2003R1560 — MT — 19.07.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta' Settembru 2003 (ĠU L 222, 5.9.2003, p.3) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 |
L 180 |
31 |
29.6.2013 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1560/2003
tat-2 ta' Settembru 2003
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu15(5), l-Artikolu17(3), l-Artikolu 18(3), l-Artikolu19(3) u (5), l-Artikolu 20(1), (3) u (4) u l-Artikolu 22(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Numru ta' arranġamenti speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru 343/2003. Dawk l-arranġamenti għandhom jiġu definiti b'mod ċar sabiex jiffaċilitaw koperazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri kompetenti biex jimplimetaw dak ir-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasmissjoni u l-ipproċessar ta' talbiet bl-għan li tieħu l-inkarigu u tieħu lura, talbiet għal informazzjoni u t-twettiq ta' trasferimenti. |
(2) |
Biex tiżgura l-akbar kontinwità possibbli bejn il-Konvenzjoni li tiddetermina l-Istat responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal asil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej ( 2 ), iffirmata f'Dublin fil-15 ta' Ġunju 1990, u r-Regolament (KE) Nru 343/2003, li jissostitwixxi dik il-Konvenzjoni, dan ir-Regolament għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji komuni, listi u forom adottati mill-kumitat imwaqqaf mill-Artikolu 18 ta' dik il-Konvenzjoni, bl-inkulżjoni t'emendi meħtieġa mill-introduzzjoni ta' kriterji ġodda, il-kliem ta' ċerti disposizzjonijiet u tal-lezzjonijiet miġjuba mill-esperjenza. |
(3) |
L-interazzjoni bejn il-proċeduri stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 343/2003 u l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin ( 3 ) għandha tiġi kkunsidrata. |
(4) |
Huwa mixtieq, kemm għall-Istati Membri u kif ukoll għall-persuni li qed ifittxu asil konċernati, li għandu jkun hemm mekkaniżmu sabiex tinstab soluzzjoni f'każijiet fejn l-Istati Membri ma jaqblux fuq l-applikazzjoni tal-klawsola umanitarja fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003. |
(5) |
It-twaqqif ta' networks għal trasmissjoni elettronika biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 ifisser li regoli jridu jiġu stabbiliti dwar l-istandards tekniċi applikabbli u l-arranġamenti prattiċi biex tintuża n-network. |
(6) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u fuq il-moviment ħieles ta' din id-data ( 4 ) tapplika għal proċessar imwettaq skond ir-Regolament preżenti skond l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003. |
(7) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, id-Danimarka, li mhix marbuta mir-Regolament (KE) Nru 343/2003, mhix marbura mir-Regolament preżenti jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, sa dak iż-żmien li fih qbil li jħallieha tipparteċipa fir-Regolament (KE) Nru 343/2003 jintlaħaq. |
(8) |
Skond l-Artikolu 4 tal-Qbil tad-19 ta' Jannar 2001 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Islanda jew fin-Norveġja ( 5 ), dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-Islanda u min-Norveġja kif inhu applikat mill-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej. Konsegwentement, għal dak li għandu x'jaqsam ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jinkludu anke l-Islanda u n-Norveġja. |
(9) |
Huwa neċessarju għar-Regolament preżenti li jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun biex jagħmel possibbli li r-Regolament (KE) Nru 343/2003 ikun applikat. |
(10) |
Il-miżuri mniżżla f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
PROĊEDURI
KAPITOLU I
PREPARAZZJONI TAT-TALBIET
Artikolu 1
Preparazzjoni tat-talbiet biex tieħu l-inkarigu
1. Talbiet biex jittieħed l-inkarigu għandhom jiġu magħmula fuq formola standard skond il-mudell fl-Anness I. Il-formola għandha tinkludi oqsma obbligatorji li għandhom ikunu debitament mimlija u oqsma oħra li għandhom jimtelgħu jekk l-informazzjoni tkun disponibbli. Informazzjoni addizzjonali tista' tiddaħħal fl-oqsma pprovduti għal dak il-għan.
It-talba għandha tinkludi ukoll:
(a) kopja tal-provi u l-evidenza ċirkostanzjali kollha li turi li l-Istat Membru mitlub huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil, akkumpanjata, meta approprjat, minn kummenti fuq iċ-ċirkostanzi li fihom kienet miksuba u l-valur probattiv mogħti lilha mill-Istat Membru mitlub, b'referenza għall-listi ta' provi u evidenza ċirkostanzjali msemmija fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, li huma mniżżla fl-Anness II għar-Regolament preżenti;
(b) fejn neċessarju, kopja ta' xi dikjarazzjonijiet miktuba magħmula jew stqarrijiet meħuda mill-applikant.
2. Fejn it-talba hija bbażata fuq riżultat pożittiv (sejba) trasmess mill-Unità Ċentrali tal-Eurodac skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000 wara tqabbil tal-marki tas-swaba tal-persuna li qed tfittex asil ma' data ta' marki tas-swaba meħuda qabel u mibgħuta lill-Unità Ċentrali skond l-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament u ċċekkjata skond l-Artikolu 4(6) ta' dak ir-Regolament, għandha tinkludi wkoll id-data pprovduta mill-Unità Ċentrali.
3. Fejn l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba jitlob risposta urġenti skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, it-talba għandha tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi ta' l-applikazzjoni għall-asil u għandha tiddikjara r-raġunijiet ta' liġi u ta' fatt li jiġġustifikaw risposta urġenti.
Artikolu 2
Preparazzjoni ta' talbiet biex tieħu lura
Talbiet biex tieħu lura għandhom isiru fuq formola standard skond il-mudell fl-Anness III, jistabbilixxu n-natura tat-talba, ir-raġunijiet għaliha u d-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 li fuqhom hija bbażata.
It-talba għandha tinkludi wkoll ir-riżultat pożittiv (sejba) trasmess mill-Unità Ċentrali tal-Eurodac, skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament KE) Nru 2725/2000, wara tqabbil tal-marki tas-swaba ta' l-applikant mad-data tal-marki tas-swaba meħuda qabel u mibgħuta lill-Unità Ċentrali skond l-Artikolu 4(1) u (2) ta' dak ir-Regolament u ċċekkjata skond l-Artikolu 4(6) ta' dak ir-Regolament.
Għal talbiet relatati ma' applikazzjonijiet datati qabel ma l-Eurodac beda jopera, kopja tal-marki tas-swaba għandha tkun mehmuża mal-formola.
KAPITOLU II
REAZZJONI GĦAL TALBIET
Artikolu 3
Tipproċessa talbiet biex tieħu l-inkarigu
1. L-argumenti ta' liġi u ta' fatt mniżżla fit-talba għandhom ikunu eżaminati fid-dawl tad-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 u l-listi tal-provi u evidenza ċirkostanzjali li huma mniżżla fl-Anness II tar-Regolament preżenti.
2. Ikunu x'ikunu l-kriterji u d-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 li jkunu bbażati fuqhom, l-Istat Membru mitlub għandu, saż-żmien permess mill-Artikolu 18(1) u (6) ta' dak ir-Regolament, jiċċekkja b'mod eżawrjenti u oġġettivament, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni kollha direttament jew indirettament disponibbli għalih, jekk ir-responsabbiltà tiegħu biex jeżamina l-applikazzjoni għall-asil hix stabbilita. Jekk il-kontrolli magħmula mill-Istat Membru mitlub juru li huwa responsabbli mill-inqas taħt wieħed mill-kriterji ta' dak ir-Regolament, għandu jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu.
Artikolu 4
Proċessar ta' talbiet biex tieħu lura
Fejn talba biex tieħu lura hija bbażata fuq data provduta mill-Unità Ċentrali tal-Eurodac u ċċekkjata mill-Istat Membru li qed jagħmel it-talba, skond l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000, l-Istat Membru mitlub għandu jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu ħlief jekk il-kontrolli mwettqa' juru li l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt it-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 4(5) jew taħt l-Artikolu 16(2), (3) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 ntemmu. Il-fatt li obbligazzjonijiet intemmu fuq il-bażi ta' dawk id-disposizzjonijiet jista' jiġi bbażat fuqu biss fuq il-bażi ta' evidenza materjali jew stqarrijiet sostanzjati u verifikati mill-persuna li qed tfittex asil.
Artikolu 5
Risposta negattiva
1. Fejn, wara li kontrolli jiġu mwettqa', l-Istat Membru mitlub jistabbilixxi li l-evidenza mogħtija ma tistabbilixxiex ir-responsabbiltà tiegħu, ir-risposta negattiva li jibgħat lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandha tistqarr raġunijiet sħaħ u dettaljati għaċ-ċaħda tiegħu.
2. Fejn l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba jħoss li din iċ-ċaħda hija bbażata fuq apprezzament żbaljat, jew fejn għandu provi addizzjonali x'jipprovdi, jista' jitlob li t-talba tiegħu tiġi mistħarrġa mill-ġdid. Din l-għażla trid tiġi eżerċitata fi żmien tliet ġimgħat wara li jirċievi r-risposta negattiva. L-Istat Membru mitlub għandu jagħmel l-għalmu tiegħu biex jirrispondi fi żmien ġimgħatejn. F'kull każ, din il-proċedura addizzjonali m'għandhiex testendi l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u (6) u l-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003.
Artikolu 6
Risposta posittiva
Fejn l-Istat Membru jaċċetta r-responsabbiltà, ir-risposta għandha tgħid hekk, tispeċifika d-disposizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 li hija meħudha bħala bażi, u għandha tinkludi dettalji prattiċi dwar it-trasferiment sussegwenti, bħad-dettalji ta' kuntatt tad-dipartiment jew persuna li għandha tkun kontattata.
KAPITOLU III
TRASFERIMENTI
Artikolu 7
Arranġamenti prattiċi għal trasferimenti
1. Trasferimenti lill-Istat Membru responsabbli jistgħu jitwettqu f'wieħed mill-modi li ġejjin:
(a) fuq it-talba tal-persuna li qed tfittex asil, sa ċerta data speċifikata;
(b) bi tluq sorveljat, bil-persuna li qed tfittex asil tkun akkumpanjata sal-post ta' l-imbarkazzjoni minn uffiċjal ta' l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba, bl-Istat Membru responsabbli jkun notifikat bil-post, data u ħin tal-wasla tal-persuna li qed tfittex asil sa limitu ta' żmien miftiehem;
(ċ) taħt skorta, bil-persuna li qed tfittex asil tkun akkumpanjata minn uffiċjal ta' l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba jew minn rappreżentant ta' aġenzija awtorizzata mill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba biex jaġixxi f'dik il-kapaċità u jingħadda lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru responsabbli.
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b), l-applikant għandu jkun provdut bil-laissez-passer imsemmi fl-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 20(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, li mudell tiegħu huwa muri fl-Anness IV għar-Regolament preżenti, biex jitħalla jidħol fl-Istat Membru responsabbli u jidentifika ruħu mal-wasla tiegħu fil-post u l-ħin indikati lilu fil-ħin tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni li jittieħed l-inkarigu jew jittieħed lura mill-Istat Membru responsabbbli.
Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1(c), laissez-passer għandu jkun maħruġ jekk il-persuna li qed tfittex asil mhix f'pussess ta' dokumenti ta' identifikazzjoni. Il-post u l-ħin tat-trasferiment għandhom jiġu miftiehma minn qabel mill-Istati Membri konċernati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.
3. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-trasferiment għandu jiżgura li d-dokumenti tal-persuna li qed tfittex asil ikunu rritornati lilu qabel it-tluq tiegħu, mogħtija fil-kustodja sigura tal-membri ta' l-iskorta biex jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru responsabbli, jew mibgħuta b'mezzi xierqa oħra.
Artikolu 8
Koperazzjoni fi trasferimenti
1. Hija l-obbligazzjoni ta' l-Istat Membru responsabbli li jħalli t-trasferiment tal-persuna li qed tfittex asil isseħħ malajr kemm jista' jkun u li jiżguraw li l-ebda ostakli jitqiegħdu fi triqtu. Dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi, meta approprjat, il-lok fuq it-territorju tiegħu li lejh il-persuna li qed tfittex asil se tkun trasferita jew mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti, b'konsiderazzjoni għal restrizzjonijiet ġeografiċi u mezzi ta' trasport disponibbli lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-trasferiment. Fl-ebda każ ma tista' tiġi imposta kondizzjoni li l-iskorta takkumpanja lill-persuna li qed tfittex asil lil hinn mill-post tal-wasla ta' mezzi ta' transport internazzjonali użati jew li l-Istat Membru li qed jagħmel it-trasferiment jissodisfa l-ispejjeż tat-trasport lil hinn minn dak il-post.
2. L-Istat Membru li jkun qed jorganizza t-trasferiment għandu jieħu ħsieb it-trasport għall-persuna li qed tfittex asil u għall-iskorta tiegħu u jiddeċiedi, b'konsultazzjoni ma' l-Istat Membru responsabbli, fuq il-ħin tal-wasla u, fejn neċessarju, fuq id-dettalji tal-konsenja lill-awtoritajiet kompetenti. L-Istat Membru responsabbli jista' jeħtieġ li notifika ta' tlett ijiem utli tkun mogħtija.
Artikolu 9
Trasferimenti posposti u mdewmin
1. L-Istat Membru responsabbli għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien b'kull postponiment dovut jew għal proċedura t'appell jew ta' reviżjoni b'effett suspensiv, jew għal raġunijiet fisiċi bħal nuqqas ta' saħħa tal-persuna li qed tfittex asil, in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' trasport jew il-fatt li l-persuna li qed tfittex asil irtirat mill-proċedura ta' trasferiment.
2. Stat Membru li, għal waħda mir-raġunijiet imniżżla fl-Artikolu19(4) u l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, ma jistax iwettaq it-trasferiment fi żmien il-limiti ta' żmien normali ta' sitt xhur previsti fl-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 20(1)(d) ta' dak ir-Regolament, għandu jinforma lill-Istat Membru responsabbli qabel it-tmiem ta' dak il-limitu ta' żmien. Inkella, ir-responsabbiltà għall-ipproċessar ta' l-applikazzjoni għall-asil u l-obbligazzjonijiet l-oħra taħt ir-Regolament (KE) Nru 343/2003 taqa' fuq l-ewwel Stat Membru msemmi, skond l-Artikolu 19(4) u l-Artikolu 20(2) ta' dak ir-Regolament.
3. Meta, għal waħda mir-raġunijiet imniżżla fl-Artikolu 19(4) u l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, Stat Membru jintrabat li jwettaq trasferiment wara l-limitu ta' zmien normali ta' sitt xhur, għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji minn qabel ma' l-Istat Membru responsabbli.
Artikolu 10
Trasferimenti wara aċċettazzjoni b'kontumaċja
1. Fejn, skond l-Artikolu 18(7) jew l-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 kif xieraq, l-Istat Membru mitlub huwa kkunsidrat li aċċetta talba li jieħu l-inkarigu jew li jieħu lura, l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba għandu jibda l-konsultazzjonijiet meħtieġa biex jiġi organizzat it-trasferiment.
2. Jekk mitlub jagħmel hekk mill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba, l-Istat Membru responsabbli għandu jikkonferma bil-miktub, mingħajr dewmien, li jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu bħala riżultat tan-nuqqas tiegħu li jirrispondi fil-limitu taż-żmien. L-Istat Membru responsabbli għandu jieħu l-passi neċessarji biex jistabbilixxi l-post tal-wasla tal-persuna li qed tfittex asil malajr kemm jista' jkun u, fejn japplika, jaqbel ma' l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba fuq il-ħin tal-wasla u d-dettalji prattiċi tal-konsenja lill-awtoritajiet kompetenti.
KAPITOLU IV
KLAWSOLA UMANITARJA
Artikolu 11
Sitwazzjonijiet ta' dipendenza
▼M1 —————
2. Is-sitwazzjonijiet ta' dipendenza msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 għandhom jiġu stmati, kemm jista' jkun, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi bħal ċertifikati mediċi. Fejn dawn il-provi mhumiex disponibbli jew ma jistgħux jiġu provduti, raġunijiet umanitarji għandhom jittieħdu bħala ppruvati biss fuq il-bażi ta' informazzjoni konvinċenti provduta mill-persuna konċernata.
3. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu stmati n-neċessità u l-konvenjenza li jinġiebu flimkien il-persuni konċernati:
(a) is-sitwazzjoni familjari li kienet teżisti fil-pajjiż ta' l-oriġini;
(b) iċ-ċirkostanzi li fihom il-persuni konċernati kienu separati;
(ċ) l-istatus ta' diversi proċeduri ta' asil jew proċeduri taħt il-leġislazzjoni dwar l-aljeni li tkun ġa bdiet tapplika fl-Istati Membri.
4. L-applikazzjoni ta' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 għandha, f'kull każ, tkun bla ħsara għall-assigurazzjoni li l-persuna li qed tfittex asil jew il-qarib fil-fatt jipprovdu l-assistenza meħtieġa.
5. L-Istat Membru li fih il-qraba se jkunu mlaqqa' mill-ġdid u d-data tat-trasferiment għandhom jiġu mifthiema bejn l-Istati Membri konċernati, b'konsiderazzjoni għal:
(a) l-abilità tal-persuna dipendenti li tivvjaġġa;
(b) is-sitwazzjoni tal-persuni konċernati f'dak li għandu x'jaqsam ma' residenza, bi preferenza tingħata lill-persuna li qed tfittex asil li tinġab flimkien mal-qarib tagħha fejn dan ta' l-aħħar diġà għandu permess ta' residenza validu u risorsi fl-Istat Membru li fih joqgħod.
Artikolu 12
Minuri mhux akkumpanjati
1. Fejn id-deċiżjoni li tiġi fdata l-kura ta' minuri mhux akkumpanjati lil qarib li mhux l-omm, il-missier jew gwardjan legali x'aktarx tikkawża diffikultajiet partikolari, partikolarment fejn l-adult konċernat joqgħod barra l-ġurisdizzjoni ta' l-Istat Membru li fih il-minuri applika għall-asil, koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, b'mod partikolari l-awtoritajiet jew qrati responsabbli għall-protezzjoni tal-minuri, għandhom jiġu ffaċilitati u l-passi meħtieġa għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li dawk l-awtoritajiet jistgħu jiddeċiedu, b'għarfien sħiħ tal-fatti, fuq l-abilità ta' l-adult jew adulti konċernati li jieħdu l-inkarigu tal-minuri b'mod li jservi l-aħjar interessi tagħhom.
Għażliet disponibbli bħalissa fil-qasam tal-koperazzjoni f'affarijiet ġudizzjarji u ċivili għandhom jiġu kkunsidrati f'konnessjoni ma' dan.
2. Il-fatt li d-dewmien ta' proċeduri biex tpoġġi minuri jista' jwassal li ma jiġux osservati l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u (6) u fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 m'għandhomx neċessarjament ikunu ostaklu biex jitkomplew il-proċeduri biex jiġi stabbilit l-Istat Membru responsabbli jew li qed iwettaq it-trasferiment.
▼M1 —————
KAPITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 15
Trasmissjoni ta' talbiet
1. Talbiet, risposti u kull korrispondenza miktuba bejn Stati Membri dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 għandhom fejn possibbli jiġu mibgħuta permezz tan-networks elettroniċi ta' komunikazzjoni “DubliNet”, mwaqqfa taħt it-Titolu II tar-Regolament preżenti.
B' deroga mill-ewwel subparagrafu, korrispondenza bejn id-dipartimenti responsabbli biex iwettqu trasferimenti u dipartimeti kompetenti fl-Istat Membru mitlub dwar l-arranġamenti prattiċi għal trasferimenti, ħin u post tal-wasla, partikolarment fejn il-persuna li qed tfittex asil hija taħt skorta, tista' tkun trasmessa b'mezzi oħra.
2. Kull talba, risposta jew korrispondenza li temana minn Punt Nazzjonali t'Aċċess, imsemmija fl-Artikolu 19, għandha tiġi meqjusa awtentika.
3. Ir-rikonoxximent maħruġ mis-sistema għandu jittieħed bħala prova tat-trasmissjoni u tad-data u l-ħin ta' meta kienet riċevuta t-talba jew ir-risposta.
Artikolu 16
Il-lingwa ta' komunikazzjoni
Il-lingwa jew lingwi ta' komunikazzjoni għandhom jingħażlu bi qbil bejn l-Istati Membri konċernati.
▼M1 —————
TITOLU II
TWAQQIF TAN-NETWORK “DUBLINET”
KAPITOLU I
STANDARDS TEKNIĊI
Artikolu 18
Twaqqif ta' “DubliNet”
1. Il-mezz elettroniku sigur ta' trasmissjoni msemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 għandu jkun magħruf bħala “DubliNet”.
2. DubliNet huwa bbażat fuq l-użu tas-servizzi ġeneriċi ta' l-IDA msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1720/1999/EC ( 6 ).
Artikolu 19
Punti ta' Aċċess Nazzjonali
1. Kull Stat membru għandu jkollu Punt Nazzjonali t'Aċċess wieħed nominat.
2. Il-Punti ta' Aċċess Nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-ipproċessar ta' data li tkun dieħla u għat-trasmissjoni ta' data li tkun ħierġa.
3. Il-Punti ta' Aċċess Nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-ħruġ ta' rikonoxximent ta' l-irċevuta għal kull trasmissjoni li tkun dieħla.
4. Il-forom li l-mudelli tagħhom huma mniżżla fl-Annessi I u III u l-forma għat-talba għal informazzjoni mniżżla fl-Anness V għandhom jintbagħtu bejn Punti ta' Aċċess Nazzjonali fil-format provdut mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-istándards tekniċi meħtieġa.
KAPITOLU II
REGOLI GĦALL-UŻU
Artikolu 20
Numru ta' referenza
1. Kull trasmissjoni għandha jkollha numru ta' referenza li jagħmilha possibbli b'mod mhux ambigwu li jiġi identifikat il-każ li tirreferi għalih u l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba. Dak in-numru għandu jagħmilha possibbli ukoll li jiġi stabbilit jekk it-trasmissjoni għandhiex x'taqsam ma' talba biex jittieħed l-inkarigu (tip 1), talba biex jittieħed lura (tip 2) jew talba għal informazzjoni (tip 3).
2. In-numru ta' referenza għandu jibda bl-ittri użati biex jidentifikaw l-Istat Membru fil-Eurodac. Dan il-kodiċi għandu jkun segwit min-numru li jindika t-tip ta' talba, skond il-klassifikazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1.
Jekk it-talba hija bbażata fuq data provduta mill-Eurodac, in-numru ta' referenza tal-Eurodac għandu jkun inkluż.
Artikolu 21
Tħaddim kontinwu
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li l-Punti ta' Aċċess Nazzjonali tagħhom jaħdmu mingħajr interruzzjoni.
2. Jekk it-tħaddim ta' Punt Nazzjonali t'Aċċess ikun interrot għal aktar minn seba' siegħat ta' xogħol l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti nominati skond l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 u lill-Kummissjoni u għandu jieħu l-passi neċessarji kollha biex jiżgura li t-tħaddim normali ikun stabbilit mill-ġdid mill-aktar fis possibli.
3. Jekk Punt Nazzjonali t'Aċċess ikun bagħat data lil Punt Nazzjonali t'Aċċess li jkun ġarrab interruzzjoni fil-ħidma tiegħu, ir-rikonoxximent tat-trasmissjoni ġġenerat mis-servizzi ġeneriċi ta' l-IDA għandhom jiġu użati bħala prova tad-data u l-ħin tat-trasmissjoni. It-termini perentorji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 343/2003 biex tintbgħat talba jew risposta m'għandhomx ikunu sospiżi matul id-dewmien ta' l-interruzzjoni tat-tħaddim tal- Punt Nazzjonali t'Aċċess in kwistjoni.
TITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
Artikolu 22
Laissez-passer prodotti għall-finijiet tal-Konvenzjoni ta' Dublin
Laissez-passer stampat għall-finijiet tal-Konvenzjoni ta' Dublin għandu jkun aċċettat għat-trasferiment ta' applikanti għal asil taħt ir-Regolament (KE) Nru 343/2003 għal perjodu ta' mhux aktar minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti.
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
ANNESS II
(Ir-referenzi huma għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003)
LISTA A TAL-PROVA TAL-MEŻŻI
I. Il-proċess għad-determinazzjoni tal-Istat responsabli għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjoni għal ażilju
1. Il-preżenza ta' membru tal-familja (misier, omm, kustodju) ta' l-applikant għal ażilju li jkun minuri mhux akkumpanjat (l-Artikolu 6)
Evidenza bħala prova
— konferma bil-miktub ta' l-informazzjoni mill-Istat Membru l-ieħor
— estratti mir-reġistri,
— permessi tar-reidenza maħruġa lill-membru tal-familja,
— evidenza li l-persuni huma relatati, jekk disponibbli,
— f'nuqqas ta' dan, u jekk meħtieġ, test DNA jew tad-demm.
2. Residenza legali fi Stat Membru ta' membru tal-familja li huwa tikonoxxut li jkollu l-istatus ta' refuġjat (l-Artikolu 7)
Evidenza bħala prova
— konferma bil-miktub ta' l-informazzjoni mill-Istat Membru l-ieħor
— estratti mir-reġistri,
— permessi tar-residenza maħruġa lill-individwu bi status ta' refuġjat,
— evidenza li l-persuni huma relatati, jekk disponibbli,
— il-kunsens tal-persuna ikkonċernata.
3. Preżenza ta' membru tal-familja li japplika għal ażilju li l-applikazzjoni tiegħu tkun għadha ma kienets is-suġġett ta' l-ewwel deċiżjoni fir-rigward tas-sopravivenza fi Stat Membru (l-Artikolu 8)
Evidenza bħala prova
— konferma bil-miktub ta' l-informazzjoni mill-Istat Membru l-ieħor
— estratti mir-reġistri,
— awtorizzazzjonijiet ta' residenza temporanja maħruġa lill-individwu waqt li l-applikazzjoni tiegħu għal ażilju tkun eżaminati,
— evidenza li l-persuni huma relatati, jekk disponibbli,
— f'nuqqas ta' dan, u jekk meħtieġ, test DNA jew tad-demm,
— il-kunsens tal-persuna ikkonċernata.
4. Dokumenti validi tar-residenza (l-Artikolu 9(1) u (3) jew dokumenti tar-residenza li jkunu skadew anqas minn sentejn qabel (u d-data tad-dħul fis-seħħ) (l-Artikolu 9(4))
Evidenza bħala prova
— dokument tar-residenza,
— estratti mir-reġistru ta' l-aljeni jew reġistri simili,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-Istat Membru li jkun ħareg id-dokument ta' residenza.
5. Viżi validi (l-Artikolu 9(2) u (3)) jew viżi li jkunu skadew anqas minn sitt xhur qabel (u d-data tad-dħul fis-seħħ) (l-Artikolu 9(4))
Evidenza bħala prova
— viża maħruġha (valida jew skaduta, skond kif xieraq),
— estratti mir-reġistru ta' l-aljeni jew reġistri simili,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-Istat Membru li jkun ħareg il-viża.
6. Dħul legali fit-territorju fuq fruntiera esterna (l-Artikolu 11)
Evidenza bħala prova
— it-timbru tad-dħul fuq passaport,
— it-timbru tal-ħruġ minn pajjiż li jkollu l-fruntiera ma dik ta' Stat Membru, billi tkun meqjusa r-rotta meħudha minn dak li jkun ifittex l-ażilju u d-data meta kienet inqasmet il-fruntiera,
— biljetti li b'mod konlussiv jistabbilixxu d-dħul mill-fruntiera esterna,
— it-timbru tad-dħul jew konferma simili oħra fuq passaport.
7. Dħul illegali mill-fruntiera esterna (l-Artikolu 10(1))
Evidenza bħala prova
— tqabbil pożittiv minn Eurodac tal-komparabbilità tal-marki tas-swaba ta' l-applikant mal-marki tas-swaba meħudha bis-saħħa ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament “Eurodac”,
— it-timbru tad-dħul fuq passaport imbagħbas jew iffalzifikat,
— it-timbru tal-ħruġ minn pajjiż li jkollu l-fruntiera ma dik ta' Stat Membru, billi tkun meqjusa r-rotta meħudha minn dak li jkun ifittex l-ażilju u d-data meta kienet inqasmet il-fruntiera,
— biljetti li b'mod konlussiv jistabbilixxu d-dħul mill-fruntiera esterna,
— it-timbru tad-dħul jew konferma simili oħra fuq passaport.
8. Residenza fi Stat Membru ta' mill-anqas ħames xhur (l-Artikolu 10(2))
Evidenza bħala prova
— awtorizzazzjonijiet ta' residenza maħruġa lill-applikant għall-permess tar-residenza ikun eżaminat,
— talbiet għal permess tal-ħruġ mit-territorju jew l-ordni tat-tkeċċija maħruġha f'dati ta' mill-anqas spazju ta' ħames xhur li ma jkunux ġew inforzati,
— estratti mir-reġistru ta' sptarijiet, ħabsijiet, ċentri tad-detenzjoni.
9. Tluq mit-terrirorju tal-Istati Membri (l-Artikolu 16(3))
Evidenza bħala prova
— it-timbru tal-ħruġ,
— estratti mir-reġistri ta' pajjiż terz (evidenza sostantiva),
— biljetti li jistabbilixxu t-tluq mill-, jew id-dħul fil-fruntiera esterna,
— rapport/konferma mill-Istat Membru li minnu dak li jkun ifittex ażilju jkun ħalla t-territorju tal-Istati Membri,
— it-timbru ta' pajjiż terz li jkollu l-fruntiera ma dik ta' Stat Membru, billi tkun meqjusa r-rotta meħudha minn dak li jkun ifittex l-ażilju u d-data meta kienet inqasmet il-fruntiera.
II. L-obbligi tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta' l-applikazzjoni għal ażilju sabiex jaċċetta mill-ġdid lil dak li jkun ifittex ażilju
1. Il-proċess għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli tkun qiegħda sseħħ fl-Istat Membru ta' fejn l-applikazzjoni għall-ażilju tkun ġiet ippreżentatha (l-Artikolu 4(5))
Evidenza bħala prova
— tqabbil pożittiv minn Eurodac tal-komparabbilità tal-marki tas-swaba ta' l-applikant mal-marki tas-swaba meħudha bis-saħħa ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament “Eurodac”,
— formola ippreżentata minn dik li jfittex l-ażilju,
— rapport uffiċjali imħejji mill-awtoritajiet,
— il-marki tas-dwaba miġbura b'konnessjoni ma l-applikazzjoni għal ażilju,
— estratti mir-reġistri u l-files relevanti,
— rapport bil-miktub mill-awtoritajiet li jikkonfermaw li applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata.
2. Applikazzjoni għal ażilju tkun eżaminata jew kienet preċedentament ippreżentata (l-Artikolu 16(1)(c)(d) u (e))
Evidenza bħala prova
— tqabbil pożittiv minn Eurodac tal-komparabbilità tal-marki tas-swaba ta' l-applikant mal-marki tas-swaba meħudha bis-saħħa ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament “Eurodac”,
— formola ippreżentata minn dik li jfittex l-ażilju,
— rapport uffiċjali imħejji mill-awtoritajiet,
— il-marki tas-dwaba miġbura b'konnessjoni ma l-applikazzjoni għal ażilju,
— estratti mir-reġistri u l-files relevanti,
— rapport bil-miktub mill-awtoritajiet li jikkonfermaw li applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata.
3. Tluq mit-terrirorju tal-Istati Membri (l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 16(3))
Evidenza bħala prova
— it-timbru tal-ħruġ,
— estratti mir-reġistri ta' pajjiż terz (evidenza sostantiva),
— it-timbru tal-ħruġ minn pajjiż terz li jkollu l-fruntiera ma dik ta' Stat Membru, billi tkun meqjusa r-rotta meħudha minn dak li jkun ifittex l-ażilju u d-data meta kienet inqasmet il-fruntiera,
— prova bil-miktub minn għand l-awtoritajiet li l-aljen ikun attwalment ġie mkeċċi.
4. Tkeċċija mit-terrirorju tal-Istati Membri (l-Artikolu 16(4))
Evidenza bħala prova
— prova bil-miktub minn għand l-awtoritajiet li l-aljen ikun attwalment ġie mkeċċi,
— it-timbru tal-ħruġ,
— konferma ta' l-informazzjoni rigward it-tkeċċija minn pajjiż terz.
LISTA B EVIDENZA BIĊ-ĊIRKOSTANZI
I. Il-proċess għad-determinazzjoni tal-Istat responsabli għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjoni għal ażilju
1. Il-prżenza ta' membru tal-familja (misier, omm, kustodju) ta' l-applikant għal ażilju li jkun minuri mhux akkumpanjat (l-Artikolu 6)
Evidenza indikattiva ( 7 )
— informazzjoni verifikabbli minn għand l-applikant għall-ażilju,
— stqarrijiet mill-membri tal-familja ikkonċernata,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR.
2. Residenza legali fi Stat Membru ta' membru tal-familja li huwa tikonoxxut li jkollu l-istatus ta' refuġjat (l-Artikolu 7)
Evidenza indikattiva
— informazzjoni verifikabbli minn għand l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR.
3. Preżenza ta' membru tal-familja li japplika għal ażilju li l-applikazzjoni tiegħu tkun għadha ma kienets is-suġġett ta' l-ewwel deċiżjoni fir-rigward tas-sopravivenza fi Stat Membru (l-Artikolu 8)
Evidenza indikattiva
— informazzjoni verifikabbli minn għand l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR.
4. Dokumenti validi tar-residenza (l-Artikolu 9(1) u (3)) jew dokumenti tar-residenza li jkunu skadew anqas minn sentejn qabel (u d-data tad-dħul fis-seħħ) (l-Artikolu 9(4))
Evidenza indikattiva
— stqarrijiet dettaljati u verifikabbli minn l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-Istat Membru li ma jkunx ħareg il-permess ta' residenza,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-ivvjaġġar, etc.
5. Viżi validi (l-Artikolu 9(2) u (3)) jew viżi li jkunu skadew anqas minn sitt xhur qabel (u d-data tad-dħul fis-seħħ) (l-Artikolu 9(4))
Evidenza indikattiva
— stqarrijiet dettaljati u verifikabbli minn l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-Istat Membru li ma jkunx ħareg il-permess ta' residenza,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-ivvjaġġar, etc.
6. Dħul legali fit-territorju fuq fruntiera esterna (l-Artikolu 11)
Evidenza indikattiva
— stqarrijiet dettaljati u verifikabbli minn l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn Stat Membru ieħor jew minn għamd pajjiż terz,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-ivvjaġġar, etc.
— il-marki tas-swaba, appari milli fil-każi meta l-awtoritajiet jiddeċiedu li jiġbru l-marki tas-swaba meta l-aljen ikun qasam il-fruntiera esterna. F'tali każi, dawn jikkostitwixxi evidenza bħala prova kif definit fil-Lista A,
— biljetti,
— kontijiet tal-lukandi,
— karti tad-dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi jew privati fl-Istati Memrbi,
— karti ta' l-appuntamenti ma tabib, dentist, etc.,
— informazzjoni li turi li l-applikant għal ażilju ikun weża s-servizzi ta' aġenzija tal-ivvjaġġar,
— evidenza oħra biċ-ċirkostanzi ta' l-istess tip.
7. Dħul legali fit-territorju fuq fruntiera esterna (l-Artikolu 10(1))
Evidenza indikattiva
— stqarrijiet dettaljati u verifikabbli minn l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn Stat Membru ieħor jew minn għamd pajjiż terz,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-ivvjaġġar, etc.,
— il-marki tas-swaba, appari milli fil-każi meta l-awtoritajiet jiddeċiedu li jiġbru l-marki tas-swaba meta l-aljen ikun qasam il-fruntiera esterna. F'tali każi, dawn jikkostitwixxi evidenza bħala prova kif definit fil-Lista A,
— biljetti,
— kontijiet tal-lukandi,
— karti tad-dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi jew privati fl-Istati Memrbi,
— karti ta' l-appuntamenti ma tabib, dentist, etc.,
— informazzjoni li turi li l-applikant għal ażilju ikun weża s-servizzi ta' kurrier jew ta' l-aġenzija tal-ivvjaġġar,
— evidenza oħra biċ-ċirkostanzi ta' l-istess tip.
8. Residenza fi Stat Membru ta' mill-anqas ħames xhur (l-Artikolu 10(2))
Evidenza indikattiva
— stqarrijiet dettaljati u verifikabbli minn l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni mhux-governattiva, bħal ma hija organizzazzjoni li tipprovdi akkommodazzjoni għal dawk li jkunu fil-bżonn,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-ivvjaġġar, etc.,
— marki tas-swaba,
— biljetti,
— kontijiet tal-lukandi,
— karti tad-dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi jew privati fl-Istati Memrbi,
— karti ta' l-appuntamenti ma tabib, dentist, etc.,
— informazzjoni li turi li l-applikant għal ażilju ikun weża s-servizzi ta' kurrier jew ta' l-aġenzija tal-ivvjaġġar,
— evidenza oħra biċ-ċirkostanzi ta' l-istess tip.
9. Tluq mit-terrirorju tal-Istati Membri (l-Artikolu 16(3))
Evidenza indikattiva
— stqarrijiet dettaljati u verifikabbli minn l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn Stat Membru ieħor,
— re l-Artikolu 3(7) u l-Artikolu 10(3): timbru tal-ħruġ meta l-applikant għall-ażilju ikkonċernat ikun ħalla t-territorju tal-Istati Membri għal perijodu ta' mill-anqas tlett xhur,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-ivvjaġġar, etc.,
— il-marki tas-swaba, appari milli fil-każi meta l-awtoritajiet jiddeċiedu li jiġbru l-marki tas-swaba meta l-aljen ikun qasam il-fruntiera esterna. F'tali każi, dawn jikkostitwixxi evidenza bħala prova kif definit fil-Lista A,
— biljetti,
— kontijiet tal-lukandi,
— karti ta' l-appuntamenti ma tabib, dentist, etc.,
— informazzjoni li turi li l-applikant għal ażilju ikun weża s-servizzi ta' kurrier jew ta' l-aġenzija tal-ivvjaġġar,
— evidenza oħra biċ-ċirkostanzi ta' l-istess tip.
II. L-obbligi tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta' l-applikazzjoni għal ażilju sabiex jaċċetta mill-ġdid lil dak li jkun ifittex ażilju
1. Il-proċess għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli tkun qiegħda sseħħ fl-Istat Membru ta' fejn l-applikazzjoni għall-ażilju tkun ġiet ippreżentatha (l-Artikolu 4(5))
Evidenza indikattiva
— stqarrijiet verifikabbli minn għand l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-ivvjaġġar, etc.,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn Stat Membru ieħor.
2. Applikazzjoni għal ażilju tkun eżaminata jew kienet preċedentament ippreżentata (l-Artikolu 16(1) (c)(d)(e))
Evidenza indikattiva
— stqarrijiet verifikabbli minn għand l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn Stat Membru ieħor.
3. Tluq mit-terrirorju tal-Istati Membri (l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 16(3))
Evidenza indikattiva
— stqarrijiet dettaljati u verifikabbli minn l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn Stat Membru ieħor,
— timbru tal-ħruġ meta l-applikant għall-ażilju ikkonċernat ikun ħalla t-territorju tal-Istati Membri għal perijodu ta' mill-anqas tlett xhur,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-ivvjaġġar, etc.,
— il-marki tas-swaba, appari milli fil-każi meta l-awtoritajiet jiddeċiedu li jiġbru l-marki tas-swaba meta l-aljen ikun qasam il-fruntiera esterna. F'tali każi, dawn jikkostitwixxi evidenza bħala prova kif definit fil-Lista A,
— biljetti,
— kontijiet tal-lukandi,
— karti ta' l-appuntamenti ma tabib, dentist, etc.,
— informazzjoni li turi li l-applikant għal ażilju ikun weża s-servizzi ta' kurrier jew ta' l-aġenzija tal-ivvjaġġar,
— evidenza oħra biċ-ċirkostanzi ta' l-istess tip.
4. Tkeċċija mit-terrirorju tal-Istati Membri (l-Artikolu 16(4))
Evidenza indikattiva
— stqarrijiet verifikabbli minn għand l-applikant għall-ażilju,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR,
— timbru tal-ħruġ meta l-applikant għall-ażilju ikkonċernat ikun ħalla t-territorju tal-Istati Membri għal perijodu ta' mill-anqas tlett xhur,
— rapporti/konferma ta' l-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-ivvjaġġar, etc.,
— il-marki tas-swaba, appari milli fil-każi meta l-awtoritajiet jiddeċiedu li jiġbru l-marki tas-swaba meta l-aljen ikun qasam il-fruntiera esterna. F'tali każi, dawn jikkostitwixxi evidenza bħala prova kif definit fil-Lista A,
— biljetti,
— kontijiet tal-lukandi,
— karti ta' l-appuntamenti ma tabib, dentist, etc.,
— informazzjoni li turi li l-applikant għal ażilju ikun weża s-servizzi ta' kurrier jew ta' l-aġenzija tal-ivvjaġġar,
— evidenza oħra biċ-ċirkostanzi ta' l-istess tip.
ANNEX III
ANNESS IV
ANNESS V
( 1 ) ĠU L 50, tal-25.2.2003, pġ. 1.
( 2 ) ĠU C 254, tad-19.8.1997, pġ. 1.
( 3 ) ĠU L 316, tal-15.12.2000, pġ. 1.
( 4 ) ĠU L 281, tat-23.11.1995, pġ. 32.
( 5 ) ĠU L 93, tat-3.4.2001, pġ. 40.
( 6 ) ĠU L 203, tat-3.8.1999, pġ. 9.
( 7 ) Din l-evidenza indikattiva għandha dejjem tkun segwita b'wieħed mill-punti ta' l-evidenza ta' prova kif definita fil-lista A.