28.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/1 |
It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu kkontrollati fl-aħħar verżjoni tad-dokument ta’ l-istat tal-UN/ECE, TRANS/WP.29/343/Rev.X, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament Nru 55 tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku ta’ vetturi magħquda
Li jinkorpora fih it-test validu kollu sa:
Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: is-17 ta’ Marzu 2010
WERREJ
REGOLAMENT
1. |
Ambitu |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku |
4. |
Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali għal strumenti jew komponenti tal-akkoppjar mekkaniku |
5. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura mogħnija bi strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku |
6. |
Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali għal vetturi mogħnija bi strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku |
7. |
L-immarkar |
8. |
L-approvazzjoni |
9. |
Il-modifikazzjonijiet tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku jew tal-vettura u ż-żieda fiż-żmien tal-approvazzjoni |
10. |
Konformità tal-proċeduri ta’ produzzjoni |
11. |
Il-penali għan-nuqqas ta’ konformità fil-produzzjoni |
12. |
Il-produzzjoni li twaqqfet għal kollox |
13. |
Id-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni |
14. |
L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għall-approvazzjoni u d-dipartimenti amministrattivi |
ANNESSI
Anness 1 |
- Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku skont ir-Regolament Nru 55 |
Anness 2 |
- Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-twaħħil ta’ strument jew komponent tal-akkoppjament mekkaniku skont ir-Regolament Nru 55 |
Anness 3 |
- Eżempju ta’ arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni |
Anness 4 |
- Eżempji ta’ arranġamenti tal-immarkar tal-valuri karatteristiċi |
Anness 5 |
- Kondizzjonijiet meħtieġa għall-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku |
Anness 6 |
- L-ittestjar tal-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku |
Anness 7 |
- L-installazzjoni u l-kondizzjonijiet meħtieġa speċjali |
1. SKOP
1.1. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet meħtieġa li l-istrumenti u l-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku għandu jkollhom sabiex jitqiesu internazzjonalment bħala kompatibbli ma’ xulxin. |
1.2. |
Dan ir-Regolament japplika għall-istrumenti u l-komponenti maħsuba għal:
|
1.3. |
Dan ir-Regolament japplika għal:
|
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
2.1. |
“Strumenti u komponenti tal-akkoppjar mekkaniku” tfisser dawk l-oġġetti kollha fuq il-qafas, partijiet tal-bòdi li jġorru l-piż u x-xàsi tal-vettura bil-mutur u t-trejler li permezz tagħhom huma magħquda flimkien sabiex jiffurmaw vetturi magħquda jew vetturi maqgħuda. Il-partijiet fissi jew li jinqalgħu għat-twaħħil jew għat-tħaddim tal-istrument jew komponent tal-akkoppjar mekkaniku huma inklużi. |
2.2. |
Il-kondizzjoni meħtieġa għall-akkoppjar awtomatiku tinkiseb jekk meta wieħed jirriversja l-vettura tal-irmonk kontra t-trejler ikun biżżejjed biex l-akkoppjar jaqbad flimkien kompletament, jissakkar awtomatikament u jindika li l-istrumenti li jsakkru qabdu flimkien kif jixraq mingħajr l-ebda intervent barrani. Fil-każ ta’ akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings), il-kondizzjoni meħtieġa għall-akkoppjar awtomatiku tinkiseb jekk il-ftuħ u l-għeluq tal-istrument li jsakkar l-akkoppjar isiru mingħajr intervent barrani meta għajnet il-ganċ (drawbar eye) tiddaħħal fil-ganċ (hook). |
2.3. |
Strumenti u komponenti standard ta’ akkoppjar mekkaniku jkunu konformi mad-dimensjonijiet standard u l-valuri karatteristiċi kif jingħataw f’dan ir-Regolament. Jista’ jkun hemm skambju bejniethom fi ħdan il-klassi, b’mod indipendenti mill-manifattur. |
2.4. |
Strumenti u komponenti mhux standard ta’ akkoppjar mekkaniku m’humiex konformi fl-aspetti kollha mad-dimensjonijiet standard u l-valuri karatteristiċi kif jingħataw f’dan ir-Regolament, imma jistgħu jitqabbdu ma’ strumenti u komponenti standard ta’ akkoppjar mekkaniku fil-klassi relevanti. |
2.5. |
Strumenti u komponenti mixxellanji mhux standard ta’ akkoppjar mekkaniku m’humiex konformi mad-dimensjonijiet standard u l-valuri karatteristiċi kif ingħataw f’dan ir-Regolament u ma jistgħux jitqabbdu ma’ strumenti u komponenti standard ta’ akkoppjar mekkaniku. Jinkludu, per eżempju, strumenti li ma jikkorrispondu mal-ebda klassi fost il-Klassijiet A sa L u T, imniżżla fil-paragrafu 2.6, bħal dawk maħsuba għall-użu fi trasport speċjali u tqil u strumenti mħallta li huma konformi mal-istandards nazzjonali eżistenti. |
2.6. |
L-istrumenti u l-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku huma kklassifikati skont it-tip tagħhom, kif ġej:
|
2.7. |
L-ifilsa mexxejja (steering wedges) huma strumenti jew komponenti mmuntati fuq semitrejlers li jikkontrollaw it-tmexxija pożittiva tat-trejler flimkien mal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel coupling). |
2.8. |
Is-sistemi ta’ kontroll mill-bogħod huma strumenti jew komponenti li jippermettu li l-istrument tal-akkoppjar jitħaddem mill-ġenb tal-vettura jew mill-kabina tas-sewqan tal-vettura. |
2.9. |
L-indikaturi mill-bogħod huma strumenti jew komponenti li jagħtu indikazzjoni fil-kabina tal-vettura li l-akkoppjar sar u li l-istrumenti li jsakkru qabdu flimkien. |
2.10. |
“tip ta’ strument jew komponent tal-akkoppjar” ifisser strument jew komponent li ma jkunx differenti f’aspetti essenzjali, bħal:
|
2.11. |
Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, V u U huma ddefiniti jew iddeterminati bħala:
|
2.12. |
Is-simboli u d-definizzjonijiet użati fl-anness 6 ta’ dan ir-Regolament. Av = l-akbar massa permessa ta’ fus tal-fus mmexxi (steered axle) f’tunnellati metriċi. C= il-massa ta’ trejler b’fus ċentrali f’tunnellati metriċi - ara l-paragrafu 2.11.1 ta’ dan ir-Regolament. D= il-valur ta’ D f’kN – ara l-paragrafu 2.11.1 ta’ dan ir-Regolament. Dc = il-valur ta’ Dc f’kN għal trejlers b’fus ċentrali – ara l-paragrafu 2.11.1 ta’ dan ir-Regolament. R= il-massa tal-vettura rmonkata f’tunnellati metriċi – ara l-paragrafu 2.11.1 ta’ dan ir-Regolament. T= il-massa tal-vettura tal-irmonk f’tunnellati metriċi - ara l-paragrafu 2.11.1 ta’ dan ir-Regolament. Fa = il-forza statika tal-irfigħ f’kN. Fh = il-komponent orizzontali tal-forza tal-ittestjar fl-assi lonġitudinali ta’ vettura f’kN. Fs = il-komponent vertikali tal-forza tal-ittestjar f’kN. S= il-massa statika vertikali f’kg. U= il-massa vertikali mgħobbija fuq l-istepni f’tunnellati metriċi. V= il-valur ta’ V f’kN - ara l-paragrafu 2.11.4 ta’ dan ir-Regolament. a= il-fattur tal-aċċelerazzjoni vertikali ekwivalent fil-punt tal-akkoppjar ta’ trejlers b’fus ċentrali li jiddependi mit-tip ta’ suspenxin tal-fus jew fusijiet ta’ wara tal-vettura tal-irmonk – ara l-paragrafu 2.11.4 ta’ dan ir-Regolament. e= distanza lonġitudinali bejn il-punt tal-akkoppjar tal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) li jistgħu jiġu żżarmati u l-pjan vertikali tal-punti tat-twaħħil (ara l-Figuri 20c sa 20f) f’mm. f= id-distanza vertikali bejn il-punt tal-akkoppjar tal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) li jistgħu jiġu żżarmati u l-pjan orizzontali tal-punti tat-twaħħil (ara l-Figuri 20c sa 20f) f’mm. g= l-aċċelerazzjoni minħabba l-forza tal-gravitazzjoni, li wieħed jassumi li hi 9,81 m/s2. L= it-tul fit-teorija tal-ganċ (drawbar) bejn iċ-ċentru ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) u ċ-ċentru tal-immontar tal-fus f’metri. X= it-tul tal-êrja fejn it-trejler b’fus ċentrali jiġi mgħobbi, f’metri. Miktuba taħt il-vers: O= l-akbar forza tal-ittestjar U= l-inqas forza tal-ittestjar a= forza statika h= orizzontali p= li tivvibra res= dak li jirriżulta s= vertikali w= forza li talterna |
2.13. |
“Trejler b’fus ċentrali” tfisser trejler li għandu ganċ (drawbar) li ma jistax jiċċaqlaq fi pjan vertikali, indipendenti mit-trejler, u għandu fus jew fusijiet li jinsabu qrib iċ-ċentru tal-gravitazzjoni tat-trejler, meta dan ikun mgħobbi b’mod uniformi. Il-piż vertikali mgħobbi fuq l-akkoppjar tal-vettura tal-irmonk m’għandux jisboq l-10 fil-mija tal-akbar massa tat-trejler, jew 1 000 kg, liema minnhom hu l-inqas. “L-akbar massa tat-trejler b’fus ċentrali” tfisser il-massa totali li tgħaddi lejn l-art mill-fus jew mill-fusijiet tat-trejler meta jkun akkoppjat ma’ vettura tal-irmonk u meta jkun mgħobbi b’mod li jilħaq l-akbar massa teknikament permissibbli (4). |
2.14. |
“Tqabbid mekkaniku pożittiv” ifisser li d-disinn u l-ġeometrija tal-istrument u l-partijiet komponenti tiegħu għandhom ikunu tali li ma jinfetaħx jew jinħallx taħt l-azzjoni tal-ebda forza jew komponenti ta’ forzi li għalihom ikun soġġett waqt użu normali jew waqt testijiet. |
2.15. |
“Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li ma jkunux differenti f’ċerti aspetti essenzjali bħall-istruttura, id-dimensjonijiet, is-sura u l-materjali fil-postijiet fejn l-istrument tal-akkoppjar mekkaniku, jew il-komponent tiegħu, hu mwaħħal. Dan japplika kemm għall-vettura tal-irmonk u kemm għat-trejler. |
3. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TAGĦMIR JEW KOMPONENT TA’ AKKOPPJAR MEKKANIKU
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mid-detentur tal-isem tal-oġġett fin-negozju jew it-trejdmark, jew mir-rappreżentat akkreditat tiegħu. |
3.2. |
Għal kull tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku, l-applikazzjoni għandha jkollha magħha l-informazzjoni li ġejja, per eżempju, permezz tal-formola tal-Komunikazzjoni li tidher fl-anness 1:
|
4. IL-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA ĠENERALI GĦAL STRUMENTI JEW KOMPONENTI TAL-AKKOPPJAR MEKKANIKU
4.1. |
Kull kampjun għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tad-dimensjonijiet u s-saħħa, kif hemm indikat fl-annessi 5 u 6. Wara t-testijiet speċifikati fl-anness 6 m’għandux ikun hemm xquq, ksur jew wisq tagħwiġ permanenti li jkun ta’ ħsara għat-tħaddim sodisfaċenti tal-istrument jew il-komponent tiegħu. |
4.2. |
Il-partijiet kollha tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku, li jekk ikunu bil-ħsara jistgħu jwasslu għall-firda tal-vettura u t-trejler, għandhom ikunu tal-azzar. Jistgħu jintużaw materjali oħra sakemm il-manifattur ikun wera, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku tal-Parti Kontraenti li tkun qed tapplika dan ir-Regolament, li dawn il-materjali jkunu ekwivalenti għall-azzar. |
4.3. |
L-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku m’għandhomx ikunu ta’ periklu meta jitħaddmu u persuna għandu jkun jista’ jagħmel l-akkoppjar kif ukoll iħollu mingħajr l-użu ta’ għodod. Bl-eċċezzjoni tal-akkoppjar ta’ Klassi T, l-istrumenti biss li jħallu akkoppjar awtomatiku għandhom jitħallew għall-akkoppjar tat-trejlers li għandhom l-akbar massa teknikament permissibbli ta’aktar minn 3,5 tunnellati metriċi. |
4.4. |
L-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li b’użu normali u b’manutenzjoni korretta u bil-bdil tal-partijiet li jkunu therrew, ikomplu jaħdmu b’mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament. |
4.5. |
L-istrumenti u l-komponenti kollha tal-akkoppjar mekkaniku għandhom ikunu ddisinjati biex ikollhom tqabbid mekkaniku pożittiv (positive mechanical engagement) u l-pożizzjoni l-magħluqa għandha tkun imsakkra mill-inqas darba b’tqabbid ieħor mekkaniku pożittiv (positive mechanical engagement) sakemm fl-anness 5 ma jissemmewx kondizzjonijiet meħtieġa oħra. Min-naħa l-oħra jista’ jkun hemm żewġ arranġamenti separati jew aktar sabiex tkun assigurata l-integrità tal-istrument, imma kull arranġament għandu jkun iddisinjat biex ikollu llokkjar mekkaniku pożittiv (positive mechanical engagement) u għandu jkun ittestjat b’mod individwali għal kwalunkwe kondizzjoni meħtieġa li tissemma fl-anness 6. L-tqabbid mekkaniku pożittiv (positive mechanical engagement) għandu jkun skont kif iddefinit fil-paragrafu 2.14. Forzi elastiċi jistgħu jintużaw biss sabiex jagħlqu l-istrument u jipprevjenu l-effetti tal-vibrazzjoni milli jikkawżaw iċ-ċaqliq ta’ partijiet komponenti tal-istrument għal pożizzjonijiet fejn l-istrument jista’ jinfetaħ jew jinħall. Il-ħsara jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe waħda mill-molol m’għandiex twassal biex l-istrument komplet jinfetaħ jew jinħall. |
4.6. |
Kull strument jew komponent għandu jkollu miegħu struzzjonijiet dwar l-installazzjoni u t-tħaddim b’tagħrif biżżejjed sabiex kwalunkwe persuna kompetenti tinstallah sew fuq il-vettura u tħaddmu b’mod xieraq – ara wkoll l-anness 7. L-istruzzjonijiet għandhom ikunu għallinqas fl-ilsien tal-pajjiż fejn l-istrument jew komponent ikun għall-bejgħ. Fil-każ ta’ strumenti u komponenti fornuti għat-twaħħil ta’ tagħmir oriġinali minn manifattur tal-vetturi jew wieħed li jibni l-bodìs, jista’ ma jkunx hemm l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni imma l-manifattur tal-vettura jew dak li jibni l-bodìs ikun responsabbli sabiex jassigura li dak li jħaddem il-vettura jingħata l-istruzzjonijiet meħtieġa sabiex l-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar jitħaddem b’mod korrett. |
4.7. |
Għall-istrumenti u l-komponenti tal-Klassi A, jew tal-Klassi S, jekk hu applikabbli, għall-użu ma’ trejlers bl-akbar massa permissibbli li ma tisboqx it-3,5 tunnellati metriċi, u li huma pprodotti minn manifatturi li m’għandhom l-ebda tixrik mal-manifattur tal-vettura; u fejn l-istrumenti u l-komponenti huma maħsuba sabiex ikunu jistgħu jinbiegħu fis-suq fejn jinbiegħu bċejjeċ tal-magni, l-għoli u l-karatteristiċi l-oħra tal-installazzjoni tal-akkoppjar għandhom, fil-każijiet kollha, ikunu vverifikati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku skont l-anness 7, il-paragrafu 1. |
4.8. |
Għal diversi strumenti jew komponenti tal-akkoppjar tal-Klassi S u tal-Klassi T li jifilħu għall-istrapazz u li m’humiex standard, għandhom jintużaw il-kondizzjonijiet meħtieġa relevanti fl-annessi 5, 6 u 7 għall-eqreb strument jew komponent, standard jew mhux standard. |
5. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ VETTURA MOGĦNIJA BI STRUMENT JEW KOMPONENT TA’ AKKOPPJAR MEKKANIKU
5.1. |
Fejn manifattur tal-vetturi japplika għall-approvazzjoni ta’ vettura mogħnija bi strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku jew jawtorizza l-użu ta’ vettura għall-irmonk ta’ kwalunkwe xorta ta’ trejler, allura, fuq it-talba ta’ applikant bona fide għall-approvazzjoni possibbli tat-tip għal strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku, jew tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku ta’ Parti Kontraenti, il-manifattur tal-vettura għandu jagħmel disponibbli malajr dik l-informazzjoni kif meħtieġa fil-paragrafu 5.3 aktar ’l isfel, għal min ikun qed jistaqsi jew għal dik l-awtorità jew għal dak is-servizz tekniku, sabiex il-manifattur tal-istrument jew il-komponent ta’ akkoppjar mekkaniku jkun jista’ jiddisinja u jimmanifattura b’mod xieraq strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku għal dik il-vettura. Fuq talba ta’ applikant bona fide għal approvazzjoni possibbli ta’ tip għal strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku, kwalunkwe informazzjoni li tingħata fil-paragrafu 5.3 t’aktar ’l isfel, li tkun għand l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, għandha tingħata lil dak l-applikant. |
5.2. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fejn għandu x’jaqsam it-twaħħil ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. |
5.3. |
Għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni li ġejja sabiex l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ timla l-formola ta’ komunikazzjoni li tingħata fl-anness 2.
|
6. IL-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA ĠENERALI GĦAL VETTURI MOGĦNIJA BI STRUMENT JEW KOMPONENT TA’ AKKOPPJAR MEKKANIKU
6.1. |
L-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku mwaħħal mal-vettura għandu jkun approvat skont il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 3 u 4 u tal-anness 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament. |
6.2. |
L-installazzjoni tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku għandha tissodisfa l-ħtiġijiet tal-anness 7 ta’ dan ir-Regolament. |
6.3. |
L-istruzzjonijiet għat-tħaddim għandhom ikunu pprovduti għall-użu tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar li għandu jkun fihom kwalunkwe struzzjonijiet speċjali għal operazzjonijiet li huma differenti minn dawk li normalment huma assoċjati mat-tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar, u struzzjonijiet għall-akkoppjar jew l-iżganċar b’modi differenti ta’ tħaddim, per eżempju, f’angoli differenti bejn il-vettura tal-irmonk u dik li qed tkun irmonkata. Kull vettura għandu jkollha magħha dawn l-istruzzjonijiet għat-tħaddim li għandhom ikunu, għallinqas, bl-ilsien tal-pajjiż fejn se tinbiegħ. |
7. L-IMMARKAR
7.1. |
It-tipi ta’ strumenti jew komponenti tal-akkoppjar mekkaniku, imressqa għall-approvazzjoni għandu jkollhom l-isem tan-negozju jew it-trejdmark tal-manifattur jew tal-fornitur jew tal-applikant. |
7.2. |
Għandu jkun hemm spazju kbir biżżejjed sabiex tkun applikata l-marka ta’ approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.5 u li tintwera fl-anness 3. Dan l-ispazju għandu jintwera fuq id-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.2. |
7.3. |
Ħdejn il-marka ta’ approvazzjoni msemmija fil-paragrafi 7.2 u 8.5, l-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku għandu jkun immarkat bil-klassi tal-akkoppjar, kif iddefinita fil-paragrafu 2.6 u l-valuri karatteristiċi relevanti kif iddefiniti fil-paragrafu 2.11 u kif jintwerew fl-anness 4. Il-pożizzjoni għal dan l-immarkar għandu jintwera fuq id-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.2. Il-valuri karatteristiċi m’hemmx għalfejn ikunu mmarkati f’każijiet fejn dawk il-valuri huma ddefiniti fil-klassifikazzjoni li ngħatat f’dan ir-Regolament, per eżempju, il-Klassijiet A50-1 sa A50-5. |
7.4. |
Fejn l-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku hu approvat għal valuri karatteristiċi alternattivi fl-istess klassi tal-akkoppjar, jew tal-istrument, mhux iktar minn żewġ alternattivi għandhom ikunu mmarkati fuq l-istrument jew il-komponent. |
7.5. |
Jekk l-applikazzjoni tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku tkun ristretta b’xi mod, per eżempju, jekk m’għandiex tintuża ma’ ifilsa mexxejja (steering wedges), mela dik ir-restrezzjoni għandha tkun immarkata fuq l-istrument jew il-komponent. |
7.6. |
L-immarkar kollu għandu jkun permanenti u leġibbli meta l-istrument jew il-komponent jiġi installat fuq il-vettura. |
8. L-APPROVAZZJONI
8.1. |
Jekk il-kampjun(i) ta’ tip ta’ strument jew komponent tal-akkoppjar mekkaniku jissodisfa(w) il-kondizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament, tingħata l-approvazzjoni, dejjem jekk il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 10 jintlaħqu b’mod sodisfaċenti. |
8.2. |
Numru tal-approvazzjoni jingħata lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri sempliċi (parti min-numru tal-approvazzjoni) għandhom jindikaw is-sensiela ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi importanti u reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien li fih inħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma jistax jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ strument jew komponent imsemmi f’dan ir-Regolament twaqqfet għal kollox |
8.3. |
Għarfien tal-approvazzjoni jew ta’ żjieda fiż-żmien, ċaħda jew tneħħija ta’ approvazzjoni jew ta’ produzzjoni li twaqqfet għal kollox, li għandu x’jaqsam mat-tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku approvat skont dan ir-Regolament, għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell li jinsab jew fl-anness 1 jew fl-anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
8.4. |
Barra l-marka preskritta fil-paragrafu 7.1, ma’ kull strument jew komponent tal-akkoppjar mekkaniku approvat skont dan ir-Regolament għandu jitwaħħal, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 7.2, marka ta’ approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 8.5. |
8.5. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun marka internazzjonali li tinkludi:
|
9. IL-MODIFIKAZZJONIJIET TAL-ISTRUMENT JEW IL-KOMPONENT TAL-AKKOPPJAR MEKKANIKU JEW TAL-VETTURA U Ż-ŻJIEDA FIŻ-ŻMIEN TAL-APPROVAZZJONI
9.1. |
Bi kwalunkwe modifikazzjoni għat-tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku, jew tal-vettura kif iddefinita fil-paragrafu 2.10 għandha tiġi mgħarrfa l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku li jkun ta l-approvazzjoni. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku mbagħad tista’ jew:
|
9.2. |
Il-konferma, jew iċ-ċaħda, tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-modifikazzjoni, għandha tkun ikkomunikata permezz tal-proċedura preskritta fil-paragrafu 8.3 lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament. |
9.3. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku li toħroġ żjieda ta’ żmien ta’ approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje għal żjieda bħal din u għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura preskritta fil-paragrafu 8.3. |
10. KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TA’ PRODUZZJONI
Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandhom jikkonformu ma’ dawk stipulati fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324 E/ECE/TRANS/505/Rev.2), mar-rekwiżiti li ġejjin:
10.1. |
Id-detentur tal-approvazzjoni jrid jassigura li r-riżultati tat-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni huma rreġistrati u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perijodu ddeterminat fi ftehim mal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni jew is-servizz tekniku. Dan il-perijodu m’għandux jisboq l-10 snin sa miż-żmien li fih il-produzzjoni twaqqfet għal kollox. |
10.2. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku li tat l-approvazzjoni tagħha għat-tip tista’, meta trid, tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull stabbiliment tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn. |
11. IL-PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI
11.1. |
L-approvazzjoni li tingħata għal tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku skont dan ir-Regolament, tista’ titneħħa jekk il-kondizzjonijiet meħtieġa ma jkunux issodisfatti jew jekk l-istrument jew il-komponent li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ma jkunx konformi mat-tip approvat. |
11.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim, li tapplika dan ir-Regolament, tirtira approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha tgħarraf b’dan immedjatament lill-Partijiet Kontraenti l-oħra, li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mat-tip jew fl-anness 1 jew fl-anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
12. IL-PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-manifattura ta’ tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew lis-servizz tekniku li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievu l-komunikazzjoni relevanti, dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku, għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li hi konformi mal-mudell jew fl-anness 1 jew fl-anness 2 ta’ dan ir-Regolament.
13. ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA’ TRANŻIZZJONI
Sakemm is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ma jkunx mgħarraf mod ieħor, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament li huma Stati Membri tal-Komunità Ewropea (fiż-żmien tal-adozzjoni tas-sensiela 01 tal-emendi, l-Italja, l-Olanda, il-Belġju, ir-Renju Unit, il-Lussemburgu, il-Finlandja u l-Greċja) jiddikjaraw li, għal dak li għandhom x’jaqsmu l-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku, huma se jkunu marbuta biss mill-obbligi tal-Ftehim li miegħu hu anness dan ir-Regolament f’dak li għandhom x’jaqsmu dawk l-istrumenti jew il-komponenti maħsuba għall-vetturi tal-kategoriji, għajr dawk tal-M1.
14. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U D-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
14.1. |
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli milli jagħmlu t-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew żjieda ta’ żmien jew ċaħda jew irtirar tal-approvazzjoni, jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra. |
(1) Fi ħdan it-tifsira tal-Konvenzjoni dwar it-Traffiku fit-Toroq (Vjenna, 1968) l-Artikolu 1, is-sottoparagrafi (t) u (u).
(2) Il-massa T u R u l-akbar massa teknikament permissibbli, jistgħu jkunu ikbar mill-akbar massa permissibbli preskritta mil-leġislazzjoni nazzjonali.
(3) Ara d-definizzjonijiet fir-Regolament Nru 13 annessi mal-Ftehim ta’ l-1958 dwar l-Adozzjoni ta’ Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal vetturi bir-roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew ikunu Użati fuq Vetturi u l-Kondizzjonijiet għal Għarfien Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Dispożizzjonijiet. Id-definizzjoni tinsab ukoll fl-anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-il-vetturi ta’ Kostruzzjoni (R. E. 3) (dokument TRANS/ WP. 29/ 78/ Rev. 1/ Amend. 2).
(4) Il-massa teknikament permissibbli tista’ tkun ikbar mill-akbar massa permissibbli preskritta mil-leġislazzjoni nazzjonali.
(5) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnia u Herzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35-36 (vakanti), 37 għat-Turkija, 38-39 (vakanti), 40 għal dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja u 46 għall-Ukrajna. In-numri li jiġu wara għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Dispożizzjonijiet Tekniċi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jiintużaw fuq Vetturi bir-roti u l-Kondizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet li Ngħataw fuq il-bażi ta’ dawn il-Dispożizzjonijiet, u n-numri li ngħataw b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.
ANNESS 3
EŻEMPJU TA’ ARRANĠAMENT TAL-MARKA TA’ APPROVAZZJONI
ANNESS 4
Eżempji ta’ arranġamenti tal-immarkar tal-valuri karatteristiċi
1. |
L-istrumenti jew il-komponenti kollha tal-akkoppjar mekkaniku għandhom ikunu mmarkati bil-klassi tal-istrument jew il-komponent. Barra minn hekk, għandu jkun hemm immarkar li jindika l-kapaċità f’termini ta’ valuri karatteristiċi kif iddefiniti fil-paragrafu 2.11 ta’ dan ir-Regolament. |
1.1. |
L-għoli tal-ittri u n-numri m’għandux ikun inqas minn dawk tan-numru ta’ approvazzjoni, jiġifieri a/3 fejn a hi 8 mm. |
1.2. |
Il-valuri karatteristiċi applikabbli għal kull strument jew komponent li huma mmarkati huma kif qed jintwera fit-tabella hawn isfel – ara wkoll il-paragrafu 7.3 ta’ dan ir-Regolament: Tabella 1 Valuri karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu mmarkati fuq strumenti jew komponenti tal-akkoppjar
Eżempji: C50-X D130 Dc90 S1000 V35 jidentifika akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling) mhux standard tal-Klassi C50-X bl-akbar valur ta’ D ta’ 130 kN, bl-akbar valur permess ta’ Dc ta’ 90 kN, bl-akbar massa statika mgħobbija vertikalment ta’ 1 000 kg u bl-akbar valur permess ta’ V ta’ 35 kN. A50-X D20 S120 jidentifika saljatura tal-irmonk (towing bracket) standard b’akkoppjar bil-boċċa (ball coupling) tal-Klassi A50-X bl-akbar valur ta’ D ta’ 20 kN u bl-akbar massa statistika mgħobbija vertikalment ta’ 120 kg. |
ANNESS 5
Kondizzjonijiet meħtieġa għall-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku
1. BOĊĊI TAL-AKKOPPJAR (COUPLING BALLS) U SALJATURI TAL-IRMONK (TOWING BRACKETS)
Il-kondizzjonijiet meħtieġa msemmija fil-paragrafi 1.1 sa 1.5 ta’ dan l-anness huma applikabbli għall-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) kollha u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) tal-Klassi A. Fil-paragrafu 1.6 jinsabu d-dettalji ta’ kondizzjonijiet meħtieġa addizzjonali li għandhom ikunu ssodisfatti mill-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) standard b’dijametru ta’ 50mm b’rabta ssikkata qisha flanġ (flange type bolted fixings).
1.1. |
Il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) tal-Klassi A għandhom ikunu konformi mal-Figura 2 f’dawk li huma s-sura u d-dimensjonijiet esterni. Figura 2 Boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) tal-Klassi A
|
1.2. |
Is-sura u d-dimensjonijiet tas-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-manifattur tal-vettura dwar il-punti fejn jitwaħħlu u l-istrumenti jew il-komponenti tal-immontar addizzjonali jekk hemm bżonn. |
1.3. |
Boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) li jistgħu jitneħħew:
|
1.4. |
Boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u strumenti tal-irmonk għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet imsemmija fl-Anness 6, fil-paragrafu 3.1 jew fil-paragrafu 3.10 skont l-għażla tal-manifattur. Madankollu, ir-rekwiżiti mogħtija fil-paragrafu 3.1.7 u 3.1.8 huma dejjem applikabbli. |
1.5. |
Manifatturi ta’ saljaturi tal-irmonk (towing brackets) għandhom jinkorporaw punti tat-twaħħil ma’ liema jitwaħħal jew akkoppjar sekondarju jew strumenti bżonnjużi sabiex it-trejler ikunu jista’ jitwaqqaf awtomatikament fil-każ ta’ separazzjoni tal-akkoppjar ewlieni. Din il-kondizzjoni meħtieġa hi bżonnjuża sabiex il-vettura tkun konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 5.2.2.9 tar-Regolament tal-UN/ECE Nru 13 – Dispożizzjonijiet Uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fil-kategoriji M, N u O f’dak li għandu x’jaqsam mal-ibbrejkjar. |
1.5.1. |
Il-punti tat-twaħħil għal akkoppjar sekondarju u/jew kejbil tal-firda (breakaway cable) għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li meta jkunu użati, l-akkoppjar sekondarju jew il-kejbil tal-firda (breakaway cable) ma jirrestrinġiex l-artikulazzjoni normali tal-akkoppjar jew jinterferixxi fl-inerzja normali tat-tħaddim tas-sistema tal-brejkijiet. Punt waħdani tat-twaħħil għandu jkun ippożizzjonat fi ħdan 100 mm ta’ pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-artikulazzjoni tal-akkoppjar. Jekk dan mhux prattiku li jsir, għandu jkun hemm żewġ punti tat-twaħħil, waħda fuq kull naħa tal-linja vertikali ċentrali u l-istess distanza ’l bogħod mil-linja ċentrali, l-aktar b’250 mm. Il-punt(i) tat-twaħħil għandu(għandhom) ikun(u) fuq in-naħa ta’ wara u għoli kemm jista’ jkun, dejjem skont kemm ikun prattiku. |
1.6. |
Il-kondizzjonijiet meħteiġa speċjali għall-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) standard u s-saljaturi tal-irmonk tat-tip tal-flanġ (flange type towing brackets) tal-Klassijiet A50-1 sa A50-5, bit-tnejn imsemmija inklużi:
Figura 3 Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar bil-boċċa tat-tip tal-flanġ (flange type ball couplings) standard tal-Klassi A50-1 (ara t-Tabella 2)
Figura 4 Id-dimensjonijiet l-akkoppjar bil-boċċa tat-tip tal-flanġ (flange type ball couplings) tal-Klassijiet A50-2 sa A50-5 (ara t-Tabella 2)
Tabella 2 Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar bil-boċċa tat-tip tal-flanġ (standard flange type ball couplings) standard (mm), ara l-Figuri 3 u 4.
Tabella 3 Il-valuri karatteristiċi għall-akkoppjar bil-boċċa tat-tip tal-flanġ (standard flange type ball couplings)
|
1.7. |
Manifatturi tal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u saljaturi tal-irmonk (towing brackets) maħsuba għal tagħmir li jagħmel parti minn serje fis-suq fejn jinbiegħu bċejjeċ tal-magni u li m’għandhom l-ebda tixrik mal-manifattur tal-vettura relevanti, għandu jkollhom għarfien tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-artikulazzjoni tal-akkoppjar indikati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-anness u għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa xierqa fl-anness 7 għal dan ir-Regolament. |
2. L-IRJUS TAL-AKKOPPJAR (COUPLING HEADS)
2.1. |
L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) tal-Klassi B50 għandhom ikunu ddisinjati sabiex jistgħu jintużaw mingħajr periklu flimkien mal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) deskritti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-anness u allura jżommu l-karatteristiċi preskritti. L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkun assigurat li l-akkoppjar isir mingħajr periklu, minn barra li jkun ikkunsidrat li l-istrumenti tal-akkoppjar jitherrew. |
2.2. |
L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) għandhom jissodisfaw it-testijiet indikati fl-anness 6, fil-paragrafu 3.2. |
2.3. |
Kull strument addizzjonali (eż. brejk, stabilizzatur, eċċ) m’għandu jkollu l-ebda effett ħażin fuq il-konnessjoni mekkanika. |
2.4. |
Meta mhux imqabbda mal-vettura, ir-rotazzjoni orizzontali tar-ras tal-akkoppjar (coupling head) għandha tkun mill-inqas 90° fuq kull naħa tal-linja ċentrali tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u tal-immontar, kif deskritt fil-paragrafu 1 ta’ dan l-anness. Fl-istess ħin, għandu jkun hemm angolu ta’ moviment ħieles vertikali ta’ 20° fuq u taħt l-orizzontali. Barra minn hekk, flimkien mal-angolu orizzontali tar-rotazzjoni ta’ 90° għandu jkun possibbli li jkun hemm 25° ta’ tidwir fiż-żewġ direzzjonijiet madwar l-assi orizzontali. L-artikulazzjoni li ġejja għandha tkun possibbli fl-angoli kollha tar-rotazzjoni orizzontali:
|
3. L-AKKOPPJAR BIL-GANĊ (DRAWBAR COUPLINGS)
Il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 3.1 sa 3.6 ta’ dan l-anness huma applikabbli għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) kollu tal-Klassi C50. Kondizzjonijiet meħtieġa addizzjonali għandhom ikunu ssodisfatti mill-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard tal-Klassijiet C50-1 sa C50-6 kif indikati fil-paragrafu 3.7.
3.1. Il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-ħidma – L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) kollha għandhom jissodisfaw it-testijiet imsemmija fl-anness 6, fil-paragrafu 3.3.
3.2. Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) adattati – L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C50 għandhom ikunu kompatibbli ma’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) u mal-akkoppjar bil-karatteristiċi speċifiċi kollha tal-Klassi D50.
3.3. Xedaq
L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C50 għandu jkollu xedaq iddisinjat b’tali mod li għajnet il-ganċ (drawbar eye) li hi adattata tkun iggwidata fl-akkoppjar.
Jekk ix-xedaq, jew parti li ssostni x-xedaq, tista’ ddur fuq il-pern tal-assi vertikali, għandu jsib ruħu awtomatikament fil-pożizzjoni normali u bil-kavilja miftuħa, ikun imrażżan b’mod effikaċji f’din il-pożizzjoni sabiex jagħti gwida sodisfaċenti lil għajnet il-ganċ (drawbar eye) waqt il-proċedura tal-akkoppjar.
Jekk ix-xedaq, jew parti li ssotni x-xedaq, tista’ ddur fuq il-pern tal-assi orizzontali trasversali, il-linja tal-għaqda (joint) li tipprovdi l-ħila tar-rotazzjoni għandha tkun imrażżna fil-pożizzjoni normali tagħha permezz ta’ momentum tas-sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran li jsakkar (locking torque). Il-momentum tas-sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran (torque) għandu jkun biżżejjed biex jipprevjeni forza ta’ 200 N, li tkun qed taġixxi vertikalment ’il fuq fuq il-parti ta’ fuq tax-xedaq, biex tipproduċi kwalunkwe liwja fil-linja tal-għaqda (joint) mill-pożizzjoni normali tagħha. Il-momentum tas-sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran li jsakkar (locking torque) għandu jkun ikbar minn dak li nħoloq mit-tħaddim ta’ lieva tal-id deskritta fil-paragrafu 3.6 ta’ dan l-anness. Għandu jkun possibbli li jinġieb ix-xedaq fil-pożizzjoni normali tiegħu manwalment. Xedaq li jdur fuq il-pern madwar l-assi orizzontali trasversali hu approvat biss għal piż statiku vertikali li jinġarr, S, ta’ mhux aktar minn 50 kg u b’valur ta’ V ta’ mhux iktar minn 5 kN.
Jekk ix-xedaq, jew parti li ssostni x-xedaq, tiddawwar fuq il-pern madwar l-assi lonġitudinali, ir-rotazzjoni għandha tkun imrażżna minn momentum tas-sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran li jsakkar (locking torque) ta’ mill-inqas 100 Nm.
L-inqas daqs meħtieġ tax-xedaq jiddependi mill-valur ta’ D tal-akkoppjar:
Valur ta’ D ≤ 18 kN– wiesa’ 150 mm, għoli 100 mm
Valur ta’ D > 18 kN ≤ 25 kN– wiesa’ 280 mm, għoli 170 mm
Valur ta’ D > 25 kN– wiesa’ 360 mm, għoli 200 mm
L-irkejjen esterni tax-xedaq jistgħu jkunu ttundjati.
Ixdqa iżgħar huma permessi għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C50-X jekk l-użu tagħhom hu ristrett għal trejlers b’fus ċentrali bl-akbar massa permessibbli ta’ mhux aktar minn 3,5 tunnellati metriċi jew jekk l-użu ta’ xedaq mit-tabella t’hawn fuq hu impossibbli minħabba raġunijiet tekniċi u jekk, barra minn hekk, hemm ċirkostanzi speċjali, bħal għajnuniet viżwali sabiex ikun hemm twettiq mingħajr periklu tal-proċedura awtomatika tal-akkoppjar, u jekk il-qasam tal-applikazzjoni hu ristrett fl-approvazzjoni skont l-informazzjoni mogħtija mill-manifattur tal-akkoppjar fil-formola ta’ Komunikazzjoni murija fl-anness 1.
3.4. L-inqas artikulazzjoni ta’ għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye)
Għajnet il-ganċ (drawbar eye), meta tkun akkoppjata ma’ akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling) imma ma titwaħħalx fuq vettura, għandu jkollha l-gradi ta’ artikulazzjoni mogħtija aktar ’l isfel. Jekk parti mill-artikulazzjoni tingħata minn linja tal-għaqda (joint) speċjali (l-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C50-X biss), il-qasam ta’ applikazzjoni, li ngħata fil-formola ta’ komunikazzjoni murija fl-anness 1, għandha tkun ristretta għall-każijiet imsemmija fl-anness 7, fil-paragrafu 1.3.8.
3.4.1. |
± 90° b’mod orizzontali madwar l-assi vertikali mill-assi lonġitudinali tal-vettura – ara l-Figura 5. Figura 5 Ir-rotazzjoni orizzontali ta’ għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye)
|
3.4.2. |
± 20° b’mod vertikali madwar l-assi trasversali mill-pjan orizzontali tal-vettura – ara l-Figura 6. Figura 6 Ir-rotazzjoni vertikali ta’ għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye)
|
3.4.3. |
± 25° rotazzjoni tal-assi madwar l-assi lonġitudinali mill-pjan orizzontali tal-vettura – ara l-Figura 7. Figura 7 Ir-rotazzjoni tal-assi ta’ għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye)
|
3.5. Sokra biex ma jinħallx l-akkoppjar b’mod involontarju:
Fil-pożizzjoni magħluqa, il-kavilja għandha tkun imsakkra minn żewġ mekkaniżmi pożittivi tat-tqabbid, b’kull wieħed minnhom jibqa’ jaħdem jekk l-ieħor ma jibqax.
Il-pożizzjoni magħluqa u msakkra tal-akkoppjar għandha tkun indikata b’mod ċar fuq barra minn strument mekkaniku. Għandu jkun possibbli li wieħed jivverifika l-pożizzjoni tal-indikatur bil-mess, per eżempju, fid-dlam.
L-istrument mekkaniku li jagħti indikazzjoni għandu jindika l-tqabbid taż-żewġ strumenti li jsakkru (kondizzjoni “U”).
Madankollu, hu biżżejjed li jkun indikat l-tqabbid ta’ strument li jsakkar wieħed, jekk, f’din is-sitwazzjoni, l-tqabbid tat-tieni strument li jsakkar huwa karatteristika inerenti ta’ dan id-disinn.
3.6. Lievi tal-id
Il-lievi tal-id għandhom ikunu ta’ disinn adattat għal użu faċli, bit-tarf ittundjat. L-akkoppjar m’għandux ikollu truf ippuntati jew punti li jistgħu joqorsu qrib il-lieva tal-id li jista’ jirriżulta f’ferita waqt it-tħaddim tal-akkoppjar. Il-forza meħtieġa biex jinħall l-akkoppjar, imkejla mingħajr għajnet il-ganċ (drawbar eye), m’għandiex tisboq 250 N perpendikulari għal-lieva tal-id tul il-linja tat-tħaddim.
3.7. Il-kondizzjonijiet meħtieġa speċjali għal akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard tal-Klassijiet C50-1 sa C50-6:
3.7.1. |
Id-dawrien ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) madwar l-assi trasversali għandha tinkiseb permezz tas-sura sferika tal-kavilja (u mhux permezz ta’ linja ta’ għaqda (joint)); |
3.7.2. |
Piżijiet f’daqqa li jiġġebbdu u jintrassu tul l-assi lonġitudinali minħabba l-ispazju ħieles bejn il-kavilja u għajnet il-ganċ (drawbar eye) għandhom jitnaqqsu permezz ta’ molol u/jew strumenti li jtaffu x-xokk (minbarra C50-1). |
3.7.3. |
Id-dimensjonijiet għandhom ikunu skont kif ingħataw fil-Figura 8 u t-Tabella 4. |
3.7.4. |
L-akkoppjar għandhom ikunu adattati u ttestjati għall-valuri karatteristiċi mogħtija fit-Tabella 5. |
3.7.5. |
L-akkoppjar għandu jinfetaħ permezz ta’ lieva tal-id applikata fuq l-akkoppjar (mingħajr kontroll mill-bogħod). |
Figura 8
Id-dimensjonijiet ta’ akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard (mm) (ara t-Tabella 4)
Tabella 4
Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard (mm) (ara l-Figura 8)
Klassi |
C50-1 |
C50-2 |
C50-3 |
C50-4 |
C50-5 |
C50-6 C50-7 |
Rimarki |
e1 |
83 |
83 |
120 |
140 |
160 |
160 |
± 0,5 |
e2 |
56 |
56 |
55 |
80 |
100 |
100 |
± 0,5 |
d1 |
— |
54 |
74 |
84 |
94 |
94 |
l-akbar |
d2 |
10,5 |
10,5 |
15 |
17 |
21 |
21 |
H13 |
f |
110 |
110 |
155 |
180 |
200 |
200 |
+ 6,0 – 0 |
g |
85 |
85 |
90 |
120 |
140 |
140 |
± 3,0 |
a |
100 |
170 |
200 |
200 |
200 |
200 |
+ 20,0 – 0 |
b |
150 |
280 |
360 |
360 |
360 |
360 |
+ 20,0 – 0 |
c |
20 |
20 |
24 |
30 |
30 |
30 |
l-akbar |
h |
150 |
190 |
265 |
265 |
265 |
265 |
l-akbar |
l1 |
— |
150 |
250 |
300 |
300 |
300 |
l-akbar |
l2 |
150 |
300 |
330 |
330 |
330 |
330 |
l-akbar |
l3 |
100 |
160 |
180 |
180 |
180 |
180 |
± 20,0 |
T |
— |
15 |
20 |
35 |
35 |
35 |
l-akbar |
Tabella 5
Il-valuri karatteristiċi għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard
Klassi |
C50-1 |
C50-2 |
C50-3 |
C50-4 |
C50-5 |
C50-6 |
C50-7 |
D |
18 |
25 |
70 |
100 |
130 |
190 |
190 |
Dc |
18 |
25 |
50 |
70 |
90 |
120 |
130 |
S |
200 |
250 |
650 |
900 |
1 000 |
1 000 |
1 000 |
V |
12 |
10 |
18 |
25 |
35 |
50 |
75 |
D= l-akbar valur ta’ D (kN)
Dc = l-akbar valur ta’ D (kN) għal applikazzjonijiet fuq trejlers b’fus ċentrali
S= l-akbar piż statiku vertikali fuq l-akkoppjar (kg)
V= l-akbar valur ta’ V (kN)
4. GĦAJNEJN IL-GANĊ (DRAWBAR EYES)
4.1. Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50:
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) kollha tal-Klassi D50 għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw it-test imsemmi fl-anness 6, fil-paragrafu 3.4.
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50 huma maħsuba għall-użu mal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C50. Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) m’għandhomx ikunu jistgħu jduru fuq l-assi (minħabba li l-akkoppjar rispettiv tagħhom jista’ jdur).
Jekk għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50 huma mgħammra b’partijiet f’forma ta’ tubu biex jiffittjaw madwar parti oħra (sleeves), għandhom ikunu konformi mad-dimensjonijiet murija fil-Figura 9 (mhux permessi għall-Klassi D50-C) jew fil-Figura 10.
Il-partijiet f’forma ta’ tubu biex jiffitjaw madwar partijiet oħra (sleeves) m’għandhomx ikunu ssaldjati f’għajnejn il-ganċ (drawbar eyes).
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50 għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fil-paragrafu 4.2. Il-forma dritta u rqiqa (shank) għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50-X mhix speċifikata imma għal distanza ta’ 210 mm miċ-ċentru tal-għajn, l-għoli “h” u l-wisa’“b” għandhom ikunu fil-limiti li ngħataw fit-Tabella 6.
Figura 9
Il-parti f’forma ta’ tubu biex tiffittja madwar parti oħra (sleeve) b’xaqq għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50
Figura 10
Il-parti f’forma ta’ tubu biex tiffittja madwar parti oħra (sleeve) mingħajr xaqq għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50-C
Tabella 6
Id-dimensjonijiet għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) D50-A u D50-X (ara l-Figura 11)
Klassi |
h (mm) |
b (mm) |
D50-A |
65 + 2/– 1 |
60 + 2/– 1 |
D50-X |
80 l-aktar |
62 l-aktar |
Tabella 7
Il-valuri karatteristiċi għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard
Klassi |
D |
Dc |
S |
V |
D50-A |
130 |
90 |
1 000 |
30 |
D50-B |
130 |
90 |
1 000 |
25 |
D50-C |
190 |
120 |
1 000 |
50 |
D50-D |
190 |
130 |
1 000 |
75 |
4.2. Kondizzjonijiet meħtieġa speċjali għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D5:
4.2.1. |
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassijiet D50-A u D50-X għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fil-Figura 11. Figura 11 Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassijiet D50-A u D50-X (ara t-Tabella 6)
|
4.2.2. |
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50-B għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fil-Figura 12. Figura 12 Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50-B (ara dimensjonijiet oħra fil-Figura 11)
|
4.2.3. |
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassijiet D50-C u D50-D għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fil-Figura 13 Figura 13 Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassijiet D50-C u D50-D (ara dimensjonijiet oħra fil-Figura 11)
|
4.2.4. |
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassijiet D50-C u D50-D għandu jkollhom partijiet f’forma ta’ tubu biex jiffittjaw madwar partijiet oħra (sleeves) mingħajr xquq, kif murija fil-Figura 10. |
4.3. Il-valuri għall-piżijiet għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard.
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard u l-mezzi biex jitwaħħlu għandhom ikunu adattati, u ttestjati, għall-valuri tal-piżijiet imsemmija fit-Tabella 7.
4.4. Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L:
4.4.1. |
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L huma maħsuba għall-użu mal-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K |
4.4.2. |
Meta użati mal-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type coupling) tal-Klassi K, għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-artikulazzjoni mogħtija fil-paragrafu 10.2 ta’ dan l-anness. |
4.4.3. |
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L għandu jkollhom id-dimensjonijiet mogħtija fil-Figura 14 u t-Tabella 8. Figura 14 Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torodjali (ara t-Tabella 8)
|
4.4.4. |
Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L għandhom jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-anness 6, fil-paragrafu 3.4 u għandhom ikunu adattati għall-valuri karatteristiċi mogħtija fit-Tabella 9. |
Tabella 8
Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L (ara l-Figura 14)
(f’mm) |
||||||
Klassi |
L1 |
L2 |
L3 |
L4 |
L5 |
Rimarki |
a |
68 + 1,6/– 0,0 |
76,2 ± 0,8 |
76,2 ± 0,8 |
76,2 ± 0,8 |
68 + 1,6/– 0,0 |
|
b |
41,2 ± 0.8 |
41,2 ± 0,8 |
41,2 ± 0,8 |
41,2 ± 0,8 |
41,2 ± 0,8 |
|
c |
70 |
65 |
65 |
65 |
70 |
L-inqas |
Tabella 9
Il-valuri karatteristiċi għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L
Klassi |
L1 |
L2 |
L3 |
L4 |
L5 |
D kN |
30 |
70 |
100 |
130 |
180 |
Dc kN |
27 |
54 |
70 |
90 |
120 |
S kg |
200 |
700 |
950 |
1 000 |
1 000 |
V kN |
12 |
18 |
25 |
35 |
50 |
5. GANĊIJIET (DRAWBARS)
5.1. Ganċijiet (drawbars) tal-Klassi E għandhom jissodisfaw it-testijiet preskritti fl-anness 6, fil-paragrafu 3.3.
5.2. Sabiex ikun hemm konnessjoni bejn il-vettura tal-irmonk, mal-ganċijiet (drawbars) jistgħu jitwaħħlu jew irjus tal-akkoppjar (coupling heads), kif hemm fil-paragrafu 2, jew b’għajnejn il-ganċ (drawbar eyes), kif hemm fil-paragrafu 4 ta’ dan l-anness. L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) u għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) jistgħu jitwaħħlu permezz ta’ kamini, viti jew bl-issaldjar.
5.3. Strumenti biex jirranġaw l-għoli għal ganċijiet impernjati (hinged drawbars)
5.3.1. |
Il-ganċijiet impernjati (hinged drawbars) għandhom jitwaħħlulhom strumenti biex jirranġaw il-ganċ (drawbar) għall-għoli tal-istrument tal-akkoppjar jew ix-xedaq. Dawn l-istrumenti għandhom ikunu ddisinjati sabiex il-ganċ (drawbar) ikun jista’ jiġi aġġustat minn persuna waħda, mingħajr għodod jew kwalunkwe għajnuna oħra. |
5.3.2. |
L-istrumenti biex jirranġaw l-għoli għandhom ikunu jistgħu jirranġaw għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) jew l-akkoppjar bil-boċċi (ball couplings) mill-orizzontali ’l fuq mill-art b’mill-inqas 300mm, kemm ’il fuq u kemm ’l isfel. Fi ħdan dan il-kamp ta’ azzjoni il-ganċ (drawbar) għandu jkun jista’ jiġi rranġat mingħajr skaluni, jew bl-akbar numru ta’ skaluni ta’ 50 mm imkejla fejn hemm għajnet il-ganċ (drawbar eye) jew l-akkoppjar bil-boċċa (ball coupling). |
5.3.3. |
L-istrumenti biex jirranġaw l-għoli m’għandhomx ifixklu mill-moviment ħieles tal-ganċ (drawbar) wara l-akkoppjar. |
5.3.4. |
L-istrumenti li jirranġaw l-għoli m’għandhomx ifixklu l-azzjoni ta’ kwalunkwe inerzja, tip li jdur b’veloċità aktar mill-magna (overrun type), jew brejk. |
5.4. Fil-każ ta’ ganċijiet (drawbar) flimkien ma’ inerzja, veloċità akbar minn tal-magna (overrun), brejkijiet, id-distanza bejn iċ-ċentru ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) u t-tarf tal-manku ħieles (free shank) ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) m’għandiex tkun inqas minn 200mm fil-pożizzjoni tal-applikazzjoni tal-brejk. Bil-manku (shank) ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) imdaħħal kollu, id-distanza m’għandiex tkun inqas minn 150 mm.
5.5. Il-ganċijiet (drawbars) għall-użu fuq trejlers b’fus ċentrali għandu jkollhom mill-inqas nofs il-mument tar-reżistenza kontra l-forzi laterali daqs kemmikollhom kontra l-forzi vertikali.
6. ŻBARRI (DRAWBEAMS)
6.1. |
Żbarri (drawbeams) tal-Klassi F għandhom jissodisfaw it-testijiet preskritti fl-anness 6, fil-paragrafu 3.3. |
6.2. |
Id-disinn tat-titqib bit-trapan għall-immontar tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard tal-Klassi C għandu jkun skont il-Figura 15 u t-Tabella 10 aktar ’l isfel. |
6.3. |
L-iżbarri (drawbeams) m’għandhomx ikunu ssaldjati max-xàsi, mal-bodì jew ma’ parti oħra mill-vettura. |
Figura 15
Id-dimensjonijiet tal-immontar għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard (ara t-Tabella 10)
Tabella 10
Id-dimensjonijiet tal-immontar għal akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard (ara l-Figura 15)
(f’mm) |
|||||||
Klassi |
C50-1 |
C50-2 |
C50-3 |
C50-4 |
C50-5 |
C50-6C50-7 |
Rimarki |
e1 |
83 |
83 |
120 |
140 |
160 |
160 |
± 0,5 |
e2 |
56 |
56 |
55 |
80 |
100 |
100 |
± 0,5 |
d1 |
— |
55 |
75 |
85 |
95 |
95 |
+ 1,0/– 0,5 |
d2 |
10,5 |
10,5 |
15 |
17 |
21 |
21 |
H13 |
T |
— |
15 |
20 |
35 |
35 |
35 |
l-aktar |
F |
120 |
120 |
165 |
190 |
210 |
210 |
l-inqas |
G |
95 |
95 |
100 |
130 |
150 |
150 |
l-inqas |
L1 |
— |
200 |
300 |
400 |
400 |
400 |
l-inqas |
7. L-AKKOPPJAR TAL-ISTEPNI (FIFTH WHEEL COUPLINGS) U L-IFILSA MEXXEJJA (STEERING WEDGES)
Il-kondizzjonijiet meħteiġa tal-paragrafi 7.1 sa 7.7 huma applikabbli għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) kollha tal-Klassi G50.
Kondizzjonijiet meħtieġa oħra li għandhom ikunu ssodisfatti mill-istrumenti tal-akkoppjar standard jingħataw fil-paragrafu 7.9.
L-ifilsa mexxejja (steering wedges) għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijit meħtieġa mniżżla fil-lista tal-paragrafu 7.8.
7.1. Kavilji tal-istepni (fifth wheel coupling pins) adattati
L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) tal-Klassi G50 għandhom ikunu ddisinjati sabiex jistgħu jintużaw flimkien mal-kavilji tal-Klassi H50 u, flimkien, jipprovdu l-karatteristiċi speċifikati.
7.2. Gwidi
L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandhom ikunu mgħammra bi gwida li tassigura tqabbid mingħajr periklu u korrett tal-kavilja. Il-wisa’ tad-dħul tal-gwida, għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard, ta’ 50 mm għandha tkun mill-inqas ta’ 350 mm (ara l-Figura 16).
Għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) żgħar, mhux standard, tal-Klassi G50-X u bl-akbar valur “D” ta’ 25 kN, il-wisa’ tad-dħul għandha tkun mill-inqas 250 mm.
Figura 16
Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard (ara t-Tabella 11)
Figura 16a
It-tolleranzi tat-toqob tal-immontar għall-pjanċi tal-immontar tal-Klassi J għal akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) (ara l-para. 9.1. ta’ dan l-anness)
Tabella 11
Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard (ara l-Figura 16)
(f’mm) |
||||||
Klassi |
G50-1 |
G50-2 |
G50-3 |
G50-4 |
G50-5 |
G50-6 |
H |
140-159 |
160-179 |
180-199 |
200-219 |
220-239 |
240-260 |
7.3. L-inqas artikulazzjoni tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)
Bil-kavilja llokkjata, mingħajr mal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) jkun imwaħħal mal-vettura jew mal-pjanċa tal-immontar, imma jiġi kkunsidrat l-effett tal-viti tal-immontar, l-akkoppjar għandu jippermetti, fl-istess ħin, l-inqas valuri ta’ artikulazzjoni tal-kavilja li ġejjin:
7.3.1. |
± 90° madwar l-ass vertikali (mhux applikabbli għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) bi tmexxija pożittiva); |
7.3.2. |
± 12° madwar l-assi orizzontali trasversali għad-direzzjoni tal-ivvjaġġar. Dan l-angolu mhux bilfors ikopri l-użu fuq art imħarbta. |
7.3.3. |
Rotazzjoni tal-assi madwar l-assi lonġitudinali fejn mhux permess aktar minn ± 3°. Madankollu, fuq akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) li joxxilla kompletament, dan l-angolu jista’ jkun ta’ aktar, dejjem jekk il-mekkaniżmu li jsakkar jippermetti r-restrizzjoni tar-rotazzjoni ta’ mhux aktar minn ± 3°. |
7.4. L-istrumenti li jsakkru biex jiprevjenu li l-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) jinħall
L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandu jkun imsakkar meta jkun akkoppjat minn żewġ strumenti mekkaniċi pożittivi li jsakkru, b’kull wieħed għandu jibqa’ jaħdem jekk l-ieħor ma jaħdimx.
L-istrument primarju li jsakkar għandu jaħdem awtomatikament imma l-istrument sekondarju li jsakkar jista’ jkun jew awtomatiku jew jaqbad flimkien b’mod manwali. L-istrument sekondarju li jsakkar jista’ jkun iddisinjat biex jaħdem flimkien mal-istrument primarju u jipprovdi sokra mekkanika pożittiva oħra għall-istrument primarju. Għandu jkun possibbli li wieħed jillokkja l-istrument li jsakkar sekondarju jekk l-istrument primarju jkun ġie llokkjat kif suppost.
M’għandux ikun possibbli għall-istrumenti li jsakkru li jinħallu b’mod involontarju. Biex l-istrumenti jinħallu hemm bżonn ta’ azzjoni maħsuba mis-sewwieq jew l-operatur tal-vettura.
Il-pożizzjoni magħluqa u msakkra tal-akkoppjar għandha tkun indikata b’mod viżwali minn strument mekkaniku u għandu jkun possibbli li tiġi vverifikata l-pożizzjoni tal-indikatur bil-mess, per eżempju, biex il-pożizzjoni tkun tista’ tiġi kkontrollata fid-dlam. L-istrument li jagħti indikazzjoni għandu jindika li l-istrument primarju u dak sekondarju li jsakkru huma t-tnejn illokkjati. Madankollu, hu biżżejjed li jkun indikat li strument wieħed qiegħed jiġii llokkjat jekk, f’dan il-każ, l-istrument l-ieħor jiġi llokjat fl-istess ħin u din hi karatteristika inerenti tad-disinn.
7.5. L-istrumenti li jazzjonaw jew il-mekkaniżmi li jħollu
Fil-pożizzjoni magħluqa, l-istrumenti li jazzjonaw jew il-mekkaniżmi li jħollu m’għandhomx jitħallew jitħaddmu b’mod involontarju jew aċċidentali. Is-sistema li ssakkar għandha tkun tali li jkollha bżonn azzjoni pożittiva u konxja sabiex jinħall l-istrument li jsakkar sabiex il-mekkaniżmu li jħoll l-akkoppjar jiġi azzjonat.
7.6. Irfinitura tal-wiċċ
L-uċuh tal-pjanċa tal-akkoppjar u s-sokra tal-akkoppjar għandhom jaħdmu sew u għandhom ikunu msawra bil-magna, għandu jinkewa l-metall biex jingħata sura, għandu jinxteħet il-metall imdewweb fil-forma jew għandu jkun ippressat.
7.7. Il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-piż
L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) kollu għandu jkun jista’ jissodisfa t-testijiet deskritti fl-anness 6, fil-paragrafu 3.7.
7.8. L-ifilsa mexxejja (steering wedges)
7.8.1. |
Id-dimensjonijiet tal-ifilsa mexxejja (steering wedges) għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers għandhom ikunu kif hemm fil-Figura 17. Figura 17 Id-dimensjonijiet tal-ifilsa mexxejja (steering wedges) immuntati fuq il-molol
|
7.8.2. |
Il-feles mexxej (steering wedge) għandu jippermetti akkoppjar mingħajr periklu u korrett u għandu jkun immuntat fuq il-molol. Is-saħħa tal-molla għandha tingħażel sabiex ikun possibbli li jsir l-akkoppjar ta’ semitrejler li ma jkunx mgħobbi u sabiex, bis-semitrejler mgħobbi għalkollox il-feles mexxej (steering wedge) ikun f’kuntatt sew mal-ġnub tal-akkoppjar waqt l-użu. L-akkoppjar tal-istepni jista’ jinħall meta s-semitrejler ikun kemm mgħobbi u kemm le. |
7.9. Il-kondizzjonijiet meħtieġa speċjali għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard:
7.9.1. |
id-dimensjonijiet għandhom ikunu kif murija fil-Figura 16 u t-Tabella 11. |
7.9.2. |
għandhom ikunu adattati, u ttestjati, għal valur ta’ D ta’ 150 kN u valur ta’ U ta’ 20 tunnellati metriċi. |
7.9.3. |
l-akkoppjar jista’ jinħall permezz ta’ lieva tal-id immuntata direttament fuq l-akkoppjar. |
7.9.4. |
għandhom ikunu adattati għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers permezz tal-ifilsa mexxejja (steering wedges)– ara l-paragrafu 7.8. |
8. IL-KAVILJI TAL-ISTEPNI (FIFTH WHEEL COUPLING PINS)
8.1. |
Il-kavilji tal-istepni (fifth wheel coupling pins) tal-Klassi H50 (ISO 337) għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fil-Figura 18. Figura 18 Id-dimensjonijiet tal-kavilji tal-istepni (fifth wheel coupling pins) tal-Klassi H50
|
8.2. |
Il-kavilji tal-akkoppjar għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet deskritti fl-anness 6, fil-paragrafu 3.9. |
9. PJANĊI TAL-IMMONTAR
9.1. |
Pjanċi tal-immontar tal-Klassi J għal akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandu jkollhom toqob tal-immontar ippożizzjonati kif murija fil-Figura 16a, jekk huma maħsuba għal akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)standard. Madankollu, it-toqob tal-immontar għandhom ikunu b’dijametru ta’ 17 mm + 2,0 mm/ – 0,0 mm. It-toqob għandhom ikunu ċirkulari u MHUX imxaqqa (ara l-Figura 16a). |
9.2. |
Il-pjanċi tal-immontar għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard għandhom ikunu adattati għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers (bl-ifilsa mexxejja (steering wedges)). Il-pjanċi tal-immontar għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) mhux standard li m’humiex adattati għat-tmexxija pożittiva għandhom ikunu mmarkati b’mod xieraq. |
9.3. |
Il-pjanċi tal-immontar għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandu jkun jista’ jissodisfa t-testijiet deskritti fl-anness 6, fil-paragrafu 3.8. |
10. AKKOPPJAR TAT-TIP BIL-GANĊ (HOOK TYPE COUPLINGS)
10.1. Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali għall-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K:
10.1.1. |
L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) kollu tal-Klassi K għandhom jissodisfaw it-testijiet msemmija fl-anness 6, fil-paragrafu 3.5 u għandhom ikunu adattati għall-valuri karatteristiċi mogħtija fit-Tabella 13. |
10.1.2. |
L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K għandu jkollhom id-dimensjonijiet mogħtija fil-Figura 19 u t-Tabella 12. Il-Klassijiet K1 sa K4 jinkludu akkoppjar mhux awtomatiċi li jintużaw biss fuq trejlers li m’għandhomx iktar minn 3,5 tunnellati metriċi ta’ f’dik li hi l-akbar massa permissibbli u l-Klassijiet KA1 sa KA3 huma akkoppjar awtomatiċi. Figura 19 Id-dimensjonijiet u l-artikulazzjoni tal-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K
|
10.1.3. |
L-Akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) għandu jintuża biss ma’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) torojdali u meta tintuża ma’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) torojdali tal-Klassi L, l-akkoppjar tal-Klassi K għandu jkollu l-gradi ta’ artikulazzjoni mogħtija fil-paragrafu 10.2 ta’ dan l-anness. |
10.1.4. |
L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type coupling) tal-Klassi K għandu jintuża ma’ għajn torojdali bl-inqas spazju ħieles, jew moviment ħieles, ta’ 3 mm u l-akbar spazju ħieles ta’ 5 mm meta tkun ġdida. Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) adattati għandhom ikunu ddikjarati mill-manifattur tal-akkoppjar fil-formola tal-Komunikazzjoni murija fl-anness 1. |
10.2. Akkoppjar tal-Klassi K meta użat ma’ għajn torojdali tal-Klassi L, imma ma jkunx imwaħħla fuq vettura, għandu jkollu l-angoli ta’ artikulazzjoni mhux simultanji li ġejjin – ara wkoll il-Figura 19:
10.2.1. |
± 90° b’mod orizzontali madwar l-assi vertikali tal-akkoppjar; |
10.2.2. |
± 40° b’mod vertikali madwar l-assi orizzontali trasversali tal-akkoppjar; |
10.2.3. |
± 20° rotazzjoni fuq l-assi madwar l-assi orizzontali lonġitudinali tal-linja taċ-ċentru tal-akkoppjar. |
10.3. L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) awtomatiċi tal-Klassi K għandu jkollhom ix-xedaq iddisinjat b’tali mod li għajnet il-ganċ (drawbar eye) tkun iggwidata fl-akkoppjar.
10.4. Sokor biex ma jinħallx l-akkoppjar b’mod involontarju:
Fil-pożizzjoni magħluqa l-akkoppjar għandu jkun imsakkar minn żewġ strumenti mekkaniċi pożittivi li jissakkru b’mod li kull wieħed jibqa’ jaħdem jekk l-ieħor ma jibqax.
Il-pożizzjoni magħluqa u msakkra tal-akkoppjar għandha tkun indikata b’mod ċar fuq barra minn strument mekkaniku. Għandu jkun possibbli li tiġi vverifikata l-pożizzjoni tal-indikatur bil-mess, per eżempju, fid-dlam.
L-istrument mekkaniku li jagħti indikazzjoni għandu jindika li ż-żewġ mekkaniżmi li jsakkru huma llokkjati (kondizzjoni UKOLL).
Madankollu, hu biżżejjed li jkun indikat li wieħed mill-mekkaniżmi li jsakkru hu llokkjat, jekk, f’din is-sitwazzjoni, li jkun illokkjat it-tieni mekkaniżmu li jsakkar hi karatteristika inerenti tad-disinn.
10.5. Il-lievi tal-id
Il-lievi tal-id għandhom ikunu ta’ disinn adattat għal użu faċli, bit-tarf ittundjat. L-akkoppjar m’għandux ikollu truf ippuntati jew punti li jistgħu joqorsu qrib il-lieva tal-id li jistgħu jirriżultaw f’ferita waqt it-tħaddim tal-akkoppjar. Il-forza meħtieġa biex jinħall l-akkoppjar, imkejla mingħajr għajnet il-ganċ (drawbar eye), m’għandiex tisboq 250 N b’mod perpendikulari għal-lieva tal-id tul il-linja tat-tħaddim.
Tabella 12
Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K (ara l-Figura 19)
Klassi |
K1 |
K2 |
K3 |
K4 |
KA1 |
KA2 |
KA3 |
Rimarki |
e1 |
— |
83 |
83 |
120 |
120 |
140 |
160 |
± 0,5 |
e2 |
— |
56 |
56 |
55 |
55 |
80 |
100 |
± 0,5 |
e3 |
90 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
± 0,5 |
d2 |
17 |
10,5 |
10,5 |
15 |
15 |
17 |
21 |
H13 |
c |
3 |
3 |
3 |
3 |
3 |
3 |
3 |
l-inqas |
f |
130 |
175 |
175 |
180 |
180 |
200 |
200 |
l-akbar |
g |
100 |
100 |
100 |
120 |
120 |
140 |
200 |
l-akbar |
a |
45 |
45 |
45 |
45 |
45 |
45 |
45 |
+ 1,6/– 0,0 |
L1 |
120 |
120 |
120 |
120 |
250 |
300 |
300 |
l-akbar |
L2 |
74 |
74 |
63 |
74 |
90 |
90 |
90 |
l-akbar |
L3 |
110 |
130 |
130 |
150 |
150 |
200 |
200 |
l-akbar |
Tabella 13
Il-valuri karatteristiċi għall-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings)
Klassi |
K1 |
K2 |
K3 |
K4 |
KA1 |
KA2 |
KA3 |
D kN |
17 |
20 |
20 |
25 |
70 |
100 |
130 |
Dc kN |
— |
— |
17 |
20 |
54 |
70 |
90 |
S kg |
120 |
120 |
200 |
250 |
700 |
900 |
1 000 |
V kN |
— |
— |
10 |
10 |
18 |
25 |
35 |
11. L-AKKOPPJAR TAT-TIP BIL-GANĊ (DRAWBAR TYPE COUPLINGS) GĦAL SKOP SPEĊIFIKU - KLASSI T
11.1. |
L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (drawbar type couplings) tal-Klassi T għal skop speċifiku huma maħsuba għall-użu fuq vetturi magħquda speċifiċi, per eżempju, trasportaturi tal-karozzi. Dawn il-vetturi għandhom strutturi speċjali u jistgħu jinħtieġu post għall-akkoppjar partikulari u mhux tas-soltu. |
11.2. |
L-akkoppjar tal-Klassi T għandu jkun ristrett għall-użu ma’ trejlers b’fus ċentrali u din ir-restrizzjoni għandha tkun mgħarrfa fuq il-formola tal-Komunikazzjoni murija fl-anness 1. |
11.3. |
L-akkoppjar tal-Klassi T għandu jkun approvat bħala par imqabbel u m’għandux ikun possibbli li l-akkoppjar jiġi sseparat jekk mhux f’ħanut tax-xogħol b’għodod li normalment ma jinstabux fuq vettura. |
11.4. |
L-akkoppjar tal-Klassi T m’għandhomx ikunu awtomatiċi meta jitħaddmu. |
11.5. |
L-akkoppjar tal-Klassi T għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa relevanti tat-test mogħtija fl-anness 6, fil-paragrafu 3.3, minbarra l-paragrafu 3.3.4. |
11.6. |
L-inqas angoli simultanji tal-artikulazzjoni li ġejjin għandhom ikunu possibbli mal-akkoppjar li mhux imwaħħal ma’ vettura, imma hu mmuntat, u fl-istess pożizzjoni normali bħal meta jitwaħħal ma’ vettura;
|
12. L-ISTRUMENTI GĦALL-INDIKAZZJONI U L-KONTROLL MILL-BOGĦOD
12.1. Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali
L-istrumenti għall-indikazzjoni u l-kontroll mill-bogħod huma permessi biss fuq strumenti tal-akkoppjar awtomatiċi tal-Klassijiet C50-X u G50-X.
L-istrumenti għall-indikazzjoni u l-kontroll mill-bogħod m’għandhomx ifixklu l-inqas moviment ħieles ta’ għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye) jew is-semitrejler li jkun akkoppjat. Għandhom ikunu mwaħħla b’mod permanenti mal-vettura.
L-istrumenti kollha għall-indikazzjoni u l-kontroll mill-bogħod jaqgħu fl-ambitu tal-ittestjar u l-approvazzjoni tal-istrument tal-akkoppjar flimkien mal-partijiet kollha tal-istrumenti li jazzjonaw u l-istrumenti li jħaddmu l-ħafna mekkaniżmi kkomunikati magħhom (transmission devices).
12.2. Indikazzjoni mill-bogħod
12.2.1. |
Għal proċedura ta’ akkoppjar awtomatiku, l-istrumenti ta’ indikazzjoni mill-bogħod għandhom jindikaw il-pożizzjoni magħluqa u doppjament imsakkra tal-akkoppjar b’mod li jidher, skont il-paragrafu 12.2.2. Barra minn hekk, il-pożizzjoni miftuħa tista’ tkun indikata kif hemm fil-paragrafu 12.2.3. L-istrument ta’ indikazzjoni mill-bogħod għandu jkun attivitat u rregolat b’mod awtomatiku waqt kull ftuħ u għeluq tal-akkoppjar. |
12.2.2. |
Il-bidla minn pożizzjoni miftuħa għal waħda magħluqa u msakkra doppjament għandha tkun indikata minn sinjal ħadrani li jidher. |
12.2.3. |
Jekk il-pożizzjoni miftuħa u/jew mhux imsakkra hi indikata, għandu jintuża sinjal ħamrani li jidher. |
12.2.4. |
Fil-każ tal-indikazzjoni li turi li twettqet il-proċedura ta’ akkoppjar awtomatiku, l-indikatur mill-bogħod għandu jassigura li l-kavilja tkun laħqet il-pożizzjoni doppjament msakkra. |
12.2.5. |
Kwalunkwe ħsara li titfaċċa fis-sistema ta’ indikazzjoni mill-bogħod m’għandiex tindika pożizzjoni magħluqa u msakkra waqt il-proċedura tal-akkoppjar jekk l-aħħar pożizzjoni ma tkunx intlaħqet. |
12.2.6. |
Jekk jinħall wieħed miż-żewġ strumenti li jsakkru, għandu jintefa’ d-dawl ħadrani li jidher u jinxtegħel id-dawl ħamrani (jekk hemm). |
12.2.7. |
L-indikaturi mekkaniċi mwaħħla direttament mal-istrument tal-akkoppjar għandhom jinżammu. |
12.2.8. |
Sabiex is-sewwieq ma jkunx aljenat waqt sewqan normali, għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex jintefa l-istrument ta’ indikazzjoni mill-bogħod, imma dan għandu jinxtegħel mill-ġdid, b’mod awtomatiku, meta l-akkoppjar jerġa’ jinfetaħ u jingħalaq – ara l-paragrafu 12.2.1. |
12.2.9. |
Il-kontrolli u l-indikaturi tat-tħaddim tal-istrument ta’ indikazzjoni mill-bogħod għandhom ikunu mmuntati fi ħdan il-kamp viżiv tas-sewwieq u jkunu identifikati b’mod permanenti u ċar. |
12.3. Kontroll mill-bogħod
12.3.1. |
Jekk jintuża strument ta’ kontroll mill-bogħod, kif iddefinit fil-paragrafu 2.8 ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun hemm ukoll strument ta’ indikazzjoni mill-bogħod kif deskritt fil-paragrafu 12.2 li, mill-inqas, għandu jindika li l-akkoppjar hu miftuħ. |
12.3.2. |
Għandu jkun hemm swiċċ għal skop speċifiku (jiġifieri swiċċ li jikkontrolla l-bqija tas-sistema, lieva jew valv) sabiex l-akkoppjar ikun jista’ jinfetaħ jew jingħalaq permezz tal-istrument ta’ kontroll mill-bogħod. Jekk l-iswiċċ li jikkontrolla l-bqija tas-sistema ma jinsabx fil-kabina tas-sewqan m’għandux ikun f’pożizzjoni fejn hu aċċessibli b’ċertu faċilità minn persuni mhux awtorizzati jew inkella għandu jkun imsakkar. It-tħaddim effettiv tal-akkoppjar mill-kabina tas-sewqan jista’ jkun possibbli meta tħaddim involontarju jkun impossibbli, per eżempju, f’ħidma li tinħtieġ iż-żewġ idejn. Għandu jkun possibbli li wieħed jaċċerta ruħu jekk il-ftuħ tal-akkoppjar taħt kontroll mill-bogħod sarx kollu jew le. |
12.3.3. |
Jekk il-kontroll mill-bogħod jinvolvi li l-akkoppjar jinfetaħ minn forza esterna, il-kondizzjoni taħt xiex il-forza esterna taġixxi fuq l-akkoppjar għandha tkun indikata b’mod xieraq lis-sewwieq. Dan mhux meħtieġ jekk il-forza esterna taħdem biss waqt li l-kontroll mill-bogħod ikun qed jaħdem. |
12.3.4. |
Jekk l-istrument li jazzjona l-ftuħ tal-akkoppjar taħt kontroll mill-bogħod hu mmuntat fuq barra tal-vetura, għandu jkun possibbli li wieħed jissorvelja l-êrja bejn il-vetturi akkoppjati, imma m’għandux ikun hemm ħtieġa, madankollu, li wieħed jidħol f’din l-êrja biex iħaddmu. |
12.3.5. |
Kwalunkwe żball waħdani fit-tħaddim jew li jkun hemm kwalunkwe ħsara fis-sistema, m’għandux jirriżulta fil-ftuħ aċċidentali tal-akkoppjar waqt l-użu normali fit-triq. Kwalunkwe ħsarat fis-sistema għandhom ikunu indikati b’mod dirett jew jidhru b’mod ċar mill-ewwel fit-tħaddim li jmiss eż. meta ma jaħdimx tajjeb. |
12.3.6. |
Fil-każ li ma jibqax jaħdem il-kontroll mill-bogħod għandu jkun possibbli, f’emerġenza, li jinfetaħ l-akkoppjar b’mill-inqas mod wieħed ieħor. Jekk dan jinħtieġ xi għodda, mela allura din għandha tkun inkluża fil-kitt tal-għodod fil-vettura. Il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 3.6 ta’ dan l-anness m’humiex applikabbli għal-lievi tal-id użati biss għall-ftuħ tal-akkoppjar f’emerġenza. |
12.3.7. |
Il-kontrolli u l-indikaturi tat-tħaddim tal-istrumenti tal-kontroll mill-bogħod għandhom ikunu identifikati b’mod permanenti u ċar. |
ANNESS 6
L-ittestjar tal-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku
1. IL-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA ĠENERALI GĦALL-ITTESTJAR
1.1. |
Il-kampjuni tal-istrumenti tal-akkoppjar għandhom ikunu ttestjati kemm għas-saħħa kif ukoll għall-funzjonament. L-ittestjar fiżiku għandu jsir kulfejn ikun possibbli, imma sakemm ma jintqalx mod ieħor, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku tista’ ma teħtieġx it-test għas-saħħa fiżika jekk id-disinn sempliċi tal-komponent jagħmel possibbli kontroll teoretiku. Il-kontrolli teoretiċi jistgħu jsiru biex jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet fl-agħar każijiet. Fil-każijiet kollha, il-kontrolli teoretiċi għandhom jassiguraw l-istess kwalità ta’ riżultati kemm għall-ittestjar dinamiku kif ukoll għal dak statiku. F’każijiet ta’ dubju huma r-riżultati tal-ittestjar fiżiku li jkunu kkunsidrati bħala l-aktar importanti. Ara wkoll il-paragrafu 4.8 ta’ dan ir-Regolament. |
1.2. |
Fil-każ ta’ strumenti tal-akkoppjar, is-saħħa għandha tkun ivverifikata minn test dinamiku (test ta’ kemm għandhom reżistenza). F’ċerti każijiet, testijiet addizzjonali statiċi jistgħu jkunu meħtieġa (ara l-paragrafu 3 ta’ dan l-anness). |
1.3. |
It-test dinamiku (ħlief it-test skont il-paragrafu 3.10 ta’ dan l-anness) għandu jsir, bejn wieħed u ieħor, b’piż sinusojdali (li jalterna u/jew jivvibra) b’numru ta’ ċikli ta’ tensjoni xierqa għall-materjal. M’għandhomx jidhru la xquq u lanqas ta’ ksur. |
1.4. |
Bit-testijiet statiċi preskritti, hi permessa biss deformazzjoni permanenti ħafifa. Sakemm ma jintqalx mod ieħor, id-deformazzjoni permanenti u li tieħu forma malajr wara li jitħalla l-istrument jew il-komponent, m’għandiex tkun ta’ aktar minn 10 fil-mija tal-akbar deformazzjoni mkejla waqt it-test. Fil-każ fejn il-kejl tad-deformazzjoni waqt it-test iqiegħed lil min ikun qed jagħmel it-test f’riskju, allura, dejjem jekk l-istess parametru qed jiġi kkontrollat waqt testijiet oħra, bħal waqt it-test dinamiku, mela allura din il-parti tat-test statiku tista’ ma ssirx. |
1.5. |
Is-suppożizzjonijiet dwar it-tagħbija fit-testijiet dinamiċi huma msejsa fuq il-komponent tal-forza orizzontali fl-assi lonġitudinali tal-vettura u l-komponent tal-forza vertikali. Il-komponenti tal-forza orizzontali trasversali għall-assi lonġitudinali tal-vettura, u l-mumenti, ma jiġux ikkunsidrati dejjem jekk huma ta’ importanza żgħira. Din is-semplifikazzjoni mhix valida għall-proċedura tat-test skont il-paragrafu 3.10 ta’ dan l-anness. Jekk id-disinn tal-istrument tal-akkoppjar jew iż-żjieda tiegħu mal-vettura jew iż-żjieda ta’ sistemi addizzjonali (bħal stabilizzaturi, strumenti ta’ akkoppjar magħluq eċċ.) jiġġeneraw forzi jew mumenti addizzjonali, testijiet oħra jistgħu jkunu meħtieġa mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku. Il-komponent tal-forza orizzontali fl-assi lonġitudinali tal-vettura hu rrappreżentat minn forza ta’ referenza, iddeterminata b’mod teoriku, il-valur ta’ D jew Dc. Il-komponent tal-forza vertikali, fejn hu applikabbli, hu rrappreżentat mill-piż statiku vertikali li jinġarr, S, fil-punt tal-akkoppjar u s-suppost piż vertikali, V, jew mill-piż statiku vertikali li jinġarr, U, fil-każ tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings). |
1.6. |
Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, V u U, li fuqhom huma msejsa it-testijiet u li huma ddefiniti fil-paragrafu 2.11 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu mill-informazzjoni tal-manifattur mogħtija fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip – ara l-formola tal-komunikazzjoni murija fl-annessi 1 u 2. |
1.7. |
Kwalunkwe strument pożittiv li jsakkar, li jinżamm fil-pożizzjoni tiegħu minn forza ta’ molla, għandu jibqa’ fil-pożizzjoni soda tiegħu meta jkun soġġett għal forza applikata fl-inqas direzzjoni favorevoli u li tkun ekwivalenti għal tliet darbiet il-massa tal-mekkaniżmu li jsakkar. |
2. IL-PROĊEDURI TAL-ITTESTJAR
F’każ li tintuża l-proċedura tat-test skont il-paragrafu 3.10 ta’ dan l-anness, il-paragrafi 2.1, 2.2, 2.3, u 2.5 ma jkunux applikabbli.
2.1. |
Għat-testijiet dinamiċi u statiċi, il-kampjun għandu jitqiegħed f’tagħmir adattat b’mezz ta’ applikazzjoni ta’ forza, sabiex ma jkunx soġġett għal kwalunkwe forza jew mument addizzjonali minbarra l-forza speċifika tal-ittestjar. Fil-każ ta’ testijiet li jalternaw, id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-forza m’għandiex tiddevja b’aktar minn ± 1° mid-direzzjoni speċifikata. Fil-każ ta’ testijiet li jivvibraw u huma statiċi, l-angolu għandu jkun irregolat għall-akbar qawwa tat-test. Dan normalment ikun jinħtieġ linja tal-għaqda (joint) fil-punt ta’ fejn tiġi applikata l-forza (jiġifieri fil-punt tal-akkoppjar) u linja tal-għaqda (joint) oħra f’distanza adegwata ’l bogħod. |
2.2. |
Il-frekwenza tat-test m’għandiex tisboq 35 Hz. Il-frekwenza magħżula għandha tkun isseparata sew mill-frekwenzi ta’ reżonanza ta’ fejn qed isir it-test, inkluż l-istrument li qed jiġi ttestjat. Bi ttestjar mhux sinkroniku, il-frekwenzi taż-żewġ komponenti tal-forza għandhom ikunu, bejn madwar 1 fil-mija u mhux aktar minn 3 fil-mija ’l bogħod minn xulxin. Għal strumenti tal-akkoppjar magħmula mill-azzar, in-numru ta’ ċikli ta’ tensjoni hu ta’ 2 × 106. Għal strumenti magħmula minn materjali li m’humiex azzar, numru ikbar ta’ ċikli jista’ jkun meħtieġ. Il-metodu ta’ nfid biż-żebgħa għall-ittestjar għax-xquq, jew metodu ekwivalenti, għandu jintuża biex jiġi ddeterminat kienx hemm xi xquq waqt it-test. |
2.3. |
B’testijiet li jivvibraw, il-forza tal-ittestjar tvarja bejn l-akbar forza tal-ittestjar u forza inqas, li tista’ ma tkunx ikbar minn 5 fil-mija tal-akbar forza tal-ittestjar, sakemm ma jintqalx mod ieħor fil-proċedura speċifika tal-ittestjar. |
2.4. |
B’testijiet statiċi, li m’humiex it-testijiet speċjali meħtieġa mill-paragrafu 3.2.3 ta’ dan l-anness, il-forza tal-ittestjar għandha tkun applikata b’mod mieles u malajr u għandha tinżamm għal mill-inqas 60 sekonda. |
2.5. |
L-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar li qed jiġu ttestjati għandhom jiġu mmuntati normalment bl-aktar mod riġidu possibbli fuq tagħmir tat-testijiet fil-pożizzjoni effettiva li fiha se jintużaw fuq il-vettura. L-istrumenti tat-twaħħil għandhom ikunu dawk speċifikati mill-manifattur jew mill-applikant u għandhom ikunu dawk maħsuba għaż-żjieda tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mal-vettura u/jew għandu jkollu l-istess karatteristiċi mekkaniċi. |
2.6. |
L-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar għandhom ikunu ttestjati fis-sura użata fit-triq. Madankollu, fid-diskrezzjoni tal-manifattur, u fi ftehim mas-servizz tekniku, komponenti flessibli jistgħu jkunu nnewtralizzati jekk dan hu meħtieġ għall-proċedura tat-test u jekk dan ma jkollux influwenza mhux realistika fuq ir-riżultat tat-test. Komponenti flessibli li jissaħħnu żżejjed waqt il-proċeduri tat-test aċċelerati jistgħu jitbiddlu waqt it-test. Il-piżijiet tat-test jistgħu jkunu applikati permezz ta’ strumenti speċjali stirati. |
3. IL-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA SPEĊIFIĊI GĦALL-ITTESTJAR
F’każ li tintuża l-proċedura tat-test skont il-paragrafu 3.10 ta’ dan l-anness, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3.1.1 sa 3.1.6 ma jkunux applikabbli.
3.1. Il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets)
3.1.1. L-istrumenti mekkaniċi tal-akkoppjar b’boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) jistgħu jkunu tat-tipi li ġejjin:
(i) |
boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) f’biċċa waħda, inklużi strumenti b’boċċi li jinqalgħu u li ma jistgħux jitbiddlu ma’ xulxin (ara l-Figuri 20a u 20b), |
(ii) |
boċċi tal-akkoppjar (coupling balls), li jinkorporaw numru ta’ partijiet li jistgħu jiżżarmaw (ara l-Figuri 20c, 20d u 20e), |
(iii) |
saljaturi tal-irmonk (towing brackets) mingħajr boċċa mwaħħla (ara l-Figura 20f). |
Figura 20
Arranġamenti ta’ saljaturi tal-irmonk tat-tip tal-boċċa (ball type towing brackets)
3.1.2. It-test bażiku hu wieħed dinamiku ta’ reżistenza. Il-kampjun tat-test jinkorpora l-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball), l-għonq tal-boċċa u l-immontar meħtieġ sabiex l-immontar jitwaħħal mal-vettura. Il-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) għandhom ikunu mmuntati b’mod riġidu fuq tagħmir tat-test, li jista’ jipproduċi forza li talterna, fil-pożizzjoni effettiva li fiha hu maħsuba għal biex tintuża.
3.1.3. Il-pożizzjonijiet tal-punti fejn titwaħħal il-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u s-saljatura tal-irmonk (towing bracket) huma speċifikati mill-manifattur tal-vettura (ara l-paragrafu 5.3.2 ta’ dan ir-Regolament).
3.1.4. L-istrumenti mressqa għall-ittestjar għandu jkollhom il-partijiet u d-dettalji tad-disinn kollha li jistgħu jinfluwenzaw il-kriterji tas-saħħa (per eżempju, pjanċa tas-sòkit tal-elettriku, kwalunkwe mmarkar, eċċ.). Il-kampjun tat-test għandu jinkludi l-partijiet kollha sal-punti ta’ ankoraġġ jew il-punti tat-twaħħil mal-vettura. Il-lok ġeometriku tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u l-punti tat-twaħħil tal-istrument tal-akkoppjar li għandhom x’jaqsmu mal-linja tar-referenza għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur tal-vettura u għandhom jintwerew fir-rapport tat-test. Il-pożizzjonijiet kollha relattivi tal-punti ta’ ankoraġġ f’dak li għandhom x’jaqsmu mal-linja ta’ referenza, li għaliha l-manifattur tal-vettura tal-irmonk għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha lill-manifattur tal-istrument tal-irmonk, għandhom ikunu rripetuti fuq is-sodda tal-ittestjar.
3.1.5. Il-kampjun immuntat fuq it-tagħmir tat-test għandu jkun soġġett għal test ta’ tensjoni li talterna applikat f’angolu mal-boċċa kif muri fil-Figuri 21 jew 22.
Id-direzzjoni tal-angolu tat-test għandha tkun iddeterminata mir-relazzjoni vertikali bejn il-linja orizzontali ta’ referenza li tgħaddi miċ-ċentru tal-boċċa u l-linja orizzontali li tgħaddi mill-punt tat-twaħħil tal-istrument tal-akkoppjar li hu l-ogħla fost l-eqreb, meta mkejjel fi pjan orizzontali, għal pjan vertikali trasversali li jgħaddi miċ-ċentru tal-boċċa. Jekk il-linja tal-punt tat-twaħħil qiegħda ’l fuq mil-linja orizzontali ta’ referenza, it-test għandu jsir f’angolu ta’ α = + 15° ± 1° u jekk hi ’l isfel, mela t-test għandu jsir f’angolu ta’ α = – 15° ± 1° (ara l-Figura 21). Il-punti ta’ twaħħil li għandhom ikunu kkunsidrati biex ikun iddeterminat l-angolu tat-test għandhom ikunu dawk iddikjarati mill-manifattur tal-vettura u li jgħaddu l-forzi ewlenija tal-irmonk lejn l-istruttura tal-vettura tal-irmonk.
Dan l-angolu intgħażel sabiex ikunu kkunsidrat il-piz vertikali statiku u l-piż dinamiku u hu applikabbli biss għal piż statiku permess li ma jisboqx:
S = 120 × D [N]
Fejn il-piż statiku vertikali jisboq dak ikkalkulat hawn fuq, l-angolu għandu jiżdied b’20°, fiż-żewġ kondizzjonijiet.
It-test dinamiku għandu jsir bil-forza tal-ittestjar li ġejja:
Fhs res = ± 0,6 D
3.1.6. Il-proċedura tat-test hi applikabbli għal tipi differenti ta’ strumenti tal-akkoppjar (ara l-paragrafu 3.1.1 ta’ dan l-anness) kif ġej:
3.1.6.1. |
boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) f’biċċa waħda, inklużi strumenti b’boċċi li jinqalgħu iżda ma jinbidlux ma’ xulxin (ara l-Figuri 20a u 20b).
|
3.1.6.2. |
Boċċi tal-akkoppjar (coupling balls), li jinkludu partijiet li jistgħu jiżżarmaw. Il-kategoriji li ġejjin huma ddefiniti:
|
3.1.6.3. |
L-istrumenti tal-akkoppjar b’dimensjonijiet ta’ e u f li jvarjaw għal boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) li jiżżarmaw minn mas-sostenn u jinbidlu ma’ xulxin - ara l-Figura 22.
|
3.1.7. Fil-każ fejn unitajiet ta’ boċċi li jinqalgħu jinżammu permezz ta’ arranġamenti tat-twaħħil li m’humiex bil-viti, per eżempju, permezz ta’ klipps li jorbtu l-molol, u fejn l-aspett tat-tqabbid mekkaniku pożittiv tal-arranġament mhux ittestjat waqt it-test dinamiku, mela l-arranġament għandu jkun soġġett għal test statiku li jkun applikat lill-boċċa jew lill-arranġament tat-tqabbid mekkaniku pożittiv f’direzzjoni xierqa. Fejn l-arranġament tat-tqabbid mekkaniku pożittiv iżomm l-unità tal-boċċa f’direzzjoni vertikali, it-test statiku għandu jkun dak li japplika forza vertikali ’l fuq fuq il-boċċa, li tkun ekwivalenti għall-valur ta’“D”. Fejn l-arranġament tat-tqabbid mekkaniku pożittiv iżomm l-unità tal-boċċa permezz ta’ disinn orizzontali trasversali, it-test statiku għandu jkun dak li japplika forza f’din id-direzzjoni ekwivalenti għal 0,25 D. M’għandux ikun hemm kwalunkwe ħsara fl-istrument tat-tqabbid mekkaniku pożittiv jew kwalunkwe tagħwiġ li jista’ jkollu effett ħażin fuq il-funzjoni tiegħu.
3.1.8. Il-punti tat-twaħħil għall-akkoppjar sekondarju msemmi fl-anness 5, fil-paragrafu 1.5, għandhom jirreżistu forza statika orizzontali ekwivalenti għal 2D b’massimu ta’ 15 N. Fejn hemm punt ta’ twaħħil separat għal kejbil tal-firda (breakaway cable), dan għandu jirreżisti forza statika orizzontali ekwivalenti għal D.
3.2. Irjus tal-akkoppjar (coupling heads)
3.2.1. It-test bażiku hu test ta’ reżistenza li juża forza tal-ittestjar li talterna u warajha jkun hemm test statiku (test tal-irfigħ) fuq l-istess kampjun tat-test.
3.2.2. It-test dinamiku għandu jsir b’boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) tal-Klassi A ta’ saħħa xierqa. Fuq it-tagħmir tat-test, il-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u r-ras tal-akkoppjar (coupling head) għandhom ikunu rranġati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u orjentati b’mod li jikkorrispondi għall-pożizzjonijiet relattivi waqt użu normali. M’għandux ikun hemm l-ebda possibbiltà ta’ forzi żejda flimkien mal-forza tal-ittestjar li jaġixxu fuq il-kampjun. Il-forza tal-ittestjar għandha tkun applikata tul il-linja li tgħaddi miċ-ċentru tal-boċċa u tkun inklinata ’l isfel għan-naħa ta’ wara bi 15° (ara l-Figura 23). Għandu jsir test ta’ reżistenza fuq kampjun tat-test bil-forza tal-ittestjar li ġejja:
Fhs res w = ± 0,6 D
Fejn l-akbar massa statika vertikali, S, tisboq 120 D, mela l-angolu tal-ittestjar għandu jiżdied b’20°.
Figura 23
Test dinamiku
3.2.3. Għandu jsir test ta’ separazzjoni statiku. Il-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) użata għat-test għandu jkollha dijametru ta’ 49,00 sa 49,13 mm sabiex tkun rappreżentata boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) mherrija. Il-forza tas-separazzjoni, Fa, għandha tkun applikata b’mod perpendikulari kemm fuq l-assi trasversali tal-linja ċentrali u kemm fuq dak lonġitudinali tar-ras tal-akkoppjar (coupling head) u għandha tiġi miżjuda b’mod mieles u malajr għal valur ta’:
Fa = g (C + S/1 000) kN
u għandha tinżamm għal 10 sekondi.
Ir-ras tal-akkoppjar (coupling head) m’għandiex tissepara mill-boċċa u lanqas m’għandu l-ebda komponent tar-ras tal-akkoppjar (coupling head) juri xi tagħwiġ permenanenti li jista’ jkollu effett ħażin fuq il-kapaċità funzjonali tagħha.
3.3. Akkoppjar tal-ganċ (drawbar couplings) u żbarri (drawbeams)
3.3.1. Għandu jsir test tar-reżistenza fuq kampjun tat-test. L-istrument tal-akkoppjar għandu jkun mgħammar bl-apparat kollu meħtieġ sabiex jitwaħħal mal-vettura. Kwalunkwe strumenti intermedji mwaħħla bejn l-akkoppjar bil-ganc (drawbar couplings) u l-qafas tal-vettura (jiġifieri l-iżbarri (drawbeams)) għandhom ikunu ttestjati bl-istess forzi tal-akkoppjar. Meta l-iżbarri (drawbeams) maħsuba għal akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard ikunu qed jiġu ttestjati, il-piż vertikali għandu jkun applikat f’distanza lonġitudinali mill-pjan vertikali tal-punti tat-twaħħil, jiġifieri ndaqs għall-pożizzjoni tal-akkoppjar standard li jikkorrispondi miegħu.
3.3.2. Akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) għal ganċijiet impernjati (hinged drawbars) (S = 0)
It-test dinamiku għandu jsir b’forza orizzontali li talterna ta’ Fhw= ± 0,6 D, li taġixxi f’linja parallela għall-art u fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura tal-irmonk li jgħaddi miċ-ċentru tal-kavilja.
3.3.3. Akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) biex jintużaw ma’ trejlers b’fus ċentrali (S > 0).
3.3.3.1. |
Mases ta’ trejler b’fus ċentrali sa, u jinkludu, 3,5 tunnellati metriċi: Akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) biex jintużaw ma’ trejlers b’fus ċentrali sa, u jinkludu, massa ta’ 3,5 tunnellati metriċi, għandhom ikunu ttestjati bl-istess mod bħall-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) deskritti fit-3.1 ta’ dan l-anness. |
3.3.3.2. |
Mases ta’ trejlers b’fus ċentrali ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi: Il-forzi tal-ittestjar huma applikati fuq il-kampjun kemm fid-direzzjoni orizzontali u kemm f’dik vertikali f’test ta’ reżistenza li mhux sinkroniku. Il-linja orizzontali ta’ azzjoni għandha tkun ekwivalenti għalli tkun parallela għall-art u tul il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura tal-irmonk u jgħaddi miċ-ċentru tal-kavilja. Il-linja vertikali ta’ azzjoni għandha tkun perpendikulari għal-linja orizzontali ta’ azzjoni u għandha taġixxi tul il-linja ċentrali lonġitudinali tal-kavilja. L-arranġamenti tat-twaħħil għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling) u għajnet il-ganċ (drawbar eye) fuq it-tagħmir tat-test, għandhom ikunu dawk maħsuba għat-twaħħil tiegħu mal-vettura skont l-istruzzjonijiet għat-twaħħil tal-manifattur. Il-forzi tal-ittestjar li ġejjin għandhom ikunu applikati: Tabella 14 Il-forzi tat-test
Nota: Fil-każ tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) maħsub għal skop speċifiku tal-Klassi T, dawn il-valuri għandhom jitnaqqsu għal ± 0,5 Dc u ± 0,5 V. Il-komponenti vertikali u orizzontali għandhom ikunu sinusojdali f’surithom u għandhom ikunu applikati b’mod mhux sinkroniku, fejn id-differenza tal-frekwenzi tagħhom għandha tkun bejn 1 fil-mija u 3 fil-mija. |
3.3.4. Test statiku fuq strument li jsakkar kavilja
Ma’ akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) ikun ukoll meħtieġ li l-istrumenti tal-għeluq u kwalunkwe strument li jsakkar jiġu ttestjati permezz ta’ forza statika ta’ 0,25 D li taġixxi fid-direzzjoni tal-ftuħ. It-test m’għandux jikkawża l-ftuħ tal-għeluq u lanqas m’għandu jagħmel kwalunkwe ħsara. Forza tal-ittestjar ta’ 0,1 D hi biżżejjed fil-każ ta’ kavilji ċilindriċi.
3.4. Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes)
3.4.1. Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) għandhom jgħaddu mill-istess ittestjar dinamiku bħall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings). Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) użati biss għal trejlers li għandhom ganċijet impernjati (hinged drawbars) li jħallu moviment vertikali ħieles għandhom ikunu soġġetti għal forza li talterna kif deskritt fil-paragrafu 3.3.2. Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) li huma maħsuba wkoll għall-użu fuq trejlers b’fus ċentrali għandhom ikunu ttestjati bl-istess mod bħall-irjus tal-akkoppjar bil-boċċi (ball coupling heads) (il-paragrafu 3.2) għal mases ta’ trejlers sa, u jinkludu, 3,5 tunnellati metriċi, u fl-istess mod bħall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) (il-paragrafu 3.3.3.2) għal trejlers b’fus ċentrali b’massa, C, li tisboq 3,5 tunnellati metriċi.
3.4.2. Għajnejn torojdali tal-Klassi L għandhom ikunu ttestjati bl-istess mod bħal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard.
3.4.3. L-ittestjar ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) għandu jsir b’mod tali li l-forza li talterna taġixxi wkoll fuq il-partijiet użati biex titwaħħal għajnet il-ganċ (drawbar eye) mal-ganċ (drawbar). Il-komponenti kollha flessibli intermedji għandhom ikunu kklampjati.
3.5. Akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings)
3.5.1. L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K għandhom jissodisfaw it-test dinamiku mogħti fil-paragrafu 3.5.2 ta’ dan l-anness.
3.5.2. It-test dinamiku:
3.5.2.1. |
It-test dinamiku għandu jkun wieħed li jivvibra bl-użu ta’ għajn torojdali tal-Klassi L u bl-akkoppjar immuntat bħallikieku fuq vettura u bil-partijiet kollha meħtieġa għall-installazzjoni tal-vettura. Madankollu, kwalunkwe komponent flessibli jista’ jkun innewtralizzat bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku; |
3.5.2.2. |
Għall-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) maħsuba għall-użu ma’ trejlers b’ganċijiet impernjati (hinged drawbar trailers), fejn il-piż vertikali mgħobbi fuq l-akkoppjar, S, huwa żero, il-forza tal-ittestjar għandha tkun applikata f’direzzjoni orizzontali bħallikieku forza b’kapaċità ta’ tensjoni fuq il-ganċ (hook) u li tvarja bejn 0,05 D u 1,00 D; |
3.5.2.3. |
Għall-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) maħsub għall-użu ma’ trejlers b’fus ċentrali, il-forza tal-ittestjar għandha tirrapreżenta l-forza li tirriżulta mill-forzi orizzontali u vertikali fuq l-akkoppjar u għandha tkun applikata tul angolu, –α , jiġifieri, mill-parti ta’ quddiem ta’ fuq għall-parti ta’ wara t’isfel (ara l-Figura 21), u hi ekwivalenti għall-angolu kkalkolat tal-forza li tirriżulta bejn il-forzi orizzontali u vertikali fuq l-akkoppjar. Il-forza, Fhs res għandha tkun ikkalkulata bħala:
|
3.5.2.4. |
Il-forza applikata għandha tvarja bejn 0,05 Fhs res u 1,00 Fhs res. |
3.5.3. It-test statiku fuq l-istrument tal-akkoppjar li jsakkar
Bl-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) hu meħtieġ li jsiru testijiet fuq l-għeluq u fuq kwalunkwe strument li jsakkar permezz ta’ forza statika ta’ 0,25 D li taġixxi fid-direzzjoni tal-ftuħ. It-test m’għandux jikkawża l-ftuħ tal-għeluq u lanqas m’għandu jagħmel kwalunkwe ħsara.
3.6. Ganċijiet (drawbars)
3.6.1. Il-ganċijiet (drawbars) għandhom ikunu ttestjati bl-istess mod bħal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) (ara l-paragrafu 3.4). L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku jistgħu jċedu li ma jsirx it-test ta’ reżistenza jekk id-disinn sempliċi ta’ komponent jagħmel kontroll teoretiku tas-saħħa tiegħu possibbli. Il-forzi tad-disinn għall-verifika teoretika tal-ganċ (drawbar) tat-trejlers b’fus ċentrali b’massa, C, sa, u jinkludu, 3,5 tunnellati metriċi għandha tittieħed mill-ISO 7641/1:1983. Il-forzi tad-disinn għall-verfika teoretika tal-ganċijiet (drawbars) ta’ trejlers b’fus ċentrali li jkollhom massa, C, ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi għandhom ikunu kkalkulati kif ġej:
Fsp = (g × S/1 000) + V
fejn l-estensjoni tal-forza V hija dik li ngħatat fil-paragrafu 2.11.4 ta’ dan ir-Regolament.
It-tensjonijiet permissibbli msejsa fuq il-mases tad-disinn tat-trejlers b’massa totali, C, ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi, għandhom ikunu skont il-paragrafu 5.3 tal-ISO 7641/1:1983. Għall-ganċijiet milwija (bent drawbars) (eż. f’sura ta’ għonq ta’ ċinju) u għall-ganċijiet (drawbars) ta’ trejlers sħaħ, il-komponent tal-forza orizzontali Fhp = 1,0 × D għandu jkun ikkunsidrat.
3.6.2. Għall-ganċijiet (drawbars) ta’ trejlers sħaħ b’moviment ħieles fil-pjan vertikali, flimkien ma’ test ta’ reżistenza jew verifika teoretika tas-saħħa, għandha tkun ivverifikata r-reżistenza għat-tagħwiġ jew b’kalkolu teoretiku b’forza tad-disinn ta’ 3,0 × D jew b’test għat-tagħwiġ b’forza ta’ 3,0 × D. It-tensjonijiet permessi fil-każ tal-kalkolu għandhom ikunu skont il-paragrafu 5.3 tal-ISO 7641/1:1983.
3.6.3. Fil-każ ta’ ifilsa mmexxija (steered axles), ir-reżistenza għal-liwi għandha tkun ivverifikata b’kalkoli teoretiċi jew b’test tal-liwi. Forza statika orizzontali, laterali għandha tkun applikata fiċ-ċentru tal-punt tal-akkoppjar. Il-kobor ta’ din il-forza għandu jingħażel sabiex il-mument ta’ 0,6 × Av × g (kNm) ikun eżerċitat madwar iċ-ċentru tal-assi ta’ quddiem. It-tensjonijiet permissibbli għandhom ikunu skont il-paragrafu 5.3 tal-ISO 7641/1:1983.
Madankollu, fil-każ fejn l-ifilsa mmexxija (steered axles) jiffurmaw keriġ tewmija, tandem, b’fus fuq quddiem (twin, tandem, axle front carriage) (karru bir-roti mmexxi (steered bogie)), il-mument għandu jiżdied b’ 0,95 × Av × g (kNm)
3.7. L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)
3.7.1. It-testijiet tas-saħħa bażiċi huma test dinamiku u test statiku (test tal-irfigħ). L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) maħsuba għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers għandhom ikunu soġġetti għal test statiku addizzjonali (test tal-liwi). Għall-fini tat-testijiet, l-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandu jkun mgħammar bl-apparat kollu meħtieġ biex jitwaħħal mal-vettura. Il-metodu tal-immontar għandu jkun l-istess bħal dak li jintuża fuq il-vettura nnifisha. Mhux permess li jintuża metodu ta’ kalkolu bħala alternattiva għall-ittestjar fiżiku.
3.7.2. It-testijiet statiċi
3.7.2.1. |
Akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard maħsub għal feles mexxej (steering wedge) jew strument simili għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers (ara l-paragrafu 2.7 ta’ dan ir-Regolament) għandu jkun ittestjat għal saħħa adegwata permezz ta’ test statiku tal-liwi fi ħdan id-distanza ta’ ħidmet l-istrument tat-tmexxija, flimkien mal-applikazzjoni fl-istess ħin tal-piż tal-istepni. L-akbar piż vertikali permess għat-tagħbija, U, għall-istepni għandu jkun applikat b’mod vertikali fuq l-akkoppjar fil-pożizzjoni tat-tħaddim tiegħu permezz ta’ pjanċa riġida ta’ daqs biżżejjed biex tkopri l-akkoppjar kompletament. Dak li jirriżulta mill-piż applikat għandu jgħaddi miċ-ċentru tal-linja tal-għaqda (joint) orizzontali tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel coupling). Fl-istess ħin, forza laterali orizzontali, li tirrappreżenta l-forza meħtieġa għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejler, għandha tkun applikata fuq il-ġnub tal-gwida għall-kavilja. Id-daqs ta’ din il-forza u d-direzzjoni ’l fejn taġixxi għandhom jintgħażlu sabiex mument ta’ 0,75 m × D ikun eżerċitat madwar iċ-ċentru tal-kavilja permezz ta’ forza li taġixxi fuq il-lieva b’tul ta’ 0,5 m ± 0,1 m. Deformazzjoni permanenti u li tieħu forma malajr sa 0,5 fil-mija tad-dimensjonijiet nominali hi permessa. M’għandu jkun hemm l-ebda xaqq. |
3.7.2.2. |
Test statiku tal-irfigħ għandu jsir fuq l-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) kollha. B’forza tal-irfigħ ta’ mhux iktar minn Fa = g.U m’għandux ikun hemm liwi kbir permanenti tal-pjanċa tal-akkoppjar ta’ aktar minn 0,2 fil-mija tal-wisa’ tagħha. Fil-każ tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard tal-Klassi G50 u akkoppjar ieħor simili għall-istess dijametru tal-kavilja, m’għandux ikun hemm l-ebda separazzjoni tal-kavilja mill-akkoppjar b’forza tal-irfigħ ta’ Fa = g × 2,5 U. Fil-każ ta’ akkoppjar mhux standard li jużaw kavilja b’dijametru ikbar minn 50 mm, per eżempju akkoppjar b’kavilji b’dijametru ta’ 90 mm, il-forza tal-irfigħ għandha tkun: Fa = g × 1,6 U bl-inqas valur ikun ta’ 500 kN. Il-forza għandha tkun applikata permezz ta’ lieva li tagħfas fuq il-pjanċa tal-akkoppjar minn tarf wieħed filwaqt li minn-naħa l-oħra l-pjanċa tkun qed tittella’ distanza ta’ 1,0 m sa 1,5 m miċ-ċentru tal-kavilja – ara l-Figura 24. Il-lieva għandha tkun f’angolu ta’ 90° għad-direzzjoni tad-dħul tal-kavilja fl-akkoppjar. Jekk l-agħar każ jidher ċar, l-agħar każ għandu jkun ittestjat. Jekk l-agħar każ mhux faċli li jiġi ddeterminat, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku għandha tiddeċiedi liema naħa tittestja. Test wieħed biss hu meħtieġ. Figura 24 Test tal-irfigħ fuq akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)
|
3.7.3. It-test dinamiku
L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandu jkun soġġett għal tensjoni li talterna fuq tagħmir tal-ittestjar (test dinamiku, mhux sinkroniku) b’forzi orizzontali li jalternaw u forzi vertikali li jivvibraw, it-tnejn jaġixxu fl-istess ħin.
3.7.3.1. |
Fil-każ ta’ akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) li mhux maħsub għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers, dawn il-forzi li ġejjin għandhom jintużaw:
Dawn iż-żewġ forzi għandhom ikunu applikati fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura bil-linji ta’ azzjoni taż-żewġ forzi FsO u FsU jgħaddu miċ-ċentru tal-linja tal-għaqda tal-akkoppjar. Il-forza vertikali Fs talterna bejn bejn il-limiti + g × 1,2 U u + g × 0,4 U u l-forza orizzontali bejn ± 0,6 D. |
3.7.3.2. |
Fil-każ ta’ akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) maħsub għat-tmexxija pożittiva ta’ semitrejlers, il-forzi li ġejjin għandhom jintużaw:
Il-linji ta’ azzjoni tal-forzi huma kif indikati fil-paragrafu 3.7.3.1. |
3.7.3.3. |
Għat-test dinamiku tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings), materjal adattat li jillubrika għandu jitqiegħed bejn il-pjanċa tal-akkoppjar u l-pjanċa tat-trejler sabiex l-akbar ko-effiċjent tal-frizzjoni, F, ikun 0,15. |
3.8. Pjanċi tal-immontar għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)
It-test dinamiku għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) deskritt fil-paragrafu 3.7.3 u t-testijiet statiċi deskritti fil-paragrafu 3.7.2 għandhom jiġu applikati wkoll fuq il-pjanċi tal-immontar. Għall-pjanċi tal-immontar hu biżżejjed li wieħed jagħmel test tal-irfigħ fuq naħa waħda biss. It-test għandu jkun imsejjes fuq l-ogħla installazzjoni mfassla għall-akkoppjar, l-akbar wisa’ mfassla u l-inqas tul imfassal għad-disinn tal-pjanċa tal-immontar. M’hemmx għalfejn isir dan it-test jekk il-pjanċa tal-immontar ikkonċernata hi l-istess bħal dik li diġà sarilha dan it-test, minbarra għall-fatt li hi idjaq u/jew itwal u l-għoli totali hu inqas. Mhux permissibbli li wieħed juża metodu ta’ kalkolu bħala alternattiva għal ittestjar fiżiku.
3.9. Kavilji tal-istepni (fifth wheel coupling pins) tas-semitrejlers
3.9.1. Għandu jsir test dinamiku b’tensjoni li talterna fuq kampjun immuntat fuq tagħmir tal-ittestjar. L-ittestjar tal-kavilja m’għandux isir flimkien mal-ittestjar fuq l-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings). It-test għandu jsir b’mod li l-forza tkun applikata wkoll fuq l-apparat meħtieġ sabiex titwaħħal il-kavilja mas-semitrejler. Mhux permissibbli li jintuża metodu ta’ kalkolu bħala alternattiva għal ittestjar fiżiku.
3.9.2. Għandu jkun applikat test dinamiku b’forza orizzontali li talterna ta’ Fhw = ± 0,6 D fuq il-kavilja fil-pożizzjoni tat-tħaddim tagħha.
Il-linja ta’ azzjoni tal-forza għandha tgħaddi miċ-ċentru tal-iżgħar dijametru tal-parti ċilindrika tal-kavilja b’dijametru ta’ 50,88 għall-Klassi H50 (ara l-anness 5, il-Figura 18).
3.10. Test ta’ reżistenza alternattiv għall-boċċi tal-akkoppjar u s-saljaturi tal-irmonk b’valur D ≤ 14 kN.
Alternattivament għall-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 3.1, boċċi tal-akkoppjar u saljaturi tal-irmonk b’valur D ≤ 14 kN jistgħu jkunu ttestjati bil-kundizzjonijiet li ġejjin.
3.10.1. Introduzzjoni
It-test ta’ reżistenza deskritt hawn taħt jikkonsisti f’test multiassali bi 3 direzzjonijiet ta’ tagħbija b’forzi introdotti simultanjament, estensjonijiet massimi definiti u ekwivalenzi tar-reħja (valuri ta’ intensità tat-tagħbija, skont id-definizzjoni mogħtija hawn taħt).
3.10.2. Rekwiżiti tat-test
3.10.2.1. |
Definizzjoni tal-valur ta’ intensità tat-tagħbija (LIV): Il-LIV huwa valur varjabbli li jirrappreżenta s-severità ta’ storja waħda ta’ tagħbija fil-ħin (load/time history) li jikkunsidra l-aspetti ta’ durabilità (identiku għas-somma ta’ ħsarat) Għall-akkumulazzjoni ta’ ħsarat tintuża r-regola elementari ta’ Miner. Biex tiġi ddeterminata, jitqiesu l-estensjonijiet tat-tagħbija u l-għadd ta’ ripetizzjonijiet ta’ kull estensjoni (l-effetti ta’ tagħbijiet medji ma jitqisux). Il-kurva S-N (il-kurva Basquin) tirrappreżenta l-estensjonijiet tat-tagħbija mqabbla mal-għadd tar-ripetizzjonijiet (SA,i vs. Ni). Hija għandha pendenza kostanti k f’dijagramm logaritmiku doppju (jiġifieri kull estensjoni/forza tat-test applikata SA,i hija relatata ma’ għadd limitat ta’ ċikli Ni). Il-kurva tirrappreżenta l-limitu teoretiku ta’ reħja għall-istruttura analizzata. L-istorja tat-tagħbija fil-ħin tingħadd f’dijagramm firxa-par ta’ estensjoni tat-tagħbija mqabbla mal-għadd ta’ ripetizzjonijiet (SA,i vs. ni). Is-somma tal-proporzjon ni/Ni għal-livelli ta’ estensjoni disponibbli kollha SA,i huwa ugwali għal-LIV.
|
3.10.2.2. |
LIVs meħtieġa u estensjonijiet massimi Għandha titqies is-sistema koordinata li ġejja:
L-istorja tat-tagħbija fil-ħin tista’ mbagħad tkun espressa skont id-direzzjonijiet intermedji bbażati fuq id-direzzjonijiet ewlenin (x, y, z) skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin (α = 45°; α’ = 35,2°):
Il-LIVs espressi f’kull direzzjoni (kif ukoll direzzjonijiet kkombinati) huma kkalkulati rispettivament bħala s-somma tal-proporzjon ni/Ni għal kull livell ta’ estensjoni disponibbli definit fid-direzzjoni adegwata. Sabiex tintwera l-ħajja minima ta’ reħja tal-apparat li jrid jingħata l-approvazzjoni tat-tip, it-test ta’ reżistenza jrid jilħaq tal-inqas il-LIVs li ġejjin:
Biex tasal għal storja tat-tagħbija fil-ħin ibbażata fuq il-LIVs imsemmija hawn fuq, il-pendenza għandha tkun k = 5 (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 3.10.2.1). Il-kurva Basquin għandha tgħaddi minn ġol-punt ta’ estensjoni SA = 0,6 × D bl-għadd ta’ ċikli N = 2 × 106. It-tagħbija vertikali statika S (kif definit fil-paragrafu 2.11.3 ta’ dan ir-Regolament) dwar l-istrument tal-akkoppjament kif iddikjarat mill-manifattur għandu jiżdied mat-tagħbijiet vertikali. Matul it-test, l-estensjonijiet massimi m’għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:
Eżempju ta’ storja tat-tagħbija fil-ħin li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti jinsab hawn: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29grrf/grrf-reg55.html |
3.10.3. Kundizzjonijiet tat-test
L-istrument tal-akkopjament għandu jkun immuntat fuq bank tat-test riġidu jew fuq vettura. Fil-każ ta’ sinjal tal-istorja tal-ħin fi 3 dimensjonijiet, huwa għandu jkun applikat permezz ta’ tliet attwaturi għall-introduzzjoni u kontroll simultanji tal-komponenti tal-forza Fx (lonġitudinali), Fy (laterali) u Fz (vertikali). F’każijiet oħra, l-għadd u l-pożizzjoni tal-attwaturi jistgħu jintgħażlu bi qbil bejn il-manifattur u s-servizzi tekniċi. Fi kwalunkwe każ, l-installazzjoni tat-test għandha tkun kapaċi tintroduċi simultanjament il-forzi neċessarji sabiex jiġu sodisfatti l-LIVs meħtieġa fil-paragrafu 3.10.2.2.
Il-kamini kollha għandhom jiġu ssikkati mat-torque kif speċifikat mill-manifattur.
3.10.3.1. L-istrument tal-akkoppjament immuntat fuq apparat ta’ sostenn riġidu:
Il-konformità tal-postijiet ta’ twaħħil tal-istrument ta’ akkoppjament ma għandux jeċċedi l-1.5 mm mill-punt ta’ referenza ta’ “0-Tagħbija” waqt l-applikazzjoni tal-forzi massimi u minimi Fx, Fy, Fz u kull wieħed applikat separatament mal-punt tal-akkoppjament.
3.10.3.2. Strument ta’ akkoppjament immuntat fuq bodi ta’ vettura jew parti tal-bodi:
F’dan il-każ l-istrument tal-akkoppjament għandu jkun immuntat fuq il-bodi tal-vettura jew parti tal-bodi tat-tip ta’ vettura, li l-istrument tal-akkomppjament ikun iddisinjat għalih. Il-vettura jew parti tal-bodi għandu jkun mmuntat fuq tagħmir jew bank tat-test adatt b’tali mod li kwalunkwe effett tas-saspenxin tal-vettura jkun eliminat.
Il-kundizzjonijiet eżatti matul it-test għandhom ikunu ddikjarati fir-rapport tat-test relatat. Effetti possibbli ta’ riżonanza jridu jkunu kkumpensati minn sistema ta’ kontroll tal-faċilità tat-test adatta u jistgħu jitnaqqsu minn tiswijiet addizzjonali bejn il-bodi tal-vettura u t-tagħmir tat-test jew frekwenza modifikata.
3.10.4. Kriterji ta’ falliment
Barra mill-kriterji mogħtija fil-paragrafu 4.1. ivverifikati minn verifika ta’ penetrazzjoni likwida ta’ dan ir-Regolament, l-istrument ta’ akkopjar għandu jitqies li weħel mit-test, jekk:
(a) |
tinstab kwalunkwe deformazzjoni plastika viżibbli; |
(b) |
jiġu affettwati kwalunkwe funzjonalità u sigurtà tal-akkoppjament (eż. konnessjoni sikura tat-trejler, maximum play); |
(c) |
kwalunkwe telfien ta’ torque tal-kamini li jeċċedi 30 fil-mija tat-torque nominali mkejjel fid-direzzjoni li qed tagħlaq; |
(d) |
strument ta’ akkoppjament b’parti li tinqala’ ma tkunx tista’ tinqala’ u titwaħħal għal tal-inqas 3 darbiet. Għall-ewwel stakkament, huwa permess impatt wieħed. |
ANNESS 7
L-INSTALLAZZJONI U L-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA SPEĊJALI
1. L-INSTALLAZZJONI U L-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA SPEĊJALI
1.1. It-twaħħil tal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets)
1.1.1. Il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) għandhom jitwaħħlu ma’ vetturi tal-kategoriji M1, M2 (inqas mill-akbar massa permissibbli ta’ 3,5 t) u N1 (1) b’mod li hu konformi mad-dimensjonijiet tal-ispazju ħieles u tal-għoli mogħtija fil-Figura 25. L-għoli għandu jitkejjel fil-kondizzjonijiet ta’ meta titgħabba l-vettura mogħtija fl-appendiċi 1 għal dan l-anness.
Il-kondizzjoni meħtieġa tal-għoli m’għandiex tapplika fil-każ tal-vetturi li jinstaqu fuq art imħarbta tal-Kategorija G, kif iddefiniti fl-anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2).
1.1.1.1. |
L-ispazju ħieles muri fil-Figuri 25a u 25b jista’ jkun okkupat minn tagħmir li ma jiżżarmax, bħal rota żejda, sakemm id-distanza miċ-ċentru tal-boċċa għal pjan vertikali fil-punt estrem l-aktar fuq wara tat-tagħmir ma jisboqx 300 mm. It-tagħmir għandu jkun immuntat sabiex ikun hemm aċċess adegwat għall-akkoppjar u biex dan jinħall mingħajr riskju ta’ feriti għal min ikun qed jużah u mingħajr ma jaffetwa l-artikulazzjoni tal-akkoppjar. |
1.1.2. Għall-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets), il-manifattur tal-vettura għandu jagħti struzzjonijiet dwar l-immontar u jiddikjara jekk hemmx bżonn ta’ kwalunkwe rinfurzar tal-êrja tat-twaħħil.
1.1.3. Għandu jkun possibbli li wieħed jakkoppja u jħoll il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) meta l-assi lonġitudinali tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) f’relazzjoni mal-linja taċ-ċentru tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u l-immontar:
|
tiddawwar b’mod orizzontali b’angolu ta’ 60° lejn il-lemin jew ix-xellug, (α = 60°, ara l-Figura 25); |
|
tiddawwar b’mod vertikali b’angolu ta’ 10° ’l fuq jew ’l isfel (β = 10°, ara l-Figura 25); |
|
tiddawwar fuq l-assi b’angolu ta’ 10° lejn il-lemin jew ix-xellug. |
Figura 25a
L-ispazju ħieles għall-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u l-għoli tagħha – mill-ġenb
Figura 25b
L-ispazju ħieles għall-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) – kif tidher mill-pjan
1.1.4. Meta t-trejler ma jkunx akkoppjat mal-vettura tal-irmonk, is-saljatura tal-irmonk (towing bracket) u l-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) immuntati m’għandhomx jgħattu l-ispazju għall-immontar ipprovdut għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jew jaffetwaw il-viżibilità tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni/liċenzja tal-vettura tal-irmonk. Jekk il-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) jew oġġetti oħra jgħattu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, dawn għandhom jitneħħew jew jitqiegħdu x’imkien ieħor mingħajr l-użu ta’ għodod, minbarra per eżempju, għodda biex tħoll (release key) li tinġarr fil-vettura u li titħaddem faċilment (jiġifieri bi sforz li ma jisboqx 20 Nm).
1.2. It-twaħħil tal-irjus tal-akkoppjar (coupling heads)
1.2.1. L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) tal-Klassi B jistgħu jintużaw għal trejlers li l-akbar massa tagħhom tilħaq, u tinkludi, 3,5 tunnellati metriċi. Meta t-trejler ikun orizzontali u jkun qed iġorr l-akbar piż permess tal-fus, l-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) għandhom jitwaħħlu b’mod li l-linja taċ-ċentru tal-êrja sferikali fejn il-boċċa tidħol hi ta’ 430 ± 35 mm fuq il-pjan orizzontali fuq liema jistrieħu r-roti tat-trejler.
Fil-każ ta’ karavanijiet jew trejlers tat-tagħbija, il-pożizzjoni orizzontali titqies bħalmeta l-art jew il-wiċċ fejn jitgħabba l-piż hu orizzontali. Fil-każ ta’ trejlers mingħajr superfiċje ta’ referenza (eż. trejlers tad-dgħajjes jew bħalhom), il-manifattur tat-trejler għandu jagħti linja ta’ referenza xierqa li tiddefinixxi l-pożizzjoni orizzontali. Il-kondizzjoni meħtieġa tal-għoli għandha tapplika biss għal trejlers maħsuba biex jitwaħħlu mal-vetturi msemmija fil-paragrafu 1.1.1 ta’ dan l-anness.
Fil-każijiet kollha, il-pożizzjoni orizzontali għandha tkun iddeterminata sa ± 1°.
1.2.2. Għandu jkun possibbli li l-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) jitħaddmu mingħajr periklu fi ħdan l-ispazju ħieles tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling head) mogħti fil-Figuri 25a u 25b, sa angoli ta’ α = 25° u β = 60°.
1.3. It-twaħħil tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) u blokok tal-immontar
1.3.1. Id-dimensjonijiet tal-immontar għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard:
Fil-każ ta’ tipi ta’ akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard, għandhom jintlaħqu d-dimensjonijiet tal-immontar fuq il-vettura mogħtija fil-Figura 15 u t-Tabella 10.
1.3.2. Il-ħtieġa għal akkoppjar ikkontrollat mill-bogħod
Jekk kondizzjoni meħtieġa, jew aktar minn waħda, minn dawn li ġejjin li għandha x’taqsam mat-tħaddim faċli u mingħajr periklu (paragrafu 1.3.3), l-aċċessibilità (paragrafu 1.3.5) jew l-ispazju ħieles għal-lieva tal-id (paragrafu 1.3.6) ma tistax tintlaħaq, għandu jintuża akkoppjar bi strument ta’ kontroll mill-bogħod kif deskritt fl-anness 5, fil-paragrafu 12.3.
1.3.3. Tħaddim faċli u mingħajr periklu tal-akkoppjar
L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) għandu jkun immuntat fuq il-vettura b’tali mod li jkun faċli li tħaddmu u mingħajr periklu.
Flimkien mal-funzjonijiet tal-ftuħ (u l-għeluq, jekk hu applikabbli), dan jinkludi wkoll l-ikkontrollar tal-pożizzjoni tal-indikatur għall-pożizzjonijiet tal-kavilja meta din tkun magħluqa u msakkra (billi taraha u tmissha).
Fl-êrja fejn tkun trid toqgħod il-persuna li tkun qed tħaddem l-akkoppjar, m’għandu jkun hemm l-ebda punt ta’ periklu possibbli, bħal truf ippuntati, irkejjen eċċ., inerenti fid-disinn, sakemm dawn ma jkunux imħarsa b’mod li ma tantx hemm ċans li xi ħadd iweġġa’.
Minn fejn wieħed jaħrab minn din l-êrja m’għandux ikun illimitat jew ostakolat fuq l-ebda naħa minn kwalunkwe oġġett imwaħħal jew mal-akkoppjar jew mal-vetturi.
Kwalunkwe strument ta’ ħarsien li jkun hemm fl-isfond m’għandux jipprevjeni lil persuna, li jkollha pożizzjoni adattata, biex tħaddem l-akkoppjar.
1.3.4. L-inqas angolu għall-akkoppjar u biex dan jinħall
Għandu jkun possibbli li tiġi akkoppjata u li tinħall għajnet il-ganċ (drawbar eye) meta l-assi lonġitudinali ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) f’relazzjoni mal-linja ċentrali tax-xedaq jiddawwar fl-istess ħin:
|
50° b’mod orizzontali lejn il-lemin u lejn ix-xellug; |
|
6° b’mod vertikali ’l fuq jew ’l isfel; |
|
6° fuq l-assi lejn il-lemin u lejn ix-xellug. |
Din il-kondizzjoni meħtieġa għandha tapplika wkoll għall-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K.
1.3.5. L-aċċessibilità
Id-distanza bejn iċ-ċentru tal-kavilja u t-tarf tal-bodì tal-vettura m’għandiex tisboq 550 mm. Fejn id-distanza taqbeż 420 mm, l-akkoppjar għandu jkun mgħammar b’mekkaniżmu li jazzjonah li jħalli tħaddim mingħajr periklu fl-akbar distanza ta’ 420 mm mit-tavla ta’ barra tal-bodì.
Id-distanza ta’ 550 mm tista’ tinqabeż kif ġej, dejjem jekk il-bżonn tekniku jista’ jintwera u li l-azzjonar faċli u bla periklu tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling) ma jkunx affetwat ħażin:
(i) |
sa distanza ta’ mhux aktar minn 650 mm għal vetturi b’bodis li fuq wara jintrefgħu ’l fuq biex jintrema dak li hemm ġo fihom (tipping bodies) jew b’apparat immuntat fuq wara; |
(ii) |
sa distanza ta’ mhux aktar minn 1 320 mm jekk l-għoli mingħajr imblukkar hu mill-inqas ta’ 1 150 mm; |
(iii) |
fil-każ ta’ trasportaturi tal-karozzi b’mill-inqas żewġ livelli fejn jgħabbu, meta l-vettura li qed tagħmilha ta’ trejler mhix isseparata mill-vettura tal-irmonk waqt trasport normali. |
1.3.6. Spazju ħieles għal-lieva tal-id
Sabiex ikun hemm tħaddim mingħajr periklu tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) għandu jkun hemm spazju ħieles adegwat madwar il-lieva tal-id.
L-ispazju ħieles li jidher fil-Figura 26 jiqies bħala biżżejjed. Jekk tipi differenti ta’ akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard huma maħsuba biex jitwaħħlu fuq il-vettura, l-ispazju ħieles għandu jkun tali li l-kondizzjonijiet ikunu ssodisfatti wkoll għall-akbar daqs ta’ akkoppjar tal-klassi xierqa, kif hemm fl-anness 5, fil-paragrafu 3.
Figura 26
Spazju ħieles għal-lieva tal-id
Id-dimensjonijiet tal-ispazju ħieles huma wkoll applikabbli kif xieraq għal akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) b’lievi tal-id iħarsu ’l isfel jew ta’ disinn differenti.
L-ispazju ħieles għandu jinżamm fl-inqas angolu speċifikat għall-akkoppjar u għal meta dan jinħall kif hemm fil-paragrafu 1.3.4 ta’ dan l-anness.
1.3.7. L-ispazju ħieles għall-moviment ħieles tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling)
L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling) imwaħħal mal-vettura għandu jkollu l-inqas vojt ta’ 10 mm minn kull parti oħra tal-vettura, meta wieħed jikkunsidra l-pożizzjonijiet ġeometriċi kollha possibbli mogħtija fl-anness 5, fil-paragrafu 3.
Jekk tipi differenti tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard huma maħsuba biex jitwaħħlu fuq tip ta’ vettura, l-ispazju ħieles għandu jkun tali li l-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti wkoll għall-akbar akkoppjar possibbli tal-klassi xierq,a kif jingħad fl-anness 5, fil-paragrafu 3.
1.3.8. L-aċċettabilità tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) b’linja tal-għaqda (joint) speċjali għal rotazzjoni vertikali – ara l-anness 5, il-paragrafu 3.4.
L-akkoppjar, b’kavilja ċilindrika u li jiksbu rotazzjoni vertikali għal għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye) permezz ta’ linja tal-għaqda (joint) speċjali, ikunu permessi biss meta l-bżonn tekniku jista’ jintwera. Dan jista’ jkun il-każ, per eżempju, fuq vetturi li fuq wara jintrefgħu ’l fuq biex jintrema dak li hemm ġo fihom (rear tippers) fejn ir-ras tal-akkoppjar (coupling head) għandha tkun impernjata, jew bl-akkoppjar ta’ trasportaturi tqal fejn għal raġunijiet ta’ saħħa hu meħtieġ l-użu ta’ kavilja ċilindrika.
1.4. It-twaħħil ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) u ganċijiet (drawbars) fuq trejlers.
1.4.1. Il-ganċijiet (drawbars) għal trejlers b’fus ċentrali għandu jkollhom strument ta’ sostenn li jkun jista’ jiġi aġġustat fl-għoli jekk il-massa li tinġarr f’għajnet il-ganċ (drawbar eye) fuq it-trejler tisboq 50 kg, meta t-trejler ikun mgħobbi b’mod uniformi sa l-akbar massa teknikament possibbli għalih.
1.4.2. Meta jitwaħħlu għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) u ganċ (drawbar) ma’ trejlers b’fus ċentrali bl-akbar massa, C, ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi u iktar minn fus wieħed, it-trejlers għandhom ikunu mgħammra bi strument għal biex jitqassam il-piż fuq il-fus.
1.4.3. Il-ganċijiet (drawbars) impernjati m’għandhomx imissu mal-art; m’għandhomx jaqgħu aktar baxxi minn għoli ta’ 200 mm mill-art meta dawn ma jibqgħux f’pożizzjoni orizzontali. Ara wkoll l-anness 5, il-paragrafi 5.3 u 5.4.
1.5. It-twaħħil tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings), tal-pjanċi tal-immontar u l-kavilji fuq il-vetturi.
1.5.1. L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) tal-Klassi G50 m’għandux ikun immuntat direttament fuq il-qafas tal-vettura sakemm dan ma jkunx permess mill-manifattur tal-vettura; għandhom jitwaħħlu mal-qafas permezz ta’ pjanċa tal-immontar u għandhom jiġu segwiti l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni, ipprovduti mill-manifattur tal-vettura u mill-manifattur tal-akkoppjar.
1.5.2. Is-semitrejlers għandhom ikunu mgħammra b’roti jew kwalunkwe apparat ieħor li jippermetti li l-akkoppjar jinħall u li s-semitrejler jiġi pparkjat. Jekk is-semitrejlers huma mgħammra sabiex il-konnessjoni tal-istrumenti tal-akkoppjar, is-sistemi tal-elettriku u tal-brejkijiet jistgħu jitħaddmu b’mod awtomatiku, it-trejler għandu jkollu roti li jidħlu ’l ġewwa minn mal-art li jaħdmu b’mod awtomatiku wara li s-semitrejler ikun ġie akkoppjat.
Dawn il-kondizzjonijiet meħtieġa m’għandhomx japplikaw fil-każ ta’ semitrejlers mfassla għal tħaddim speċjali fejn normalment huma sseparati f’ħanut tax-xogħol jew meta jgħabbu u jħottu f’żoni ta’ xogħol maħsuba speċifikatament għal hekk.
1.5.3. It-twaħħil tal-kavilja tal-istepni (fifth wheel coupling pin) mal-pjanċa tal-immontar fuq is-semitrejler għandu jkun skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura jew tal-manifattur tal-kavilja tal-istepni (fifth wheel coupling pin).
1.5.4. Jekk semitrejler ikun mgħammar b’feles tat-tmexxija (steering wedge), dan għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa kif deskritti fil-paragrafu 7.8 tal-anness 5
2. L-INDIKAZZJONI U L-KONTROLL MILL-BOGĦOD
2.1. Meta wieħed ikun qed jinstalla strumenti ta’ indikazzjoni u kontroll mill-bogħod, kwalunkwe kondizzjoni meħtieġa relevanti mogħtija fil-paragrafu 12 tal-anness 5, għandha tkun ikkunsidrata.
(1) Ara d-definizzjonijiet fir-Regolament Nru. 13 anness mal-Ftehim ta’ l-1958 dwar l-Adozzjoni ta’ Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal vetturi bir-roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew ikunu Użati fuq Vetturi u l-Kondizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Dispożizzjonijiet. Id-definizzjoni tinsab ukoll fl-anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il- vetturi ta’ Kostruzzjoni (R. E. 3) (dokument TRANS/ WP. 29/ 78/ Rev. 1/ Amend. 2).
Appendiċi 1
Il-kondizzjonijiet għal meta ssir it-tagħbija għall-kejl tal-għoli tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball)
1. |
L-għoli għandu jkun kif speċifikat fl-anness 7, fil-paragrafu 1.1.1. |
2. |
Fil-każ tal-vetturi tal-kategorija M1 il-massa tal-vettura fejn għandu jitkejjel l-għoli għandha tkun iddikjarata mill-manifattur tal-vettura u għandha tingħata fil-formola tal-Komunikazzjoni (fl-anness 2). Il-massa għandha tkun jew l-akbar waħda permissibbli, imqassma bejn il-fusijiet kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura, jew il-massa mogħtija meta titgħabba l-vettura skont il-paragrafu 2.1 ta’ dan l-appendiċi. |
2.1. |
L-akbar ammont għall-massa fl-ordni kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura tal-irmonk (ara l-paragrafu 6 tal-formola tal-Komunikazzjoni, fl-anness 2); flimkien ma’ |
2.1.1. |
żewġ mases, kull waħda ta’ 68 kg, ippożizzjonati fil-pożizzjoni ta’ barra ta’ fejn joqogħdu l-passiġġieri, bis-sits fl-aktar pożizzjoni lura u li tiġi aġġustata għal waqt sewqan u vjaġġar normali, u bil-mases li jkunu llokalizzati:
|
2.1.2. |
Barra minn hekk, għal kull massa ta’ 68 kg, massa addizzjonali ta’ 7 kg bħala konċessjoni għal bagalji personali għandha tkun imqassma b’mod indaqs fl-êrja fejn jitqiegħdu l-bagalji tal-vettura; |
3. |
Fil-każ tal-vetturi tal-kategorija N1 , il-massa tal-vettura fejn għandu jitkejjel l-għoli għandha tkun:
|