|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/985
tas-17 ta' Ġunju 2019
li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1001 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/993 tas-17 ta' Ġunju 2019 li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni tal-Affarijiet Barranin u tal-Politika dwar is-Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta' Lulju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi. Dik id-Deċiżjoni pprovdiet, inter alia, għall-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni, entitajiet jew korpi responsabbli li jdgħajfu l-istat tad-dritt jew jostakolaw soluzzjoni politika inklużiva fir-Repubblika tal-Maldivi, kif ukoll persuni u entitajiet responsabbli għal ksur serju jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Maldivi. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1001 (3) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006. |
|
(3) |
Fis-17 ta' Ġunju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/993, li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006. |
|
(4) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(5) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) 2018/1001 jitħassar skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2018/1001 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2019.
Għall Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Ara l-paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1006 tas-16 ta' Lulju 2018 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi (ĠU L 180, 17.7.2018, p. 24).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1001 tas-16 ta' Lulju 2018 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi (ĠU L 180, 17.7.2018, p. 1).
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/986
tas-7 ta' Marzu 2019
li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda tat-tip approvat fi proċess b'diversi stadji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9) u r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 13(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Mill-1 ta' Settembru 2019, il-vetturi ħfief kollha se jkunu soġġetti għal proċedura tat-test regolatorja ġdida għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil minn vetturi ħfief, il-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2), li tissostitwixxi ċ-Ċiklu ta' Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC) stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (3). Għalhekk jenħtieġ li tiġi stabbilita metodoloġija ġdida għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil mill-vetturi tal-kategorija N1 tat-tip approvat fi proċess b'diversi stadji (“vetturi b'diversi stadji”). |
|
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' vettura b'diversi stadji jridu jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura bażi. Sabiex il-manifattur tal-vettura bażi jkun jista' jippjana b'mod effettiv u b'ċertezza suffiċjenti l-konformità tiegħu mal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu, jenħtieġ li tiġi stabbilita metodoloġija li tiżgura li l-emissjonijiet tas-CO2 u l-massa tal-vetturi bażi mhux kompletati li se jiġu allokati lil dak il-manifattur ikunu magħrufa fil-mument tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-vettura bażi mhux kompletata, u mhux biss meta l-manifattur tal-istadju finali jqiegħed il-vettura kompletata fis-suq. |
|
(3) |
Fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura bażi mhux kompletata, huwa xieraq li jintuża l-metodu ta' interpolazzjoni previst fir-Regolament (UE) 2017/1151, fejn il-valuri tal-input speċifiċi jenħtieġ li jitfasslu b'tali mod li jwasslu għal valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-massa li jkunu kemm jista' jkun rappreżentattivi ta' dawk il-valuri ddeterminati sussegwentement għall-vettura kompletata finali. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur tal-vettura bażi jenħtieġ li jqis il-valuri tal-massa ddeterminati għal dak l-iskop. |
|
(4) |
Il-manifattur tal-vettura bażi jenħtieġ li jirrapporta lill-Kummissjoni l-valuri tal-input li jkunu ntużaw għall-metodu ta' interpolazzjoni kif ukoll l-emissjonijiet tas-CO2 u l-valuri tal-massa tal-vettura bażi mhux kompletata. Fl-istess ħin, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jirrapportaw lill-Kummissjoni l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 u l-massa tal-vetturi kompletati finali. |
|
(5) |
Fuq il-bażi ta' dik id-data irrapportata, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta kontinwament ir-rappreżentattività tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura bażi u tgħarraf il-manifatturi bi kwalunkwe diverġenza misjuba. Fil-każ ta' diverġenza sinifikanti u kontinwa bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-vettura kompletata finali u l-medja tal-valuri tas-CO2 ta' monitoraġġ iddeterminati għall-manifattur tal-vettura bażi, jenħtieġ li jintużaw il-valuri għall-vetturi kompletati finali biex jiġi ddeterminat jekk il-manifatturi jikkonformawx mal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, fil-punt 1(c), jiżdied il-paragrafu li ġej: “Fil-każ ta' vetturi b'diversi stadji mhux kompletati msemmija fil-punt 1a tal-Parti A tal-Anness II, għandha tintuża l-massa ta' monitoraġġ (Mmon) minflok il-valur M. Il-massa ta' monitoraġġ għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja:
|
|
(2) |
Fl-Anness II, il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/987
tad-29 ta' Mejju 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda tat-tip approvat fi proċess b'diversi stadji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(9) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 (2) jirrikjedi li l-Istati Membri iżda wkoll il-manifatturi jirrappurtaw ċerta data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011. |
|
(2) |
Mill-1 ta' Settembru 2019, proċedura tat-test regolatorja ġdida għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil minn vetturi ħfief, Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (3), se tissostitwixxi ċ-Ċiklu ta' Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC) stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (4). Dik il-bidla se taffettwa wkoll il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil mill-vetturi N1 tat-tip approvat fi proċess b'diversi stadji (aktar 'il quddiem imsejħa “vetturi b'diversi stadji”). |
|
(3) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' vettura b'diversi stadji jridu jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura bażi. Sabiex il-manifattur tal-vettura bażi jkun jista' jippjana b'mod effettiv u b'ċertezza suffiċjenti l-konformità tiegħu mal-miri speċifiċi ta' CO2 tiegħu, il-metodoloġija tiżgura li l-emissjonijiet tas-CO2 u l-massa allokati lil dak il-manifattur ikunu magħrufa fil-mument tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-vettura bażi, u mhux biss meta l-manifattur tal-istadju finali jqiegħed il-vettura kompletata fis-suq. |
|
(4) |
Il-manifattur tal-vettura bażi jenħtieġ li jirrapporta lill-Kummissjoni l-valuri tal-input li jkunu ntużaw għall-kalkolu tal-interpolazzjoni msemmi fil-punt 1a.1 tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 kif ukoll l-emissjonijiet tas-CO2 u l-valuri tal-massa tal-vettura bażi mhux kompletata. Dawn il-valuri jenħtieġ li jintużaw biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet speċifiċi medji u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur tal-vettura bażi. |
|
(5) |
Il-manifatturi tal-vetturi mhux kompletati li nbiegħu fis-sena kalendarja preċedenti għall-fini li jitlestew minn manifattur tat-tieni stadju jenħtieġ li jressqu d-data speċifikata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 lir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012, jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:
“3. Għall-fini tal-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proviżorja u l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 proviżorji u għall-fini tal-verifika tal-valuri tal-input li ntużaw skont il-punt 1a.1 tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, il-manifatturi għandhom iressqu lill-Kummissjoni, permezz ta' trasferiment elettroniku tad-data lir-Repożitorju tad-Data ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, id-data għal kull vettura bażi soġġetta għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji li biegħu fis-sena kalendarja preċedenti fl-Unjoni, kif speċifikat fil-punt 1c. tal-Parti A tal-Anness II ta' dak ir-Regolament.
Id-data għandha tiġi trażmessa permezz ta' trasferiment elettroniku tad-data lir-Repożitorju tad-Data ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
4. Jekk il-manifatturi ma jressqux id-data dettaljata msemmija fil-paragrafu 3, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proviżorja u l-emissjonijiet speċifiċi medji proviżorji għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tad-data dettaljata kif fornuta mill-Istati Membri.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 tat-3 ta' April 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data fuq ir-reġistrazzjoni ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 98, 4.4.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/988
tas-17 ta' Ġunju 2019
li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a), (d), (e), (h), (i) u (j), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(6) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni lingwistika Franċiża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) fiha żball rigward il-limitu ta' migrazzjoni speċifika stipulat fl-Anness I, it-Tabella 1, il-punt 1, ir-ringiela 1052. |
|
(2) |
Għalhekk il-verżjoni lingwistika Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/989
tas-17 ta' Ġunju 2019
li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpropham, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/20/KE (2) daħħlet il-chlorpropham bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
|
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma mniżżlin fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
|
(3) |
Kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpropham tiskadi fil-31 ta' Lulju 2019. |
|
(4) |
Ġiet ippreżentata applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-chlorpropham skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f'dak l-Artikolu. |
|
(5) |
Task force magħmul minn tliet applikanti bagħat il-fajls addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
|
(6) |
L-Istat Membru relatur ħejja rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u fid-29 ta' April 2016 bagħtu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem, “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
L-Awtorità bagħtet ir-rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità ppubblikat ukoll is-sommarju tal-fajl addizzjonali. |
|
(8) |
Fit-18 ta' Ġunju 2017, l-Awtorità bagħtet il-konklużjoni (6) tagħha lill-Kummissjoni dwar jekk il-chlorpropham jistax jiġi mistenni jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le. L-Awtorità kkonkludiet li ma tistax titwettaq valutazzjoni finali tar-riskju lill-konsumaturi mill-konsum djetetiku minħabba bosta lakuni fid-data u minħabba l-inċertezzi identifikati għall-użi tal-għelejjel. Madankollu, ġie identifikat qasam kritiku ta' tħassib għall-chlorpropham rigward ir-riżultati ta' valutazzjoni indikattiva tar-riskju lill-konsumaturi fejn ġew identifikati riskji djetetiċi akuti u kroniċi għall-konsumaturi kemm mill-chlorpropham kif ukoll mill-metabolit ewlieni tiegħu, it-3-kloroanilina. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li hemm bżonn ta' aktar valutazzjonijiet xjentifiċi tal-proprjetajiet potenzjali tat-tfixkil tas-sistema endokrinali tal-chlorpropham u li l-valutazzjoni tar-riskju għall-artropodi mhux fil-mira għall-użi fuq il-post ma setgħetx tiġi ffinalizzata. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikanti biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-applikanti bagħtu l-kummenti tagħhom, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(10) |
Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikanti, it-tħassib relatat mas-sustanza attiva ma setax jiġi eliminat. |
|
(11) |
Fit-23 ta' Jannar 2019, wieħed mill-membri tat-Task Force li kien ressaq l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-chlorpropham, informa lill-Kummissjoni li kien iddeċieda li jirtira l-appoġġ tiegħu għall-użu rappreżentattiv tal-chlorpropham bħala suppressant tan-nebbieta tal-patata. Fit-19 ta' Marzu 2019, it-Task Force għarrfet lill-Kummissjoni li kienet irtirat l-appoġġ tagħha għall-użi rappreżentattivi kollha, ħlief għal għelejjel li ma jittiklux, jiġifieri l-basal tal-fjuri. |
|
(12) |
Għaldaqstant, fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-użi rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti, ma ġiex stabbilit li l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ġew issodisfati. Huwa għalhekk xieraq li ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpropham f'konformità mal-Artikolu 20(1)(b) ta' dak ir-Regolament. |
|
(13) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlorpropham. |
|
(15) |
Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlorpropham, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dak il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-8 ta' Ottubru 2020. |
|
(16) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 (7) estenda d-data ta' skadenza tal-chlorpropham sal-31 ta' Lulju 2019 biex jippermetti li l-proċess tat-tiġdid jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Madankollu, billi ttieħdet deċiżjoni qabel dik id-data ta' skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika malajr kemm jista' jkun. |
|
(17) |
Dan ir-Regolament ma jipprevenix il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-chlorpropham skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(18) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni qabel l-iskadenza stipulata mill-President tiegħu. Tqies li kien meħtieġ att ta' implimentazzjoni u l-President bagħat l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell għal iktar deliberazzjoni. Il-kumitat ta' appell ma tax opinjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpropham ma ġietx imġedda.
Artikolu 2
Emendi lir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 78 dwar il-chlorpropham.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlorpropham bħala s-sustanza attiva sa mhux aktar tard mit-8 ta' Jannar 2020.
Artikolu 4
Perjodu ta' grazzja
Il-perjodu ta' grazzja li jistgħu jagħtu l-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-8 ta' Ottubru 2020.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/20/KE tat-2 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar l-inklużjoni tal-klorprofam bħala sustanza attiva (ĠU L 70, 9.3.2004, p. 32).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(6) EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2017. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance chlorpropham. EFSA Journal 2017;15(7):4903, 29 pp. doi:10.2903/j.efsa.2017.4903.
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 tas-27 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, beflubutammid, benalassil, bentjavalikarb, bifenażat, boskalid, bromossinil, kaptan, karvone, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dimetoat, dimetomorf, dikwat, etefon, etoprofos, etossażol, famoksadon, fenamidon, fenamifos, flumjoksażina, fluwossastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanat, u r-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, metalaksil-m, metjokarb, metossifenożid, metribużin, milbemektin, oksasulfuron, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, fosmet, pirimifos-metil, propamokarb, protijokonażol, pimetrożin u s-metolaklor (ĠU L 163, 28.6.2018, p. 13).
DIRETTIVI
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/14 |
DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/990
tas-17 ta' Ġunju 2019
li temenda l-lista tal-ġeneri u tal-ispeċijiet fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE, fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE u fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(3) u 22 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE tat-2 ta' Lulju 1993 li tistabilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta' ħaxix u pjanti, barra miż-żerriegħa skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE jipprevedu għall-ispeċijiet koperti minnhom permezz ta' tabella b'żewġ kolonni, b'kolonna waħda li telenka l-isem xjentifiku tal-ispeċi u l-oħra li telenka isem komuni wieħed jew aktar għal kull speċi. |
|
(2) |
Ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' ħxejjex jappartjenu għall-ispeċijiet imniżżla taħt l-ismijiet xjentifiċi tagħhom, iżda mhux għat-tipi ta' varjetajiet deskritti bl-ismijiet komuni. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat jekk varjetà tkunx koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE. |
|
(3) |
Din l-ispeċifikazzjoni jenħtieġ li tqis il-fatt li, filwaqt li wħud mill-varjetajiet ta' ċerti speċijiet ta' ħxejjex diversi jitqiegħdu fis-suq b'mod wiesa' fl-Unjoni, varjetajiet oħrajn għandhom swieq nazzjonali jew reġjonali limitati. Għaldaqstant, ma jkunx xieraq li jiġu koperti l-varjetajiet kollha ta' dawk l-ispeċijiet ta' ħxejjex. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li għal ċerti speċijiet iridu jiġu koperti l-varjetajiet kollha, filwaqt li għal ċerti speċijiet oħrajn jenħtieġ li jiġu koperti biss ċerti varjetajiet. |
|
(4) |
L-International Code of Nomenclature for Cultivated Plants (ICNCP) introduċa l-kategorija formali ta' “Grupp” għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tal-ispeċijiet ikkultivati. Il-kategorija ta' “Grupp” hija strument adattat biex jiġu ddefiniti l-varjetajiet li jappartjenu għal ċerti speċijiet, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE. |
|
(5) |
Bl-għan li jiġi speċifikat jekk humiex koperti l-varjetajiet kollha ta' speċi ta' ħaxix partikolari jew ċertu Gruppi minnha biss, jenħtieġ li t-tabelli tal-ispeċijiet previsti fid-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE jiġu emendati. Jenħtieġ li l-ismijiet botaniċi rispettivi tal-ispeċijiet tal-ħxejjex u l-ismijiet tal-Gruppi li jappartjenu għalihom jiġu ppreżentati f'ordni ġerarkika sabiex tiġi eliminata kwalunkwe ambigwità possibbli fir-rigward tal-ambitu tal-varjetajiet tal-ispeċijiet ikkonċernati. |
|
(6) |
L-użu tal-ibridizzazzjoni interspeċifika u tal-ibridizzazzjoni intraspeċifika tal-varjetajiet tista' tirriżulta f'varjetajiet ta' speċijiet ta' ħxejjex li ma jkunu inklużi fl-ebda speċi jew Grupp stabbilit. Sabiex tipi ta' varjetajiet bħal dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/55/KE, il-lista tal-ispeċijiet jenħtieġ li tinkludi l-ibridi bejn l-ispeċijiet u l-Gruppi indikati fil-lista fil-punt (b) tal-Artikolu 2.1 ta' dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Il-Gruppi indikati fil-lista fil-punt (b) tal-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 2002/55/KE jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll, fejn xieraq, fil-listi tal-Anness II, punt 3(a), u fl-Anness III, punt 2 ta' dik id-Direttiva. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2002/55/KE, 2008/72/KE u 93/61/KEE jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Barra minn hekk, id-Direttiva 93/61/KEE timplimenta l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KE (4), li tħassar u ġie sostitwit bl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/72/KE. L-Anness tad-Direttiva 93/61/KEE jistabbilixxi skeda li tindika l-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex u telenka dawk l-ispeċijiet u l-organiżmi ta' ħsara li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tagħhom. |
|
(10) |
L-ismijiet botaniċi ta' ċerti speċijiet fid-Direttiva 93/61/KEE jenħtieġ li jiġu aġġornati f'konformità mal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku, bħala parti mill-aġġornament tal-iskeda rispettiva. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2002/55/KE
Id-Direttiva 2002/55/KE hija emendata f'konformità mal-parti A tal-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2008/72/KE
L-Anness II tad-Direttiva 2008/72/KE huwa sostitwit bit-test fil-parti B tal-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva 93/61/KEE
L-Anness għad-Direttiva 93/61/KEE huwa emendat f'konformità mal-Parti C tal-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 4
Traspożizzjoni
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2020.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.
(2) ĠU L 205, 1.8.2008, p. 28.
(3) ĠU L 250, 7.10.1993, p. 19.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta' April 1992 dwar il-marketing ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1).
ANNESS
PARTI A
Id-Direttiva 2002/55/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
L-ibridi kollha tal-ispeċijiet u l-Gruppi huma elenkati hawn fuq.” |
|
(2) |
fl-ewwel kolonna tat-tabella fil-punt 3(a) tal-Anness II, l-entrati bejn “Asparagus officinalis” u “Cichorium endivia” huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-ewwel kolonna tat-tabella fil-punt 2 tal-Anness III, l-entrati bejn “Capsicum annuum” u “Cichorium endivia” huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
PARTI B
“ANNESS II
Elenku tal-ġeneru u l-ispeċi msemmi fl-Artikolu 1(2)
|
Allium cepa L.
|
|
Allium fistulosum L. (Basal tal-għenieqed - Japanese bunching onion jew Welsh onion)
|
|
Allium porrum L. (Kurrat)
|
|
Allium sativum L. (Tewm)
|
|
Allium schoenoprasum L. (Kurrat salvaġġ)
|
|
Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm. (Maxxita)
|
|
Apium graveolens L.
|
|
Asparagus officinalis L. (Asparagu Sfraġ)
|
|
Beta vulgaris L.
|
|
Brassica oleracea L.
|
|
Brassica rapa L.
|
|
Capsicum annuum L. (Bżar aħmar jew Bżar ieħor)
|
|
Cichorium endivia L. (Indivja)
|
|
Cichorium intybus L.
|
|
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai (Dulliegħ)
|
|
Cucumis melo L. (Bettieħ)
|
|
Cucumis sativus L.
|
|
Cucurbita maxima Duchesne (Qargħa aħmar)
|
|
Cucurbita pepo L. (Qargħa bagħli, inkluż il-qargħa aħmar u l-qargħa arzella matur, jew Zukkini, inkluż il-qargħa arzella immatur)
|
|
Cynara cardunculus L.
|
|
Daucus carota L. (Karrotti u Karrotti għall-għalf)
|
|
Foeniculum vulgare Mill. (Bużbież)
|
|
Lactuca sativa L. (Ħass)
|
|
Solanum lycopersicum L. (Tadam)
|
|
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill
|
|
Phaseolus coccineus L. (Fażola ta' Spanja)
|
|
Phaseolus vulgaris L.
|
|
Pisum sativum L.
|
|
Raphanus sativus L.
|
|
Rheum rhabarbarum L. (Rabarbru)
|
|
Scorzonera hispanica L. (Scorzonera jew salsafja sewda)
|
|
Solanum melongena L. (Brunġiel)
|
|
Spinacia oleracea L. (Spinaċi)
|
|
Valerianella locusta (L.) Laterr. (Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf)
|
|
Vicia faba L. (Ful)
|
|
Zea mays L.
|
PARTI C
Fl-Anness tad-Direttiva 93/61/KEE, il-kolonna “Genus jew speċi” hija emendata kif ġej:
|
(a) |
il-kliem “Allium ascalonicum” huma sostitwiti bil-kliem “Allium cepa – Grupp Aggregatum”; |
|
(b) |
il-kliem “Allium cepa” huma sostitwiti bil-kliem “Allium cepa – Grupp Cepa”; |
|
(c) |
il-kliem “Brassica pekinensis” huma sostitwiti bil-kliem “Brassica rapa – Grupp tal-Kaboċċi Ċiniżi”; |
|
(d) |
il-kliem “Lycopersicon lycopersicum” huma sostitwiti bil-kliem “Solanum lycopersicum”. |
DEĊIŻJONIJIET
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/23 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/991 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-16 ta' Jannar 2019
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 — C8-0087/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 (3) li jipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2016, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2018 (4) li ma jagħtix kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (6), b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(2)(a) tal-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
1.
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016;
2.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
Antonio TAJANI
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.
(2) Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġna.
(3) ĠU L 248, 3.10.2018, p. 195.
(4) ĠU L 331, 28.12.2018, p. 213.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/992
tal-4 ta' Ġunju 2019
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/1/2019)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUAM Ukraine inkluż, b'mod partikolari, id-deċiżjoni li taħtar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fil-25 ta' Ottubru 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1662 (2), li testendi l-mandat tas-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUAM Ukraine mill-1 ta' Diċembru 2018 sal-31 ta' Mejju 2019. |
|
(3) |
Fit-13 ta' Mejju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/761 (3), li testendi l-mandat tal-EUAM Ukraine sal-31 ta' Mejju 2021. |
|
(4) |
Fis-27 ta' Mejju 2019, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Antti HARTIKAINEN bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUAM Ukraine, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Antti HARTIKAINEN huwa b'dan maħtur bħala l-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/1662 tal-25 ta' Ottubru 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/1/2018) (ĠU L 278, 8.11.2018, p. 18).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/761 tat-13 ta' Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 16).
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/993
tas-17 ta' Ġunju 2019
li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta' Lulju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi. |
|
(2) |
Konsegwentement għal reviżjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 fid-dawl tal-objettivi tagħha u tas-sitwazzjoni attwali fir-Repubblika tal-Maldivi, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi l-miżuri restrittivi fis-seħħ. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1006 hija b'dan imħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2019,
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1006 tas-16 ta' Lulju 2018 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Maldivi (ĠU L 180, 17.7.2018, p. 24).
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/26 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/994
tas-17 ta' Ġunju 2019
li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-etofenprox għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
|
(1) |
Is-sustanza attiva etofenprox ddaħħlet fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8, u b'hekk skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 hija meqjusa li hi approvata skont dak ir-Regolament soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. |
|
(2) |
L-approvazzjoni tal-etofenprox għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 se tiskadi fil-31 ta' Jannar 2020. Fis-27 ta' Lulju 2018 tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-etofenprox. |
|
(3) |
Fl-19 ta' Diċembru 2018, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tal-Awstrija infurmat lill-Kummissjoni li kienet iddeċidiet, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li kienet meħtieġa evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni. Skont l-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li tevalwa għandha twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni fi żmien 365 jum mill-validazzjoni tagħha. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li tevalwa tista', jekk ikun hemm il-bżonn, titlob li l-applikant jipprovdi biżżejjed data għat-twettiq tal-evalwazzjoni. F'dak il-każ, il-perjodu ta' 365 jum jiġi sospiż għal perjodu li b'kollox ma jistax jaqbeż total ta' 180 jum sakemm ma jkunx iġġustifikata sospensjoni itwal minħabba t-tip ta' data li tintalab jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali. |
|
(5) |
Fi żmien 270 jum minn meta tirċievi rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) trid tħejji opinjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u tippreżentaha lill-Kummissjoni. |
|
(6) |
Għaldaqstant, għal raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-applikant, l-approvazzjoni tal-etofenprox għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 x'aktarx li se tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħha. Għalhekk jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-etofenprox għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 għal perjodu ta' żmien twil biżżejjed biex ikun jista' jsir l-istudju tal-applikazzjoni. Meta wieħed iqis il-perjodi ta' żmien permessi għall-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa u għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni ta' opinjoni mill-Aġenzija, huwa xieraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni sal-31 ta' Ottubru 2022. |
|
(7) |
Minbarra d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, jenħtieġ li l-etofenprox għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 jibqa' approvat suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-etofenprox għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8 hija posposta għall-31 ta' Ottubru 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/28 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/995
tas-17 ta' Ġunju 2019
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jeħtieġ li s-sidien tal-bastimenti jiżguraw li l-bastimenti li jkunu se jiġu rriċiklati jkunu riċiklati biss f'faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti ppubblikata skont l-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Lista Ewropea hija stipulata fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2). |
|
(3) |
Id-Danimarka infurmat lill-Kummissjoni l-awtorità kompetenti awtorizzat żewġ faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (3) li jinsabu fit-territorju tagħha, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Id-Danimarka pprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti għal dawk il-faċilitajiet biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dawk il-faċilitajiet. |
|
(4) |
Wara li ġie inkorporat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (4), in-Norveġja infurmat lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti awtorizzat ħames faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (5) li jinsabu fit-territorju tagħha, skont l-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament. Id-Danimarka pprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti għal dawk il-faċilitajiet biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dawk il-faċilitajiet. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għal faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (6) li tinsab fit-Turkija biex tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Wara li vvalutat l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn li ngħataw jew li nġabru skont l-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li l-faċilità tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament biex twettaq riċiklaġġ tal-bastimenti u biex tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dik il-faċilità. |
|
(6) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi kkoreġut żball relatat mal-informazzjoni dwar l-Artikolu 16(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 inkluża fil-Lista Ewropea għall-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fil-Finlandja. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).
(3) FAYARD A/S u Stena Recycling A/S
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 257/2018 tal-5 ta' Diċembru 2018 li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(5) AF Offshore Decom, Green Yard AS, Kvaerner AS (Stord), Lutelandet Industrihamn u Norscrap West AS
(6) Isiksan Gemi Sokum Pazarlama Ve Tic. Ltd. Sti.
ANNESS
“ANNESS
IL-LISTA EWROPEA TAL-FAĊILITAJIET TA' RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI, SKONT L-ARTIKOLU 16 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1257/2013
PARTI A
Il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru
|
Isem il-faċilità |
Metodu tar-riċiklaġġ |
Tip u daqs ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati |
Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż |
Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1) |
Ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f'sena partikolari f'dik il-faċilità, espress bħala LDT (2) |
Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3) |
||||||||||||||||||||
|
IL-BELĠJU |
||||||||||||||||||||||||||
|
NV Galloo Recycling Ghent
|
Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
|
Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 30 jum |
34 000 (4) |
Il-31 ta' Marzu 2020 |
||||||||||||||||||||
|
ID-DANIMARKA |
||||||||||||||||||||||||||
|
FAYARD A/S
|
Dekommissjonar u riċiklaġġ tal-baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti hija rregolata skont il-leġiżlazzjoni applikabbli u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Permess Ambjentali tas-7 ta' Novembru 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta' Kerteminde. Il-Permess Ambjentali jinkludi kundizzjonijiet għas-sigħat ta' operat, il-kundizzjonijiet ta' operat speċjali, l-immaniġġjar u l-ħżin ta' skart u kundizzjoni li l-attività trid titwettaq f'baċir imbattal mill-ilma. |
Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum. |
0 (5) |
Is-7 ta' Novembru 2023 |
||||||||||||||||||||
|
Fornæs ApS
|
Żarmar mal-moll u skreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-Muniċipalità ta' Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż f'faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. |
Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum. |
30 000 (6) |
It-30 ta' Ġunju 2021 |
||||||||||||||||||||
|
Modern American Recycling Services Europe (M.A.R.S)
|
Qtugħ u qtugħ bil-fjamma wara li l-oġġett għaż-żarmar ikun tqiegħed f'faċilità ta' skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tad-9 ta' Marzu 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta' Frederikshavn Il-muniċipalità ta' Frederikshavn għandha d-dritt talloka skart perikoluż lil faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali, kif stipulat fil-Permess Ambjentali għall-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti. Il-faċilità ma għandhiex taħżen skart perikoluż għal aktar minn sena. |
Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum. |
0 (7) |
It-23 ta' Awwissu 2023 |
||||||||||||||||||||
|
Smedegaarden A/S
|
Żarmar mal-moll u skreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
|
Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum |
20 000 (8) |
Il-15 ta' Settembru 2021 |
||||||||||||||||||||
|
Stena Recycling A/S
|
Qtugħ u qtugħ bil-fjamma wara li l-oġġett għaż-żarmar ikun tqiegħed f'żona magħluqa għal kontra l-għargħar b'artijiet impermeabbli u b'sistemi effettivi ta' drenaġġ |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentalital-5 ta' Ottubru 2017 maħruġ mill-Muniċipalità ta' Esbjerg. Il-muniċipalità ta' Esbjerg għandha d-dritt talloka skart perikoluż lil faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali, kif stipulat fil-Permess Ambjentali għall-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti |
Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum |
0 (9) |
Is-7 ta' Frar 2024 |
||||||||||||||||||||
|
L-ESTONJA |
||||||||||||||||||||||||||
|
BLRT Refonda Baltic OÜ
|
Fil-wiċċ mal-moll u fil-baċir f'wiċċ l-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-permess għall-iskart Nru L.JÄ/327249. Il-liċenzja tal-ġestjoni tal-iskart perikoluż Nru 0222. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, Il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali, Ġestjoni tal-Iskart EP 4.4.6-1-13 Il-faċilità tista' tirriċikla biss il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata. |
Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 30-il jum. |
21 852 (10) |
Il-15 ta' Frar 2021 |
||||||||||||||||||||
|
SPANJA |
||||||||||||||||||||||||||
|
DDR VESSELS XXI, S.L.
|
Rampa għaż-żarmar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, ħlief bastimenti nukleari. Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni espliċita mill-Harbour Masters Office tal-port fejn tinsab il-faċilità |
0 (11) |
It-28 ta' Lulju 2020 |
||||||||||||||||||||
|
FRANZA |
||||||||||||||||||||||||||
|
Démonaval Recycling
|
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):
|
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent |
0 (12) |
Il-11 ta' Diċembru 2022 |
||||||||||||||||||||
|
GARDET & DE BEZENAC Recycling/Groupe BAUDELET ENVIRONNEMENT – GIE MUG
|
Li jżomm f'wiċċ l-ilma u fl-iskal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent. |
16 000 (13) |
It-30 ta' Diċembru 2021 |
||||||||||||||||||||
|
Grand Port Maritime de Bordeaux
|
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):
|
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent. |
18 000 (14) |
Il-21 ta' Ottubru 2021 |
||||||||||||||||||||
|
Les Recycleurs bretons
|
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):
|
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent. |
5 500 (15) |
L-24 ta' Mejju 2021 |
||||||||||||||||||||
|
L-ITALJA |
||||||||||||||||||||||||||
|
San Giorgio del Porto S.p.A.
|
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità ta' Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013 |
Approvazzjoni espliċita |
38 564 (16) |
Is-6 ta' Ġunju 2023 |
||||||||||||||||||||
|
IL-LATVJA |
||||||||||||||||||||||||||
|
A/S “Tosmares kuģubūvētava”
|
Żarmar ta' bastimenti (irmiġġ fl-ilma u baċir imbattal mill-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru LI10IB0024. |
Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol |
0 (17) |
Il-11 ta' Ġunju 2020 |
||||||||||||||||||||
|
IL-LITWANJA |
||||||||||||||||||||||||||
|
UAB APK
|
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015 |
Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol |
1 500 (18) |
Is-17 ta' Marzu 2020 |
||||||||||||||||||||
|
UAB Armar
|
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (irmiġġ 127 A):
Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (irmiġġ 131 A):
|
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-16/2015 (irmiġġ 127 A) Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017 (irmiġġ 131 A) |
Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol |
3 910 (19) |
Is-17 ta' Marzu 2020 (irmiġġ 127 A) Id-19 ta' April 2022 (irmiġġ 131 A) |
||||||||||||||||||||
|
UAB Vakaru refonda
|
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015 |
Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol |
20 140 (20) |
Il-21 ta' Mejju 2020 |
||||||||||||||||||||
|
IN-NETHERLANDS |
||||||||||||||||||||||||||
|
Keppel-Verolme
|
Tkissir ta' bastimenti |
Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
52 000 (21) |
Il-21 ta' Lulju 2021 |
||||||||||||||||||||
|
Scheepssloperij Nederland B.V.
|
Tkissir ta' bastimenti |
Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
L-operazzjonijiet ta' riċiklaġġ jibdew fuq l-ilma biex il-buq jitħaffef; il-winċ biex iqandel il-vapuri għal fuq ir-rampa jiflaħ 2 000 tunnellata. |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
9 300 (22) |
Is-27 ta' Settembru 2021 |
||||||||||||||||||||
|
IN-NORVEĠJA |
||||||||||||||||||||||||||
|
AF Offshore Decom
|
Żarmar fil-moll u ċaqliq sussegwenti tal-buq għal mal-moll. Ġestjoni tal-iskart u skreppjar fuq wiċċ impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ. |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
Il-faċilità AF tista' tirċievi wkoll riggijiet u pjattaformi semisommerġibbli |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2005.0038.T |
Approvazzjoni espliċita |
20 000 (23) |
It-28 ta' Jannar 2024 |
||||||||||||||||||||
|
Green Yard AS
|
Faċilità fuq ġewwa fuq skal. L-operazzjonijiet ewlenin ta' żarmar iridu jsiru fuq ġewwa. |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru 2018.0833.T Il-permess jistabbilixxi limiti fuq ix-xogħol li jista' jsir fuq barra biex il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu f'faċilità fuq ġewwa. |
Approvazzjoni espliċita |
0 (24) |
It-28 ta' Jannar 2024 |
||||||||||||||||||||
|
Kvaerner AS (Stord)
|
Irmiġġ fl-ilma u skal. Il-bastimenti l-kbar se jkunu parzjalment dekummissjonati fuq il-moll sakemm il-buq ikun jista' jittella' fuq l-iskal. Ix-xogħol kollu ulterjuri ta' dekummissjonar isir fuq planki tal-konkos b'sistema ta' drenaġġ konnessa ma' faċilità ta' trattament tal-ilma. |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
Il-faċilità Kvaerner tista' wkoll tilqa' strutturi tal-wiċċ (topsides) u strutturi ta' rfid b'pedament kannizzata (jacket) u installazzjonijiet semisommerġibbli |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2013.0111.T |
Approvazzjoni espliċita |
60 000 (25) |
It-28 ta' Jannar 2024 |
||||||||||||||||||||
|
Lutelandet Industrihamn
|
Żarmar mal-moll, imtella' fuq l-art għall-iskreppjar fuq wiċċ impermeabbli b'sistemi ta' drenaġġ u ta' trattament. |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess. Il-faċilità Lutelandet tista' wkoll tilqa' strutturi tal-wiċċ (topsides) u strutturi ta' rfid b'pedament kannizzata (jacket) u installazzjonijiet semisommerġibbli |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2014.0646.T |
Approvazzjoni espliċita |
7 000 (26) |
It-28 ta' Jannar 2024 |
||||||||||||||||||||
|
Norscrap West AS
|
Skal li jżomm f'wiċċ l-ilma. Barra minn hekk, huwa fakultattiv skont il-kumplessità:
|
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Ara l-permess nazzjonali Nru 2017.0864.T |
Approvazzjoni espliċita |
4 500 (27) |
L-1 ta' Marzu 2024 |
||||||||||||||||||||
|
IL-PORTUGALL |
||||||||||||||||||||||||||
|
Navalria - Docas, Construções e Reparações Navais
|
Żarmar f'baċir imbattal mill-ilma, dekontaminazzjoni u żarmar fuq pjan orizzontali u inklinat, skont id-daqs tal-bastiment |
Il-kapaċità nominali tal-pjan orizzontali: 700 tunnellata
|
Il-kundizzjonijiet applikati għall-attività huma definiti fl-ispeċifikazzjonijiet annessi mat-Titolu AL nru 5/2015/CCDRC, tas-26 ta' Jannar 2016 |
Approvazzjoni espliċita |
1 900 (28) |
Is-26 ta' Jannar 2020 |
||||||||||||||||||||
|
IL-FINLANDJA |
||||||||||||||||||||||||||
|
Turun Korjaustelakka Oy (Turku Repair Yard Ltd)
|
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni espliċita |
20 000 (29) |
L-1 ta' Ottubru 2023 |
||||||||||||||||||||
|
IR-RENJU UNIT |
||||||||||||||||||||||||||
|
Able UK Limited
|
Żarmar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma |
Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess. Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013. Is-sit huwa awtorizzat b'permess (ir-Referenza EPR/VP3296ZM) li jillimita l-operazzjonijiet u jimponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
66 340 (30) |
Is-6 ta' Ottubru 2020 |
||||||||||||||||||||
|
Dales Marine Services Ltd
|
Żarmar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma |
Kwalunkwe bastiment sa massimu ta' 7 000 tunnellata Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013. Is-sit huwa awtorizzat b'liċenzja (Ref: WML L 1157331) li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
7 275 (31) |
It-2 ta' Novembru 2022 |
||||||||||||||||||||
|
Harland and Wolff Heavy Industries Limited
|
Żarmar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma |
Kull bastiment bid-dimensjonijiet iddettaljati fil-Pjan ta' Ħidma miftiehem. Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013. Is-sit huwa awtorizzat b'liċenzja għall-ġestjoni tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/07/21/V2 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
13 200 (32) |
It-3 ta' Awwissu 2020 |
||||||||||||||||||||
|
Swansea Drydock Ltd
|
Żarmar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma |
Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess. Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013. Is-sit huwa awtorizzat b'permess (ir-Referenza EPR/UP3298VL) li jillimita l-operazzjonijiet u jimponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
7 275 (33) |
It-2 ta' Lulju 2020 |
||||||||||||||||||||
PARTI B
Il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f'pajjiż terz
|
Isem il-faċilità |
Metodu tar-riċiklaġġ |
Tip u daqs ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati |
Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż |
Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (34) |
Ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f'sena partikolari f'dik il-faċilità, espress bħala LDT (35) |
Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (36) |
||||||||||||
|
IT-TURKIJA |
||||||||||||||||||
|
Isiksan Gemi Sokum Pazarlama Ve Tic. Ltd. Sti.
|
Metodu ta' żbark |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta' Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta' Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità. L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban. |
Approvazzjoni taċita Il-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta' dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta' bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
91 851 (37) |
Is-7 ta' Lulju 2024 |
||||||||||||
|
LEYAL GEMİ SÖKÜM SANAYİ ve TİCARET LTD.
|
Metodu ta' żbark |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta' Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta' Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità. L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban. |
Approvazzjoni taċita Il-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta' dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta' bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
55 495 (38) |
Id-9 ta' Diċembru 2023 |
||||||||||||
|
LEYAL-DEMTAŞ GEMİ SÖKÜM SANAYİ ve TİCARET A.Ş.
|
Metodu ta' żbark |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta' Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta' Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità. L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban. |
Approvazzjoni taċita Il-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta' dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta' bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
50 350 (39) |
Id-9 ta' Diċembru 2023 |
||||||||||||
|
L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA |
||||||||||||||||||
|
International Shipbreaking Limited L.L.C
|
Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:
|
Il-kundizzjonijiet li skonthom il-faċilità hija awtorizzata topera huma ddefiniti fil-permessi, fiċ-ċertifikati u fl-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-faċilità mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali, mill-Kummissjoni ta' Texas dwar il-Kwalità Ambjentali, mill-Uffiċċju tal-Artijiet Ġenerali ta' Texas u mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti. L-Att dwar il-Kontroll ta' Sustanzi Tossiċi tal-Istati Uniti jipprojbixxi l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta' bastimenti b'bandiera barranija li fihom konċentrazzjonijiet ta' PCB akbar minn 50 parti għal kull miljun. Il-faċilità għandha żewġ rampi tal-iskal għar-riċiklaġġ finali tal-bastimenti (rampa tal-iskal tal-Lvant u rampa tal-iskal tal-Punent). Il-bastimenti li jtajru bandiera tal-Istati Membri tal-UE għandhom jiġu riċiklati biss fuq ir-rampa tal-iskal tal-Lvant. |
Bħalissa ma hemm l-ebda proċedura fil-liġi tal-Istati Uniti marbuta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti |
120 000 (40) |
Id-9 ta' Diċembru 2023 |
||||||||||||
(1) Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.
(2) Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(3) Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.
(4) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 50 000 LDT fis-sena.
(5) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 30 000 LDT fis-sena.
(6) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 50 000 LDT fis-sena.
(7) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 45 000 LDT fis-sena.
(8) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 15 000 LDT fis-sena.
(9) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 45 000 LDT fis-sena.
(10) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 15 000 LDT fis-sena.
(11) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 18 000 LDT fis-sena.
(12) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 23 000 LDT fis-sena.
(13) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 18 000 LDT fis-sena.
(14) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 23 000 LDT fis-sena.
(15) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 10 000 LDT fis-sena.
(16) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 60 000 LDT fis-sena.
(17) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 15 000 LDT fis-sena.
(18) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 30 000 LDT fis-sena.
(19) Skont il-permessi tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 12 000 LDT fis-sena (6 000 LDT għal kull irmiġġ).
(20) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 45 000 LDT fis-sena.
(21) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 100 000 LDT fis-sena.
(22) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 45 000 LDT fis-sena.
(23) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 75 000 LDT fis-sena.
(24) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 30 000 LDT fis-sena.
(25) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 60 000 LDT fis-sena.
(26) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 200 000 LDT fis-sena.
(27) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 100 000 LDT fis-sena.
(28) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 5 000 LDT fis-sena.
(29) Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 40 000 LDT fis-sena.
(30) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 230 000 LDT fis-sena.
(31) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 7 275 LDT fis-sena.
(32) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 300 000 LDT fis-sena.
(33) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 74 999 LDT fis-sena.
(34) Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.
(35) Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(36) L-inklużjoni ta' faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f'pajjiż terz fil-Lista Ewropea hija valida għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li tipprevedi l-inklużjoni ta' dik il-faċilità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(37) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 120 000 LDT fis-sena.
(38) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 80 000 LDT fis-sena.
(39) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 60 000 LDT fis-sena.
(40) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 120 000 LDT fis-sena.