|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/338 |
16.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/338
tas-16 ta’ Jannar 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686. |
|
(2) |
Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi, stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna persuna deċeduta titħassar minn dak l-Anness. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
V. VAN PETEGHEM
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686, it-taqsima A (Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3) hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-entrata 16 (Bonomade Machude OMAR) titħassar; |
|
(2) |
tiżdied l-entrata li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/338/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)