24.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 274/4


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2035

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK.

(2)

Fl-4 ta’ Ottubru 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2140 (2014) żied persuna waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. HUBÁČKOVÁ


(1)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.


ANNESS

L-entrata li ġejja tiżdied taħt is-subintestatura "Persuni" fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK (Lista ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikoli 1(1), 2a(1) u l-Artikolu 2b(1) u (2)):

"12.

Ahmad Al-Hamzi

Kitba oriġinali: أحمد الحمزي

Deżinjazzjoni: Maġġur Ġeneral, Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Houthi Data tat-Twelid: 1985 Post tat-twelid: Sana'a, Yemen Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu anqas affidabbli: a) Ahmad 'Ali al-Hamzi b) Ahmad 'Ali Ahsan al-Hamzi c) Ahmed Ali al-Hamzi d) Muti al-Hamzi Nazzjonalità: Jemen Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Jemen Elenkat: 4 ta' Ottubru 2022Informazzjoni oħra: Ahmad al-Hamzi, il-kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Houthi, kif ukoll il-programm tal-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) tagħhom, jaqdi rwol ewlieni fl-isforzi militari Houthi li jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen. Deskrizzjoni Fiżika: Kulur tal-Għajnejn: Kannella; Xagħar: Kannella. Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont it-taqsima 5(h) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.

Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 4 ta' Ottubru 2022.

Ahmad Al-Hamzi ġie elenkat fl-4 ta' Ottubru 2022 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014), bħala li jissodisfa l-kriterji ta' deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014), inkluż kif elaborat aktar mill-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015).

Ahmad Al-Hamzi involva ruħu f'atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż ksur tal-embargo mmirat fuq l-armi.

Informazzjoni addizzjonali:

Waqt li serva bħala Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru Houthi, kif ukoll il-programm tal-UAVs tagħhom, al-Hamzi akkwista armi għall-użu fil-gwerra ċivili tal-Jemen bi ksur tal-embargo mmirat fuq l-armi kif stabbilit fil-paragrafu 14 tar-Riżoluzzjoni 2216 (2015). Il-forzi militari Houthi taħt il-kmand tal-Maġġur Ġeneral Al-Hamzi wettqu attakki mmirati bil-UAVs. Al-Hamzi huwa responsabbli għall-organizzazzjoni ta' attakki mill-forzi Houthi li kellhom impatt fuq persuni ċivili Jemeniti, nazzjonijiet fil-fruntiera mal-Jemen, u bastimenti kummerċjali Jemeniti fl-ilmijiet internazzjonali.

Verifika tar-rwol militari attiv:

Al-Sharea News (bl-Għarbi) - "L-Imħuħ wara l-Attakki mill-Houthi"

(https://alsharaeanews.com/2021/03/08/54527/) [Aċċessat fil-11 ta' Frar 2022]

("Mansour Al-Saadi u Ahmed Al-Hamzi, żewġ karattri misterjużi fil-forza tal-ajru u l-flotta navali tal-Houthi, qdew rwol kruċjali fil-gwerra fil-Jemen, u estendew l-influwenza tagħha biex b'hekk thedded l-artijiet Sawdin u s-sigurtà tal-Baħar l-Aħmar."")