|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1582
tas-17 ta' Lulju 2013
dwar il-miżuri SA.30704 — 12/C (ex NN 53/10), li l-Latvja implimentat għall-Bank Ipotekarju u tal-Artijiet Latvjan SA — “il-parti kummerċjali”
(notifikata bid-dokument C(2013) 4406)
(Il-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skont dawn id-dispożizzjonijiet (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fid-19 ta' Novembru 2009, il-Kummissjoni approvat żewġ miżuri ta' rikapitalizzazzjoni favur “il-Bank Ipotekarju u tal-Artijiet Latvjan” (2) (“l-MLB” jew “il-Bank”) għall-ammont totali ta' LVL 72,79 miljun (EUR [102,5-103,6] miljun), li ngħataw lill-bank f'Jannar u Novembru 2009 (3) rispettivament (“id-Deċiżjoni ta' Novembru 2009”). |
|
(2) |
Fl-1 ta' April 2010, l-awtoritajiet Latvjani nnotifikaw rikapitalizzazzjoni oħra fl-ammont ta' LVL 70,2 miljun (EUR 100 miljun), li kienet ġie implimentata fit-23 ta' Marzu 2010. In-notifika ġiet irreġistrata fis-6 ta' April 2010. Bejn Mejju 2010 u Jannar 2012 l-awtoritajiet Latvjani taw aktar tagħrif lill-Kummissjoni (4). |
|
(3) |
Fis-26 Jannar 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet (5) li tapprova temporanjament il-miżura ta' rikapitalizzazzjoni ta' LVL 70,2 miljun mogħtija fit-23 ta' Marzu 2010, miżura ta' rikapitalizzazzjoni ta' LVL 50 miljun mogħtija lill-bank fl-aħħar tal-2011 (mogħtija bħala miżura ta' likwidità li għandha tinqaleb f'kapital), faċilità ta' likwidità ta' riżerva sal-massimu ta' LVL 250 miljun għall-bank, garanziji sal-massimu ta' LVL 32 miljun lill-kredituri kummerċjali internazzjonali tal-parti kummerċjali ta' MLB u appoġġ ta' likwidità sal-massimu ta' LVL 60 miljun għal-likwidazzjoni solventi tal-assi indeboliti f'HipoNIA, kumpanija maniġerjali tal-assi pposseduta u ffinanzjata mill-MLB, u li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) rigward dawk il-miżiuri li kollox ma kollox kienu meħtieġa għar-ristrutturar tal-parti kummerċjali tal-MLB (“il-miżuri ta' ristrutturar”) u li l-parti tal-iżvilupp tagħha bbenefikat minnhom u rigward il-pjan ta' trasformazzjoni tal-MLB (6) (“id-deċiżjoni ta' ftuħ”). Il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar il-kompatibilità tal-miżuri ta' ristrutturar mas-suq intern fid-dawl tal-kwistjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi finanzjarja attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (7) (“il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”). |
|
(4) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri ta' ristrutturar. Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti min-naħa tal-partijiet interessati. |
|
(5) |
Fit-22 ta' Marzu 2012 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Latvjani. |
|
(6) |
Fil-5 ta' April 2012, il-Latvja ressqet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ. |
|
(7) |
Bejn Mejju 2012 u Ġunju 2013, seħħ l-iskambju regolari tal-informazzjoni bejn il-Latvja u l-Kummissjoni. Il-Latvja żammet lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress li sar rigward il-proċedura ta' privatizzazzjoni tal-parti kummerċjali tal-bank billi kemm-il darba tat informazzjoni. |
|
(8) |
Fit-23 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali. Bl-ittra li ġġib id-data tat-3 ta' Ġunju 2013 il-Latvja wieġbet għat-talba ta' informazzjoni, ħlief għall-mistoqsijiet dwar il-parti tal-iżvilupp tal-bank. Fl-istess ħin, il-Latvja pprovdiet diversi dokumenti ta' sostenn, inkluż aġġornament dwar tal-bejgħ tal-parti kummerċjali tal-MLB. |
|
(9) |
Fil-21 ta' Ġunju 2013, l-awtoritajiet Latvjani infurmaw lill-Kummissjoni li huma aċċettaw b'mod eċċezzjonali li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bil-lingwa Ingliża. |
|
(10) |
Fit-28 ta' Ġunju 2013, il-Latvja infurmat lill-Kummissjoni li hija kienet effettivament sellfet LVL 70,98 miljun lil HipoNIA, u għaldaqstant kienet qabżet b'madwar LVL 11-il miljun l-ammont tal-miżura awtorizzata temporanjament fid-deċiżjoni ta' ftuħ. |
2. IL-FATTI
2.1. Il-benefiċjarju — l-MLB
|
(11) |
Fit-19 ta' Marzu 1993, l-MLB ġie stabbilit mill-Gvern Latvjan bħala bank tal-Istat. Il-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Latvja huwa l-proprjetarju ta' 100 % tal-ishma tal-Bank. |
|
(12) |
L-MLB huwa bank ta' daqs medju fil-Latvja li joffri servizzi bankarji għall-konsumatur. L-MLB għandu rwol doppju, jiġifieri jopera kemm bħala bank għall-iżvilupp u kemm bħala bank kummerċjali universali (8). |
|
(13) |
L-MLB u s-sussidjarji tiegħu jiffurmaw il-grupp tal-MLB. Is-sussidjarji kollha tal-Bank huma involuti f'attivitajiet ta' natura kummerċjali. Dawk ewlenin huma kif ġej:
|
|
(14) |
Skont il-pjan ta' trasformazzjoni deskritt fil-premessi minn 45 sa 95 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, l-MLB qed jinbidel kollu kemm hu f'bank tal-iżvilupp (jiġifieri bank li jappoġġja politiki strutturali, ekonomiċi u soċjali f'isem l-Istat, skont il-missjoni pubblika tiegħu). Għal dan l-għan, qed jitneħħewlu l-attivitajiet kummerċjali tiegħu. |
|
(15) |
Il-Latvja ħatret konsulent indipendenti estern biex iħejji kunċett għall-istituzzjonijiet tal-iżvilupp fil-Latvja. Fil-11 ta' Frar 2011, l-ewel abbozz tar-“Rapport dwar l-Ottimizzazzjoni tas-Sistema tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Iżvilupp fil-Latvja” kien ippreżentat lill-Kummissjoni u l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF). |
|
(16) |
L-abbozz tar-rapport jipproponi, fost affarijiet oħra, il-ħolqien ta' istituzzjoni unika għall-iżvilupp (“SDI”) filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza tagħha billi din tiġi stabbilita permezz ta' liġi speċjali u billi jinħolqu korpi indipendent deċiżjonali. F'dan il-kuntest, l-abbozz tar-rapport jidentifika l-ħtieġa li titfassal struttura funzjonali tal-SDI mill-bidu nett, abbażi ta' rieżami sħiħ tal-programmi eżistenti u tal-ħtiġijiet funzjonali u tal-persunal tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-funzjonijiet maniġerjali. |
|
(17) |
Barra minn hekk, jenfasizza l-ħtieġa ta' interventi mill-Istat permezz ta' strumenti indiretti (garanziji individwali u għall-portafoll, il-kapital ta' riskju, fondi mezzana eċċ.), filwaqt li jitbiegħed mis-self dirett kbir u jħalli l-interventi diretti biss bħala opzjoni għal għadd żgħir ta' każijiet ferm speċifiċi u ġġustifikati (għall-mikroself, għall-bdiewa, eċċ.). |
|
(18) |
Skont l-abbozz tar-rapport, l-iffukar indirett tas-self appoġġjat mill-Istat jżid l-aċċess għall-benefiċjarji potenzjali ta' dawn il-programmi, u jtejjeb kemm il-kosteffiċjenza tat-tqassim, kif ukoll il-kooperazzjoni mas-settur bankarju kummerċjali. |
2.2. L-istrateġija ta' ristrutturar: il-bejgħ mill-MLB tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu
|
(19) |
F'konformità mal-Memorandum Supplementari ta' Qbil ta' Lulju 2010 (Supplemental Memorandum of Understanding — “sMoU”), konsulent indipendenti kellu jfassal il-pjan ta' trasformazzjoni tal-MLB. Dan il-konsulent ngħata struzzjonijiet biex iħejji xenarji għat-trasformazzjoni tal-bank sabiex l-assi u l-obbligazzjonijet relatati mal-finanzjament tal-iżvilupp ikunu jistgħu jiġu maqsuma, u biex jiġi privatizzat il-bank bl-attivitajiet kummerċjali tiegħu jew biex il-Bank jiġi ttrasformat sabiex l-attivitajiet kummerċjali jkunu jistgħu jinbiegħu biex jinfatmu mill-parti tal-iżvilupp. |
|
(20) |
Wara li l-konsulent indipendenti analizza s-sitwazzjoni finanzjarja tal-bank, ikkonkluda fil-pjan ta' trasformazzjoni mħejji f'April 2011 (“il-pjan ta' trasformazzjoni ta' April 2011”) li l-aħjar xenarju jkun li l-assi kummerċjali tal-MLB jinbiegħu f'pakketti meta jkun f'waqtu. |
|
(21) |
Fl-1 ta' Novembru 2011, il-gvern Latvjan approva l-istrateġija ta' bejgħ irrakkomandata fil-pjan ta' trasformazzjoni ta' April 2011, u b'mod partikolari l-bejgħ tal-parti kummerċjali tal-MLB f'sitt pakketti. |
|
(22) |
L-entitajiet li jagħmlu parti mill-grupp tal-MLB li kellhom jinbiegħu bħala entitajiet legali permezz ta' ftehim dwar l-ishma qed jintwerew fit-Tabella 1. Tabella 1 Ħarsa ġenerali lejn l-entitajiet legali li jappartjenu għall-grupp tal-MLB (11) Subsidiaries to be sold Cord Rigas centra namu parvalde Legal structure of MLB Riska investiciju sabiedriba MLB 86,01 % 100 % 100 % 51,31 % 58,01 % 100 % 100 % 100 % Hipo Fondi Tilzas rapsis Varmes rapsis HipoNIA Hipolizings Sors: L-awtoritajiet Latvjani |
|
(23) |
Fil-31 ta' Awwissu 2011, l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-parti kummerċjali tal-MLB li kellhom jinbiegħu kienu jinkludu:
|
|
(24) |
Il-proċess tal-bejgħ twettaq bl-għajnuna ta' konsulent estern ta' reputazzjoni tajba. Fil-bidu ġew ikkuntattjati 121 xerrej potenzjali. Kien hemm 98 minnhom li rċevew prospett, u minn dawn 18 iffirmaw ftehim ta' kunfidenzjalità, 51 ma kinux interessati u 29 ma taw l-ebda tweġiba. Sas-16 ta' Diċembru 2011, fi tmiem l-ewwel fażi tal-proċess ta' bejgħ, kienu waslu disa' offerti inizjali. Sal-11 ta' Jannar 2012, matul it-tieni fażi tal-proċess ta' bejgħ, tliet xerrejja potenzjali ppreżentaw offerta aħjar, sitta żammew l-offerta inizjali tagħhom, u waslet offerta ġdida. Dawn l-investituri potenzjali kollha ngħataw aċċess għall-kamra tad-dejta. Matul din il-fażi tal-proċedura, tliet xerrejja potenzjali rtiraw mill-proċess, u wieħed wera biss interess f'partijiet miż-żewġ pakketti (il-Pakkett 2 u 3), iżda ma ppreżentatx offerta speċifika. Bħala riżultat, sas-16 ta' Marzu 2012, l-offerti finali waslu mingħand erba' investituri potenzjali, l-aktar għal wieħed mill-pakketti, għalkemm xerrej potenzjali ppreżenta offerta għal tliet pakketti. |
|
(25) |
L-istrateġija tal-bejgħ approvata mill-awtoritajiet Latvjani fl-1 ta' Novembru 2011 inizjalment kienet li taqsam l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-MLB f'sitt pakketti separati, skont l-interess fis-suq li ġie ttestjat. Matul il-proċess tal-bejgħ il-Pakkett 3 nqasam f'żewġ pakketti separati, 3 A u 3B. Il-pakketti nbiegħu lil xerrejja separati, bil-bqija tal-assi u tal-obligazzjonijiet tal-MLB li ġew ittrasferiti għall-parti tal-iżvilupp. Il-proċess intemm u l-pakketti kollha nbiegħu sat-30 ta' Ġunju 2013. Il-pakketti huma magħmulin minn:
|
|
(26) |
Fir-rigward tad-diversi opzjonijiet ta' bejgħ għall-Pakketti 3B u 4, l-awtoritajiet Latvjani qiesu li l-offerti ppreżentati minn investituri ma kinux adegwati għalihom, u ma kinux jirriflettu l-valur reali intrinsiku tal-assi li kien fihom (kif stmat minn espert indipendenti ta' reputazzjoni tajba). Biex jiġi minimizzat it-telf, l-Istat iddeċieda li jbiegħ il-Pakketti 3B u 4 lil-LPA. |
|
(27) |
Rigward Hipo Fondi, meta jitqiesu l-offerti li waslu mingħand l-investituri, din setgħet inbiegħet jew bħala bejgħ ta' entità ġuridika bħala negozju avvjat, fejn l-assi kollha huma ġestiti minnha jew inkella permezz tal-bejgħ tal-assi. Skont il-Latvja, intagħżlet it-tieni opzjoni peress li, fost raġunijiet oħrajn, kien offrut prezz aħjar għal ftehim dwar l-assi. Bħala riżultat, kważi l-attivitajiet ekonomiċi kollha ta' Hipo Fondi nbiegħu, jiġifieri t-tliet skemi tal-pensjoni “Rivjera”, “Safari” u “Jurmala”. Apparti minn dawn il-fondi tal-pensjoni, Hipo Fondi ġġestiet wkoll diversi portafolli privati u fondi b'kapital fiss Xi wħud minnhom diġà ingħalqu, u l-bqija qed jiġu tterminati. Hipo Fondi se tibqa' purament kumpanija tal-isem mingħajr negozju reali attiv x'tiġġestixxi. Din il-kumpanija tal-isem li fadal setgħet ġiet likwidata jew mibjugħa. Il-proċess ta' bejgħ kien sar għal din l-entità ġuridika u l-azzjonist minoritarju ta' Hipo Fondi (15) wera l-interess tiegħu li jakkwista l-ishma […]. L-awtoritajiet Latvjani ddeċidew li jipproċedu bil-bejgħ lill-azzjonist minoritarju minħabba eżitu finanzjarju aħjar u soluzzjoni aktar malajr meta mqabblin ma' likwidazzjoni. Il-bejgħ ta' Hipo Fondi kważi tlesta. Il-ftehim dwar il-bejgħ ġie ffirmat, iżda għadu ma ġiex konkluż peress li l-akkwist qed jiġi analizzat mis-superviżur Latvjan, mill-Kummissjoni tas-Suq Finanzjarju u tal-Kapital (“FCMC”). Hipo Fondi ma għandhiex id-drittijiet irreġistrati tal-proprjetà intellettwali, u l-marka kummerċjali rreġistrata “hipo” u d-drittijiet relatati huma f'idejn l-MLB. L-MLB bħala parti mill-ftehim max-xerrej ma oġġezzjonax għall-użu tat-terminu“hipo” fl-isem HipoFondi. |
|
(28) |
Rigward il-bejgħ ta' HipoNlA, l-MLB ittrasferrixxa kapital li jammonta għal LVL […] lil HipoNIA fl-20 ta' Ġunju 2013. Din ir-rikapitalizzazzjoni kienet meħtieġa minħabba li t-trasferiment ta' HipoNlA mill-MLB, għal-LPA seħħet fi […] f'termini tal-valur kontabilistiku, bid-differenza li tammonta għal LVL […]. Din id-differenza kienet […] mill-MLB peress li kienet prekondizzjoni kemm għat-Teżor tal-Istat li jagħti self lil HipoNlA kif ukoll għal-LPA li takkwista l-ishma ta' HipoNIA. It-total nett […] għall-MLB mit-tranżazzjoni huwa ta' LVL […] (jiġifieri, […] f'termini tal-valur kontabilistiku nett, wara l-provvediment, waqt it-tnedija tat-tranżazzjoni). Tabella 1 Ħarsa ġenerali lejn il-Pakketti u l-kundizzjonijiet ta' bejgħ tagħhom
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(29) |
L-ammont totali ġġenerat mill-proċedura tal-bejgħ kien ftit aħjar minn dak mistenni fix-xenarju bażi tal-iskontijiet bażilari fl-istrateġija tal-bejgħ, jekk l-iskontijiet gross mill-istateġija tal-bejgħ jiġu applikati għall-valuri kontabilistiċi gross. Kien hemm telf ta' LVL 53,1 miljun meta mqabbel mat-telf mistenni ta' LVL 56,8 miljun. |
|
(30) |
L-MLB qed tittermina l-ftehimiet dwar is-servizzi tal-kustodja mal-klijenti tiegħu. Se jżarma l-infrastruttura tal-IT relatata u se jqassam mill-ġdid jew ikeċċi lill-impjegati. |
|
(31) |
L-MLB fil-prattika se jittermina wkoll għal kollox it-tranżazzjonijiet tat-titoli tiegħu. Se jżomm biss il-kontijiet ta' madwar 100 klijent li l-ebda wieħed minnhom ma jista' jiġi kkuntattjat (prinċipalment minħabba li l-biċċa l-kbira mietu). Minħabba li l-bank ma jistax legalment ibigħ immedjatament it-titoli ta' dawn il-klijenti inattivi, l-MLB biħsiebu 1) iġib liċenzja sabiex jopera l-kontijiet tat-titoli ta' dawn il-klijenti u 2) jirrevoka liċenzja bankarja sħiħa li tkopri wkoll is-servizzi ta' kustodja. |
2.3. L-istrateġija ta' ristrutturar: il-ħolqien ta' SDI
|
(32) |
L-attivitajiet kummerċjali li jifdal wara l-bejgħ huma mistennija li jiġu ttrasferiti lill-parti tal-iżvilupp: dawn jinkludu, fost l-oħrajn, l-assi likwidi li jammontaw għal LVL 20,3 miljun; assi oħra li jammontaw għal LVL 7,6 miljun; depożitu ta' domanda ta' LVL 5,9 miljun u depożitu ta' żmien fiss ta' LVL 1 miljun; obbligazzjonijiet oħra li jammontaw għal LVL 1,7 miljun; u ekwitajiet pendenti ta' LVL 19,2-il miljun. |
|
(33) |
Wara l-bejgħ tal-attivitajiet kummerċjali, mit-30 ta' Ġunju 2013 l-MLB huwa mistenni li jkun magħmul biss minn attivitajiet ta' żvilupp. Dan se jżomm assi li jammontaw għal madwar LVL 222,3 miljun. |
|
(34) |
Fil-Memorandum Supplementari ta' Qbil, il-Latvja ħadet dawn l-impenji mal-Unjoni u mal-FMI:
|
2.4. Deskrizzjoni tal-miżuri koperti b'din id-Deċiżjoni
|
(35) |
Fir-rigward tal-attivitajiet ta' żvilupp tal-MLB, il-Kummissjoni tispikkalha l-intenzjoni tal-Latvja li tottimizza s-sistema ta' żvilupp tal-istituzzjonijiet finanzjarji billi tikkonsolidahom f'SDI. Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, kien previst li l-MLB iwettaq attivitajiet ta' żvilupp sakemm titwaqqaf l-SDI biss, u dan kellu jseħħ sal-31 ta' Diċembru 2012. Madankollu dan il-proċess ittardja, u għadu għaddej. Billi l-awtoritajiet Latvjani għadhom ma ffinalizzawx il-proġett tal-SDI, din id-deċiżjoni tkopri biss il-parti kummerċjali tal-MLB. Bħala konsegwenza, il-parti ta' żvilupp tal-MLB se tiġi vvalutata f'deċiżjoni finali separata. |
|
(36) |
Fid-deċiżjoni ta' ftuħ il-miżuri li ġejjin mogħtija mil-Latvja lill-parti kummerċjali tal-MLB ġew approvati temporanjament bħala għajnuna għas-salvataġġ:
|
|
(37) |
Il-Latvja ssottomettiet informazzjoni dwar l-użu ta' dan l-appoġġ mill-Istat għal-likwidazzjoni tal-parti kummerċjali tal-MLB, emendata sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-bejgħ. |
|
(38) |
L-ammont globali ta' kapital meħtieġ skont il-miżura deskritta fil-punt (b) tal-premessa 36 kien inqas minn dak li kien ippjanat fil-bidu, LVL 25 miljun minflok LVL 50 miljun, billi l-awtoritajiet Latvjani ddeċidew li l-MLB kien se jopera mingħajr liċenzja bankarja, li naqqas l-ammont tal-kapital meħtieġ. Iż-żieda fil-kapital ta' LVL 25 miljun seħħet f'Ġunju 2012 (17). |
|
(39) |
Il-faċilità ta' likwidità ta' riżerva li tammonta sa LVL 250 miljun imsemmija fil-punt (c) tal-premessa 36 ġiet temporanjament approvata u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-MLB mill-1 ta' Jannar 2012 sakemm jitlesta l-proċess ta' bejgħ, sabiex tkun disponibbli f'każ ta' avveniment fejn hemm emerġenza ta' likwidità. Mit-30 ta' Mejju 2013 l-appoġġ ta' likwidità użat kienu sostanzjalment inqas mill-ammont massimu previst (LVL 50 miljun), minħabba li ma kienx hemm assalt bankarju u l-proċess ta' trasformazzjoni mar tajjeb. Bħalissa hemm bilanċ pendenti ta' LVL 25 miljun, li hu mistenni li jitħallas lura sal-31 ta' Diċembru 2013. |
|
(40) |
Il-garanziji sal-massimu ta' LVL 32 miljun imsemija fil-punt (d) tal-premessa 36 kellhom jiġu pprovduti lil kredituri internazzjonali tal-MLB għas-segment kummerċjali tiegħu. Billi l-bejgħ tal-parti kummerċjali u t-trasformazzjoni tal-MLB f'bank ta' żvilupp setgħu tqiesu każ ta' inadempjenza skont il-kuntratti tagħhom, kienet meħtieġa din il-miżura sabiex jiġu ggarantiti l-obbligazzjonijiet f'każ li dawn il-kredituri internazzjonali jitolbu l-pagament bil-quddiem tas-self lill-MLB. Madankollu, l-ammont ta' garanziji meħtieġ għall-parti kummerċjali kien aktar baxx mit-LVL 32 miljun mistennija minħabba li xi kredituri internazzjonali riedu miżuri ta' sikurezza addizzjonali. Mit-30 ta' Mejju 2013, il-livell ta' garanziji meħtieġa li kienu previsti kien ta' LVL 12,4-il miljun. |
|
(41) |
L-appoġġ ta' likwidità għal HipoNIA msemmi fil-punt (e) tal-premessa 36 irriżulta li kien ogħla mill-ammont approvat temporanjament mill-Kummissjoni, LVL 71 miljun minflok LVL 60 miljun. Iż-żieda kienet meħtieġa billi parti mill-Pakkett 3 ma nbigħetx fis-suq iżda minflok ġiet ittrasferita għal HipoNIA, u b'hekk żdied l-ammont meħtieġ ta' finanzjament. Dan l-appoġġ ta' likwidità huwa mistenni li jiġi mħallas sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(42) |
Il-Latvja għaldaqstant talbet lill-Kummissjoni biex tapprova ż-żieda ta' LVL 11-il miljun bħala appoġġ ta' likwidità. F'dan il-kuntest, il-Latvja argumentat li l-ammont globali tal-għajnuna meħtieġ għat-tneħħija gradwali tal-parti kummerċjali tal-MLB huwa inqas mill-ammont ta' għajnuna approvat temporanjament. Tabella 2 Ħarsa ġenerali lejn l-għajnuna mill-Istat approvata vs l-għajnuna mill-Isat mogħtija (is-sitwazzjoni f'Mejju 2013)
|
||||||||||||||||||||||||||||||
2.5. Raġunijiet sabiex jingħata bidu għall-proċedura
|
(43) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (18) tistabbilixxi r-regoli tal-Istat applikabbli għar-ristrutturar tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex tkun kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, ir-ristrutturar ta' istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali irid:
|
|
(44) |
Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni temporanjament approvat l-għajnuna għas-salvataġġ, meta rat li l-miżuri deskritti fil-premessa 36 kienu adegwati minħabba li kellhom l-għan li jeliminaw it-theddida għall-ekonomija tal-Latvja li tirriżulta mill-problemi tal-MLB. Il-Kummissjoni qieset ukoll li dawn il-miżuri kienu meħtieġa u kienu l-għażliet bl-aqwa valur għall-Gvern Latvjan sabiex jelimina gradwalment l-attivitajiet kummerċjali tal-bank. Madankollu l-Kummissjoni kellha dubju dwar kemm l-għajnuna kienet proporzjonata, u talbet aktar informazzjoni f'dan ir-rigward. |
|
(45) |
Skont l-istrateġija tal-bejgħ, il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet ekonomiċi tal-parti kummerċjali tal-MLB kellhom jitwaqqfu u jinbiegħu f'pakketti, u s-sussidjarji Hipolizings u Hipo Fondi kellhom jinbiegħu separatament mill-bank, u dan il-Kummissjoni kkunsidratu pożittiv. |
|
(46) |
Fir-rigward ta' stralċ b'mod ordnat, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm bżonn ta' aktar informazzjoni dwar il-kompatibilità tal-għajnuna għall-waqfien tal-attivitajiet kummerċjali tal-MLB. B'mod partikolari, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Latvjani sabiex jipprovdu l-istadji ewlenin preċiżi li huma previsti għall-bejgħ tal-attivitajiet, kif ukoll aktar tagħrif dwar l-attivitajiet li ma setgħux jinbiegħu. |
|
(47) |
Rigward l-attivitajiet ekonomiċi li kellhom jitkomplew, żewġ entitajiet biss kellhom jinbiegħu bħala entitajiet legali awtonomi, Hipolizings u Hipo Fondi. Madankollu, fid-dawl tal-preżenza tas-suq limitata tagħhom (19) u l-bejgħ tagħhom f'waqtu mill-Bank, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod preliminari li l-miżuri ta' għajnuna kienu adegwati. |
|
(48) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Latvjani sabiex jipprovdu informazzjoni addizzjonali biex jiġi żgurat li l-entitajiet li se jibqgħu fuq bażi awtonoma (Hipolizings u Hipo Fondi) jkunu vijabbli wara l-bejgħ. B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni xtaqet tkun taf min se jipprovdi l-infrastrutturi jew il-finanzjament li dawn jeħtieġu flok l-MLB wara l-bejgħ. |
|
(49) |
Għalkemm l-istrateġija tal-bejgħ tipprovdi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għal stralċ ordnat tal-attivitajiet kummerċjali, il-Kummissjoni qajmet dubji fid-deċiżjoni ta' ftuħ dwar jekk ġewx stabbiliti biżżejjed salvagwardji kontra t-tfixkil bla bżonn tal-kompetizzjoni. |
|
(50) |
Il-Kummissjoni b'mod partikolari stiednet lill-awtoritajiet Latvjani sabiex jitterminaw il-bejgħ fil-mument opportun u sabiex jipproponu miżuri addizzjonali ħalli jiżguraw li l-bank jipprezza l-prodotti kummerċjali tiegħu b'mod mhux daqshekk attraenti u jillimita l-avvanzi fuq is-self eżistenti. |
3. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(51) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati. |
4. KUMMENTI MIL-LATVJA DWAR ID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ
|
(52) |
Fil-5 ta' April 2012, il-Latvja ppreżentat kummenti dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ u wara kompliet isseddaq il-pożizzjoni tagħha billi b'mod regolari tat informazzjoni sa Ġunju 2013. (20) |
|
(53) |
Kollox ma' kollox il-Latvja hija tal-opinjoni li l-kriterji kollha marbutin mal-għajnuna mill-Istat intlaħqu fir-rigward tal-MLB għax: (i) il-parti kummerċjali ġiet likwidata; (ii) il-parti ta' żvilupp li kien fadal qed topera b'firxa ta' prodotti strettament definiti (il-missjoni), u (iii) l-istituzzjoni li jkun fadal se titteħdilha l-liċenzja u għaldaqstant mhix se tikkompeti mal-banek kummerċjali fil-finanzjament. |
|
(54) |
Fir-rigward tal-parti ta' żvilupp tal-MLB, il-Latvja tat informazzjoni estensiva (21). Madankollu, il-Latvja ċċarat li sa issa ma kien intlaħaq l-ebda ftehim definittiv dwar il-ħolqien ta' SDI, li tkun mistennija li tieħu f'idejha l-parti ta' żvilupp tal-MLB. Il-Latvja ddikjarat li pjan ta' azzjoni konġunt dwar l-istabbiliment ta' SDI mill-ministeri kkonċernati u mill-espert estern kien previst għat-2 ta' Awwissu 2013, u li l-ħidma kellha titkompla matul l-2013. Madankollu, id-data finali għall-ħolqien ta' SDI għadha mhix ċara. |
|
(55) |
Għal din ir-raġuni, il-Latvja talbet li l-valutazzjoni tal-għajnuna statali għall-ħolqien ta' SDI tiġi ttrattata fi proċedura separata u mhux fi ħdan il-proċedura għall-parti kummerċjali tal-MLB. |
|
(56) |
F'dak li għandu x'jaqsam ma' salvagwardji kontra tfixkil bla bżonn tal-kompetizzjoni, il-Latvja hija tal-opinjoni li l-arranġamenti li ddaħħlu fis-seħħ jiżguraw li ma jkunx hemm kompetizzjoni diretta bejn il-parti kummerċjali tal-MLB u banek kummerċjali oħrajn. Sa minn Novembru 2009, l-MLB waqqfet l-attivitajiet ġodda ta' self. Dwar id-depożiti, oriġinarjament kienet meħtieġa l-ġestjoni attiva tal-bażi tad-depożiti sabiex tiġi evitata għajnuna mill-Istat addizzjonali fil-forma ta' appoġġ ta' likwidità sakemm isir il-bejgħ. Id-depożiti relatati mal-parti kummerċjali tal-MLB eventwalment inbiegħu bħala parti mill-Pakketti 1 u 2, filwaqt li l-operazzjonijiet ta' ħlas bil-kard u n-netwerk tal-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus iżżarma. |
|
(57) |
HipoNIA, li akkwistat portafolli ta' self mingħand l-MLB, ma tipprovdix finanzjament addizzjonali lill-ebda wieħed mill-klijenti tagħha. B'mod partikolari, minħabba l-istat ta' dan is-self (kważi kollu skada b'aktar minn 90 jum u t-tentattivi ta' ristrutturar kienu diġà saru) kważi l-każijiet kollha jirriżultaw fil-pussess mill-ġdid tal-propjetà minn HipoNIA. |
|
(58) |
Fir-rigward tal-parti kummerċjali, il-Latvja ppreżentat skeda ta' żmien sħiħa dwar il-bejgħ jew il-likwidazzjoni tal-assi, stabbilixxiet l-istadji ewlenin tal-proċess u infurmat lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar u effettivament id-dati tal-ftehimiet ta' bejgħ. Il-Latvja sostniet li l-pożizzjonijiet kollha fil-karta tal-bilanċ li għandhom x'jaqsmu mal-parti kummerċjali se jiġu eliminati sa Jannar 2014. |
|
(59) |
Il-Latvja tat ħarsa ġenerali ddettaljata lejn l-ammonti ta' għajnuna mill-Istat mogħtija għall-parti kummerċjali tal-MLB (jiġifieri l-appoġġ ta' likwidità lill-MLB ta' LVL 50 miljun, il-garanziji mill-Istat ta' LVL 12,4-il miljun, il-miżuri ta' kapital ta' LVL 95,2 miljun u l-appoġġ ta' likwidità ta' LVL 71 miljun li HipoNIA). Il-Latvja enfasizza li l-għajnuna totali meħtieġa mill-MLB għall-parti kummerċjali tiegħu hija inqas minn dik oriġinarjament stmata (u approvata fuq bażi temporanja fid-deċiżjoni ta' ftuħ). |
|
(60) |
Skont il-Latvja, l-ebda waħda mill-miżuri ta' għajnuna ma jibbenefikaw minnhom l-attivitajiet kummerċjali li se jitkomplew minn Hipolizings u Hipo Fondi wara li jinbiegħu. Il-kummerċ prinċipali tal-MLB nqasam fi tliet pakketti u nbiegħ fil-forma ta' bejgħ tal-assi. L-ebda wieħed minn dawn il-pakketti ma jikkostitwixxi impriża skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat; għaldaqstant il-Latvja tqis li l-attività ekonomika ma tibqax għaddejja wara l-bejgħ, u li l-pakketti ma jibbenefikawx mill-għajnuna tal-Istat li tkun waslet qabel il-bejgħ. |
|
(61) |
Il-Latvja hija tal-opinjoni li l-bejgħ ta' Pakkett 4 (Hipolizings) biss jista' jikkostitwixxi attività ekonomika li għadha għaddejja. Madankollu, Hipolizings se tifforma parti żgħira ħafna mill-grupp li għalih jappartjeni x-xerrej tagħha (inqas minn 0,1 %) u […]. […]. Il-bejgħ se jiżgura l-vijabbiltà fuq terminu twil tal-entità u mhux se jipperikola l-vijabbiltà tax-xerrej. Barra minn hekk, Hipolizings għandha biss sehem żgħir ħafna ta' 5 % mis-suq. Barra minn hekk ibbenefikat biss sa ċertu punt u b'mod indirett mill-għajnuna mogħtija lill-MLB: l-arranġamenti kuntrattwali eżistenti tagħha ma kellhhomx għalfejn jiġu tterminati b'mod mhux mistenni u, bħall-kumpanniji l-oħra tal-Bank, ma kellhiex għalfejn tinbiegħ minn sid f'diffikultà. Meta jiġi kkunsidrat l-ammont limitat ħafna ta' għajnuna għal Hipolizings, il-Latvja hija tal-opinjoni li wara l-bejgħ u l-integrazzjoni sħiħa max-xerrej tagħha, Hipolizings mhux se tibbenefika mill-għajnuna. |
|
(62) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-kumpanija tal-isem Hipo Fondi mibjugħa lil investitur privat, il-Latvja tieħu l-impenn li […]. |
|
(63) |
Dwar it-trasferiment ta' assi mill-MLB għal HipoNIA u l-bejgħ sussegwenti tagħha, il-Latvja taqbel mal-konklużjonijiet preliminari tal-Kummissjoni stabbiliti fid-deċiżjoni ta' ftuħ, li t-trasferiment ma kienx jinvolvi għajnuna. |
|
(64) |
Rigward iż-żieda fil-kapital tal-2012 għall-parti kummerċjali, il-Latvja ċċarat li din iż-żieda saret f'żewġ partijiet: l-ewwel waħda kienet marbuta mal-bejgħ tal-Pakketti 1, 2, 3, 5 u 6 filwaqt li t-tieni waħda kienet marbuta mal-bejgħ tal-Pakkett 4. L-ammont ta' kapital inżamm għall-minimu u ġie kkalkulat sabiex jiżgura l-adegwatezza ta' kapital regolatorju għall-parti kummerċjali wara t-telf mill-bejgħ. |
|
(65) |
Fir-rigward tal-faċilità ta' likwidità ta' riżerva mogħtija fil-kuntest tar-ristrutturar, il-Latvja stipulat li l-appoġġ għall-parti kummerċjali kien ta' natura temporanja sabiex jiġi żgurat bejgħ b'mod ordnat. Skont il-Latvja, iċ-ċokon u n-natura temporanja tagħha naqqsu għall-minimu t-tfixkil potenzjali tal-kompetizzjoni. |
|
(66) |
Fl-aħħar nett, il-Latvja impenjat ruħha li tissottometti rapporti ta' monitoraġġ dwar ir-ristrutturar tal-MLB, inkluż l-istralċ tal-attivitajiet kummerċjali mhux mibjugħa u valutazzjoni ex post tal-likwidazzjoni. |
5. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
5.1. L-eżistenza tal-għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat
|
(67) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat f'kull għamla possibbli, li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, jekk din taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri ma tkunx kompatibbli mas-suq intern, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor mit-TFUE. |
|
(68) |
Kif stipulat fil-premessa 145 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, meta jiġu vvalutati l-miżuri sabiex jiġi ddeterminat jekk jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, huwa meħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet bankarji attwali u fututri ta' żvilupp tal-MLB min naħa waħda, u l-attivitajiet kummerċjali residwi mwettqa mill-MLB waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni (it-tneħħija gradwali) fuq in-naħa l-oħra. L-awtoritajiet Latvjani ppreżentaw id-dejta li turi kif il-miżuri kienu ta' benefiċċju għal parti jew għal oħra. |
|
(69) |
Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni jkopri biss il-miżuri mogħtija għall-parti kummerċjali tal-MLB. Il-kundizzjonijiet tal-operat tal-parti ta' żvilupp tal-MLB, li mistennija titkompla permezz ta' istituzzjoni għall-iżvuilupp li għadha trid tiġi stabbilita, se jiġu vvalutati f'deċiżjoni finali separata. |
|
(70) |
B'riżultat ta' dan, din id-deċiżjoni se tivvaluta biss il-miżuri mogħtija mil-Latvja li se jkunu ta' benefiċċju għall-parti kummerċjali tal-MLB, dejjem jekk ikunu meħtieġa għar-ristrutturar tal-parti kummerċjali tal-MLB. |
|
(71) |
Ta' min isemmi li sabiex jiġu vvalutati l-miżuri li jkunu ta' benefiċċju għall-parti kummerċjali tal-bank huwa importanti li jiġi aċċertat kif għadha għaddejja l-attività ekonomika u sa liema punt, jew inkella twaqqfitx wara l-bejgħ tal-assi u tal-obligazzjonijiet kummerċjali (22). F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonkludiet li, bil-bejgħ tal-pakketti 3 A (lil investitur privat), 3B u 4 (lil-LPA għal likwidazzjoni gradwali) sat-30 ta' Ġunju 2013, l-attivitajiet ekonomiċi tal-eks parti kummerċjali tal-MLB twaqqfu. Ta' min jinnota wkoll li parti kbira mill-assi li qabel kienu ġestiti minn Hipo Fondi ġew mibjugħa separatament minn din il-kumpannija permezz tal-bejgħ ta' assi. Il-Kummissjoni tqis li l-bejgħ f'pakketti, li ppermetta lil xerrejja differenti biex jagħtu offerta għal partijiet separati ta' assi u ta' obbligazzjonijiet kummerċjali tal-MLB, effettivament jikkontribwixxi għall-likwidazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tal-MLB. Ta' min jinnota li l-bank ipprova aktar minn darba biex ibigħ l-assi mhux mibjugħa, li fl-aħħar mill-aħħar se jiġu trasferiti għand l-LPA, biex joħloq pakketti mill-ġdid u biex jinnegozja mill-ġdid l-offerti ma' investituri potenzjali. Għalhekk jidher li l-MLB eżawrixxa l-opportunitajiet kollha disponibbli fis-suq biex ibigħ l-aktar assi indeboliti bi prezz raġonevoli, jiġifieri prezz ogħla minn dak tal-valur ekonomiku fuq terminu twil tagħhom, kif stmat minn konsulent estern ta' reputazzjoni tajba. |
|
(72) |
Rigward tal-attivitajiet anċillari ta' natura kummerċjali tal-MLB, il-Latvja tat ukoll biżżejjed informazzjoni dwarhom, dawn diġà ġew itterminati jew se jiġu tterminati f'qasir żmien. Il-kumpanija tal-isem Hipo Fondi, li ser tibqa' wara li jiġi ġestit il-bejgħ tal-assi tagħha, se tinbiegħ fix-xhur li ġejjin, it-tranżazzjonijiet tat-titoli se jiġu tterminati, u RIS, li hija purament kumpanija azzjonarja li bħalissa għandha ishma f'Hipo Fondi u f'żewġ kumpaniji f'insolvenza, se tiġi llikwidata. Huwa ppjanat li sal-31 ta' Diċembru 2013 il-liċenzja bankarja tal-MLB tiġi rrevokata. |
|
(73) |
Rigward Hipolizings, din ġiet mibjugħa bħala entità legali permezz tat-trasferiment ta' ishma. Il-Latvja stipulat li Hipolizings ma bbenefikatx direttament minn xi appoġġ mogħti lill-MLB, il-kumpannija prinċipali tagħha (23). F'dak li għandu x'jaqsam mal-miżura ta' salvataġġ tal-assi potenzjali, deskritta fil-premessi 165 sa 170 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, ta' min isemmi li qabel il-bejgħ ta' Hipolizings, l-agħar assi tal-MLB ġew ittrasferiti internament għal HipoNIA. Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li tali trasferiment intern ta' assi seta' biss jikkostitwixxi miżura ta' salvataġġ tal-assi favur Hipolizings u Hipo Fondi, jekk bbenefikaw minn dan it-trasferiment u sal-liema punt ibbenefikaw. Quddiem il-konferma tal-Latvja li l-ebda assi ma ġie ttrasferit minn Hipolizings għal HipoNIA, jista' jiġi konkluż li Hipolizings ma rċeviet l-ebda miżura ta' salvataġġ tal-assi li kienet ta' benefiċċju dirett għall-attivitajiet tagħha. Madankollu, kif rikonoxxut mil-Latvja, ma jistax jiġi eskluż li Hipolizings approfittat sa ċertu punt mill-għajnuna mogħtija lill-MLB, billi l-arranġamenti kuntrattwali eżistenti ta' Hipolizings ma kellhomx għalfejn jiġu tterminati b'mod mhux mistenni, u ma kellhiex għalfejn tiġi mibjugħa minn sid f'diffikultà. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li Hipolizings ibbenefikat mill-għajnuna mogħtija lill-MLB, għalkemm b'mod indirett u bi ftit ħafna. |
|
(74) |
Fir-rigward ta' Hipo Fondi, il-Kummissjoni tosserva li meta din inbiegħet lill-azzjonist minoritarju tagħha, din kienet sempliċement kumpanija tal-isem. Il-Latvja kkonfermat li portafolli privati u l-fondi b'kapital fiss li fadal ġestiti minn Hipo Fondi ngħalqu, qegħdin fil-proċess ta' terminazzjoni jew se jiġu stralċjati. Barra minn hekk, il-Latvja impenjat ruħha li […]. |
|
(75) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, jista' jiġi konkluż li Hipo Fondi se tibqa' purament kumpanija tal-isem mingħajr negozju reali x'tiġġestixxi, għall-inqas għal xi żmien. Peress li l-kumpanija tal-isem mhix se tibqa' twettaq l-attivitajiet li qabel kienu jsiru minn Hipo Fondi bħala sussidjarja tal-MLB, u mhi se twettaq l-ebda attività ekonomika ġdida immedjatament, jista' jiġi konkluż li ma hemm l-ebda kontinwità bejn Hipo Fondi bħala impriża li kienet parti mill-grupp tal-MLB u l-entità l-ġdida, jiġifieri Hipo Fondi fil-pussess ta' sid ġdid/sidien ġodda, u li forsi qed twettaq attivitajiet ekonomiċi ġodda. Għalhekk, il-kumpanija tal-isem Hipo Fondi ma tistax titqies li qed tibbenefika mill-għajnuna li qabel ingħatat lil MLB. |
|
(76) |
Fir-rigward ta' HipoNIA, din se jkollha assi tal-eks parti kummerċjali tal-MLB illikwidata u se topera għal żmien limitat biss. Madankollu, skont il-prattika tal-każijiet stabbilita, il-miżuri mmirati lejn l-istralċ tal-attivitajiet kummerċjali xorta jistgħu jikkostitwixxu għajnuna (24). |
|
(77) |
Rigward l-impriżi li huma x-xerrejja tal-pakketti, il-Kummissjoni tosserva li, fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mil-Latvja, il-proċess tal-bejgħ twettaq b'mod miftuħ u nondiskriminatorju, bil-kundizzjonijiet tas-suq u bil-għan li jiġi massimizzat l-prezz għal pakketti speċifiċi. |
|
(78) |
Rigward it-trasferiment ta' HipoNIA taħt il-valur tas-suq, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni preliminari tad-deċiżjoni ta' ftuħ li x-xerrejja tagħha, l-LPA, ma tistax tiġi kkunsidrata l-benefiċjarju tal-għajnuna, minħabba li ma twettaqx attivitajiet ekonomiċi u hija biss aġenzija tal-Istat Latvjan (25). |
|
(79) |
Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tqis li ma ngħatat l-ebda għajnuna lill-impriżi li huma x-xerrejja tal-assi u tal-obbligazjonijiet kummerċjali tal-MLB. |
|
(80) |
Bħala konklużjoni, wara l-bejgħ tal-pakketti kollha li kienu jiffurmaw l-attivitajiet kummerċjali ta' qabel tal-MLB, li sa issa ġew konklużi, il-miżuri ta' għajnuna huma ta' benefiċċju biss għal dawk l-attivitajiet kummerċjali tal-MLB li komplew jitwettqu minn HipoNIA u Hipolizings wara l-bejgħ. |
|
(81) |
Kif intqal fil-premessa 73, Hipolizings bbenefikat (għalkemm sa ċertu punt biss) mill-għajnuna mogħtija lill-MLB. Kif imsemmi hawn fuq, l-arranġamenti kuntrattwali ma kellhomx għalfejn jiġu tterminati b'mod mhux mistenni u l-kumpanija ma kellhiex għalfejn tinbiegħ minn sid f'diffikultà, għax setgħu possibilment jwasslu għall-bejgħ bl-għaġla. In-natura limitata tal-vantaġġ jew il-fatt li ma jistax jiġi kwantifikat, bl-ebda mod ma jibdel il-valutazjoni tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward. |
|
(82) |
Peress li Hipolizings hija attiva fis-settur finanzjarju, kull vantaġġ mir-riżorsi tal-Istat li jkun ta' benefiċċju għall-attivitajiet tagħha jista' jaffettwa l-kummerċ fl-Unjoni u jfixkel il-kompetizzjoni. Għalhekk, il-miżuri li jkunu ta' benefiċċju għall-attivitajiet tagħha jridu jitqiesu li x'aktarx ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dan il-vantaġġ ingħata mir-riżorsi tal-Istat u huwa selettiv ġaladarba jibbenefika minnu grupp finanzjarju wieħed biss. |
|
(83) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-vantaġġ indirett mogħti lil Hipolizings mill-miżuri ta' għajnuna mogħtija lill-MLB jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(84) |
Rigward il-miżura ta' likwidità mogħtija lil HipoNIA, li qed tinżamm matul il-fażi ta' ristrutturar, għalkemm għal ammont ogħla, diġà ġie stabbilit fid-deċiżjoni ta' ftuħ li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni għalfejn għandha tibdel il-valutazzjoni preċedenti tagħha fid-dawl taż-żieda fl-ammont għall-appoġġ ta' likwidità. L-ammont mibdul fil-miżura ma jaffettwawx il-fatt li jikkwalifika bħala għajnuna. Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkonkludi li l-appoġġ ta' likwidità ta' LVL 71 miljun lil HipoNIA jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(85) |
Fir-rigward ta' miżuri oħra ta' għajnuna mogħtija lil kumpanija prinċipali ta' HipoNIA, l-MLB, il-vantaġġ li jirriżulta minnhom ma hux ta' benefiċċju għal HipoNIA. Il-miżuri l-oħra ta' għajnuna mogħtija lill-MLB kellhom l-għan u l-effett li jappoġġjaw l-attivitajiet tal-MLB għal perjodu ta' żmien itwal minn dak li kieku kien ikun possibbli f'każ ta' insolvenza u likwidazzjoni immedjati. Meta dawn ingħataw lill-MLB, HipoNIA kienet il-kumpanija għall-ġestjoni tal-assi indeboliti fi ħdan il-grupp tal-MLB. Jekk jittieħed bħala fatt li l-attivitajiet ta' HipoNIA kienu limitati għal-likwidazzjoni tal-assi mingħajr dewmien u mingħajr l-ebda avvanz lill-klijenti, kienu parti integrali mill-proċess ta' likwidazzjoni. Għalhekk, l-għajnuna indiretta minn miżuri oħra ta' għajnuna mogħtija lill-parti kummerċjali tal-MLB tista' tiġi eskluża fil-każ ta' HipoNIA. |
5.2. Il-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern
|
(86) |
Billi fit-Taqsima 5.1 instab li l-miżura ta' likwidità lil HipoNIA u l-vantaġġ indirett mogħti lil Hipolizings mill-miżuri ta' għajnuna mogħtija lill-MLB jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-kompatibilità tagħhom mas-suq intern għandha tiġi vvalutata. |
5.2.1. Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibilità
|
(87) |
Diġà ġie stabbilit fil-premessi minn 177 sa 180 tad-deċiżjoni ta' ftuħ li l-miżuri ta' għajnuna li jibbenefikaw minnhom l-attivitajiet kummerċjali tal-MLB għandhom jiġu vvalutati skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat u b'mod partikolari skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Ristrutturar. |
5.2.2. Il-kompatibilità tal-miżuri ta' għajnuna mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(88) |
Il-punt 17 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tikkonferma li bejgħ ta' (parti minn) istituzzjoni finanzjarja lil parti terza jista' jgħin biex din terġa' ssir vijabbli fuq terminu ta' żmien twil. |
|
(89) |
Hipolizings ġiet mibjugħa lil Swedbank Lizings, li hija l-akbar kumpanija tal-lokazzjoni fil-Latvja (is-sehem mis-suq huwa ta' 22 %). Hija integrata mill-qrib mal-operazzjonijiet bankarji ġenerali ta' Swedbank. Mill-31 ta' Mejju 2013, il-klassifikazzjoni minn Moody's ta' Swedbank telgħet għal A1. L-operazzjonijiet tal-grupp għandhom rekord adegwat ta' profitabbiltà (b'redditu fuq il-proporzjon tal-ekwità ta' 16,9 % fi tmiem is-sena 2012 u ta' 13,8 % fil-ewwel trimestru tal-2013 (26)) bi proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta' aktar minn 15 %. L-attivitajiet ta' Hipolizings jammontaw għal sehem żgħir ħafna mill-assi tal-grupp ta' Swedbank (bejn wieħed u ieħor 0,05 %). |
|
(90) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-attivitajiet ekonomiċi tal-MLB li tkomplew minn Hipolizings wara l-bejgħ tagħha lil Swedbank Lizings, kif inhija integrata mal-grupp Swedbank, huma vijabbli. |
|
(91) |
Il-Latvja kkonfermat li HipoNIA, li akkwistat portafolli ta' self mingħand l-MLB, ma tipprovdix finanzjament addizzjonali lill-ebda wieħed mill-klijenti tagħha. Barra minn hekk impenjat ruħha li tissottometti rapporti ta' monitoraġġ dwar l-istralċ tal-attivitajiet kummerċjali mhux mibjugħa kif ukoll valutazzjoni ex post tal-likwidazzjoni. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni tosserva b'mod pożittiv l-isforzi li saru mil-Latvja u mill-MLB biex ibigħu l-attivitajiet kummerċjali kollha li setgħu jinbiegħu, ħlief meta dan kien inqas vantaġġjuż ekonomikament milli jiġu ġestiti matul iż-żmien, kif evalwat minn konsulent estern ta' reputazzjoni tajba. |
|
(93) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dubji li tqajmu fid-deċiżjoni ta' ftuħ tneħħew, u r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar fir-rigward tal-istralċ ordnat tan-negozju huma ssodisfati f'dan il-każ. |
|
(94) |
Diġà ġie konkluż fid-deċiżjoni tal-ftuħ li x-xenarju bażilari li jinsab fl-istrateġija tal-bejgħ jiżgura l-limitazzjoni tal-għajnuna meħtieġa għal tneħħija gradwali tal-attivitajiet kummerċjali tal-MLB għall-minimu (27). It-twettiq effettiv ta' dan il-pjan ma jbiddilx din il-valutazzjoni. |
|
(95) |
Barra minn hekk, ġie konkluż ukoll fid-deċiżjoni ta' ftuħ li, permezz ta' dan il-bejgħ, l-attivitajiet kummerċjali tal-MLB jitwaqqfu, li jiżgura li l-bank jikkontribwixxi kemm jista' jkun għar-ristrutturar bir-riżorsi proprji tiegħu (28). |
|
(96) |
Kif diġà stabbilit fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-iżvestiment f'waqtu tas-sussidjarji tal-MLB separatament mill-bank kif ukoll id-diviżjoni tal-bank f'diversi pakketti qabel ma nbiegħu naqqsu t-tfixkil fil-kompetixjoni li l-għajnuna toħloq. Għalhekk, jitqiesu bħala fatturi pożittivi (29). |
|
(97) |
Peress li l-bejgħ ġie konkluż, id-dubji li tqajmu fid-deċiżjoni ta' ftuħ rigward ir-ritmu tal-bejgħ tneħħew. |
|
(98) |
Peress li l-Latvja kkonfermat li ebda avvanz mhuwa se jingħata fuq is-self eżistenti minn HipoNIA, id-dubji li tqajmu fid-deċiżjoni ta' ftuħ f'dan ir-rigward tneħħew. |
|
(99) |
Rigward Hipolizings, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod preliminari fid-deċiżjoni ta' ftuħ li l-miżuri sabiex jiġi limitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni kkawżat mill-għajnuna mogħtija lilha kienu adegwati. Billi l-Latvja kkonfermat li Hipolizings ma bbenefikat mill-ebda għajnuna diretta, dawn is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni issa jistgħu jiġu kkonfermati. Barra minn hekk, Hipolizings […]. […]. Effettivament, fid-dawl tal-preżenza limitata fis-suq ta' Hipolizings (b'sehem mis-suq ta' 5 %) u bl-għajnuna limitata mogħtija lilha, li hija biss indiretta, il-miżuri li jillimitaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni li jikkonsistu primarjament mill-bejgħ tagħha f'waqtu lill-MLB huma adegwati. |
5.2.3. Konklużjoni dwar il-kompatibiltà
|
(100) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonstata li l-pjan ta' trasformazzjoni tal-MLB u l-implimentazzjoni tiegħu sa issa fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali tal-MLB jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
6. KONKLUŻJONI
|
(101) |
Il-Kummissjoni tqis li l-appoġġ ta' likwidità ta' LVL 71 miljun li ngħataw f'Ġunju 2013 mil-Latvja lill-MLB (lill-persuna ġuridika ta' HipoNIA) u l-vantaġġ indirett mogħti lil Hipolizings mill-miżuri ta' ristrutturar mogħtija lill-MLB jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(102) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Latvja implimentat l-appoġġ ta' likwidità ta' LVL 11-il miljun mhux skont il-liġi, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-miżura flimkien mal-appoġġ ta' likwidità oriġinali ta' LVL 60 miljun lil HipoNIA huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. |
|
(103) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-vantaġġ mogħti lil Hipolizings permezz tal-miżuri ta' ristrutturar mogħtija lill-MLB, huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat li l-Latvja tat lill-MLB fil-forma ta' appoġġ ta' likwidità għal HipoNIA li jammonta għal LVL 71 miljun u l-vantaġġ indirett mogħti lil Hipolizings permezz tal-miżuri ta' ristrutturar mogħtija lill-MLB huma kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) ĠU C 130, 4.5.2012, p. 42.
(2) Bil-Latvjan, Latvijas Hipoteku un zemes bankas.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tal-għajnuna mill-Istat NN 60/09, ir-Rikapitalizzazzjoni tal-“Bank Ipotekarju u tal-Artijiet Latvjan” tad-19 ta' Novembru 2009 (ĠU C 323, 31.12.2009, p. 5).
(4) Għal aktar dettalji ara l-premessi 3-21 tad-deċiżjoni ta' ftuħ.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.30704 (12/C) (ex NN53/10) — Miżura ta' għajnuna addizzjonali lill-Bank Ipotekarju u tal-Artijiet Latvjan tas-26.1.2012 (ĠU C 130, 4.5.2012, p. 42).
(6) B'mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar ir-remunerazzjoni bl-istrumenti ta' għajnuna, il-waqfien tal-attivitajiet kummerċjali tal-MLB, il-ħolqien mill-ġdid tal-vijabbiltà fit-tul tal-attivitajiet ekonomiċi tal-grupp tal-MLB, l-istralċ ordnat tal-attivitajiet kummerċjali mhux mibjugħa u l-miżuri kompensatorji.
(7) ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.
(8) Għal aktar dettalji dwar l-MLB ara l-premessi 22-42 tad-deċiżjoni ta' ftuħ.
(9) Hipo Fondi hija kumpanija maniġerjali tal-assi awtonoma b'kontabilità u ġestjoni indipendenti. Parti mdaqqsa tal-kumpanija ([42-43] %) tappartjeni għal azzjonisti attivi.
(10) Dawn primarjament jikkonsistu f'self u fi proprjetà immobbli.
(11) Is-sussidjarji b'sehem ta' aktar minn 50 % biss qed jintwerew.
(12) Il-Pakkett 1 jikkonsisti minn self produttiv lil individwi u kumpanniji żgħar, mingħajr ma jkun hemm esponiment għal żviluppaturi tal-proprjetà immobbli u għall-kostruzzjoni, ta' bejn wieħed u ieħor LVL 94,6 miljun f'termini tal-valur kontabilistiku nett flimkien mad-depożiti kollha, għal terminu ta' żmien u fuq domanda tal-individwi u tal-kumpaniji żgħar, li jammontaw għal LVL 244 miljun.
(13) Il-Pakkett 2 jikkonsisti minn self produttiv lil kumpanniji kbar, mingħajr ma jkun hemm esponiment għal żviluppaturi tal-proprjetà immobbli u għall-kostruzzjoni, ta' bejn wieħed u ieħor LVL 27,4 miljun f'termini ta' valur kontabilistiku nett flimkien mad-depożiti kollha għal terminu ta' żmien u fuq domanda tal-kumpanniji kbar li jammontaw għal LVL 103 miljun.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali; l-ommissjonijiet huma indikati kif ġej […].
(14) Il-Pakkett 4 jikkonsisti f'ishma u self intragrupp ta' HipoNIA mill-MLB lil HipoNIA, li jammontaw għal LVL 41,3 miljun; kif iseħħ il-bejgħ, l-assi ta' HipoNIA jkunu jikkonsistu prinċipalment minn self improduttiv (“NPLs”).
(15) L-azzjonist minoritarju ta' Hipo Fondi li qed jakkwista l-kumpanija tal-isem mhuwiex relatat max-xerrej tal-assi li qabel kienu ġestiti minn Hipo Fondi.
(16) Skont l-sMoU, l-awtoritajiet Latvjani kellhom jippreżentaw pjan ta' azzjoni sat-30 ta' Ġunju 2013 rigward din il-fużjoni. Madankollu, il-progress kien bil-mod, speċjalment peress li l-Ministeri tal-Ekonomija u tal-Finanzi ma setgħux jaqblu dwar liema istituzzjoni għandha tkun responsabbli sabiex tissorvelja l-SDI.
(17) Ir-rikapitalizzazzjoni totali tal-2010 u tal-2012 rispettivament, tammonta għalhekk għal LVL 95,2 miljun (70,2 miljun u LVL 25 miljun).
(18) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta' miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(19) Hipolizings għandha sehem mis-suq ta' 5 % fis-suq ta' lokazzjoni u Hipo Fondi għandha sehem mis-suq ta' 4 % fis-suq tal-ġestjoni tal-pensjonijiet tat-tieni livell.
(20) Is-sottomissjonijiet ewlenin waslu fil-15 ta' April 2013 u fit-3 ta' Ġunju 2013.
(21) L-informazzjoni dwar il-parti tal-iżvilupp mhijiex riprodotta fid-dettall għaliex mhijiex is-suġġett ta' din id-Deċiżjoni.
(22) Ara l-premessa 153 tad-deċiżjoni ta' ftuħ.
(23) Ara l-premessa 60.
(24) Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2010 fil-każ N 560/09 Għajuna għal-likwidazzjoni tal-Bank Fionia (ĠU C 76, 10.3.2011, p. 3), tat-23 ta' April 2010 fil-każ N 194/09 Għajnuna għal-likwidazzjoni lil Bradford & Bingley (ĠU C 143, 2.6.2010, p. 22) u tal-5 ta' Novembru 2008 fil-każ NN 39/08 Għajnuna għal-likwidazzjoni lill-Bank Roskilde (ĠU C 12, 17.1.2009, p. 3).
(25) Ara l-premessa 158 tad-deċiżjoni ta' ftuħ.
(26) Sors: http://www.swedbank.com/idc/groups/public/@i/@sbg/@gs/@ir/documents/financial/cid_900555.pdf.
(27) Ara l-Premessa 210 tagħha.
(28) Ara l-Premessi 211-212 tagħha.
(29) Ara l-premessa 219 tad-deċiżjoni ta' ftuħ.