22001D0158



Official Journal L 065 , 07/03/2002 P. 0036 - 0037


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 158/2001

tal-11 ta' Diċembru 2001

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċjżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 997/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 805/1999 li jniżżel xi miżuri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar kapaċità għal flott Komunitarja għall-promozzjoni ta' trasport minn passaġġi ta' l-ilma interni [2] għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 45b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 805/1999) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

"- 32001 R 0997: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 997/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 (ĠU L 142, tad-29.5.2001, p. 18)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament 997/2001/KE fl-ilsna Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ it-12 ta' Diċembru 2001, sakemm isiru n-notifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Supplement taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

B. Grydeland

[1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 35.

[2] ĠU L 142, tad-29.5.2001, p. 18.

[3] L-ebda ħtiġiet konstituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------