20.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1183
tad-19 ta’ Ġunju 2023
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
(2) |
Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi T-93/22 (2) u T-94/22 (3), jenħtieġ li jitħassru żewġ entrati mil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.
(2) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023, Ramazani Shadary vs il-Kunsill, T-93/22, ECLI:EU:T:2023:122.
(3) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023, Mutondo vs il-Kunsill, T-94/22, ECLI:EU:T:2023:120.
ANNESS
L-entrati li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005:
“8. |
Emmanuel Ramazani SHADARY; |
9. |
Kalev MUTONDO.". |