7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1656

tas-6 ta' Novembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-14 ta' Novembru 2019.

(3)

Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal persuna waħda elenkata fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 jenħtieġ li tiġi emendata.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-14 ta' Novembru 2019.

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

l-Anness I huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60).


ANNESS

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, l-entrata 7 tinbidel b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“7.

Diosdado Cabello Rondón

Data tat-Twelid: 15 ta' April 1963

President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut f'azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bl-użu tal-media biex jiġu attakkati u mhedda pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili.

22.1.2018”