4.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1902
tas-27 ta' Ottubru 2016
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għall-aċetamiprid, l-ametoktradin, l-ażossistrobina, iċ-ċiflutrin, l-aċidu difluworoaċetiku, id-dimetomorf, il-fenpirażamina, il-flonikamid, il-fluważinam, il-fludijoksonil, il-flupiradifuron, il-flutrijafol, il-flużapirossad, il-metkonażol, il-prokwinażid, il-protijokonażol, il-piriproksifen, l-ispirodiklofen u t-trifloksistrobina f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-aċetamiprid, l-ażossistrobina, id-dimetomorf, il-flonikamid, il-fludijoksonil, il-flutrijafol, il-metkonażol, il-protijokonażol u t-trifloksistrobina, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) kienu stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għaċ-ċiflutrin, ġew stabbiliti MRLs fl-Anness II u l-Parti B tal-Anness III għal dak ir-Regolament. Għall-ametoktradin, l-aċidu difluworoaċetiku, il-fenpirażamina, il-fluważinam, il-flupiradifuron, il-flużapirossad, il-prokwinażid, il-piriproksifen u l-ispirodiklofen, ġew stabbiliti MRLs fil-Parti A tal-Anness III għal dak ir-Regolament. |
(2) |
Fil-kuntest ta' proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva aċetamiprid fuq iż-żebbuġ tal-ikel, it-tadam, il-ħjar żgħir, il-fażola (bil-miżweb), il-piżelli (bil-miżweb), il-legumi (niexfa), il-kolza, iż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt u l-qamħ, ġiet sottomessa applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-modifika tal-MRLs eżistenti. |
(3) |
Rigward l-ametoktradin, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għall-basal frisk. Rigward l-ażossistrobina, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għall-għeneb tal-ikel u tal-inbid. Rigward iċ-ċiflutrin, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għax-xgħir, il-ħafur, is-segala u l-qamħ wara l-użu ta' beta-ciflutrin fuq dawk il-prodotti. Rigward id-dimetomorf, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għall-brassika bil-fjuri u “spinaċi u weraq simili”. Rigward il-flonikamid, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għall-“ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu”. Rigward il-fludijoksonil, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għall-“ħass u pjanti tal-insalata”, “spinaċi u weraq simili”, “ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu” u l-piżelli (mingħajr miżweb). Rigward l-aċidu difluworoaċetiku u l-flupiradifuron, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għall-frawli, it-tut u l-lampuni wara l-użu ta' flupiradifuron fuq dawk il-prodotti. Rigward il-prokwinażid, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għat-tuffieħ u l-lanġas. Rigward il-protijokonażol, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għaż-żerriegħa tal-ġirasol. Rigward il-piriproksifen, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għall-banana. Rigward l-ispirodiklofen, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għall-cranberries u r-ribes. Rigward it-trifloksistrobina, ġiet sottomessa applikazzjoni bħal din għall-krafes. |
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dimetomorf użat fuq il-papaja, il-fenpirażamina fuq il-frott tal-qasab u l-mirtilli, il-fluważinam fuq il-mirtilli, il-flutrijafol fuq il-frawli, il-flużapirossad fuq il-lewż, il-ġewż tal-Brażil, il-qastan, il-ġellewż, il-ġewż ta' makadamja, il-ġewż tal-pekan, il-qlub tal-ġewż tal-arżnu, il-ġewż, iċ-ċirasa, l-għeneb, il-frawli, il-mirtili, il-mango, “ħxejjex oħrajn tal-għeruq u tat-tuberi” tal-kodiċi 0213000, il-kukurbiti, il-brokkoli, il-kaboċċi Ċiniżi, il-weraq tal-mustarda, il-bużbież, ir-rabarbru, ir-ross u l-kannamieli u l-metkonażol fuq il-mirtilli, il-patata, “il-ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi”, il-legumi u ż-żerriegħa tal-ġirasol. L-applikanti jsostnu li l-użi awtorizzati ta' dawk is-sustanzi fuq għelejjel bħal dawn fl-Istati Uniti, fil-Kanada u fil-Brażil iwasslu għal residwi li jaqbżu l-MRLs fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li huma meħtieġa MRLs ogħla biex jiġu evitati l-ostakli għall-kummerċ għall-importazzjoni ta' dawk l-għelejjel. |
(5) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet kienu evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta' evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. |
(6) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni, fejn eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat opinjonijiet motivati dwar l-MRLs (2) proposti. Din għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
(7) |
Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li rigward l-użu tal-flużapirossad fil-ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi minbarra r-ravanelli, id-dejta mressqa ma kinitx biżżejjed għall-istabbiliment ta' MRLs ġodda. Għalhekk għandhom jinżammul-MRLs eżistenti. |
(8) |
Rigward il-prokwinażid, l-Awtorità rrakkomandat li l-MRLs eżistenti jiġu miżjuda għall-fwied u l-kliewi fin-nagħaġ u l-mogħoż sabiex jiġu akkomodati l-użi maħsuba ta' dik is-sustanza attiva fuq it-tuffieħ u l-lanġas. Minħabba li ma nstab l-ebda residwu ta' prokwinażid fil-prodotti tar-ruminanti, huwa xieraq li tiġi limitata d-definizzjoni ta' residwu ta' infurzar għall-metabolit rilevanti biss (IN-MU210). |
(9) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet l-oħra kollha, l-Awtorità kkonkludiet li ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta u li, abbażi ta' valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għas-27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi, il-modifiki fl-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumaturi. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi bil-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir b'konsum estrem tal-prodotti rilevanti ma wrew li kien hemm riskju li jinqabżu l-konsum aċċettabbli ta' kuljum jew id-doża akuta ta' referenza. |
(10) |
Għall-flupiradifuron, l-Awtorità ressqet konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva (3). Skont il-prattika agrikola tajba rilevanti, l-MRL għall-aċidu difluworoaċetiku fil-ħass jeħtieġ jiġi stabbilit għal 0,09 mg/kg sabiex jindirizza b'mod adegwat l-użu tal-flupiradifuron fuq dak il-prodott. |
(11) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati u l-konklużjoni tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA huma disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu:
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-aċetamiprid f'għelejjel differenti. EFSA Journal 2016;14(2):4385 [25 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-ametoktradin fil-basal frisk. EFSA Journal 2016;14(4):4448 [19 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-ażossistrobina fl-għeneb. EFSA Journal 2016;14(2):4415 [17 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-beta-ċiflutrin f'ċereali differenti. EFSA Journal 2016;14(3):4417 [23 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar l-istabbiliment tat-tolleranza tal-importazzjoni għad-dimetomorf fil-papaja. EFSA Journal 2016;14(4):4449 [19 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti (MRLs) għad-dimetomorf f'għelejjel differenti. EFSA Journal 2016;14(1):4381 [19 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar l-istabbiliment tat-tolleranzi tal-importazzjoni għall-fenpirażamina fil-mirtilli u l-frott tal-qasab. EFSA Journal 2016;14(2):4384 [20 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livell massimu ta' residwu għall-flonikamid fil-ħxejjex aromatiċi u l-frott li jittiekel. EFSA Journal 2016;14(4):4467 [19 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar l-istabbiliment tat-tolleranza tal-importazzjoni għall-fluważinam fil-mirtilli. EFSA Journal 2016;14(4):4460 [20 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu għall-fludijoksonil f'għelejjel differenti. EFSA Journal 2016;14(3):4445 [20 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar l-istabbiliment tal-livelli massimi ta' residwu tal-importazzjoni għall-flupiradifuron fil-frawli, it-tut u l-lampuni. EFSA Journal 2016;14(3):4423 [19 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar l-istabbiliment tat-tolleranza tal-importazzjoni għall-flutrijafol fil-frawli. EFSA Journal 2016;14(3):4427 [20 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar l-istabbiliment tat-tolleranzi tal-importazzjoni għall-flużapirossad f'għelejjel differenti. EFSA Journal 2016;14(3):4404 [28 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-metkonażol f'għelejjel differenti. EFSA Journal 2016;14(4):4451 [23 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-prokwinażid fit-tuffieħ, il-lanġas u l-komoditajiet tal-annimali. EFSA Journal 2016;14(3):4428 [24 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-protijokonażol fiż-żerriegħa tal-ġirasol. EFSA Journal 2015;13(12):4371 [24 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livell massimu ta' residwu eżistenti għall-piriproksifen fil-banana. EFSA Journal 2016;14(2):4387 [18 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu (MRLs) eżistenti għall-ispirodiklofen fil-berries. EFSA Journal 2016;14(4):4457 [17 pp.]. |
|
L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livell massimu ta' residwu (MRLs) eżistenti għat-trifloksistrobina fil-krafes. EFSA Journal 2016;14(1):4383 [17 pp.]. |
(3) Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva flupiradifuron. EFSA Journal 2015;13(2):4020 [101 pp.].
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għall-aċetamiprid, l-ażossistrobina, iċ-ċiflutrin, id-dimetomorf, il-flonikamid, il-fludjoksonil, il-flutrijafol, il-metkonażol, il-protijokonażol u t-trifloksistrobina jinbidlu b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (f'mg/kg)
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonni għall-ametoktradin, l-acidu difluworoaċetiku, il-fenpirażamina, il-fluważinam, il-flupiradifuron, il-flużapirossad, il-prokwinażid, il-piriproksifen u l-ispirodiklofen jinbidlu b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (f'mg/kg)
|
(*) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(**) Kombinament tal-kodiċi tal-pestiċida li għaliha japplika l-MRL stabbilit fil-Parti B tal-Anness III.
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(F) |
= |
Idub fix-xaħam |
Aċetamiprid (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: Aċetamiprid — il-kodiċi 1000000 ħlief 1040000: It-total tal-aċetamiprid u tan-N-desmetil-aċetamiprid (IM-2-1), espress bħala aċetamiprid |
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sal-5 ta' Frar 2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
Ażossistrobina
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sal-1 ta' Lulju 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar it-tossiċità tal-metabolliti bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sal-1 ta' Lulju 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
Dimetomorf (total ta' isomeri)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Flonikamid (total ta' flonikamid, TFNA u TFNG espressi bħala flonikamid) (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: Flonikamid — il-kodiċi 1000000, ħlief il-kodiċi 1040000: It-total ta' flonikamid u TFNA-AM, espress bħala flonikamid |
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istabbiltà tal-ħażna bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istudju tal-idroliżi f'komoditajiet ipproċessati bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Fludijoksonil (F) (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: Fludijoksonil — il-kodiċi 1000000 ħlief 1040000: it-total ta' fludijoksonil u l-metaboliti tiegħu ossidizzati għall-metabolit aċidu 2,2-difluworo-benżo[1,3]dioksol-4 karbossiliku |
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Jannar 2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istudji dwar l-għalf tal-bhejjem bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Jannar 2016, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
Flutrijafol
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar in-natura tar-residwi f'komoditajiet ipproċessati bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi u dwar in-natura tar-residwi fil-komoditajiet ipproċessati bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-ħażna tal-kampjuni mill-istudji tal-alimentazzjoni bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metaboliżmu tar-ruminanti u l-kundizzjonijiet tal-ħażna tal-kampjuni mill-istudji tal-alimentazzjoni bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.

Metkonażol (total ta' isomeri) (F)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-17 ta' Awwissu 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Protijokonażol (Protijokonażol-destijo (total ta' isomeri)) (F)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi u d-dejta tal-istabbiltà tal-ħażna li tikkonforma mad-definizzjoni tar-residwu proposta bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi u d-dejta tal-istabbiltà tal-ħażna li tikkonforma mad-definizzjoni tar-residwu proposta bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi u d-dejta tal-istabbiltà tal-ħażna li tikkonforma mad-definizzjoni tar-residwu proposta bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi fuq il-ħaxix (komponent ewlieni tal-piż alimentari tal-bhejjem) bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-27 ta' Jannar 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
Trifloksistrobina (A) (F) (R)
(A) |
= |
Il-laboratorji ta' referenza tal-UE identifikaw li l-istandards ta' referenza għas-CGA321113 mhumiex disponibbli kummerċjalment. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis id-disponibbiltà kummerċjali tal-istandard ta' referenza msemmi fl-ewwel sentenza sat-23 ta' Lulju 2016, jew, jekk dak l-istandard ta' referenza ma jkunx disponibbli kummerċjalment sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tiegħu. |
(R) |
= |
Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: Trifloksistrobina- il-kodiċi 1000000 ħlief 1040000: it-total ta' trifloksistrobin u l-metabolit tagħha aċidu aċetiku (E, E)-metossimino- {2-[1-(3-trifluworometil-fenil)-etilideneamino-ossimetil]-fenil} (CGA 321113) |
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-23 ta' Lulju 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-23 ta' Lulju 2017, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.
|
(***) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(F) |
= |
Idub fix-xaħam |
Ametoktradin (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: Ametoktradin — il-kodiċi 1000000 ħlief 1040000: Ametoktradin, il-metabolit 4-(7-ammino-5-etil [1,2,4]triażolo, [1,5-a]pirimidin-6-il) aċidu butanojku (M650F01) u l-metabolit 6-(7-ammino-5-etil [1,2,4]triażolo [1,5-a]pirimidin-6-il) aċidu eżanojku (M650F06), espressi bħala ametoktradin |
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Aċidu difluworoaċetiku (DFA)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar in-newba tal-għelejjel bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sas-6 ta' April 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, se tqis in-nuqqas tagħha.

Fenpirażamina

Fluważinam (F)

Flupiradifuron

Flużapirossad

Prokwinażid (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: Prokwinażid — il-kodiċi 1000000 ħlief 1040000: metabolit tal-aċidu propanojku 3-[(6-jodo-4-osso-3-propil-3,4-diidrokwinażolin-2-il)ossi] (IN-MU210) espress bħala prokwinażid |
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
Piriproksifen (F)

Spirodiklofen (F)