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (MMK) ser jipprovdu qafas għall-kooperazzjoni, l-iskambju u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajba fost l-Istati Membri dwar suġġetti ewlenin komuni, espressi taħt it-tliet oqsma ta' prijorità ta' dan il-Pjan ta' Ħidma tal-UE u s-suġġetti ewlenin korrispondenti elenkati fl-Anness I (1), u ser jippermetti l-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti.
Fir-rigward tal-metodu ta' ħidma,
|
|
4. |
Il-gruppi ta' Stati Membri interessati (ministeri, awtoritajiet governattivi jew korpi pubbliċi oħra) ser jiġu organizzati minn Stat Membru wieħed jew aktar, fost l-oħrajn, sabiex jiskambjaw informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi. Il-parteċipazzjoni fi gruppi ta' Stati Membri interessati hija miftuħa għall-Istati Membri kollha. L-Istati Membri huma wkoll liberi li jiffurmaw gruppi ta' Stati Membri interessati dwar suġġetti li mhumiex elenkati fl-Anness I. |
|
5. |
Gruppi ta' Stati Membri interessati, jekk iqisu li dan ikun meħtieġ, jistgħu jiddefinixxu l-proċeduri u l-istrutturi ta' ħidma tagħhom stess, fid-dawl tal-ħtiġijiet speċifiċi u l-eżiti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata mal-ħidma ta' dawn il-gruppi u, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet baġitarji, il-Kummissjoni tista' tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-ħidma tal-gruppi ta' Stati Membri interessati (bħala attività ta' tagħlim bejn il-pari, fil-kuntest tal-Programm ta' Ħidma Annwali ta' Erasmus+). |
|
6. |
Il-laqgħat tematiċi huma organizzati mill-Kummissjoni dwar tema speċifika biex jiġu ppreżentati l-ħidma u r-riżultati ta' proġetti rilevanti ffinanzjati permezz tal-Azzjonijiet dwar l-Isport tal-Erasmus+ jew programmi oħra ta' finanzjament tal-UE. |
|
7. |
Il-laqgħat tal-gruppi tal-MKK, gruppi ta' Stati Membri interessati, konferenzi u laqgħat tematiċi jistgħu jsiru wkoll f'forma virtwali fejn xieraq. |
|
8. |
Il-Kummissjoni ser tirrapporta lill-Kunsill dwar il-progress tal-ħidma fil-gruppi tal-MKK u dwar konferenzi, laqgħat tematiċi u studji, u ser tippreżenta r-riżultati rispettivi tagħhom. Il-Presidenzi tal-Kunsill ser jagħmlu l-istess fir-rigward tal-avvenimenti li jorganizzaw. Gruppi ta' Stati Membri interessati jistgħu jinnominaw rappreżentanti biex jagħmlu l-istess. |
|
9. |
L-aġendi, l-eżiti u r-rapporti tal-gruppi kollha ser ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha, irrispettivament minn kemm jipparteċipaw f'qasam partikolari. Ir-riżultati tal-gruppi ser jiġu ppubblikati u mxerrda fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali permezz tal-mezzi adatti. |
(1) Is-suġġetti ewlenin preliminari identifikati jinkludu “il-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda”, “id-drittijiet tal-atleti u l-promozzjoni tal-governanza tajba fl-isport” u “s-saħħa mentali u l-benesseri fl-isport”.
(2) Għall-finijiet ta' dan il-Pjan ta' Ħidma, “pajjiżi terzi” huma dawk imsemmija fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 19 u 20 tal-Programm Erasmus+ (ir-Regolament (UE) 2021/817 – ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3527/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)