19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Marzu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Anness VII li jelenka taħlitiet ta' sustanzi attivi/prodotti koperti minn deroga rigward trattamenti ta’ wara l-ħsad magħmula b'fumigant

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Bosta Stati Membri indikaw lill-Kummissjoni l-ħtieġa għal deroga mil-livelli massimi ta’ residwu stabbiliti fl-Annessi II u III, filwaqt li speċifikaw l-għelejjel u l-pestiċidi li għalihom tinħtieġ din id-deroga. Din id-deroga għandha tippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw, wara trattament ta’ wara l-ħsad magħmul b’fumigant fit-territorju tagħhom, livelli ta’ residwu għal sustanzi attivi li jaqbżu l-limiti speċifikati f’dawn l-Annessi biex jiġi evitat tfixkil fil-kummerċ ta' prodotti maħżuna li għaddew minn trattamenti ta' wara l-ħsad magħmula b'fumiganti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-test fl-Anness għal dan ir-Regolament jiġi miżjud mar-Regolament (KE) Nru 396/2005, bħala Anness VII.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 178/2006 (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 3).


ANNESS

“ANNESS VII

Taħlitiet ta’ sustanzi attivi/prodotti, kif imsemmija fl-Artikolu 18(3)

Sustanza attiva

Prodott fl-Anness I

(Numru tal-kodiċi)

Fosfid ta’ l-idroġenu

Frott (0100000), Ħxejjex (0200000), Żrieragħ imnixxfin (0300000), Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (0400000), Ċereali (0500000), Te, kafè, infużjonijiet erbali u kawkaw (0600000), Ħwawar (0800000)

Fosfid ta’ l-aluminju

Frott (0100000), Ħxejjex (0200000), Żrieragħ imnixxfin (0300000), Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (0400000), Ċereali (0500000), Te, kafè, infużjonijiet erbali u kawkaw (0600000), Ħwawar (0800000)

Fosfid tal-manjesju

Frott (0100000), Ħxejjex (0200000), Żrieragħ imnixxfin (0300000), Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (0400000), Ċereali (0500000), Te, kafè, infużjonijiet erbali u kawkaw (0600000), Ħwawar (0800000)

Fluworidu tal-kubrit

Frott (0100000), Ċereali (0500000)”.