|
5.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 238/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-14 ta’ Diċembru 2004
li temenda d-Deċiżjoni 2002/610/KE dwar l-iskema ta’ għajnuna li Franza biħsiebha timplimenta bil-għan li jinfetħu linji ġodda tat-trasport marittimu għal distanzi qosra
(notifikata taħt id-dokument numru C(2004) 4519)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/714/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1. Sfond proċedurali
|
(1) |
Fit-30 ta’ Jannar 2002, il-Kummissjoni adottat, wara proċedura formali ta’ eżami, id-Deċiżjoni 2002/610/KE (1) li tapprova, taħt ċerti kundizzjonijiet imsemmija aktar ‘il quddiem, skema ta’ għajnuna għall-promozzjoni tal-ftuħ ta’ linji marittimi għal distanzi qosra, minn issa ‘l quddiem “id-Deċiżjoni finali”. Id-deċiżjoni finali tgħid, fis-26 premessa tagħha, li Franza taċċetta l-kundizzjonijiet ta’ natura proċedurali, li huma partikolarment restrittivi għall-proġetti ta’ għajnuna favur linja marittima intrakomunitarja bejn port Franċiż u port ta’ Stat Membru ieħor u mhux għal dawk li jinvolvu konnessjonijiet marittimi bejn żewġ portijiet Franċiżi. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Novembru 2004, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni temenda d-Deċiżjoni finali biex tqis id-dispożizzjonijiet il-ġodda, aktar favorevoli tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (2), minn issa ‘l quddiem “linji gwida Komunitarji”. |
1.2. Titlu tal-miżura
|
(3) |
Il-miżura msemmija fid-deċiżjoni finali ġġib it-titlu: régime d’aides en faveur du lancement de nouvelles lignes de transport maritime à courte distance [skemi ta’ għajnuna għat-tnedija ta’ servizzi ta’ tbaħħir għal distanzi qosra.] |
1.3. L-għanijiet tal-emendi
|
(4) |
L-għan prinċipali tal-emendi proposti huwa li jitqies il-qafas ġuridiku l-ġdid ippreżentat permezz tal-linji gwida Komunitarji l-ġodda f’dak li jirrigwarda l-għajnuniet għat-tnedija ta’ linji ta’ marittimi għal distanzi qosra u li l-kundizzjonijiet imposti bid-deċiżjoni finali jinġiebu kompatibbli ma’ dawn ir-regoli Komunitarji ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(5) |
Il-premessa 26 tad-deċiżjoni finali tindika li “biex jiġu ggarantiti t-trasparenza u l-ugwaljanza tat-trattament tal-operaturi fil-kuntest tal-proċedura tal-għażla tal-proġetti, l-awtoritajiet Franċiżi impenjaw irwieħhom biex jirrispettaw il-proċeduri li ġejjin:
|
|
(6) |
Il-proċeduri msemmja, partikolarment fil-punt b) ta’ dan l-inċiż jidhru, skond l-awtoritajiet Franċiżi, li jdumu biex jiddaħħlu fis-seħħ, u għalhekk jistgħux jippreġudikaw l-iżvilupp mingħajr intoppi ta’ proġetti bħal dawn. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-EMENDA
|
(7) |
L-awtoritajiet Franċiżi jixtiequ li d-deċiżjoni finali tiġi emendata biex tkun tista’ tirrifletti l-kapitolu 10 tal-linji gwida Komunitarji, dwar l-għajnuniet favur il-linji marittimi fuq distanzi qosra. |
3. VALUTAZZJONI TAL-EMENDI PROPOSTI
3.1. Dispożizzjonijiet tar-regoli Komunitarji ġodda
|
(8) |
L-ewwelnett il-Kummissjoni tinnota li l-linji gwida Komunitarji preċedenti (3), li kienu applikabbli qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali, ma jipprevedu l-ebda regola partikolari għall-għajnuniet favur it-tnedija ta’ linji marittimi fuq distanzi qosra. Għalhekk ma kienx illoġiku li l-Kummissjoni tiddefinixxi, fid-deċiżjoni finali, regoli ad hoc partikolari biex tapprova r-reġim franċiż speċifiku biex jgħin fit-tnedija tal-linji marittimi fuq distanzi qosra. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li sadanittat, adottat Linji gwida Komunitarji ġodda, u li dawn tal-aħħar issa jipprovdu qafas għall-għajnuniet mill-Istat għat-tnedija ta’ linji marittimi fuq distanzi qosra, b’mod simili għall-għanijiet imfittxija permezz tar-Regolament (KE) Nru 1382/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (“il-Programm Marco Polo”) (4), li wkoll ġie adottat wara d-deċiżjoni finali. |
|
(10) |
Il-linji gwida l-ġodda tal-Komunità, fil-Kapitolu 10 tagħhom, iqisu lill-għajnuniet individwali favuri linji fuq distanzi qosra bħala kompatibbli mas-suq Komuni jekk jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(11) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li l-linji gwida Komunitarji ġodda ma jagħmlu l-ebda distinzjoni fuq il-bażi ta’ jekk il-linja appoġġata tgħaqqadx il-portijiet ta’ żewġ Stati Membri differenti, inkella tal-istess Stat Membru. Il-Kummissjoni tistima li ma teżisti l-ebda raġuni oġġettiva biex tinżamm id-distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ sitwazzjoni, spejgata fis-26 premessa tad-Deċiżjoni finali. |
|
(12) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-linji gwida Komunitarji ma jopponux li Stat Membru jimplimenta skema li tipprovdi għajnuna għal servizzi ta’ tbaħħir għal distanzi qosra jekk l-għajnuniet individwali mogħtija fil-qafas ta’ ftehim jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq. |
3.2. Konsegwenzi tal-applikazzjoni tad-deċiżjoni finali mingħajr emenda
|
(13) |
L-għażla li ma tikkonsisti fl-ebda emenda tad-deċiżjoni finali twassal, minn naħa, biex Franza tkun tista’ timplimenta għajnuniet individwali għal-linji bejn portijiet Franċiżi, f’kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk previsti fil-linji gwida ġodda tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, biex Franza tkun penalizzata għall-istabbiliment ta’ proġetti ta’ linji bejn port Franċiż u port ta’ Stat Membru ieħor permezz tal-proċeduri formali msemmija fis-26 premessa tad-Deċiżjoni finali. Dawn il-proċeduri formali mhux biss m’għadx hemm lokhom fid-dawl tal-linji gwida Komunitarji l-ġodda, iżda saħansitra jqiegħdu lil Franza f’qagħda ta’ inugwaljanza fil-konfront ta’ Stati oħra li issa jixtiequ jallokaw, fuq il-bażi tal-linji gwida Komunitarji l-ġodda, skemi ta’ għajnuniet jew ta’ għajnuniet individwali ad hoc għal-linji fuq distanzi qosra mal-ġirien tagħhom. |
|
(14) |
Fil-fatt, skont l-Artikolu 88(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa kontinwament l-iskemi eżistenti. Għal dan l-għan, hija trid tivverifika li r-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat japplikaw b’mod uniformi għall-iskemi eżistenti kollha fl-Istati Membri. B’mod partikolari, hija tipproponilhom il-miżuri utli meħtieġa bl-iżvilupp progressiv jew it-tħaddim tas-suq intern sakemm jidħlu fis-seħħ regoli Komunitarji aktar restrittivi. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni ma jirnexxielhiex iżżomm, abbażi ta’ waħda mid-deċiżjonijiet finali kondizzjonali preċedenti, restrizzjonijiet fuq reġim ta’ Stat Membru jekk l-Istati Membri l-oħra li jimplimentaw skemi simili ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet simili. |
3.3. Il-vantaġġ tal-emenda
|
(15) |
L-għażla li tikkonsisti fl-emendar tad-Deċiżjoni finali tippermetti li tiġi antiċipata l-applikazzjoni tal-linji gwida ġodda tal-Komunità għall-iskema li teżisti fi Franza għat-tnedija ta’ servizzi ta’ tbaħħir għal distanzi qosra, qabel id-data ta’ limitu prevista mill-Kummissjoni fil-linji gwida ġodda tal-Komunità, jiġifieri t-30 ta’ Ġunju 2005, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu, permezz ta’ miżuri xierqa, iġibu l-iskemi kollha eżistenti tagħhom f’konformità mar-regoli l-ġodda tal-Komunità. |
4. KONKLUŻJONIJIET
|
(16) |
Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-Deċiżjoni 2002/610/KE għandha tiġi emendata. L-emenda proposta tippermetti lill-Franza ġġib f’konformità l-iskemi tagħha mad-dispożizzjonijeit previsti mil-linji gwida l-ġodda tal-Komunità f’dak li jirrigwarda l-linji marittimi bejn port Franċiż u port ta’ Stat Membru ieħor, u tippermetti wkoll li l-proġetti ta’ għajnuna lil linji marittimi bejn żewġ portijiet Franċiżi, jkunu jistgħu jiġu sottomessi għall-kundizzjonijiet previsti bil-linji l-gwida l-ġodda tal-Komunità. B’mod aktar ġenerali, din l-emenda se tfisser li Franza se tkun qed timplimenta l-iskema tagħha f’kundizzjonijiet identiċi għal dawk preżenti, f’konformità mal-linji gwida msemmija, fl-Istati Membri kollha l-oħra. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2002/610/KE, jiddaħħal it-tielet inċiż li ġej:
“Franza tesiġi li l-għajnuna individwali fil-qafas ta’ din l-iskema għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-Kapitolu 10 tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għanuniet mill-Istat għat-trasport bil-baħar (*1).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 196, 25.7.2002, p. 31.
(4) ĠU L 196, 2.8.2003, p. 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Marco Polo, li jippermetti lill-Kummissjoni li talloka kontribut finanzjarju mill-Komunità għal proġetti ta’ tnedija tal-linji marittimi fuq distanzi qosra biex parti mit-traffiku tal-merkanzija bit-triq jiġi ttrasferit għal-linji marittimi. B’mod partikolari, l-Artikolu 9 tar-Regolament jispeċifika li “L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-azzjonijiet ddefiniti bil-Programm m’għandhiex teskludi li dawk l-azzjonijiet jingħataw għajnuna statali [għajnuna mill-Istat] fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, sakemm għajnuna tali tkun kompatibbli ma’ l-arranġamenti dwar għajnuna statali preskritti fit-Trattat u fil-limiti stabbiliti għal kull tip ta’ azzjoni fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 7(3) rispettivament”
(5) Fil-każ ta’ finanzjament komunitarju jew ta’ eliġibbiltà għal skemi differenti ta’ għajnuna, il-limitu ta’ 30 % japplika għat-totali ikkombinat ta’ l-għajnuna u ta’ l-appoġġ finanzjarju. Ta’ min wieħed jinnota li l-intensità ta’ l-għajnuna hija l-istess għall-azzjonijiet ta’ trasferiment modali fil-qafas tal-programm Marco Polo: ara l-Artikolu 5(2) tar-Reoglament (KE) nru 1382/2003.