Brussell, 17.7.2020

COM(2020) 323 final

2020/0145(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ħlas transkonfinali Ö fl-Unjoni Õ (kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lissimplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet 1 li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw ittesti li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li ddispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3.Dan ġie kkonfermat mil-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) 2 , filwaqt li saħqu fuq l-importanza talkodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal kwistjoni partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li jista’ jintuża metodu ta’ ħdima aċċelerat għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4.L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tarRegolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/20019 3 . IrRegolament ilġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih 4 ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa milleżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5.Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, f’24 lingwa uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri l-qodma u dawk ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II tarRegolament ikkodifikat.

🡻 924/2009 (adattat)

2020/0145 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ħlas transkonfinali  fl-Unjoni  (kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 5 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 6 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

🡻 

(1)Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 ġie emendat kemm-il darba b'mod sostanzjali 8 . Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi kkodifikat.

🡻 924/2009 premessa 1 (adattat)

(2)Għall-funzjonament korrett tas-suq intern u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transkonfinali fi ħdan  l-Unjoni  huwa essenzjali li l-imposti fuq il-ħlasijiet transkonfinali f’euro jkunu l-istess bħal dawk fuq il-pagamenti korrispondenti fi ħdan Stat Membru.

🡻 924/2009 premessa 5 (adattat)

(3)Fir-rigward tal-istrumenti tal-ħlas li huma prinċipalment jew esklussivament stampati, bħaċ-ċekkijiet, ma jingħatax parir li jiġi applikat il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti billi min-natura tagħhom ma jistgħux jiġu pproċessati b’mod effiċjenti daqs ilpagamenti elettroniċi.

🡻 924/2009 premessa 6 (adattat)

(4)Il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti għandu jiġi applikat għal ħlasijiet li jinbdew jew li jintemmu b’mod stampat jew f’kontanti jekk ikunu pproċessati elettronikament bħala parti mill-katina tal-esekuzzjoni tal-ħlasijiet, għajr iċ-ċekkijiet, kif ukoll għallimposti kollha, kemm jekk relatati direttament jew indirettament ma’ tranżazzjoni ta’ ħlas, li jinkludu imposti marbuta ma’ kuntratt. Imposti indiretti jinkludu imposti għat-twaqqif ta’ ordni għal ħlas permanenti, jew drittijiet għall-użu ta’ karta ta’ ħlas, jew ta’ karta ta’ debitu jew kreditu, li għandhom ikunu l-istess għal tranżazzjonijiet ta’ ħlasijiet nazzjonali u transkonfinali  fl-Unjoni .

🡻 924/2009 premessa 7

(5)Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-swieq tal-ħlas, huwa xieraq li jiġi applikat ilprinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti. Għal dak il-għan għandu jiġi identifikat għal kull katergorija ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas transkonfinali, ħlas nazzjonali li għandu listess karatteristiċi ta’ ħlas transkonfinali jew karatteristiċi simili ħafna tiegħu. Ilkriterji li ġejjin jistgħu, pereżempju, jintużaw biex jiġi identifikat il-ħlas nazzjonali jkun ekwivalenti għal ħlas transkonfinali: il-mezz użat biex jinbeda, jiġi esegwit u jintemm il-ħlas, il-livell ta’ awtomazzjoni, kwalunkwe garanzija ta’ ħlas, l-istatus tal-klijent, irrelazzjoni mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas, jew l-istrument ta’ ħlas użat, kif definit filpunt (14) talArtikolu 4 tad- Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u talKunsill 9 . Dawk il-kriterji m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala eżawrjenti.

🡻 924/2009 premessa 8 (adattat)

(6)L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jidhrilhom li jkun neċessarju, joħorġu linji gwida biex jiġu identifikati il-ħlasijiet ekwivalenti. Il-Kummissjoni, assistita fejn xieraq, mill-Kumitat tal-Ħlasijiet,  stabbiliti skont l-Artikolu 85(1) tadDirettiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10   għandha tipprovdi gwida adattata u tassisti l-awtoritajiet kompetenti.

🡻 2019/518 premessa 4 (adattat)

(7)Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern u biex  jiġu evitati  linugwaljanzi bejn utenti tas-servizzi ta' pagament fiż-żona tal-euro u Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro fir-rigward ta' pagamenti transkonfinali bl-euro, jeħtieġ li jkun żgurat li l-imposti għall-pagamenti transkonfinali bl-euro fl-Unjoni jkunu allinjati malimposti għall-pagamenti nazzjonali ekwivalenti li jsiru bil-munita nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-utent tas-servizz ta' pagament. Fornitur ta' servizz ta' pagament jitqies li jinsab fl-Istat Membru fejn jipprovdi s-servizzi tiegħu lill-utent tas-servizz ta' pagament.

🡻 2019/518 premessa 5 (adattat)

(8)L-imposti għall-kambju tal-munita jirrappreżentaw spiża sinifikanti ta' pagamenti transkonfinali meta muniti differenti jkunu użati fl-Istat Membru tal-pagatur u fl-Istat Membru tal-benefiċjarju. L-Artikolu 45 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jeżiġi li limposti u r-rata tal-kambju użata jkunu trasparenti. l-Artikolu 52(3) ta' dik idDirettiva jispeċifika rekwiżiti ta' informazzjoni fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' pagamenti koperti minn kuntratt qafas u l-Artikolu 59(2) ta' dik id-Direttiva jkopri rrekwiżiti ta' informazzjoni għal partijiet li joffru servizzi ta' kambju tal-munita f'automated teller machine (ATM) jew fil-punt ta' bejgħ. Huwa meħtieġ li jiġu  stabbiliti  miżuri addizzjonali li jipproteġu lill-konsumaturi kontra tariffi eċċessivi għal servizzi ta' kambju tal-munita u li jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw linformazzjoni li jeħtieġu biex jagħmlu l-aħjar għażla ta' kambju tal-munita.

🡻 2019/518 premessa 6 (adattat)

(9) Dawk  il-miżuri jenħtieġ li jkunu xierqa, adegwati u kosteffettivi. Fl-istess ħin, f'sitwazzjonijiet fejn il-pagatur ikun ikkonfrontat b'għażliet ta' kambju tal-munita differenti f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ, l-informazzjoni pprovduta jenħtieġ li tippermetti li jsir paragun, biex il-pagatur ikun jista' jagħmel għażla infurmata.

🡻 2019/518 premessa 7 (adattat)

(10)Biex tinkiseb il-komparabbiltà, l-imposti fuq il-kambju tal-munita għall-pagamenti kollha permezz ta' kard jenħtieġ li jiġu espressi bl-istess mod, jiġifieri bħala marġni perċentwali fuq l-aktar rati ta' referenza riċenti tal-kambju tal-euro disponibbli maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Jista' jkun li marġni jkollha ssir fuq ilbażi ta’ rata derivata minn żewġ rati tal-BĊE fil-każ ta' kambju bejn żewġ muniti mhux tal-euro.

🡻 2019/518 premessa 8 (adattat)

(11)Skont ir-rekwiżiti ta' informazzjoni ġenerali dwar l-imposti tal-kambju stabbiliti fidDirettiva (UE) 2015/2366, il-fornituri tas-servizzi tal-kambju tal-munita jridu jiżvelaw informazzjoni dwar l-imposti tal-kambju tal-munita tagħhom qabel tinbeda ttranżazzjoni ta' pagament. Jenħtieġ li l-partijiet li joffru servizzi ta' kambju tal-munita f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ, jipprovdu informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar limposti tagħhom għal tali servizzi, pereżempju billi juru l-imposti tagħhom fuq ilbank jew b'mod diġitali fuq it-terminal, jew fuq l-iskrin fil-każ ta' xiri online. Minbarra linformazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, dawk ilpartijiet jenħtieġ li jipprovdu, qabel jinbeda l-pagament, informazzjoni espliċita dwar l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju fil-munita użata millbenefiċjarju u l-ammont totali li għandu jitħallas mill-pagatur fil-munita tal-kont tal-pagatur. Lammont li għandu jitħallas fil-munita użata mill-benefiċjarju jenħtieġ li jesprimi lprezz tal-prodotti  jew  tas-servizzi li se jinxtraw u jista' jintwera fiċcheck-out minflok fuq it-terminal tal-pagament. Il-munita użata mill-benefiċjarju b’mod ġenerali tkun il-munita lokali, iżda skont il-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, f'ċerti każijiet tista' tkun munita oħra tal-Unjoni. L-ammont totali li għandu jitħallas mill-pagatur fil-munita tal-kont tal-pagatur jenħtieġ li jikkonsisti fil-prezz tal-prodotti jew tas-servizzi u l-imposti attwali fuq il-kambju tal-munita. Barra minn hekk, iż-żewġ ammonti jenħtieġ li jkunu dokumentati fuq l-irċevuta jew fuq mezz ieħor li jibqa’ tajjeb fit-tul.

🡻 2019/518 premessa 9 (adattat)

(12)Fir-rigward tal-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, meta servizz ta' kambju tal-munita jkun offrut f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ, jenħtieġ li jkun possibbli li lpagatur jirrifjuta dak is-servizz u minflok iħallas fil-munita użata mill-benefiċjarju.

🡻 2019/518 premessa 10 (adattat)

(13)Sabiex il-pagaturi jkunu jistgħu jqabblu l-imposti tal-għażliet ta' kambju tal-munita f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur jinkludu informazzjoni kompletament komparabbli dwar l-imposti applikabbli għallkambju tal-munita fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas tagħhom, u jenħtieġ ukoll li jagħmlu dik l-informazzjoni pubblika fuq pjattaforma elettronika disponibbli b'mod wiesa' u faċilment aċċessibbli, b'mod partikolari fuq il-websites talklijenti tagħhom, fuq il-websites tagħhom dwar is-servizzi bankarji domestiċi u fuq lapplikazzjonijiet bankarji mobbli tagħhom, b'mod li jkun aċċessibbli u jinftiehem faċilment. Dan għandu jagħti lok għall-iżvilupp ta' websites tat-tqabbil biex ilkonsumaturi jsibuha aktar faċli li jqabblu l-prezzijiet meta jivvjaġġaw jew jagħmlu xiri barra minn pajjiżhom. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament ta' pagatur jenħtieġ li jfakkru lill-pagaturi dwar l-imposti tal-kambju tal-munita applikabbli meta jsir pagament permezz ta' kard f'munita oħra, billi jużaw kanali ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli b'mod wiesa' u faċilment aċċessibbli, bħal messaġġi SMS, posta elettronika jew notifiki awtomatiċi (push notifications) permezz tal-applikazzjoni bankarja mobbli tal-pagatur. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament jenħtieġ li jaqblu mal-utenti tas-servizzi ta' pagament dwar il-kanal ta' komunikazzjoni elettronika li permezz tiegħu huma jipprovdu l-informazzjoni dwar l-imposti fuq ilkambju tal-munita, filwaqt li jqisu l-aktar mezz effettiv biex jintlaħaq il-pagatur. Ilfornituri tas-servizzi ta' pagament jenħtieġ li jaċċettaw ukoll it-talbiet tal-utenti tasservizzi ta' pagament li jagħżlu li ma jirċevux messaġġi elettroniċi li jkun fihom informazzjoni dwar l-imposti fuq il-kambju tal-munita.

🡻 2019/518 premessa 11 (adattat)

(14)In-noti perjodiċi ta' tfakkir huma xierqa f'sitwazzjonijiet meta l-pagatur joqgħod barra mill-pajjiż għal perjodi itwal ta' żmien, pereżempju meta l-pagatur jiġi stazzjonat jew ikun qed jistudja barra mill-pajjiż, jew meta l-pagatur juża regolarment kard għal xiri online fil-munita lokali. L-obbligu li jiġu pprovduti tali noti għandu jiżgura li l-pagatur ikun infurmat meta jiġi biex jikkunsidra l-għażliet differenti ta' kambju tal-munita.

🡻 924/2009 premessa 9 (adattat)

(15)Huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet transkonfinali millfornituri tas-servizzi tal-ħlas. F’dak ir-rigward, l-istandardizzazzjoni għandha tkun imħeġġa fir-rigward, partikolarment, tal-użu  tal-identifikatur tan-numru talkont ta’ pagament  internazzjonali (IBAN) u tal-kodiċi tal-identifikazzjoni  tannegozju  (BIC). Huwa għalhekk xieraq li l-fornituri tas-servizz tal-ħlas jipprovdu lill-utenti tas-servizz l-IBAN u l-BIC tal-kont ikkonċernat.

🡻 924/2009 premessa 10 (adattat)

(16)Sabiex ikun żgurat li l-istatistika tal-bilanċ tal-ħlasijiet  fil-qafas taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro  tkun kontinwa, effiċjenti u tingħata fil-waqt, ta’ min jiżgura li d-data immedjatament disponibbli, bħall-IBAN, il-BIC u l-ammont tat-tranżazzjoni jew id-data dwar il-ħlasijiet aggregati għall-istrumenti differenti tal-ħlas tkun tista’ tibqa’ tinġabar, jekk il-proċess tal-ġbir ma jfixkilx l-ipproċessar tal-ħlasijiet awtomizzati u jista’ jiġi awtomizzat kompletament. Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-obbligi ta’ rappurtar għal finijiet oħrajn ta’ linja politika, bħall-prevenzjoni tal- ħasil tal-flus u tal-finanzjament ta’ terroristi, jew għal finijiet fiskali.

🡻 924/2009 premessa 14 (adattat)

(17)L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa biex b’mod effiċjenti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom ta’ monitoraġġ u biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jikkonformaw ma’ dan irRegolament.

🡻 924/2009 premessa 15 (adattat)

(18)Biex tiġi żgurata l-possibbiltà ta’ rimedju fil-każijiet ta’ applikazzjoni ħażina ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom  jipprovdu  proċeduri adegwati u effettivi biex isiru lmenti jew appelli u għas-soluzzjoni ta’ kwalunkwe tilwim bejn lutenti tas-servizzi tal-ħlas u l-fornituri tas-servizz tal-ħlas tagħhom. Huwa wkoll importanti li jinħatru awtoritajiet kompetenti u korpi li joffru rimedju bonarju.

🡻 924/2009 premessa 16 (adattat)

(19)Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta’ rimedju bonarju fi ħdan  l-Unjoni  jikkoperaw attivament sabiex it-tilwim transkonfinali li jirriżulta minn dan ir-Regolament jissolva fil-waqt u mingħajr diffikultajiet. Għandu jkun possibbli li koperazzjoni bħal din tieħu l-forma ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar il-liġi jew il-prattika legali fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom jew ta’ trasferiment jew ta’ teħid ta’ proċeduri ta’ lmenti jew ta’ rimedju fejn meħtieġ.

🡻 924/2009 premessa 17 (adattat)

(20)Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

🡻 924/2009 premessa 18 (adattat)

(21)L-estensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal muniti li mhumiex l-euro għandhu jkollha benefiċċji ċari, speċjalment fir-rigward tal-għadd ta’ ħlasijiet koperti. Għalhekk, jenħtieġ li  tiġi stabbilita  proċedura ta’ notifikazzjoni sabiex l-Istati Membri li ma għandhomx l-euro bħala l-munita tagħhom ikunu jistgħu jestendu lapplikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ħlasijiet transkonfinali li jitwettqu bilmunita nazzjonali tagħhom.

🡻 2019/518 premessa 12

(22)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni tar-regola rigward l-ugwalizzazzjoni tal-ispiża tal-pagamenti transkonfinali fl-euro mal-ispiża tat-tranżazzjonijiet nazzjonali f'muniti nazzjonali u dwar l-effettività tar-rekwiżiti ta' informazzjoni b'rabta mal-kambju tal-munita stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tanalizza possibilitajiet ulterjuri – u l-fattibbiltà teknika ta' dawk il-possibbiltajiet – li r-regola tal-imposti ugwali tiġi estiża għall-muniti kollha tal-Unjoni u li tkompli ttejjeb it-trasparenza u l-komparabbiltà tal-imposti tal-kambju tal-munita, kif ukoll il-possibbiltà li tiġi disattivata u attivata l-għażla li jiġi aċċettat kambju tal-munita permezz ta' partijiet li mhumiex il-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur.

🡻 924/2009 premessa 22 (adattat)

(23)Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti millIstati Membri  iżda  jistgħu  minflok , minħabba l-iskala u l-effetti talazzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell  tal-Union, l-Unjoni  tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat  dwar l-Unjoni Ewropea . Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

🡻 924/2009 (adattat)

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

🡻 2019/518 Art. 1.1(a)

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-pagamenti transkonfinali u dwar it‑trasparenza tal-imposti fuq il-kambju tal-munita fl-Unjoni.

🡻 924/2009

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ħlasijiet transkonfinali, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/2366, li huma denominati f’euro jew f’muniti nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jestendu l-applikazzjoni ta’ dan ir‑Regolament għall-munita nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 13.

🡻 2019/518 Art. 1.1(b)

Minkejja l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw għall-pagamenti nazzjonali u transkonfinali li jkunu denominati fl-euro jew f'munita nazzjonali ta' Stat Membru għajr l-euro u li jkunu jinvolvu servizz ta' kambju tal-munita.

🡻 924/2009 (adattat)

3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-ħlasijiet imwettqa mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas  f’isimhom stess  jew f’isem fornituri oħrajn ta’ servizzi tal-ħlas.

Artikolu 2

Definizzjonijet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)‘pagament transkonfinali’ tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija mill-pagatur jew minn benefiċjarju fejn il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas talpagatur u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti;

(2)“‘pagament nazzjonali’ tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija mill-pagatur, jew minn jew permezz ta’ benefiċjarju, fejn il-fornitur tasservizz tal-ħlas tal-pagatur u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-benefiċjarju jinsabu flistess Stat Membru;

(3)“‘pagatur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u tippermetti ordni ta’ ħlas minn dak il-kont tal-ħlas, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont tal-ħlas, persuna fiżika jew ġuridika li tordna l-ħlas;

(4)‘benefiċjarju’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur intenzjonat ta’ fondi li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas;

(5)‘fornitur tas-servizz tal-ħlas’ tfisser kwalunkwe kategoriji ta’ persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32 ta’ dik id-Direttiva, iżda teskludi dawk listituzzjonijiet elenkati fil-punti (4) u (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 li jibbenefikaw minn deroga ta’ Stat Membru eżerċitata skont l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(6)‘utent ta’ servizz ta’ pagament’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz ta’ pagament fil-kapaċità ta’ pagatur jew benefiċjarju, jew tat-tnejn;

(7)‘tranżazzjoni ta’ ħlas’ tfisser att, mibdi minn pagatur jew permezz ta’ benefiċjarju, ta’ tqegħid, trasferiment jew ġbid ta’ fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju;

(8)‘ordni tal-ħlas’ tfisser kwalunkwe istruzzjoni minn pagatur jew benefiċjarju lillfornitur tas-servizz tal-ħlas tiegħu, li titlob l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas;

🡻 2019/518 Art. 1.2 (adattat)

(9)‘imposta’ tfisser kwalunkwe ammont impost fuq utent ta' servizz ta' pagament minn fornitur ta' servizz ta' pagament li jkun marbut direttament jew indirettament ma' tranżazzjoni ta' pagament, kwalunkwe ammont impost fuq utent ta' servizzi ta' pagament minn fornitur ta' servizzi ta' pagament jew parti li tipprovdi servizzi ta' kambju tal-munita f'konformità mal-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għal servizz ta' kambju tal-munita, jew  taħlita tat-tnejn ;

🡻 260/2012 Art. 17.1

(10)‘fondi’ tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali u flus elettroniċi kif definiti flArtikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 ;

🡻 924/2009 (adattat)

(11)‘konsumatur’ tfisser persuna fiżika li taġixxi għal finijiet oħra li m’humiex ilkummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(12)‘mikro-intrapriża’ tfisser intrapriża, li fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizz ta’ pagament tkun intrapriża, kif definit fl-Artikoli 1 u l-Artikolu 2(1) u (3) talAnness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE 13 ;

(13)‘tariffa ta’ skambju’ tfisser tariffa mħallsa bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas talpagatur u tal-benefiċjarju għal kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett;

(14)‘debitu dirett’ tfisser servizz ta’ pagament biex jiġi ddebitat il-kont tal-ħlas talpagatur, fejn tranżazzjoni ta’ ħlas tkun mibdija minn benefiċjarju abbażi talkunsens mogħti mill-pagatur lill-benefiċjarju, lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas  talbenefiċjarju jew lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur stess ;

(15)‘skema ta’ debitu dirett’ tfisser ġabra ta’ regoli, prattika u standards komuni maqbula bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas biex ikunu esegwiti tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett.

Artikolu 3

Imposti għal tranżazzjonijiet ta’ ħlasijiet transkonfinali u ħlasijiet nazzjonali korrispondenti

🡻 2019/518 Art. 1.3(a)

1. L-imposti li fornitur ta' servizz ta' pagament jitlob minn utent ta' servizz ta' pagament fir-rigward ta' pagamenti transkonfinali fl-euro għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti mitluba minn dak il-fornitur tas-servizz ta' pagament għal pagamenti nazzjonali ekwivalenti tal-istess valur fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-utent tas-servizz ta' pagament.

🡻 2019/518 Art. 1.3(b)

2. L-imposti li fornitur ta' servizz ta' pagament jitlob minn utent tas-servizz ta' pagament fir‑rigward ta' pagamenti transkonfinali fil-munita nazzjonali ta' Stat Membru li jkun innotifika d-deċiżjoni tiegħu li jestendi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tiegħu skont l-Artikolu 13 għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti li dak il-fornitur ta' servizz ta' pagament jitlob mill-utenti tas-servizz ta' pagament għal pagamenti nazzjonali ekwivalenti tal-istess valur u fl-istess munita.

🡻 924/2009

3. Fejn issir il-valutazzjoni, bl-għan ta’ konformità mal-paragrafu 1, tal-livell tal-imposti għal ħlas transkonfinali, fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jidentifika l-ħlas nazzjonali ekwivalenti għalih.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu linji gwida biex jidentifikaw ħlasijiet nazzjonali ekwivalenti fejn iqisu li jkun meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkoperaw b’mod attiv fi ħdan il-Kumitat tal-Ħlasijiet stabbilit skont l-Artikolu 85(1) tad‑Direttiva 2007/64/KE biex jiżguraw il-konsistenza mal-linji gwida għall-ħlasijiet nazzjonali korrispondenti.

🡻 2019/518 Art. 1.3(d)

4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-imposti fuq il-kambju tal-munita.

🡻 2019/518 Art. 1.4

Artikolu 4

L-imposti fuq il-kambju tal-munita b'rabta mat-tranżazzjonijiet permezz ta' kard

1. Fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar l-imposti fuq il-kambju tal-munita u r-rata tal-kambju applikabbli, kif stabbilit fl-Artikoli 45(1), 52(3) u 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament, u l-partijiet li jipprovdu servizzi ta' kambju tal-munita f'automated teller machine (ATM) jew fil-punt ta' bejgħ, kif imsemmi fl‑Artikolu 59(2) ta' dik id-Direttiva, għandhom jesprimu l-imposti totali fuq il-kambju tal‑munita bħala marġni perċentwali fuq l-aktar rata ta' referenza riċenti tal-kambju tal-euro disponibbli maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Dak il-marġni għandu jiġi żvelat lill-pagatur qabel tinbeda t-tranżazzjoni ta' pagament.

2. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom ukoll jagħmlu l-marġni msemmi fil‑paragrafu 1 pubbliku b'mod komprensibbli u faċilment aċċessibbli fuq pjattaforma elettroniku disponibbli b'mod wiesa' u faċilment aċċessibbli.

3. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, parti li tipprovdi servizz ta' kambju tal‑munita fil-punt ta' bejgħ jew f'ATM għandha tipprovdi lill-pagatur l-informazzjoni li ġejja qabel tinbeda t-tranżazzjoni ta' pagament:

(a)l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju fil-munita użata mill-benefiċjarju;

(b)l-ammont li għandu jitħallas mill-pagatur fil-munita tal-kont tal-pagatur.

4. Parti li tipprovdi servizzi ta' kambju tal-munita f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ għandha turi b'mod ċar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ. Qabel l‑tinbeda t-tranżazzjoni ta' pagament, dik il-parti għandha tinforma wkoll lill-pagatur dwar il‑possibbiltà li jħallas fil-munita użata mill-benefiċjarju u li l-kambju tal-munita jsir sussegwentement mill-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha wkoll tkun disponibbli għall-pagatur fuq mezz li jservi fit-tul wara li tinbeda t-tranżazzjoni ta' pagament.

5. Il-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur għandu, għal kull kard ta' pagament maħruġa lill-pagatur mill-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur u li hija marbuta mal-istess kont, jibgħat lill-pagatur messaġġ elettroniku bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, mingħajr dewmien indebitu wara li l-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur jirċievi ordni ta' pagament għal irtirar ta' flus kontanti f'ATM jew pagament fil-punt ta' bejgħ li jkun denominat fi kwalunkwe munita tal-Unjoni li tkun differenti mill-munita tal-kont tal-pagatur.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, tali messaġġ għandu jintbagħat darba f'kull xahar li fih il‑fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur jirċievi mingħand il-pagatur ordni ta' ħlas denominata fl-istess munita.

6. Il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jaqbel mal-utent tas-servizz ta' pagament dwar il-kanal jew kanali ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli b'mod wiesa' u faċilment aċċessibbli li permezz tagħhom il-fornitur tas-servizz ta' pagament se jibgħat il-messaġġ imsemmi fil-paragrafu 5.

Il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu joffri lill-utenti tas-servizz ta' pagament il‑possibbiltà li jagħżlu li ma jirċevux il-messaġġi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 5.

Il-fornitur tas-servizz ta' pagament u l-utent tas-servizz ta' pagament jistgħu jaqblu li l‑paragrafu 5 u dan il-paragrafu ma japplikawx kompletament jew parzjalment meta l-utent tas-servizz ta' pagament ma jkunx konsumatur.

7. L-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun ipprovduta mingħajr ħlas u b'mod newtrali u komprensibbli.

🡻 2019/518 Art. 1.5

Artikolu 5

Imposti fuq il-kambju tal-munita relatati mat-trasferimenti tal-kreditu

1. Meta servizz tal-kambju tal-munita jkun offrut mill-fornitur tas-servizz ta' pagament tal‑pagatur b'rabta ma' trasferiment tal-kreditu, kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4 tad‑Direttiva (UE) 2015/2366, li jkun inbeda online direttament, bl-użu tal-website jew l‑applikazzjoni bankarja mobbli tal-fornitur tas-servizz ta' pagament, il-fornitur tas-servizz ta' pagament, fir-rigward tal-Artikoli 45(1) u 52(3) ta' dik id-Direttiva, għandu jinforma lill‑pagatur qabel tinbeda t-tranżazzjoni ta' pagament, b'mod ċar, newtrali u komprensibbli, dwar l-imposti stmati għas-servizzi ta' kambju tal-munita applikabbli għat-trasferiment tal-kreditu.

2. Qabel tinbeda tranżazzjoni ta' pagament, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jikkomunika lill-pagatur, b'mod ċar, newtrali u komprensibbli, l-ammont totali stmat tat‑trasferiment tal-kreditu fil-munita tal-kont tal-pagatur, bl-inklużjoni ta' kwalunkwe tariffa ta' tranżazzjoni u kwalunkwe imposta fuq il-kambju tal-munita. Il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jikkomunika wkoll l-ammont stmat li għandu jiġi ttrasferit lill-benefiċjarju fil-munita tal-kont tal-benefiċjarju.

🡻 924/2009 (adattat)

Artikolu 6

Miżuri għall-faċilitazzjoni tal-awtomazzjoni tal-ħlasijiet

1. Fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu, fejn applikabbli, jikkomunika lill-utent tas-servizz tal‑ħlas  l-identifikatur tan-numru tal-kont ta’ pagament internazzjonali  (IBAN) tal‑utent tas-servizz tal-ħlas u  l-kodiċi tal-identifikazzjoni tan-negozju  (BIC) tal‑fornitur tas-servizz tal-ħlas.

Barra minn dan, fejn applikabbli, fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jindika l-IBAN tal-utent tas-servizz tal-ħlas u l-BIC tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas fuq id-dikjarazzjonijiet tal-kont, jew f’anness mehmuż magħhom.

Il-fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jipprovdi lill-utent tas-servizz tal-ħlas, l-informazzjoni mitluba skont dan il-paragrafu, mingħajr ħlas.

🡻 260/2012 Art. 17.3(b) (adattat)

2 Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ jimponi imposti addizzjonali ma’ dawk diġà applikati skont l-Artikolu 3(1) fuq l-utent tas-servizz ta’ pagament meta dak l-utent jinforma lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex jesegwixxi pagament transkonfinali mingħajr ma jikkomunika l-IBAN u, meta jkun xieraq u skont ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 , il-BIC relatat mal-kont ta’ pagament fl-Istat Membru l-ieħor. Dawk l-imposti għandhom ikunu adatti u konformi mal-ispejjeż. Huma għandhom jiġu miftiehma bejn il-fornitur tas-servizz ta’ pagament u l-utent tas-servizz ta’ pagament. Il‑fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jinforma lill-utent tas-servizz ta’ pagament dwar l‑ammont tal-imposti addizzjonali fi żmien biżżejjed minn qabel ma l-utent tas-servizz ta’ pagament jintrabat bi ftehim bħal dan.

🡻 924/2009 (adattat)

3 Fejn xieraq fir-rigward tan-natura tat-tranżazzjoni tal-ħlas konċernat, għall-fatturat kollu tal‑merkanzija u tas-servizzi  fl-Unjoni , fornitur li jaċċetta ħlasijiet għal prodotti u servizzi koperti b’dan ir-Regolament għandu jikkomunika l-IBAN tiegħu u l-BIC tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas tiegħu lill-klijenti tiegħu.

Artikolu 7

Obbligi ta’ rappurtar tal-bilanċ tal-ħlasijiet

🡻 260/2012 Art. 17.4 (adattat)

1. L-Istati Membri  m’għandhomx jimponu,  fuq il-fornituri tas-servizz ta’ pagament, obbligi ta’ rappurtar nazzjonali msejsa fuq is-saldu, għall-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-klijenti tagħhom.

🡻 924/2009 (adattat)

2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiġbru d-data aggregata jew informazzjoni oħra relevanti li tkun diġà disponibbli, sakemm dak il-ġbir ma jħallix impatt fuq l-ipproċċessar awtomatizzat tal-ħlasijiet mill-fornituri tas-servizz tal-ħlas u jista’ jiġi totalment awtomatizzat mill-fornituri tas-servizz tal-ħlas.

Artikolu 8

Awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bdil li jikkonċerna l-awtoritajiet  kompetenti notifikati skont it-tieni paragrafu tal‑Artikolu 9 tar-Regolament (KE) 924/2009 .

L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament b’mod effettiv u biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità.

Artikolu 9

Proċeduri għall-ilmenti għal ksur allegat ta’ dan ir-Regolament

1. L-Istati Membri għandhom  jipprovdu  proċeduri li jippermettu lill-utenti ta’ servizz tal-ħlas u lil partijiet oħra interessati li jressqu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ allegat ksur ta’ dan ir-Regolament minn fornituri ta’ servizz tal-ħlas.

2. Fejn xieraq u mingħajr preġudizzju għad-dritt li jinfetħu proċedimenti fil-qorti skont il-liġi proċedurali nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-parti li tkun ressqet l-ilment bl-eżistenza tal-proċeduri għall-ilmenti u għar-rimedju bonarju provduti skont l‑Artikolu 10.

Artikolu 10

Proċeduri għal ilmenti u rimedji bonarji

1. L-Istati Membri għandhom  jipprovdu  proċeduri xierqa u effettivi għal ilmenti u rimedji bonarji għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament bejn l-utenti tas-servizz tal-ħlas u l-fornituri tas-servizz tal-ħlas tagħhom. Għal dawk l-għanijiet l-Istati Membri għandhom jinnominaw il-korpi  kompetenti .

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bdil li jikkonċerna l-korpi  notifikati skont l-Artikolu 11(2) tar‑Regolament (KE) No 924/2009 .

3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dan l-Artikolu japplika biss għall-utenti tas-servizz tal‑ħlas li jkunu konsumaturi jew mikrointrapriżi. F’  dak  il-każ, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif meħtieġ.

Artikolu 11

Koperazzjoni transkonfinali

L-awtoritajiet kompetenti u l-korpi responsabbli  għall-  proċeduri ta’ rimedju bonarju tal-Istati Membri differenti, imsemmija fl-Artikoli 8 u 10, għandhom jikkooperaw b’mod attiv u immedjatment sabiex isolvu t-tilwim transkonfinali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm koperazzjoni.

Artikolu 12

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu,  r-  regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati.  Il-penali previsti  għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom  , mingħajr dewmien,  jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bi kwalunkwe emenda li taffettwa  r-regoli u l-miżuri notifikati skont l-Artikolu 13 tar‑Regolament (KE) Nru 924/2009 .

Artikolu 13

Applikazzjoni għall-muniti l-oħrajn li mhumiex l-euro

Stat Membru li ma għandux l-euro bħala l-munita tiegħu u li jiddeċiedi li jestendi l‑applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tiegħu għandu jinnotifika lill‑Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu kif meħtieġ. Dik in-notifikazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni estiża ta’ dan ir-Regolament għandha tidħol fis-seħħ 14-il jum wara dik il-pubblikazzjoni.

🡻 2019/518 Art. 1.6 (adattat)

Artikolu 14

Rieżami

1. Sad-19 ta' April 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l‑implimentazzjoni u l-impatt ta' dan ir-Regolament, li għandu jinkludi, b'mod partikolari:

(a)evalwazzjoni tal-mod kif il-fornituri tas-servizzi ta' pagament japplikaw l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;

(b)evalwazzjoni tal-iżvilupp tal-volumi u l-imposti għall-pagamenti nazzjonali u transkonfinali fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri u fl-euro sa  mid-data tal-  adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/518 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15   , jiġifieri mid-19 ta’ Marzu 2019 ;

(c)evalwazzjoni tal-impatt tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament dwar l-iżvilupp talimposti fuq il-kambju tal-munita u imposti oħra relatati ma' servizzi ta' pagament, kemm għal min iħallas kif ukoll għall-benefiċjarji;

(d)evalwazzjoni tal-istima tal-impatt tal-emendar tal-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament biex jiġu koperti l-muniti kollha tal-Istati Membri;

(e)evalwazzjoni ta' kif il-fornituri tas-servizzi ta' kambju tal-munita japplikaw irrekwiżiti ta' informazzjoni stipulati fl-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament u lleġislazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikoli 45(1), 52(3) u 59(2) tadDirettiva (UE) 2015/2366, u jekk dawk ir-regoli tejbux it-trasparenza tal-imposti fuq ilkambju;

(f)evalwazzjoni ta' jekk il-fornituri tas-servizzi ta' kambju tal-munita ħabbtux wiċċhom ma' diffikultajiet, u sa liema punt, b'rabta mal-applikazzjoni fil-prattika tal-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament u l-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikoli 45(1), 52(3) u 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(g)analiżi kost-benefiċċji tal-kanali u t-teknoloġiji ta' komunikazzjoni li jintużaw millfornituri tas-servizzi ta' kambju tal-munita jew li huma disponibbli għalihom u li jistgħu jkomplu jtejbu t-trasparenza tal-imposti fuq il-kambju tal-munita, inkluża evalwazzjoni ta' jekk hemmx ċerti kanali li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom ikunu meħtieġa joffru biex tintbagħat l-informazzjoni msemmija flArtikolu 4; dik l-analiżi għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-fattibbiltà teknika li l-informazzjoni  msemmija  fl-Artikolu 4(1) u (3) ta' dan ir-Regolament tiġi żvelata simultanjament, qabel tinbeda kull tranżazzjoni, fir-rigward tal-possibbiltajiet kollha ta' kambju tal-munita disponibbli fil-punt ta' bejgħ jew f'ATM;

(h)analiżi kost-benefiċċji tal-introduzzjoni tal-possibbiltà għall-pagaturi li jimblukkaw lgħażla tal-kambju tal-munita offruta minn parti għajr il-fornitur tas-servizz talpagament tal-pagatur f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ u li jbiddlu l-preferenzi tagħhom f'dak ir-rigward;

(i)analiżi kost-benefiċċji tal-introduzzjoni ta' rekwiżit għall-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur, li japplika, meta jipprovdi servizzi ta' kambju tal-munita b'rabta ma' tranżazzjoni ta' pagament individwali, ir-rata tal-kambju tal-munita li tkun applikabbli fil-mument li tinbeda t-tranżazzjoni meta jsir l-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjoni.

2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri mill-inqas il-perjodu mill‑15 ta' Diċembru 2019 sad-19 ta' Ottubru 2021. Huwa għandu jqis l-ispeċifiċitajiet tat‑tranżazzjonijiet ta' pagament varji, filwaqt li jagħmel distinzjoni b'mod partikolari bejn it‑tranżazzjonijiet mibdija fil-punt ta' bejgħ u f'ATM.

Meta tkun qed tħejji r-rapport tagħha, il-Kummissjoni tista' tuża d-data miġbura mill-Istati Membri fir-rigward tal-paragrafu 1.

🡻 924/2009 (adattat)

Artikolu 15

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru  924/2009  hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament mħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir‑Regolament  u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II .

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ  fl-20 ta’ April 2021 .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    COM(87) 868 PV.
(2)    Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet.
(3)    Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għal 2020.
(4)    Ara l-Anness I ta’ din il-proposta.
(5)    ĠU C […], […], p. […].
(6)    ĠU C […], […], p. […].
(7)    Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/20019 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).
(8)    Ara l-Anness I.
(9)    Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil 25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r‑Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 377, 23.12.2015, p. 35).
(10)    Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(11)    Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall‑attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(12)    Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l‑eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d‑Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(13)    Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(14)    Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).
(15)    Regolament (UE) 2019/518 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l‑imposti fuq il-kambju tal-munita (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 36).

Brussell, 17.7.2020

COM(2020) 323 final

ANNESSI

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni (kodifikazzjoni)




(Test b’relevanza għaż-ŻEE)










🡹

ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament (KE) Nru 924/2009
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11)

Regolament (UE) Nru 260/2012
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22)

Regolament (UE) Nru 2019/518
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 91, 29.3.2019, p. 30)

___________________

ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 924/2009

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1), (2) u (3)

Artikolu 1(1), (2) u (3)

Artikolu 1(4)

-

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1a)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3a

Artikolu 4

Artikolu 3b

Artikolu 5

Artikolu 4(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 4(3)

Artikolu 6(2)

Artikolu 4(4)

Artikolu 6(3)

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

-

Artikolu 7

-

Artikolu 9, l-ewwel paragrafu

Artikolu 8, l-ewwel paragrafu

Artikolu 9, it-tieni paragrafu

Artikolu 8, it-tieni paragrafu

Artikolu 9, it-tielet paragrafu

Artikolu 9, ir-raba paragrafu

Artikolu 8, it-tielet paragrafu

Artikolu 10(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 9(1)

Artikolu 10(1), it-tieni paragrafu

-

Artikolu 10(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14(1)

Artikolu 13

Artikolu 14(2)

-

Artikolu 14(3)

-

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 16

-

Anness I

-

Anness II

___________________