15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2241
tal-14 ta’ Novembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“RDK”). |
(2) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (“UNSCR”) 2641 (2022), li temenda l-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ persuni u entitajiet li għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fil-paragrafi 9 u 11 tal-UNSCR 1807 (2008), kif ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont l-UNSCR 1533 (2004) ta’ vjeġġi ta’ armi u materjal relatat għar-RDK, jew kwalunkwe għoti ta’ assistenza teknika, finanzjament, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra relatati ma’ attivitajiet militari fir-RDK. |
(3) |
Hi meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/788/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 3(1), jiżdied il-punt li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).