14.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1935
tat-13 ta’ Ottubru 2022
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa. |
(2) |
Il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal żewġ persuni fiżiċi tiġi aġġornata. |
(3) |
Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BLAŽEK
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2”, l-entrati 3 u 19 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“3. |
Francisco Javier DÍAZ MADRIZ |
Data tat-twelid: 3 ta’ Awwissu 1961 Sess: maskil |
Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali tan-Nikaragwa (NNP) mit-23 ta’ Awwissu 2018 u eks Deputat Direttur Ġenerali tal-NNP. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fin-Nikaragwa, inkluż billi mexxa l-forzi tal-pulizija biex iwettqu vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza, arresti u detenzjonijiet arbitrarji u tortura. Fl-2021, huwa wettaq l-investigazzjonijiet biex jistabbilixxi każijiet kontramexxejja tal-oppożizzjoni arrestati qabel l-elezzjonijiet. |
4.5.2020 |
19. |
Lumberto Ignacio CAMPBELL HOOKER |
Membru tal-Kunsill Elettorali Suprem, aġent President tal-Kunsill Elettorali Suprem fl-2018 Data tat-twelid: 3.12.1949 Post tat-twelid: Raas, Nikaragwa Sess: maskil Nazzjonalità: Nikaragwana Numru tal-Passaport: A00001109 (Nikaragwa) Numru tal-karta tal-identità: 6010302490003J |
Lumberto Ignacio Campbell Hooker ilu mill-2014 membru tal-Kunsill Elettorali Suprem (SEC) – korp responsabbli għat-tħejjija, l-organizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-elezzjonijiet ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2021, li minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza tagħhom, ta’ oppożizzjoni vera u ta’ dibattitu demokratiku, dgħajjef l-istituzzjonijiet u l-proċessi demokratiċi. Is-SEC ċaħħad lill-oppożizzjoni mill-opportunità li toħroġ għal elezzjonijiet ħielsa u żgura l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet f’kondizzjonijiet mhux demokratiċi. Il-mandat tiegħu bħala membru tas-SEC ġie mġedded mill-Assemblea Ġenerali f’Mejju 2021. Huwa tkellem mal-media matul l-elezzjonijiet tas-7 ta’ Novembru 2021, u ġġustifika u faħħar l-organizzazzjoni tagħhom. Għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u għall-imminar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fin-Nikaragwa. |
10.1.2022”. |