4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/117


DEĊIŻJONI (UE) 2022/368 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta’ Frar 2022

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 dwar il-proċedura biex jiġu esklużi membri tal-persunal mis-suppożizzjoni li kellhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni tal-kreditu taħt superviżjoni (BĊE/2022/6)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(6) u l-Artikolu 132 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 (2) stabbilixxa kriterji kwalitattivi u kwantitattivi biex jidentifika kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni. Stabbilixxa ukoll proċedura li permezz tagħha istituzzjoni tista’ tiddetermina li għalkemm membru tal-persunal jissodisfa l-kriterji kwantitattivi, l-attivitajiet professjonali tagħhom ma jitqisux li għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, u abbażi ta’ tali determinazzjoni tista’ tinnotifika, jew titlob awtorizzazzjoni minn, l-awtorità kompetenti li teskludi lill-membru tal-persunal rilevanti mill-preżunzjoni li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Il-BĊE, responsabbli biex jiżgura li l-entitajiet taħt is-superviżjoni diretta tiegħu japplikaw ir-regoli dwar l-identifikazzjoni tal-persunal b’mod koerenti li jissalvagwardja s-sodezza ta’ kwalunkwe tali identifikazzjoni, adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/38) (3) sabiex jipprovdi ċarezza dwar il-proċedura għall-esklużjoni tal-membri tal-persunal kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014.

(2)

Wara emendi għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 604/2014 tħassar għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ġie sostitwit nhar l-14 ta’ Ġunju 2021 bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2021/923 (5), li jirrifletti abbozzi ġodda ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiddefinixxi l-kunċetti ta’ responsabbiltà maniġerjali, funzjonijiet ta’ kontroll, unitajiet operatorji materjali u impatt sinifikanti fuq il-profile tar-riskju ta’ unità operatorja materjali, u biex jidentifika l-membri tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE. Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/923 jelimina wkoll il-proċedura ta’ notifika u jistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923.

(3)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ppreżentaw notifiki u applikazzjonijiet skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014 jew talbiet għal approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament Delegat (UE) 2021/923 qabel ma din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 (BĊE/2015/38) tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 (BĊE/2015/38) hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali għat-talba għall-approvazzjoni minn qabel li l-istituzzjonijiet ta' kreditu taħt superviżjoni għandhom jissottomettu lill-BĊE sabiex jeskludu membri tal-persunal jew kategoriji tal-persunal mis-suppożizzjoni li huma persunal identifikat fuq il-bażi tal-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/923 (*1).

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/923 tal-25 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti r-responsabbiltà maniġerjali, il-funzjonijiet ta’ kontroll, unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti, u li jistabbilixxu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew tal-kategoriji ta’ persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 203, 9.6.2021, p. 1).’;"

2.

fl-Artikolu 2, il-punt (3) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(3)

‘persunal identifikat’ tfisser: (a) il-membri tal-persunal kollha u l-kategoriji tal-persunal ta’ istituzzjoni tal-kreditu taħt superviżjoni li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ kreditu u li huma speċifikati fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE; u (b) il-membri l-oħra kollha tal-persunal u l-kategoriji tal-persunal li mhumiex speċifikati espressament fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE u li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu taħt superviżjoni li huwa b’mod paragunabbli materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal identifikati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923.”;

3.

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   Talba għal approvazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal tmiem is-sena finanzjarja preċedenti u għas-sena finanzjarja attwali:”;

(b)

il-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1 huma mibdula b'dan li ġej:

“(e)

in-numru ta' persunal identifikat fuq il-bażi tal-kriterji kwalitattivi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE u fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923;”;

“(f)

in-numru ta' persunal identifikat ibbażat esklużivament fuq il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 92(3)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE u fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923, flimkien ma' indikazzjoni tal-kategorija li għaliha jappartjeni kull membru tal-persunal identifikat mill-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 92(3)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE jew fl-Artikolu 6(1)(a) jew (b) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923;”;

(c)

fil-paragrafu 2, il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Talba għal approvazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull membru tal-persunal li għalih tintalab l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923:”;

(d)

il-punt (d) tal-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

“(d)

l-ammont totali ta' remunerazzjoni f'euro u l-proporzjon ta' remunerazzjoni varjabbli sa fissa mogħti lill-membru tal-persunal fis-sena ta’ referenza;”;

(e)

il-punt (f) tal-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(f)

il-kriterji kwantitattivi li fuq il-bażi tagħhom il-membru tal-persunal kien evalwat bħala persunal identifikat (Artikolu 6(1)(a) jew (b) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923);”;

(f)

il-punt (g) tal-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(g)

il-kriterji li abbażi tagħhom tintalab l-approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 fir-rigward tal-membru tal-persunal (l-Artikolu 6(2)(a) jew (b) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923).”;

(g)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Talba għal approvazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 għandha tinkludi r-rapport annwali ta’ valutazzjoni tal-awditjar intern jew estern dwar il-proċess tal-identifikazzjoni tal-persunal identifikat u r-riżultati tiegħu, fir-rigward ta’ kull membru tal-persunal li għalih tintalab approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923.”;

4.

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija ssostitwita b'dan li ġej:

Dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi ssostanzjat li l-membru tal-persunal jew il-kategorija tal-persunal iwettaq biss attivitajiet professjonali fi u għandu biss awtoritajiet f’unità operatorja li mhijiex unità operatorja materjali ”;

(b)

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   Meta tintalab approvazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923, l-istituzzjonijiet ta' kreditu taħt superviżjoni għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dokumentazzjoni li ġejja sabiex jissostanzjaw li membru tal-persunal, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, iwettaq biss attivitajiet professjonali u għandu awtoritajiet f'unità operatorja li ma tkunx unità operatorja materjali kif imsemmi fl-Artikolu 6(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923:”;

(c)

fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-punt (da) li ġej:

“(da)

dikjarazzjoni li tiġġustifika għaliex l-unità operatorja ma titqiesx b’xi mod ieħor li għandha impatt materjali fuq il-kapital intern tal-istituzzjoni ta’ kreditu taħt superviżjoni;”;

(d)

il-punt (e) tal-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(e)

dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni tat lill-membru tal-persunal, jew kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, remunerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 għalkemm il-membru tal-persunal, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, iwettaq attivitajiet professjonali f'unità operatorja mhux materjali;”;

(e)

il-punt (f) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

dikjarazzjoni mmotivata li tispjega għaliex il-membru tal-persunal, jew il-kategorija tal-persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, ma jissodisfawx il-kriterji kwalitattivi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE u fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923;”;

(f)

fil-paragrafu 1 qed jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

dikjarazzjoni dettaljata u komprensiva li tispjega għaliex l-unità operatorja mhijiex linja tan-negozju ewlenija kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) jew kif definit fi kwalunkwe att delegat li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta skont l-Artikolu 2(2) ta’ dik id-Direttiva.

(*2)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).”;"

5.

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi ssostanzjat li l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal jew il-kategorija tal-persunal ma għandhom l-ebda impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta’ unità operatorja materjali ”;

(b)

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   Meta jitolbu approvazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt superviżjoni għandhom jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja lill-BĊE sabiex jissostanzjaw li l-attivitajiet professjonali ta’ membru tal-persunal, jew il-kategorija ta’ persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, ma għandhom l-ebda impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta’ unità operatorja materjali, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923:”;

(c)

il-punt (c) tal-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 li ntużaw sabiex jiġi evalwat li l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal rilevanti, jew il-kategorija tal-persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, m'għandhom ebda impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta' unità operatorja materjali, waqt li jiġi speċifikat kif dawk il-kriterji ġew applikati u kif l-indikaturi rilevanti kollha tar-riskju u tal-prestazzjoni użati għall-finijiet tal-kejl tar-riskju intern ittieħdu inkunsiderazzjoni;”;

(d)

il-punt (d) tal-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“(d)

dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni tat lill-membru tal-persunal, jew kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, remunerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 għalkemm il-membru tal-persunal m'għandu ebda impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta' unità operatorja materjali;”;

(e)

il-punt (e) tal-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(e)

dikjarazzjoni mmotivata li tispjega għaliex il-membru tal-persunal rilevanti, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, ma jissodisfawx il-kriterji kwalitattivi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE u fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923.”;

6.

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   Meta jitolbu approvazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 fir-rigward ta’ membru tal-persunal li kien ingħata remunerazzjoni totali ta' EUR 1 000 000 jew aktar fi jew għas-sena finanzjarja preċedenti, l-istituzzjonijiet ta' kreditu taħt superviżjoni għandhom jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja lill-BĊE sabiex jissostanzjaw iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923:”;

(b)

il-punt (b) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

deskrizzjoni dettaljata ta' kwalunkwe ċirkustanza eċċezzjonali marbuta mal-membru tal-persunal rilevanti li tispjega għaliex l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni tat lill-membru tal-persunal remunerazzjoni ta' EUR 1 000 000 jew aktar, minkejja li jkun irrapportat li l-membru tal-persunal m'għandux impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni.”;

7.

L-Artikolu 7 huwa mħassar;

8.

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Perijodu għas-sottomissjoni ta' talba għal approvazzjoni minn qabel

Talbiet għal approvazzjoni minn qabel kif imsemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 għandhom jiġu ppreżentati mingħajr dewmien, u sa mhux aktar tard minn 6 xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja preċedenti.”;

9.

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   Abbażi tal-informazzjoni li tinsab f’talba għal approvazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923, il-BĊE għandu jivvaluta:”;

(b)

il-punt (b) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

il-bażi li fuqha l-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni tkun iddeterminat li l-membru tal-persunal ikkonċernat, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923;”;

(c)

il-punti (i) u (ii) tal-paragrafu 1(c) huma ssostitwiti b'dawn li ġejjin:

“(i)

jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu taħt superviżjoni tkunx qieset kif xieraq il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 jew stabbilita fl-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923, kif applikabbli; u

(ii)

jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu taħt superviżjoni tkunx uriet li l-membru tal-persunal ikkonċernat, jew il-kategorija tal-persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, li għalih tiġi ppreżentata t-talba għal approvazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923, ma jkollux impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ kreditu taħt superviżjoni b’mod komparabbli bħala materjali bħal dak ta’ dawk il-kategoriji tal-persunal speċifikati fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;”;

(d)

il-punt (d) tal-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)

fir-rigward tat-talbiet għal approvazzjoni minn qabel għal membri tal-persunal mogħtija remunerazzjoni totali ta’ EUR 1 000 000 jew aktar, jekk japplikawx ċirkostanzi eċċezzjonali. F’dawk il-kaijiet, il-BĊE għandu jinforma lill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni inizjali qabel ma tittieħed xi deċiżjoni.”;

(e)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-BĊE għandu joħroġ deċiżjoni fi żmien 3 xhur minn meta jirċievi d-dokumentazzjoni kompleta.”;

(f)

il-paragrafu 3 huwa mħassar;

10.

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Approvazzjoni minn qabel mogħtija mill-BĊE skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923, għandha tkun limitata għall-prestazzjoni tal-membru tal-persunal matul is-sena finanzjarja wara s-sena meta d-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE li jkun fiha l-approvazzjoni ġiet innotifikata lill-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni.”.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   In-notifiki ppreżentati skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014 u l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni minn qabel ippreżentati skont l-Artikolu 4(5) ta’ dak ir-Regolament Delegat ippreżentati qabel l-14 ta’ Ġunju 2021 għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 (BĊE/2015/38) kif japplikaw qabel id-data li fiha din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

2.   Talbiet għall-approvazzjoni minn qabel ippreżentati skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 ippreżentati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 (BĊE/2015/38) kif japplikaw qabel id-data li fiha din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Frar 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)   ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 30).

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Novembru 2015 dwar il-proċedura li teskludi membri tal-persunal mill-preżunzjoni li għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu taħt superviżjoni (BĊE/2015/38) (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 66).

(4)  Id-Direttiva 2013/36/UE ta;-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal- istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(5)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2021/923 tal-25 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti r-responsabbiltà maniġerjali, il-funzjonijiet ta’ kontroll, unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti, u li jistabbilixxu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew tal-kategoriji ta’ persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 203, 9.6.2021,p. 1).