ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 326

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
11 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2303 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-definizzjonijiet u jikkoordinaw is-superviżjoni supplimentari ta' konċentrazzjoni tar-riskju u tranżazzjonijiet intragrupp ( 1 )

34

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2304 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) ( 1 )

39

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2305 tal-10 ta' Diċembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin u għall-ħnienes miftuma u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 1520/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) ( 1 )

43

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2306 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb ( 1 )

46

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2307 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-menadjon bisulfit tas-sodju u tal-menadjon nikotinammid bisulfit bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

49

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2308 tal-10 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

54

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2309 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar il-promozzjoni ta' kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni tal-armi

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2310 tal-10 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/189/PESK li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża

64

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2311 tad-9 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2015/2055 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja (notifikata bid-dokument C(2015) 8585)  ( 1 )

65

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/608 tal-14 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet tal-Ukraina u l-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, l-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll tal-Ukraina għas-Salmonella fit-tiġieġ li jbidu, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja dwar il-marda ta' Newcastle u r-rekwiżiti tal-iproċessar ta' prodotti tal-bajd ( ĠU L 101, 18.4.2015 )

68

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1884 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada u għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati tjur u prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż ( ĠU L 276, 21.10.2015 )

69

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/1


DIRETTIVA (UE) 2015/2302 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Novembru 2015

dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (3) tistipula għadd ta' drittijiet importanti tal-konsumatur fir-rigward ta' pakketti tal-ivvjaġġar, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti ta' informazzjoni, ir-responsabbiltà ta' kummerċjanti fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta' pakkett, u l-protezzjoni kontra l-insolvenza ta' organizzatur jew ta' bejjiegħ bl-imnut. Madankollu, hu meħtieġ li jiġi adattat il-qafas leġislattiv għall-iżviluppi tas-suq, sabiex isir aktar adattat għas-suq intern, biex jitneħħew l-ambigwitajiet u jingħalqu l-lakuni leġislattivi.

(2)

It-turiżmu għandu sehem importanti fl-ekonomija tal-Unjoni u l-pakketti tal-ivvjaġġar, il-pakketti tal-vaganzi u l-pakketi tat-tours (“packages”), jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tas-suq tal-ivvjaġġar. Dak is-suq għadda minn tibdiliet konsiderevoli minn meta ġiet adottata d-Direttiva 90/314/KEE. Minbarra l-ktajjen ta' distribuzzjoni tradizzjonali, l-Internet sar mezz dejjem aktar importanti li permezz tiegħu jiġu offruti jew mibjugħa servizzi tal-ivvjaġġar. Is-servizzi tal-ivvjaġġar mhumiex biss kombinati fil-forma tradizzjonali ta' pakketti mħejjija minn qabel, iżda huma ta' spiss kombinati b'mod personalizzat. Ħafna minn dawk il-kombinazzjonijiet ta' servizzi tal-ivvjaġġar jinsabu jew f'“żona griża” legali jew mhumiex koperti b'mod ċar mid-Direttiva 90/314/KEE. Din id-Direttiva għandha l-għan li tadatta l-kamp ta' applikazzjoni ta' protezzjoni sabiex tqis dawk l-iżviluppi, issaħħaħ it-trasparenza u żżid iċ-ċertezza legali għall-vjaġġaturi u l-kummerċjanti.

(3)

L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz ta' miżuri adottati skont l-Artikolu 114 TFUE.

(4)

Id-Direttiva 90/314/KEE tagħti diskrezzjoni wiesgħa lill-Istati Membri rigward it-traspożizzjoni. Għalhekk, għad fadal diverġenzi sinifikanti bejn il-liġijiet tal-Istati Membri. Il-frammentazzjoni legali twassal għal spejjeż ogħla għan-negozji u ostakoli għal dawk li jixtiequ joperaw b'mod transkonfinali, u għalhekk qiegħda tiġi limitata l-għażla tal-konsumaturi.

(5)

F' konformità mal-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 49 TFUE, is-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn huma żgurati l-moviment liberu tal-merkanzija u s-servizzi u l-libertà ta' stabbiliment. L-armonizzazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn kuntratti marbuta ma' pakketti tal-ivvjaġġar u ma' arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta hija meħtieġa għall-ħolqien ta' suq intern reali għall-konsumatur f'dak il-qasam, billi toħloq bilanċ tajjeb bejn livell għoli ta' protezzjoni lill-konsumatur u l-kompetittività tan-negozji.

(6)

Il-potenzjal transkonfinali tas-suq tal-pakketti tal-ivvjaġġar fl-Unjoni mhuwiex għalkollox sfruttat bħalissa. Id-diskrepanzi fir-regoli li jipproteġu l-vjaġġaturi fi Stati Membri differenti jservu ta' diżinċentiv għal vjaġġaturi minn Stat Membru milli jixtru pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta fi Stat Membru ieħor, u bl-istess mod, diżinċentiv għall-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut fi Stat Membru partikolari milli jbigħu tali servizzi fi Stat Membru ieħor. Sabiex il-vjaġġaturi u l-kummerċjanti jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq intern, waqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li jkomplu jiġu approssimati aktar il-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma' pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta.

(7)

Il-maġġoranza ta' vjaġġaturi li jixtru pakketti jew arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta huma konsumaturi fit-tifsira tal-liġi tal-konsumatur tal-Unjoni. Fl-istess waqt, mhuwiex dejjem faċli li ssir distinzjoni bejn il-konsumaturi u r-rappreżentanti tan-negozji żgħar jew professjonisti li jipprenotaw vjaġġi relatati man-negozju jew il-professjoni tagħhom permezz tal-istess mezzi ta' prenotazzjoni li jużaw il-konsumaturi. Tali vjaġġaturi ta' spiss jeħtieġu livell simili ta' protezzjoni. B'kuntrast, hemm kumpanniji jew organizzazzjonijiet li jagħmlu l-arranġamenti tal-ivvjaġġar abbażi ta' ftehim ġenerali, spiss konkluż għal għadd ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar għal perjodu speċifikat, bħal pereżempju ma' aġenzija tal-ivvjaġġar. Dan l-aħħar tip ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar ma jirrikjedix il-livell ta' protezzjoni mfassal għall-konsumaturi. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni li jivvjaġġaw fuq xogħol, inklużi membri ta' professjonijiet liberali, jew persuni li jaħdmu għal rashom jew persuni fiżiċi oħra, fejn huma ma jagħmlux arranġamenti għall-ivvjaġġar abbażi ta' ftehim ġenerali. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni mad-definizzjoni tat-terminu “konsumatur” użat f'leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, persuni protetti skont din id-Direttiva għandhom jissejħu “vjaġġaturi”.

(8)

Billi servizzi tal-ivvjaġġar jistgħu jiġu kombinati f'ħafna modi differenti, huwa adatt li jiġu kkunsidrati bħala pakketti l-kombinazzjonijiet kollha ta' servizzi tal-ivvjaġġar li juru karatteristiċi li l-vjaġġaturi tipikament jassoċjaw ma' pakketti, partikolarment fejn servizzi separati tal-ivvjaġġar ikunu kombinati flimkien fi prodott wieħed tal-ivvjaġġar li għalih l-organizzatur jassumi r-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni xierqa tiegħu. F'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (4), ma għandha tagħmel l-ebda differenza jekk is-servizzi tal-ivvjaġġar ikunux ikkombinati qabel kwalunkwe kuntatt mal-vjaġġatur jew fuq it-talba tal-vjaġġatur jew skont l-għażla li saret minnu. L-istess prinċipji għandhom japplikaw irrispettivament minn jekk il-prenotazzjoni ssirx ma' aġent tal-ivvjaġġar magħruf jew online.

(9)

Għal finijiiet ta' trasparenza, il-pakketti għandhom ikunu distinti minn arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, fejn aġenti tal-ivvjaġġar online jew offline jiffaċilitaw l-akkwist ta' servizzi tal-ivvjaġġar mill-vjaġġaturi li jwasslu lill-vjaġġatur li jikkonkludi kuntratti ma' fornituri differenti ta' servizzi tal-ivvjaġġar, inkluż permezz ta' proċessi kollegati ta' prenotazzjoni u li fir-rigward tagħhom ma jkunx adatt li jiġu applikati l-obbligi kollha applikabbli għall-pakketti.

(10)

Fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq, huwa adattat li pakketti jiġu definiti aħjar abbażi ta' kriterji alternattivi oġġettivi li fil-biċċa l-kbira jkunu marbuta mal-mod li bih is-servizzi tal-ivvjaġġar huma ppreżentati jew mixtrija u fejn il-vjaġġaturi jistgħu raġonevolment jistennew li jkunu protetti b'din id-Direttiva. Dak hu l-każ, pereżempju, fejn tipi differenti ta' servizzi tal-ivvjaġġar jinxtraw għall-finijiet tal-istess vjaġġ jew btala minn punt uniku ta' bejgħ u dawk is-servizzi jkunu ntgħażlu qabel ma l-ivvjaġġatur ikun qabel li jħallas, jiġifieri, fl-istess proċess ta' prenotazzjoni, jew fejn tali servizzi jiġu offruti, mibjugħa jew imħallsa għal prezz inklużiv jew totali, kif ukoll fejn tali servizzi jiġu reklamati jew mibjugħa skont it-terminu “pakkett” jew skont terminu simili li jindika konnessjoni mill-qrib bejn is-servizzi tal-ivvjaġġar konċernati. Tali termini simili jistgħu pereżempju jkunu, “offerta kombinata”, “kollox inkluż” jew “arranġament komplet”.

(11)

Għandu jiġi ċċarat ukoll li servizzi tal-ivvjaġġar kombinati wara l-konklużjoni ta' kuntratt li permezz tiegħu kummerċjant jintitola lil vjaġġatur biex jagħżel minn fost għażla ta' tipi differenti ta' servizzi tal-ivvjaġġar, bħal fil-każ ta' rigal ta' pakkett tal-ivvjaġġar, għandhom jikkostitwixxu pakkett. Barra minn hekk, kombinazzjoni ta' servizzi tal-ivvjaġġar għandhom jitqiesu bħala pakkett meta l-isem tal-vjaġġatur, id-dettalji tal-pagament u l-indirizz elettroniku jiġu trasferiti bejn il-kummerċjanti u fejn jiġi konkluż kuntratt ieħor sa mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li tkun ġiet ikkonfermata l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz.

(12)

Fl-istess waqt, arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta għandhom ikunu distinti minn servizzi tal-ivvjaġġar li l-vjaġġaturi jipprenotaw indipendentement, ta' spiss f'ħinijiet differenti, anki għall-finijiet tal-istess vjaġġ jew btala. Arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta online għandhom ukoll jiġu distinti mis-siti web relatati li m'għandhomx l-għan li jikkonkludu kuntratt mal-vjaġġatur u minn ħolqiet li permezz tagħhom il-vjaġġaturi jkunu sempliċiment infurmati dwar aktar servizzi tal-ivvjaġġar b'mod ġenerali, bħal pereżempju meta lukanda jew organizzatur ta' avveniment jinkludu fuq is-sit web tagħhom lista tal-operaturi kollha li joffru servizzi ta' trasport għall-post, indipendentement minn kwalunkwe prenotazzjoni, jew fejn jintużaw cookies jew metadata sabiex jitpoġġew reklami fuq is-siti web.

(13)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi kemm għal aġenti tal-ivvjaġġar offline u dawk online li jassistu lill-vjaġġaturi, fl-okkażjoni ta' żjara waħda jew kuntatt mal-punt ta' bejgħ tagħhom, għall-konklużjoni ta' kuntratti separati ma' fornituri individwali ta' servizzi u għal kummerċjanti online li, pereżempju, permezz ta' proċessi marbuta ta' prenotazzjoni online (“linked online booking processes”), jiffaċilitaw b'mod immirat l-akkwist ta' għall-inqas servizz wieħed addizzjonali għall-ivvjaġġar minn kummerċjant ieħor, fejn kuntratt jiġi konkluż sa mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar. Ħafna drabi tali faċilitazzjoni ser tkun ibbażata fuq ħolqa kummerċjali li tinvolvi remunerazzjoni bejn il-kummerċjant li jiffaċilita l-akkwist ta' servizzi tal-ivvjaġġar addizzjonali u l-kummerċjant l-ieħor, irrispettivament mill-metodu tal-kalkolu ta' tali remunerazzjoni li tista', pereżempju,tkun ibbażata fuq in-numru ta' klikks jew fuq il-fatturat. Dawk ir-regoli japplikaw pereżempju, fejn, flimkien mal-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar bħal titjira jew vjaġġ bil-ferrovija, vjaġġatur jirċievi stedina biex jipprenota servizz tal-ivvjaġġar addizzjonali li huwa disponibbli fid-destinazzjoni magħżula tal-ivvjaġġar, pereżempju, l-akkomodazzjoni f'lukanda, b'ħolqa mas-sit web tal-prenotazzjoni ta' fornitur ta' servizz jew intermedjarju ieħor. Filwaqt li dawk l-arranġamenti ma għandhomx jikkostitwixxu pakketti fi ħdan it-tifsira ta' din id-Direttiva, li organizzatur jista' jkun responsabbli taħtha għall-prestazzjoni xierqa tas-servizzi kollha ta' vjaġġar, bħal arranġamenti marbuta jikkostitwixxu mudell ta' negozju alternattiv li ta' spiss jikkompeti mill-qrib ma' pakketti.

(14)

Sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta u l-vjaġġaturi jkunu protetti, l-obbligu li tingħata evidenza biżżejjed ta' sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti u r-ripatriazzjoni tal-vjaġġaturi f'każ ta' insolvenza għandu japplika wkoll għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta.

(15)

Ix-xiri ta' servizz ta' vjaġġar fuq bażi awtonoma bħala servizz wieħed ta' vjaġġar la għandu jikkostitwixxi pakkett u lanqas arranġament tal-ivvjaġġar marbut.

(16)

Sabiex tiżdied iċ-ċarezza għall-vjaġġaturi u biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati dwar it-tipi differenti ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar offruti, il-kummerċjanti għandhom ikunu meħtieġa li jiddikjaraw b'mod ċar u prominenti jekk humiex qed joffru pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar marbut, u jagħtu informazzjoni dwar il-livell korrispondenti ta' protezzjoni, qabel ma l-vjaġġatur jaqbel li jħallas. Dikjarazzjoni ta' kummerċjant dwar in-natura legali tal-prodott tal-ivvjaġġar li qed jiġi kkummerċjalizzat għandha tikkorrispondi man-natura legali vera tal-prodott ikkonċernat. L-awtoritajiet tal-infurzar rilevanti għandhom jintervjenu fejn il-kummerċjanti ma jipprovdux informazzjoni preċiża lill-vjaġġaturi.

(17)

Il-kombinazzjoni biss ta' tipi differenti ta' servizzi tal-ivvjaġġar, bħall-akkomodazzjoni, it-trasport ta' passiġġieri bix-xarabank, bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajru, kif ukoll il-kiri ta' vetturi bil-mutur jew ċerti muturi, għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġi identifikat pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar marbut. Akkomodazzjoni għal skopijiet residenzjali, inkluż għal korsijiet tal-lingwa fit-tul, ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala akkomodazzjoni fis-sens ta' din id-Direttiva. Servizzi finanzjarji bħall-assigurazzjonijiet tal-ivvjaġġar ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala servizzi tal-ivvjaġġar. Barra minn hekk, servizzi turistiċi li huma intrinsikament parti minn servizz ieħor tal-ivvjaġġar, ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala servizzi tal-ivvjaġġar fihom infushom. Dan jinkludi, pereżempju, it-trasport tal-bagalji pprovdut bħala parti mit-trasport tal-passiġġieri, servizzi żgħar ta' trasport, bħal ġarr tal-passiġġieri bħala parti minn żjara bil-gwida jew trasferimenti bejn il-lukanda u l-ajruport jew l-istazzjon tal-ferrovija, l-ikliet, ix-xorb u t-tindif pprovdut bħala parti minn akkomodazzjoni, jew aċċess għal faċilitajiet fuq il-post bħalma huma l-pixxina, s-sawna, l-ispa jew l-gym inklużi għall-klijenti tal-lukanda. Dan ifisser ukoll li f'każijiet fejn, mhux bħal fil-każ ta' kruċiera, l-akkomodazzjoni għal lejl wieħed hija pprovduta bħala parti mit-trasport tal-vjaġġaturi bit-triq, bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajru, l-akkomodazzjoni ma għandhiex titqies bħala servizz tal-ivvjaġġar fid-dritt tagħha stess jekk il-komponent ewlieni huwa b'mod ċar it-trasport.

(18)

Servizzi turistiċi oħra, li mhumiex intrinsikament parti mit-trasport ta' passiġġieri, l-akkomodazzjoni jew il-kiri ta' vetturi bil-mutur jew ċerti muturi, jistgħu jkunu, pereżempju, l-ammissjoni għal kunċerti, avvenimenti sportivi, eskursjonijiet jew parks għal avvenimenti, żjarat bil-gwida, biljetti għall-iskijjar u kiri ta' tagħmir ta' sports bħat-tagħmir tal-iskijjar, jew trattamenti fi spa. Madankollu, jekk tali servizzi huma kkombinati ma' tip ieħor biss ta' servizz tal-ivvjaġġar, pereżempju l-akkomodazzjoni, dan għandu jwassal biss għall-ħolqien ta' pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar marbut jekk huma jikkostitwixxu proporzjon sinifikanti tal-valur tal-pakkett jew tal-arranġament tal-ivvjaġġar marbut, jew huma rreklamati bħala jew b'mod ieħor jirrappreżentaw fattur essenzjali tal-vjaġġ jew btala. Jekk servizzi turistiċi oħra jammontaw għal 25 % jew aktar tal-valur tal-kombinazzjoni, dawk is-servizzi għandhom jitqiesu li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tal-pakkett jew tal-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta. Għandu jiġi ċċarat li meta jiżdiedu servizzi turistiċi oħra, pereżempju mal-akkomodazzjoni f'lukanda li tkun ġiet ipprenotata bħala servizz awtonomu, wara l-wasla tal-vjaġġatur f'dik il-lukanda, dan m'għandux jikkostitwixxi pakkett. Dan m'għandux iwassal għal evitar ta' din id-Direttiva, fejn l-organizzaturi jew il-bejjiegħa bl-imnut joffru lill-vjaġġatur l-għażla ta' servizzi turistiċi addizzjonali minn qabel u mbagħad joffru l-konklużjoni tal-kuntratt għal dawk is-servizzi biss wara li jkun beda jitwettaq l-ewwel servizz tal-ivvjaġġar.

(19)

Billi hemm anqas ħtieġa li l-vjaġġaturi jiġu protetti f'każijiet ta' vjaġġi għal żmien qasir, u sabiex jiġi evitat piż mhux meħtieġ għall-kummerċjanti, vjaġġi li jdumu anqas minn 24 siegħa li ma jinkludux akkomodazzjoni, kif ukoll pakketti jew arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta offruti jew iffaċilitati okkażjonalment u fuq bażi mingħajr skop ta' qligħ u għal grupp limitat ta' vjaġġaturi biss, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Tal-aħħar jista' pereżempju jikkonċerna vjaġġi organizzati mhux aktar minn ftit drabi fis-sena minn organizzazzjonijiet tal-karità, klabbs sportivi jew skejjel għall-membri tagħhom, mingħajr ma jiġu offruti lill-pubbliku ġenerali. Informazzjoni adegwata dwar dik l-esklużjoni għandha tkun pubblikament disponibbli sabiex jiġi żgurat li l-kummerċjanti u l-vjaġġaturi jkunu infurmati kif suppost li dawk il-pakketti jew l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta mhumiex koperti minn din id-Direttiva.

(20)

Din id-Direttiva ma għandux ikollha preġudizzju fuq il-liġi tal-kuntratti nazzjonali għal dawk l-aspetti li mhumiex regolati minnha.

(21)

L-Istati Membri għandhom jibqgħu kompetenti, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal oqsma li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Għalhekk l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu leġislazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jew xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha, dwar kuntratti li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet korrispondenti għal ċerti kuntratti awtonomi rigward servizzi ta' vjaġġi uniċi (bħal kiri ta' djar għall-vaganzi) jew għal pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li huma offruti jew faċilitati, mingħajr skop ta' qligħ lil grupp limitat ta' vjaġġaturi u okkażjonalment biss, jew għal pakketti u għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jkopru perjodu ta' inqas minn 24 siegħa u li ma jinkludux akkomodazzjoni.

(22)

Il-karatteristika prinċipali ta' pakkett hi li hemm kummerċjant wieħed responsabbli bħala organizzatur għall-eżekuzzjoni xierqa tal-pakkett fl-intier tiegħu. Huwa biss f'każijiet fejn kummerċjant ieħor jaġixxi bħala l-organizzatur ta' pakkett, li kummerċjant, tipikament aġent tal-ivvjaġġar offline jew online, ikun jista' jaġixxi bħala sempliċiment bejjiegħ bl-imnut jew intermedjarju u ma jkunx responsabbli bħala organizzatur. Jekk kummerċjant jaġixxix bħala organizzatur għal pakkett partikolari jew le għandu jiddependi mill-involviment ta' dak il-kummerċjant fil-ħolqien tal-pakkett, u mhux minn kif il-kummerċjant jiddeskrivi n-negozju tiegħu. Meta jkun qed jiġi kkunsidrat jekk negozjant huwiex organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut, ma għandha tagħmel l-ebda differenza jekk il-kummerċjant hux qed jaġixxi fuq in-naħa tal-provvista jew hux qed jippreżenta lilu nnifsu bħala aġent għall-vjaġġatur.

(23)

Id-Direttiva 90/314/KEE tat diskrezzjoni lill-Istati Membri biex jiddeterminaw jekk il-bejjiegħa bl-imnut, l-organizzaturi, jew il-bejjiegħa bl-imnut u l-organizzaturi flimkien, għandhomx ikunu responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa ta' pakkett. Dik il-flessibbiltà wasslet għal ambigwità f'xi Stati Membri dwar liema kummerċjant involuti f'pakkett humiex responsabbli rigward it-twettiq tas-servizzi tal-ivvjaġġar rilevanti. Għalhekk, għandu jiġi speċifikat f'din id-Direttiva li l-organizzaturi huma responsabbli mill-eżekuzzjoni tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar, sakemm il-leġislazzjoni nazzjonali ma tipprevedix li kemm l-organizzatur u kemm il-bejjiegħ bl-imnut jinżammu responsabbli.

(24)

Fir-rigward ta' pakketti, il-bejjiegħa bl-imnut għandhom ikunu responsabbli flimkien mal-organizzatur għall-għoti ta' informazzjoni prekuntrattwali. Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni, partikolarment f'każijiet transkonfinali, il-vjaġġaturi għandhom ikunu jistgħu jikkuntattjaw l-organizzatur saħansitra permezz tal-bejjiegħ bl-imnut li permezz tiegħu jkunu xtraw il-pakkett.

(25)

Il-vjaġġatur għandu jirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa qabel ma jixtri pakkett, kemm jekk jinbiegħ permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod, jew mill-post jew permezz ta' tipi oħra ta' distribuzzjoni. Meta jagħti dik l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jieħu kont tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-vjaġġaturi li huma partikolarment vulnerabbli minħabba l-età jew in-nuqqas ta' saħħa fiżika tagħhom, li l-kummerċjant jista' jipprevedi b'mod raġonevoli.

(26)

Informazzjoni ewlenija, pereżempju dwar il-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ivvjaġġar jew il-prezzijiet, ipprovduti fir-reklami, fis-sit web tal-organizzatur jew f'fuljetti bħala parti mill-informazzjoni prekuntrattwali, għandha tkun vinkolanti, sakemm l-organizzatur ma jirriżervax id-dritt li jagħmel emendi għal dawk l-elementi u sakemm dawn il-bidliet ikunu kkomunikati b'mod ċar, li jinftiehem u prominenti lill-vjaġġatur qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar. Madankollu, fid-dawl ta' teknoloġiji ġodda ta' komunikazzjoni, li faċilment jippermettu aġġornamenti, ma għadx hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar fuljetti, filwaqt li huwa adattat li jiġi żgurat li, t-tibdiliet għall-informazzjoni prekuntrattwali jiġu kkomunikati lill-vjaġġatur. Għandu dejjem ikun possibbli li jsiru bidliet fl-informazzjoni prekuntrattwali meta jkunu miftiehma espressivament miż-żewġ partijiet għall-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar.

(27)

Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni stipulati f'din id-Direttiva huma eżawrjenti, iżda għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' informazzjoni stipulati f'leġislazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni (5).

(28)

L-organizzaturi għandhom jagħtu informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti tal-viża tal-pajjiż ta' destinazzjoni. L-informazzjoni dwar il- perjodi approssimattivi biex jinkisbu l-viżi tista' tiġi pprovduta bħala referenza għal informazzjoni uffiċjali tal-pajjiż ta' destinazzjoni.

(29)

B'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet ta' kuntratti ta' pakkett tal-ivvjaġġar, għandhom jiġu stipulati d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti għall-perjodu ta' qabel u wara l-bidu tal-pakkett, b'mod partikolari jekk il-pakkett ma jiġix eżegwit b'mod xieraq jew jekk jinbidlu xi ċirkostanzi partikolari.

(30)

Billi l-pakketti huma normalment mixtrija ferm qabel l-eżekuzzjoni tagħhom, jistgħu jseħħu avvenimenti mhux previsti. Għalhekk il-vjaġġatur għandu, taħt ċerti kondizzjonijiet, ikun intitolat li jittrasferixxi kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar lil vjaġġatur ieħor. F'tali sitwazzjonijiet, l-organizzatur għandu jkun jista' jirkupra l-ispejjeż tiegħu, pereżempju jekk sottokuntrattur jeħtieġ tariffa biex jinbidel l-isem tal-vjaġġatur jew għall-kanċellazzjoni ta' biljett tat-trasport u l-ħruġ ta' wieħed ġdid.

(31)

Il-vjaġġaturi għandhom ikunu jistgħu wkoll jitterminaw il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett permezz ta' ħlas ta' tariffa ta' terminazzjoni adatta u ġustifikata, fejn jitqies l-iffrankar mistenni tal-ispejjeż u d-dħul mill-użu alternattiv tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Għandu jkollhom ukoll id-dritt li jitterminaw il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar mingħajr il-ħlas ta' tariffa ta' terminazzjoni fejn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jkunu ser jaffettwaw l-eżekuzzjoni tal-pakkett. Dan jista' jkopri pereżempju gwerra, problemi serji oħra ta' sigurtà bħat-terroriżmu, riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem bħat-tfaqqigħ ta' mard serju fid-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew diżastri naturali bħal għargħar, terremoti jew kondizzjonijiet tat-temp li jagħmluha impossibbli li tivvjaġġa b'mod sikur għad-destinazzjoni kif maqbul fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar.

(32)

F'sitwazzjonijiet speċifiċi, l-organizzatur għandu jkun intitolat ukoll li jittermina l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr ma jħallas kumpens, pereżempju jekk in-numru minimu ta' parteċipanti ma jintlaħaqx u fejn dik il-possibbiltà ġiet riżervata fil-kuntratt. F'dik l-eventwalità, l-organizzatur għandu jrodd lura l-pagamenti kollha magħmula fir-rigward tal-pakkett.

(33)

F'ċerti każijiet l-organizzaturi għandhom jitħallew jagħmlu tibdiliet unilaterali fil-kuntratt tal-pakkett tal-ivvjaġġar. Madankollu, il-vjaġġaturi għandhom jkollhom id-dritt li jitterminaw il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jekk l-emendi jbiddlu b'mod sinifikanti kwalunkwe karatteristika prinċipali tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, jekk il-kwalità jew il-valur tas-servizzi tal-ivvjaġġar jonqos. Bidliet fil-ħinijiet tat-tluq jew tal-wasla indikati fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar għandhom ikunu meqjusa bħala sinifikanti, pereżempju, fejn dawn jimponu inkonvenjenza konsiderevoli jew spejjeż addizzjonali fuq il-vjaġġatur, pereżempju arranġament mill-ġdid tat-trasport jew akkomodazzjoni. Żidiet fil-prezzijiet għandhom ikunu possibbli biss jekk kien hemm bidla fil-prezz tas-servizz tat-trasport lill-passiġġieri li tirriżulta mill-ispiża tal-fjuwil jew sorsi oħra ta' enerġija għat-trasport tal-passiġġieri, f'taxxi jew tariffi imposti minn parti terza li mhix direttament involuta fl-eżekuzzjoni tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jew fir-rati tal-kambju relevanti għall-pakkett u biss jekk il-kuntratt espressament jirriżerva l-possibbilita' ta' tali żieda fil-prezz u jiddikjara li l-vjaġġatur huwa intitolat għal tnaqqis fil-prezz li jikkorrispondi għal tnaqqis f'dawk l-ispejjez. Jekk l-organizzatur jipproponi żieda fil-prezz ta' aktar minn 8 % tal-prezz totali, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar mingħajr ma jkollu jħallas tariffa tat-terminazzjoni.

(34)

Huwa adatt li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar ir-rimedji fir-rigward ta' nuqqas ta' konformità fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-pakkett tal-ivvjaġġar. Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jkollu l-problemi solvuti u, fejn parti sinifikanti tas-servizzi tal-ivvjaġġar inkluża fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar ma jistgħux ikunu pprovduti, il-vjaġġatur għandu jiġi offrut arranġamenti xierqa ta' vjaġġar alternattivi. Jekk l-organizzatur ma jirrimedjax in-nuqqas ta' konformità f' perjodu raġonevoli ffissat mill-vjaġġatur, il-vjaġġatur għandu jkun jista' jagħmel dan huwa stess u jitlob rimborż tal-ispejjeż meħtieġa. F'ċerti każijiet m'għandux ikun hemm il-ħtieġa li jiġi speċifikat limitu ta' żmien, b'mod partikolari jekk ikun meħtieġ rimedju immedjat. Dan ikun japplika, pereżempju, meta, minħabba d-dewmien ta' xarabank ipprovduta mill-organizzatur, il-vjaġġatur ikollu jaqbad taxi biex jaqbad it-titjira tiegħu fil-ħin. Il-vjaġġaturi għandhom ikunu intitolati wkoll għal tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar u/jew kumpens għad-danni. Il-kumpens għandu jkopri wkoll telf mhux finanzjarju, bħal kumpens għat-telf ta' tgawdija tal-vjaġġ jew btala minħabba problemi sostanzjali fil-prestazzjoni tas-servizzi tal-ivvjaġġar rilevanti. B'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ, il-vjaġġatur għandu jkun obbligat li jinforma lill-organizzatur mingħajr ebda dewmien żejjed bi kwalunkwe nuqqas ta' konformità li huwa josserva matul l-eżekuzzjoni ta' servizz tal-ivvjaġġar inkluż fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar. Jekk dan ma jseħħx jista' jittieħed kont tiegħu meta jiġi determinat it-tnaqqis fil-prezz adattat jew il-kumpens għad-danni fejn tali avviż seta' jevita jew inaqqas id-dannu.

(35)

Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, huwa adatt li jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma' konvenzjonijiet internazzjonali li jirregolaw servizzi tal-ivvjaġġar u mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Fejn l-organizzatur ikun responsabbli għal nuqqas ta' eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni mhux xierqa tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt tal-pakket tal-ivvjaġġar, l-organizzatur għandu jkun jista' jinvoka l-limitazzjonijiet tar-responsabbilità ta' fornituri tas-servizz stabbiliti f'dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta' Montreal tal-1999 għall-Unifikazzjoni ta' ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (6), il-Konvenzjoni tal-1980 dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) (7) u l-Konvenzjoni ta' Ateni tal-1974 dwar it-Trasport tal-Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar (8). Fejn huwa impossibbli li jkun żgurat ir-ritorn fil-ħin tal-vjaġġatur lejn il-punt tat-tluq tiegħu minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, l-organizzatur għandu jħallas l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni neċessarji tal-vjaġġaturi għal perjodu li ma jaqbiżx aktar minn tliet iljieli għal kull vjaġġatur, u dan sakemm ma jkunux previsti perjodi itwal f'leġislazzjoni tal-Unjoni eżistenti jew futura dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

(36)

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-vjaġġaturi li jippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom kemm skont din id-Direttiva kif ukoll skont kwalunkwe leġislazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni jew konvenzjonijiet internazzjonali, b'mod li l-vjaġġaturi jibqa' jkollhom il-possibilità li jindirizzaw il-pretensjonijiet tagħhom lill-organizzatur, lit-trasportatur jew lil kwalunkwe parti oħra responsabbli, jew, skont kif ikun il-każ, lil iktar minn parti waħda. Għandu jiġi ċċarat li, sabiex jiġi evitat il-kumpens żejjed, il-kumpens jew it-tnaqqis fil-prezz mogħti skont din id-Direttiva u l-kumpens jew it-tnaqqis fil-prezz mogħti skont leġislazzjoni jew konvenzjonijiet internazzjonali oħra għandhom jitnaqqsu minn xulxin. Ir-responsabbiltà tal-organizzatur hija mingħajr preġudizzju għad-dritt li jfittex rimedju minn partijiet terzi, inklużi fornituri ta' servizzi.

(37)

Jekk il-vjaġġatur isib ruħu f'diffikultà waqt il-vjaġġ jew il-vaganza, l-organizzatur għandu jkun obbligat li jagħti assistenza xierqa mingħajr dewmien żejjed. Tali assistenza għandha tikkonsisti prinċipalment fl-għoti, fejn adattat, ta' informazzjoni dwar aspetti bħalma huma s-servizzi tas-saħħa, l-awtoritajiet lokali u l-assistenza konsulari, kif ukoll għajnuna prattika, bħal pereżempju fir-rigward ta' komunikazzjoni mill-bogħod u arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar.

(38)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Marzu 2013 intitolata “Il-protezzjoni tal-passiġġieri fil-każ ta' insolvenza ta' linja tal-ajru”, il-Kummissjoni stabbilixxiet miżuri li jtejbu l-protezzjoni ta' vjaġġaturi fil-każ ta' insolvenza ta' linja tal-ajru, inkluż infurzar aħjar tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u l-impenn mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija, li fin-nuqqas ta' dan, tista' tiġi kkunsidrata miżura leġislattiva. Dik il-Komunikazzjoni tikkonċerna x-xiri ta' komponent individwali, jiġifieri servizzi tal-ivvjaġġar bl-ajru, u għalhekk ma tindirizzax il-protezzjoni mill-insolvenza għal pakketti u għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta.

(39)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vjaġġaturi li jixtru pakkett huma protetti totalment kontra l-insolvenza tal-organizzatur. L-Istati Membri li l-organizzaturi huma stabbiliti fihom għandhom jiżguraw li huma jipprovdu s-sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha mwettqa minn jew f'isem il-vjaġġaturi u, sa fejn pakkett jinkludi t-trasport tal-passiġġieri, għar-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi fil-każ tal-insolvenza tal-organizzatur. Madankollu, għandu jkun possibbli li l-vjaġġaturi jiġu offruti l-kontinwazzjoni tal-pakkett. Filwaqt li tinżamm diskrezzjoni dwar il-mod li bih il-protezzjoni mill-insolvenza għandha tiġi organizzata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-protezzjoni tkun effettiva. L-effettività timplika li l-protezzjoni għandha tkun disponibbli hekk kif, bħala konsegwenza tal-problemi ta' likwidità tal-organizzatur, is-servizzi tal-ivvjaġġar mhumiex qed jitwettqu, mhux ser jitwettqu jew ser jitwettqu parzjalment biss jew fejn il-fornituri tas-servizzi jirrikjedu lill-vjaġġaturi jħallsu għalihom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu li l-organizzaturi jipprovdu ċertifikat lill-vjaġġaturi li jiddokumenta intitolament dirett kontra l-fornitur tal-protezzjoni mill-insolvenza.

(40)

Sabiex il-protezzjoni mill-insolvenza tkun effettiva, hija għandha tkopri l-ammonti prevedibbli ta' ħlasijiet affettwati mill-insolvenza tal-organizzatur u, fejn applikabbli, l-ispiża prevedibbli għar-ripatrijazzjonijiet. Dan ifisser li l-protezzjoni għandha tkun suffiċjenti biex tkopri l-ħlasijiet kollha previsti magħmula minn jew f'isem vjaġġaturi fir-rigward ta' pakketti fl-aqwa tal-istaġun, b'kont meħud tal- perjodu bejn ir-riċevuta ta' ħlasijiet bħal dawn u t-twettiq tal-vjaġġ jew tal-btala, kif ukoll, fejn applikabbli, l-ispiża prevedibbli għar-ripatrijazzjonijiet. B'mod ġenerali dak ser ifisser li l-garanzija għandha tkopri perċentwal għoli biżżejjed tal-fatturat tal-organizzatur fir-rigward tal-pakketti, u tista' tiddependi minn fatturi bħat-tip ta' pakketti mibjugħa, inkluż il-mezz ta' trasport, id-destinazzjoni tal-ivvjaġġar, u kwalunkwe restrizzjoni legali jew l-impenn tal-organizzatur rigward l-ammonti ta' pagamenti bil-quddiem li jista' jaċċetta u l-iskeda ta' żmien tagħhom qabel il-bidu tal-pakkett. Billi l-kopertura meħtieġa tista' tiġi kkalkulata abbażi tad-data kummerċjali l-aktar reċenti, pereżempju l-fatturat miksub fl-aħħar sena finanzjarja, l-organizzaturi għandhom ikunu obbligati jadattaw il-protezzjoni mill- insolvenza f'każ ta' riskji akbar, inkluż żieda sinifikanti fil-bejgħ ta' pakketti. Madankollu, protezzjoni effettiva mill-insolvenza m'għandhiex tqis riskji remoti ħafna, pereżempju l-insolvenza simultanja ta' diversi mill-akbar organizzaturi, fejn jekk dan isir se jaffettwa b'mod sproporzjonat l-ispiża tal-protezzjoni, u b'hekk tiddgħajjef l-effettività tagħha. F'każijiet bħal dawn il-garanzija għar-rifużjonijiet tista' tkun limitata.

(41)

Minħabba d-differenzi fil-liġi u l-prassi nazzjonali rigward il-partijiet għal kuntratt ta' pakkett tal-ivvjaġġar u r-riċevuta tal-ħlasijiet magħmula minn jew f'isem il-vjaġġaturi, l-Istati Membri għandhom jitħallew jobbligaw lill-bejjiegħa bl-imnut li jieħdu protezzjoni mill-insolvenza wkoll.

(42)

F'konformità mad-Direttiva 2006/123/KE, huwa adatt li jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġu evitati obbligi ta' protezzjoni mill-insolvenza milli jaġixxu bħala ostakolu għall-moviment liberu tas-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jirrikonoxxu l-protezzjoni mill-insolvenza skont il-liġi tal-Istat Membru tal-istabbiliment. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tal-organizzaturi u, fejn applikabbli, il-bejjiegħa bl-imnut li qed joperaw fi Stati Membri differenti fir-rigward ta' protezzjoni mill-insolvenza, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jaħtru punti ta' kuntatt ċentrali.

(43)

Il-kummerċjanti li jiffaċilitaw arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta għandhom ikunu obbligati jinformaw lill-vjaġġaturi li huma mhumiex qed jixtru pakkett u li l-fornituri tas-servizz individwali tal-ivvjaġġar huma unikament responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tal-kuntratti tagħhom. Il-kummerċjanti li jiffaċilitaw arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta għandhom, barra minn hekk, ikunu obbligati li jipprovdu protezzjoni mill-insolvenza għar-rifużjoni tal-pagamenti li jirċievu u, safejn ikunu reponsabbli għat-trasport tal-passiġġieri, għar-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi, u għandhom jinformaw lill-vjaġġaturi kif meħtieġ. Il-kummerċjanti responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti individwali li jiffurmaw parti minn arranġament tal-ivvjaġġar marbut huma soġġetti għal-leġislazzjoni ġenerali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u għal-leġislazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur.

(44)

Meta jistabbilixxu regoli dwar skemi ta' protezzjoni mill-insolvenza fir-rigward ta' pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, l-Istati Membri m'għandhomx jitħallew lura milli jqisu s-sitwazzjoni speċjali ta' kumpanniji iżgħar filwaqt li jiżguraw l-istess livell ta' protezzjoni għall-vjaġġaturi.

(45)

Il-vjaġġaturi għandhom ikunu protetti fir-rigward ta' żbalji li jseħħu fil-proċess tal-prenotazzjoni ta' pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta.

(46)

Għandu jkun ikkonfermat li l-vjaġġaturi ma jistgħux jirrinunzjaw id-drittijiet li joriġinaw minn din id-Direttiva u li l-organizzaturi jew il-kummerċjanti li jiffaċilitaw arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ma jistgħux jaħarbu mill-obbligi tagħhom billi jsostnu li huma sempliċiment qed jaġixxu bħala fornitur ta' servizz tal-ivvjaġġar, intermedjarju, jew fi kwalunkwe kapaċità oħra.

(47)

L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(48)

L-adozzjoni ta' din id-Direttiva toħloq il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti atti leġislattivi tal-Unjoni ta' protezzjoni tal-konsumatur. B'mod partikolari, għandu jiġi ċċarat li r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) japplika għal ksur ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, filwaqt li jitqies il-fatt li d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) fil-forma attwali tagħha ma tapplikax għal kuntratti koperti mid-Direttiva 90/314/KEE, huwa meħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/83/UE biex jiġi żgurat li din tibqa' tapplika fir-rigward ta' servizzi individwali tal-ivvjaġġar li jifformaw parti minn arranġament tal-ivvjaġġar marbut, sakemm dawn is-servizzi individwali ma jkunux esklużi mod ieħor mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE u li ċerti drittijiet tal-konsumatur stabbiliti f'dik id-Direttiva japplikaw ukoll għal pakketti.

(49)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u għar-regoli tal-Unjoni dwar id-dritt internazzjonali privat, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(50)

Għandu jiġi ċċarat li r-rekwiżiti regolatorji ta' din id-Direttiva dwar il-protezzjoni mill-insolvenza u l-informazzjoni relatati ma' arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta għandhom japplikaw ukoll għal kummerċjanti mhux stabbiliti fi Stat Membru li bi kwalunkwe mezz jidderieġu l-attivitajiet tagħhom fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) lejn Stat Membru wieħed jew aktar.

(51)

Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u għall-kisba ta' livell għoli u kemm jista' jkun uniformi ta' protezzjoni tal-konsumatur, ma jistax jinkiseb mill-Istati Membri, iżda jista' aktar, għal raġunijiet tal-iskala tiegħu, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(52)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tirrispetta l-libertà tat-twettiq ta' negozju stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, skont l-Artikolu 38 tal-Karta.

(53)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (15), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur jikkunsidra li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata.

(54)

Id-Direttiva 90/314/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U LIVELL TA' ARMONIZZAZZJONI

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-kisba ta' livell għoli u kemm jista' jkun uniformi ta' protezzjoni tal-konsumatur billi jiġu approssimati ċerti aspetti tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward kuntratti dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta konklużi bejn vjaġġaturi u kummerċjanti.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal pakketti offruti għal bejgħ jew jinbiegħu mill-kummerċjanti lill-passiġġiera u għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta faċilitati minn kummerċjanti għal vjaġġġatur.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jkopru perjodu ta' anqas minn 24 siegħa, u dan sakemm l-akkomodazzjoni mal-lejl ma tkunx inkluża;

(b)

pakketti offruti, u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta faċilitati, okkażjonalment u mingħajr skop ta' qligħ uu għal grupp limitat ta' passiġġiera biss;

(c)

pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta mixtrija abbażi ta' ftehim ġenerali għall-arranġament ta' vjaġġar fuq xogħol bejn kummerċjant u persuna oħra fiżika jew ġuridika li qed taġixxi għal finijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

3.   Din id-Direttiva ma taffettwax il-liġi kuntrattwali ġenerali nazzjonali bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta' kuntratt, sakemm l-aspetti tal-liġi kuntrattwali ġenerali mhumiex regolati minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“servizz tal-ivvjaġġar” tfisser:

(a)

il-ġarr ta' passiġġieri;

(b)

akkomodazzjoni li mhijeix intrinsikament parti mill-ġarr ta' passiġġieri u mhijiex għal finijiet residenzjali;

(c)

il-kiri ta' karozzi, vetturi oħra bil-mutur fis-sens tal-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jew muturi li jeħtieġu liċenzja tas-sewqan tal-Kategorija A skont il-punt (c) tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(d)

kwalunkwe servizz ieħor għat-turisti li mhuwiex intrinsikament parti minn servizz tal-ivvjaġġar fi ħdan it-tifsira tal-punti (a), (b) jew (c);

(2)

“pakkett” tfisser kombinazzjoni ta' mill-anqas żewġ tipi differenti ta' servizzi tal-ivvjaġġar għall-iskop tal-istess vjaġġ jew btala, jekk:

(a)

dawk is-servizzi jkunu kombinati minn kummerċjant wieħed, inklużi dawk fuq it-talba ta' jew skont l-għażla tal-vjaġġatur, qabel ma jiġi konkluż kuntratt uniku dwar is-servizzi kollha; jew

(b)

irrispettivament minn jekk jiġux konklużi kuntratti separati ma' fornituri ta' servizzi tal-ivvjaġġar individwali, dawk is-servizzi jkunu:

(i)

mixtrija minn punt uniku ta' bejgħ u dawk is-servizzi jkunu ntgħażlu qabel ma l-vjaġġatur jaqbel li jħallas,

(ii)

offruti, mibjugħa jew imħallsa bi prezz inklużiv jew totali,

(iii)

reklamati jew mibjugħa skont it-terminu “pakkett” jew skont xi terminu simili,

(iv)

kombinati wara l-konklużjoni ta' kuntratt li bih kummerċjant jintitola lill-vjaġġatur li jagħżel fost għażla ta' tipi differenti ta' servizzi tal-ivvjaġġar, jew

(v)

mixtrija mingħand kummerċjanti separati permezz ta' proċessi marbuta ta' prenotazzjoni online fejn l-isem, id-dettalji tal-ħlas u l-indirizz elettroniku tal-vjaġġatur jintbagħtu mingħand il-kummerċjant li miegħu jkun ġie konkluż l-ewwel kuntratt lill-kummerċjant jew kummerċjanti oħrajn u jiġi konkluż kuntratt mal-kummerċjant jew kummerċjanti tal-aħħar sa mhux aktar minn 24 siegħa wara l-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar.

Kombinazzjoni ta' servizzi tal-ivvjaġġar fejn mhux aktar minn tip wieħed ta' servizz tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punti (a), (b), jew (c) tal-punt 1 jiġi kkombinat ma' servizz turistiku wieħed jew iktar kif imsemmi fil-punt (d) tal-punt 1 ma jkunx pakkett jekk dan l-aħħar servizz jew servizzi:

(a)

ma jikkostitwixxux proporzjon sinifikanti tal-valur tal-kombinazzjoni u ma humiex reklamati bħala u ma jirrappreżentawx b'mod ieħor karatteristika essenzjali tal-kombinazzjoni; jew

(b)

jintgħażlu u jinxtraw biss wara li tkun bdiet l-eżekuzzjoni ta' servizz tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (a), (b) jew (c) tal-punt 1;

(3)

“kuntratt ta' pakkett tal-ivvjaġġar” tfisser kuntratt fuq il-pakkett kollu jew, jekk il-pakkett ikun ipprovdut skont kuntratti separati, il-kuntratti kollha li jkopru s-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-pakkett;

(4)

“bidu tal-pakkett” tfisser il-bidu tal-eżekuzzjoni tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-pakkett;

(5)

“arranġament tal-ivvjaġġar marbut” tfisser mill-anqas żewġ tipi differenti ta' servizzi tal-ivvjaġġar mixtrija għall-fini tal-istess vjaġġ jew btala, li jirriżultaw fil-konklużjoni ta' kuntratti separati mal-fornituri individwali tas-servizzi tal-ivvjaġġar, jekk kummerċjant jiffaċilita:

(a)

fl-okkażjoni ta' żjara waħda jew kuntatt uniku mal-punt ta' bejgħ tiegħu, l-għażla separata u l-pagament separat ta' kull servizz tal-ivvjaġġar mill-vjaġġaturi; jew

(b)

b'mod immirat, l-akkwist ta' mill-anqas servizz tal-ivvjaġġar addizzjonali wieħed mingħand kummerċjant ieħor meta kuntratt ma' tali kummerċjant ieħor jiġi konkluż mhux aktar minn 24 siegħa wara l-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar.

Fejn ma jinxtrawx aktar minn tip wieħed ta' servizz tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (a), (b) jew (c) tal-punt 1 u servizz turistiku wieħed jew aktar kif imsemmi fil-punt (d) tal-punt 1, dawn ma jikkostitwixxux arranġament tal-ivvjaġġar marbut jekk dawn is-servizzi tal-aħħar ma jammontawx għal proporzjon sinifikanti tal-valur kombinat tas-servizzi u ma jiġux reklamati bħala u ma jirrappreżentawx b'mod ieħor karatteristika essenzjali tal-vjaġġ jew btala.

(6)

“vjaġġatur” tfisser kull persuna li qiegħda tipprova tikkonkludi kuntratt jew li hija intitolata li tivvjaġġa abbażi ta' kuntratt konkluż fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(7)

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li jkollha sjieda pubblika jew privata, li qed taġixxi, ukoll permezz ta' kwalunkwe persuna oħra li qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fir-rigward ta' kuntratti koperti minn din id-Direttiva, kemm jekk taġixxi fil-kapaċità ta' organizzatur, bejjiegħ bl-imnut, kummerċjant li qed jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar marbut jew bħala fornitur ta' servizz tal-ivvjaġġar;

(8)

“organizzatur” tfisser kummerċjant li jikkombina u jbigħ jew joffri għall-bejgħ pakketti, kemm direttament jew permezz ta' kummerċjant ieħor jew flimkien ma' kummerċjant ieħor, jew il-kummerċjant li jibgħat id-data tal-vjaġġatur lill-kummerċjant ieħor skont il-punt (b)(v) tal-punt 2;

(9)

“bejjiegħ bl-imnut” tfisser kummerċjant ieħor barra l-organizzatur li jbigħ jew joffri għall-bejgħ pakketti kkombinati minn organizzatur;

(10)

“stabbiliment” tfisser stabbiliment kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123/KE;

(11)

“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-vjaġġatur jew lill-kummerċjant li jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet ta' informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(12)

“ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” tfisser sitwazzjoni lil hinn mill-kontroll tal-parti li tinvoka tali sitwazzjoni u li l-konsegwenzi tagħha ma setgħux jiġu evitati anke jekk ikunu ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha;

(13)

“nuqqas ta' konformità” tfisser nuqqas ta' eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni mhux xierqa tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi f'pakkett;

(14)

“minorenni” tfisser kull persuna taħt l-eta' ta' 18-il sena;

(15)

“punt ta' bejgħ” tfisser kwalunkwe post tal-bejgħ, mobbli jew immobbli, jew sit elettroniku ta' negozju jew faċilità ta' bejgħ online simili, inkluż fejn siti web ta' negozju jew faċilitajiet ta' bejgħ online huma ppreżentati lill-vjaġġaturi bħala faċilità unika, inkluż servizz tat-telefon;

(16)

“ripatrijazzjoni” tfisser ir-ritorn tal-vjaġġatur lejn il-post tat-tluq jew lejn post ieħor li l-partijiet kontraenti jaqblu dwaru.

Artikolu 4

Livell ta' armonizzazzjoni

Sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f'din id-Direttiva, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, inkluż dispożizzjonijiet li jkunu iktar jew inqas stretti li jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-vjaġġatur.

KAPITOLU II

OBBLIGI TA' INFORMAZZJONI U KONTENUT TAL-KUNTRATT TAL-PAKKETT TAL-IVVJAĠĠAR

Artikolu 5

Informazzjoni prekuntrattwali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma l-vjaġġatur ikun marbut bi kwalunkwe kuntratt ta' pakkett tal-ivvjaġġar jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti, l-organizzatur u, fejn il-pakkett jinbiegħ permezz ta' bejjiegħ bl-imnut, dan tal-aħħar għandu jagħti wkoll lill-vjaġġatur l-informazzjoni standard permezz tal-formula rilevanti kif tinsab fil-Parti A jew Parti B tal-Anness I, u, fejn applikabbli għall-pakkett, bl-nformazzjoni li ġejja:

(a)

il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi tal-ivvjaġġar:

(i)

id-destinazzjoni(jiet) tal-vjaġġ, l-itinerarju u l- perjodi ta' soġġorn, bid-dati u, fejn tkun inkluża l-akkomodazzjoni, in-numru ta' ljieli inklużi;

(ii)

il-mezzi, il-karatteristiċi u l-kategoriji tat-trasport, il-postijiet, dati u ħinijiet ta' tluq u ritorn, it-tul u l-postijiet tal-waqfiet intermedji u l-konnessjonijiet tat-trasport.

Meta l-ħin eżatt ma jkunx għadu ġie determinat, l-organizzatur u, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut għandu jinforma lill-vjaġġatur dwar il-ħin approssimattiv ta' tluq u ritorn;

(iii)

il-post, il-karatteristiċi prinċipali u, fejn applikabbli, il-kategorija turistika tal-akkomodazzjoni skont ir-regoli tal-pajjiż ta' destinazzjoni;

(iv)

il-pjan dwar l-ikel;

(v)

iż-żjarat, l-eskursjoni(jiet) jew is-servizzi l-oħra inklużi fil-prezz totali miftiehem għall-pakkett;

(vi)

fejn ma jkunx evidenti mill-kuntest, jekk xi servizzi tal-ivvjaġġar ikunux ser jiġu pprovduti lill-vjaġġatur bħala parti minn grupp, u jekk dak ikun il-każ fejn possibbli, id-daqs approssimativ tal-grupp;

(vii)

fejn it-tgawdija ta' servizzi turistiċi oħra tal-vjaġġatur tiddependi minn komunikazzjoni orali effettiva, il-lingwa li biha dawk is-servizzi ser jitwettqu, u,

(viii)

jekk il-vjaġġ jew il-btala jkunux adatti b'mod ġenerali għal persuni b'mobilità mnaqqsa jew le u, fuq talba tal-vjaġġatur, informazzjoni preċiża dwar kemm hu adatt il-vjaġġ jew il-btala meta jitqiesu l-ħtiġijiet tal-vjaġġatur;

(b)

l-isem kummerċjali u l-indirizz ġeografiku tal-organizzatur u, fejn applikabbli, tal-bejjiegħ bl-imnut, kif ukoll in-numru tat-telefon u, fejn applikabbli, l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom;

(c)

il-prezz totali tal-pakkett bit-taxxi inklużi u, fejn applikabbli, tat-tariffi, il-ħlasijiet u l-ispejjeż oħra kollha addizzjonali jew, meta dawn l-ispejjeż ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkulati qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, indikazzjoni tat-tip ta' spejjeż addizzjonali li l-vjaġġatur jista' xorta waħda jkollu jġarrab;

(d)

l-arranġamenti għall-ħlas, inkluż kwalunkwe ammont jew perċentwal tal-prezz li għandu jitħallas bħala depożitu u l-iskeda ta' żmien għall-ħlas tal-bilanċ, jew garanziji finanzjarji li għandhom jitħallsu jew jiġu pprovduti mill-vjaġġatur;

(e)

in-numru minimu ta' persuni meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-pakkett u l-limitu ta' żmien imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 12(3), qabel il-bidu tal-pakkett għat-terminazzjoni possibbli tal-kuntratt jekk dak in-numru ma jintlaħaqx;

(f)

informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti tal-passaport u tal-visa, inklużi l- perjodi approssimattivi għall-kisba tal-visa u informazzjoni dwar il-formalitajiet tas-saħħa tal-pajjiż ta' destinazzjoni;

(g)

informazzjoni li l-vjaġġatur jista' jtemm il-kuntratt fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett ladarba titħallas tariffa ta' terminazzjoni xierqa jew, fejn applikabbli, it-tariffi ta' terminazzjoni standardizzati mitluba mill-organizzatur, skont l-Artikolu 12(1);

(h)

informazzjoni dwar assigurazzjoni fakultattiva jew obbligatorja li tkopri l-ispiża ta' terminazzjoni tal-kuntratt mill-vjaġġatur jew l-ispiża ta' assistenza, inkluża r-ripatrijazzjoni, fil-każ ta' inċident, mard jew mewt.

Għal kuntratti ta' pakkett ta' vjaġġar konklużi bit-telefon, l-organizzatur u, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut għandu jipprovdi lill-vjaġġatur bl-informazzjoni standard li tinsab fil-Parti B tal-Anness I u bl-informazzjoni li tinsab fil-punti (a) sa (h) tal-ewwel subparagrafu.

2.   B'referenza għal pakketti kif definiti fil-punt (b)(v) tal-punt 2 tal-Artikolu 3, l-organizzatur u l-kummerċjant li tintbagħat id-data lilhom għandhom jiżguraw li kull wieħed minnhom jagħti, qabel ma l-vjaġġatur ikun marbut b'kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti, l-informazzjoni stipulata fil-punti (a) sa (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sa fejn din tkun rilevanti għas-servizzi tal-ivvjaġġar rispettivi li joffru. L-organizzatur għandu jipprovdi wkoll, fl-istess ħin, l-informazzjoni standard stipulata permezz tal-formola stipulata fil-Parti C tal-Anness I.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprovduta b'mod ċar, li jinftiehem u prominenti. Fejn tali informazzjoni tingħata bil-miktub, din għandha tkun tista' tinqara.

Artikolu 6

Natura vinkolanti ta' informazzjoni prekuntrattwali u konklużjoni tal-kuntratt ta' pakkett tal-ivvjaġġar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta lill-vjaġġatur skont il-punti (a), (c), (d), (e), u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandha tifforma parti integrali mill-kuntratt tal-pakkett tal-ivvjaġġar u ma għandhiex tinbidel sakemm il-partijiet kontraenti ma jaqblux espressament mod ieħor. L-organizzatur, u fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, għandu qabel il-konklużjoni tal-kuntratt tal-pakkett tal-ivvjaġġar, jikkomunika lill-vjaġġatur bil-bdil kollu fl-informazzjoni prekuntrattwali b'mod ċar, li jinftiehem u prominenti.

2.   Jekk l-organizzatur, u fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, ma jkunx irrispetta r-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar tariffi, ħlasijiet jew spejjeż oħra addizzjonali kif imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar, il-vjaġġatur ma għandux iħallas dawk it-tariffi, imposti jew spejjeż oħra.

Artikolu 7

Kontenut tal-kuntratt ta' pakkett tal-ivvjaġġar u d-dokumenti li għandhom ikunu forniti qabel il-bidu tal-pakkett

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratti ta' pakketti tal-ivvjaġġar ikunu b'lingwa sempliċi u li tinftiehem u, safejn dawn ikunu bil-miktub, ikunu jistgħu jinqraw. Fil-konklużjoni tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jew mingħajr dewmien żejjed wara dan, l-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu jipprovdi lill-vjaġġatur b'kopja jew bil-konferma tal-kuntratt fuq mezz li jservi għal żmien twil. Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat jitlob kopja stampata jekk il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar ikun ġie konkluż fil-preżenza fiżika simultanja tal-partijiet.

Fir-rigward ta' kuntratti li ma jsirux fuq il-post tan-negozju kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE, kopja jew konferma tal-kuntratt tal-pakkett tal-ivvjaġġar għandha tingħata lill-vjaġġatur fuq karta jew jekk il-vjaġġatur jaqbel, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil.

2.   Il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jew konferma tal-kuntratt għandu jkun fih il-kontenut sħiħ tal-ftehim, liema għandu jinkludi l-informazzjoni kollha msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u l-informazzjoni li ġejja:

(a)

rekwiżiti speċjali tal-vjaġġatur li l-organizzatur ikun aċċetta;

(b)

informazzjoni li l-organizzatur huwa:

(i)

responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tas-servizzi tal-ivvjaġġar kollha inklużi fil-kuntratt skont l-Artikolu 13; u

(ii)

obbligat li jipprovdi assistenza jekk il-vjaġġatur jinsab f'diffikultà f'konformità mal-Artikolu 16;

(c)

isem l-entità responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza u d-dettalji ta' kuntatt tagħha, inkluż l-indirizz ġeografiku tagħha, u fejn applikabbli, l-isem tal-awtorità kompetenti deżinjata mill-Istat Membru konċernat għal dak il-għan u d-dettalji ta' kuntatt tagħha;

(d)

l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika u, fejn applikabbli, in-numru tal-fax tar-rappreżentant lokali tal-organizzatur, ta' punt ta' kuntatt jew ta' servizz ieħor li jippermetti lill-vjaġġatur jagħmel kuntatt mal-organizzatur malajr u jikkomunika miegħu b'mod effiċjenti, sabiex jitlob l-assistenza meta l-vjaġġatur jinsab f'diffikultà jew jilmenta dwar kwalunkwe nuqqas ta' konformità pperċepita matul l-eżekuzzjoni tal-pakkett;

(e)

informazzjoni li l-vjaġġatur jeħtieġ li jikkomunika fuq kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jipperċepixxi waqt l-eżekuzzjoni tal-pakkett skont l-Artikolu 13(2);

(f)

fejn minorenni, mhux akkumpanjati minn ġenitur jew persuna oħra awtorizzata, jivvjaġġaw abbażi ta' kuntratt ta' pakkett tal-ivvjaġġar li jinkludi akkomodazzjoni, informazzjoni li tippermetti kuntatt dirett mal-minorenni jew il-persuna responsabbli għall-minorenni fil-post ta' fejn ikun qiegħed il-minorenni;

(g)

informazzjoni dwar il-proċeduri disponibbli li jittrattaw ilmenti internament u dwar mekkaniżmi alternattivi ta' rizoluzzjoni għat-tilwimiet (“ADR”) skont id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), u, fejn applikabbli, dwar l-entità tal-ADR li tkopri lill-kummerċjant u dwar il-pjattaforma ta' soluzzjoni online għat-tilwim (“online dispute resolution platform”) skont ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(h)

informazzjoni dwar id-dritt tal-vjaġġatur li jittrasferixxi l-kuntratt lill-vjaġġatur ieħor f'konformità mal-Artikolu 9.

3.   B'referenza għal pakketti kif definiti fil-punt (b)(v) tal-punt 2 tal-Artikolu 3, il-kummerċjant li tintbagħat id-data lilu għandu jgħarraf lill-organizzatur bil-konklużjoni tal-kuntratt li jwassal għall-ħolqien ta' pakkett. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-organizzatur bl-informazzjoni neċessarja sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu bħala organizzatur.

Hekk kif l-organizzatur ikun infurmat li jkun inħoloq pakkett, l-organizzatur għandu jagħti lill-vjaġġatur l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 2 fuq mezz li jservi għal żmien twil.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tingħata b'mod ċar, li jinftiehem u prominenti.

5.   Fi żmien biżżejjed qabel il-bidu tal-pakkett, l-organizzatur għandu jipprovdi lill-vjaġġatur bl-irċevuti, vouchers u biljetti neċessarji, informazzjoni dwar il-ħinijiet skedati tat-tluq u, fejn applikabbli, l-iskadenza għar-reġistrazzjoni, kif ukoll il-ħinijiet skedati għall-waqfiet intermedjarji, il-konnessjonijiet ta' trasport u l-wasla.

Artikolu 8

Oneru tal-prova

Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti f'dan il-Kapitolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant.

KAPITOLU III

TIBDIL FIL-KUNTRATT TA' PAKKETT TA' VJAĠĠAR QABEL IL-BIDU TAL-PAKKETT

Artikolu 9

Trasferiment tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar lil vjaġġatur ieħor

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vjaġġatur jista', wara li jkun ta lill-organizzatur avviż raġonevoli fuq mezz li jservi għal żmien twil qabel il-bidu tal-pakkett, jittrasferixxi l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar lil persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha applikabbli għal dak il-kuntratt. Fi kwalunkwe każ avviż li jkun ingħata sa mhux aktar tard minn sebat ijiem qabel il-bidu tal-pakkett, għandu jitqies bħala raġonevoli.

2.   It-trasferitur tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar u d-destinatarju għandhom ikunu solidament responsabbli għall-pagament tal-bilanċ dovut u għal kwalunkwe tariffi, imposta jew spiża oħra addizzjonali li jirriżultaw mit-trasferiment. L-organizzatur għandu jinforma lit-trasferitur dwar l-ispejjeż reali tat-trasferiment. Dawk l-ispejjeż għandhom ikunu raġonevoli u ma għandhomx jeċċedu l-ispiża reali mġarrba mill-organizzatur minħabba t-trasferiment tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar.

3.   L-organizzatur għandu jagħti prova lit-trasferitur tat-tariffi, l-imposti jew spejjeż oħra addizzjonali li jirriżultaw mit-trasferiment tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar.

Artikolu 10

Bidla fil-prezz

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wara l-konklużjoni tal-kuntratt, il-prezzijiet jistgħu jogħlew biss jekk il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jirriżerva espliċitament dik il-possibbiltà u jiddikjara li l-vjaġġatur huwa intitolat għal tnaqqis fil-prezz skont il-paragrafu 4. F'dak il-każ il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar għandu jiddikjara kif ir-reviżjonijiet tal-prezz għandhom jiġu kkalkulati. Żidiet fil-prezzijiet għandhom ikunu esklużivament possibbli bħala konsegwenza diretta ta' bidliet fi:

(a)

il-prezz ta' trasport tal-passiġġieri li jirriżulta mill-ispiża tal-fjuwil jew sorsi oħrajn ta' enerġija;

(b)

il-livell ta' taxxi jew imposti fuq is-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt imposti minn partijiet terzi li mhumiex direttament involuti fl-eżekuzzjoni tal-pakkett, inkluż taxxi tat-turisti, it-taxxi għall-inżul jew id-drittijiet tal-imbark jew l-iżbark fil-portijiet u fl-ajruporti; jew

(c)

ir-rati tal-kambju rilevanti għall-pakkett.

2.   Jekk iż-żieda fil-prezz imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu taqbeż it-8 % tal-prezz totali tal-pakkett, għandu japplika l-Artikolu 11(2) sa (5).

3.   Irrispettivament minn kemm hi ż-żieda, żieda fil-prezz għandha tkun possibbli biss jekk l-organizzatur jinnotifika lill-vjaġġatur b'mod ċar u li jinftiehem, bil-ġustifikazzjoni dwar dik iż-żieda u jingħata kalkolu fuq mezz li jservi għal żmien twil sa mhux aktar tard minn 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett.

4.   Jekk il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jistipula l-possibbiltà ta' żidiet fil-prezz, il-vjaġġatur għandu jkollu d-dritt għal tnaqqis fil-prezz li jikkorrispondi għal kwalunkwe tnaqqis fl-ispejjeż imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 li jseħħu wara l-konklużjoni tal-kuntratt qabel ma jinbeda l-pakkett.

5.   Fl-eventwalità ta' tnaqqis fil-prezz, l-organizzatur għandu jkollu d-dritt li jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi reali mir-rifużjoni dovuta lill-vjaġġatur. Fuq talba tal-vjaġġatur, l-organizzatur għandu jagħti prova ta' dawk l-ispejjeż amministrattivi.

Artikolu 11

Tibdil ta' kondizzjonijiet oħra tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-bidu tal- perjodu tal-pakkett, l-organizzatur ma jistax, b'mod unilaterali, ibiddel il-kondizzjonijiet tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar għajr il-prezz f'konformità mal-Artikolu 10, sakemm:

(a)

l-organizzatur ikun irriżerva dak id-dritt fil-kuntratt;

(b)

il-bidla tkun insinifikanti; u

(c)

l-organizzatur ikun għarraf lill-vjaġġatur bil-bidla b'mod ċar, li jinftiehem u prominenti fuq mezz li jservi għal żmien twil.

2.   Jekk, qabel il-bidu tal-perjodu tal-pakkett, l-organizzatur ikun kostrett li jibdel b'mod sinifikanti xi waħda mill-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) jew ma jistax jissodisfa r-rekwiżiti speċjali kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2), jew jipproponi li jgħolli l-prezz tal-pakkett b'aktar minn 8 % skont l-Artikolu 10(2), il-vjaġġatur jista', f' perjodu ta' żmien raġonevoli speċifikat mill-organizzatur:

(a)

jaċċetta l-bidla proposta; jew

(b)

jittermina l-kuntratt mingħajr ma jħallas tariffa ta' terminazzjoni.

Jekk il-vjaġġatur jittermina l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar, il-vjaġġatur jista' jaċċetta pakkett sostitwit fejn dan jiġi offrut mill-organizzatur, jekk huwa possibbli, ta' kwalità ekwivalenti jew ogħla.

3.   L-organizzatur għandu jinforma mingħajr dewmien żejjed lill-vjaġġatur b'mod ċar, li jinftiehem u prominenti fuq mezz li jservi għal żmien twil dwar:

(a)

il-bidliet proposti msemmija fil-paragrafu 2 u, fejn adatt skont il-paragrafu 4, l-impatt tagħhom fuq il-prezz tal-pakkett,

(b)

perjodu ta' żmien raġonevoli, li fih il-vjaġġatur għandu jinforma lill-organizzatur bid-deċiżjoni tiegħu skont il-paragrafu 2,

(c)

il-konsegwenzi tan-nuqqas min-naħa tal-vjaġġatur li jirrispondi fil-perjodu ta' żmien imsemmi fil-punt (b), skont il-liġi nazzjonali applikabbli, u

(d)

fejn applikabbli, il-pakkett sostitwit offrut u l-prezz tiegħu.

4.   Fejn il-bidliet għall-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jew il-pakkett sostitwit imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jirriżultaw f'pakkett ta' kwalità jew spiża aktar baxxa, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal tnaqqis fil-prezz.

5.   Jekk il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jiġi tterminat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u l-vjaġġatur ma jaċċettax pakkett sostitwit, l-organizzatur għandu jrodd lura l-pagamenti kollha li saru minn jew f'isem il-vjaġġatur mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 14-il jum wara li l-kuntratt ikun ġie tterminat. L-Artikolu 14(2), (3), (4), (5) u (6) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 12

Terminazzjoni tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar u d-dritt ta' rtirar qabel il-bidu tal-pakkett

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur jista' jittermina l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett. Fejn il-vjaġġatur jittermina l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar skont dan il-paragrafu, il-vjaġġatur jista' jkollu jħallas tariffa ta' terminazzjoni adatta u ġustifikabbli lill-organizzatur. Il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jista' jispeċifika tariffi raġonevoli standardizzati ta' terminazzjoni bbażati fuq iż-żmien tat-terminazzjoni tal-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett u l-iffrankar mistenni ta' spejjeż u dħul mill-użu alternattiv tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Fin-nuqqas ta' tariffi standardizzati ta' terminazzjoni, l-ammont tat-tariffa ta' terminazzjoni għandu jikkorrispondi għall-prezz tal-pakkett nieqes l-ispejjeż iffrankati u d-dħul mill-użu alternattiv tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Fuq talba tal-vjaġġatur l-organizzatur għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għall-ammont tat-tariffi ta' terminazzjoni.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-vjaġġatur għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr ma jħallas ebda tariffa ta' terminazzjoni fil-każ ta' ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jseħħu fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu u li jaffettwaw sinifikament l-eżekuzzjoni tal-pakkett, jew li jaffettwaw b'mod sinifikanti t-trasport tal-passiġġieri lejn id-destinazzjoni. F'każ ta' terminazzjoni tal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar skont dan il-paragrafu, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal rifużjoni sħiħa ta' kull pagament li sar għall-pakkett, iżda ma għandux ikun intitolat għal kumpens addizzjonali.

3.   L-organizzatur jista' jittermina l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar u jagħti lill-vjaġġatur rifużjoni sħiħa ta' kull pagament li jkun sar għall-pakkett, iżda ma għandux ikun responsabbli għal kumpens addizzjonali, jekk:

(a)

l-għadd ta' persuni li jkunu nkitbu għall-pakkett ikun iżgħar min-numru minimu ddikjarat fil-kuntratt u l-organizzatur jinnotifika lill-vjaġġatur dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt fi żmien il- perjodu ffissat fil-kuntratt, iżda mhux iktar tard minn:

(i)

20 jum qabel il-bidu tal-pakkett f'każ ta' vjaġġi ta' iktar minn sitt ijiem;

(ii)

sebat ijiem qabel il-bidu tal-pakkett f'każ ta' vjaġġi ta' bejn jumejn u sitt ijiem;

(iii)

48 siegħa qabel il-bidu tal-pakkett f'każ ta' vjaġġi inqas minn jumejn;

jew

(b)

l-organizzatur ma jkunx jista' jwettaq il-kuntratt minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji u jinnotifika lill-vjaġġatur dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt mingħajr dewmien żejjed qabel il-bidu tal-pakkett.

4.   L-organizzatur għandu jagħti kwalunkwe rifużjoni meħtieġa skont il-paragrafi 2 u 3 jew, fir-rigward tal-paragrafu 1, irodd lura kwalunkwe pagamenti li jkunu saru minn jew f'isem il-vjaġġatur għall-pakkett bit-tariffa adatta ta' terminazzjoni mnaqqsa. Dawn ir-rifużjonijiet jew rimborżi għandhom isiru lill-vjaġġatur mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 14-il jum wara li l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar ikun ġie tterminat.

5.   Fir-rigward tal-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, fil-liġi nazzjonali tagħhom l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-vjaġġatur għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar f' perjodu ta' 14-il jum wara l-konkluzjoni tal-kuntratt mingħajr ma jagħti ebda raġuni.

KAPITOLU IV

EŻEKUZZJONI TAL-PAKKETT

Artikolu 13

Responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-pakkett

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur ikun responsabbli għall-eżekuzzjoni tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt tal-pakkett tal-ivvjaġġar, irrispettivament minn jekk dawk is-servizzi għandhomx jingħataw mill-organizzatur jew minn fornituri oħra tas-servizz tal-ivvjaġġar.

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li skonthom il-bejjiegħ bl-imnut ukoll ikun responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-pakkett. F'dak il-każ id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 u l-Kapitolu III, dan il-Kapitolu u l-Kapitolu V li huma applikabbli għall-organizzatur għandhom japplikaw ukoll mutatis mutandis għall-bejjiegħ bl-imnut.

2.   Il-vjaġġatur għandu jinforma lill-organizzatur mingħajr dewmien żejjed, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ, b'kull nuqqas ta' konformità li jinduna bih waqt l-eżekuzzjoni ta' servizz tal-ivvjaġġar inkluż fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar.

3.   Jekk xi wieħed mis-servizzi tal-ivvjaġġar ma jiġix eżegwit f'konformità mal-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar, l-organizzatur għandu jirrimedja n-nuqqas ta' konformità, sakemm dak:

(a)

ikun impossibbli; jew

(b)

jinvolvi spejjeż sproporzjonati, b'kont meħud tal-livell tan-nuqqas ta' konformità u l-valur tas-servizzi tal-ivvjaġġar affettwati.

Jekk l-organizzatur, skont il-punt (a) jew il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ma jirrimedjax in-nuqqas ta' konformità, għandu japplika l-Artikolu 14.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, jekk l-organizzatur ma jirrimedjax in-nuqqas ta' konformità f' perjodu ta' żmien raġonevoli ffissat mill-vjaġġatur, il-vjaġġatur jista' jagħmel dan huwa stess u jitlob rimborż tal-ispejjeż neċessarji. Ma għandux ikun meħtieġ li l-vjaġġatur jispeċifika limitu ta' żmien jekk l-organizzatur jirrifjuta li jirrimedja n-nuqqas ta' konformità jew jekk ikun meħtieġ rimedju immedjat.

5.   Meta proporzjon sinifikanti tas-servizzi tal-ivvjaġġar ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti kif miftiehem fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar, l-organizzatur għandu joffri, mingħajr spejjeż addizzjonali għall-vjaġġatur, arranġamenti alternattivi ta' vjaġġar xierqa, fejn possibbli, ta' kwalità ekwivalenti jew superjuri minn dawk speċifikati fil-kuntratt, għall-kontinwazzjoni tal-pakkett, inkluż fejn ir-ritorn tal-vjaġġatur lejn il-post tat-tluq ma jkunx ipprovdut kif miftiehem.

Fejn l-arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar proposti jirriżultaw f'pakkett ta' kwalità inferjuri minn dik speċifikata fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar, l-organizzatur għandu joffri tnaqqis adattat tal-prezz lill-vjaġġatur.

Il-vjaġġatur jista' jirrifjuta l-arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar proposti biss jekk ma jkunux komparabbli ma' dak li kien ġie miftiehem fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jew jekk it-tnaqqis tal-prezz mogħti ma jkunx adegwat.

6.   Fejn nuqqas ta' konformità jaffettwa b'mod sostanzjali l-eżekuzzjoni tal-pakkett u l-organizzatur ikun naqas milli jsib rimedju għalih f' perjodu ta' żmien raġonevoli ffissat mill-vjaġġatur, il-vjaġġatur jista' jittermina l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar mingħajr ma jħallas tariffa ta' terminazzjoni u/jew, fejn adatt, jitlob tnaqqis fil-prezz u kumpens għad-danni f'konformità mal-Artikolu 14.

Jekk ikun impossibbli li jsiru arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar jew il-vjaġġatur jirrifjuta l-arranġamenti alternattivi ta' vjaġġar xierqa proposti f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-vjaġġatur huwa, fejn xieraq, intitolat għal tnaqqis fil-prezz u/jew kumpens għad-danni skont l-Artikolu 14 mingħajr ma jiġi tterminat il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar.

Jekk il-pakkett jinkludi t-trasport tal-passiġġieri, l-organizzatur għandu, fil-każijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, jipprovdi wkoll ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġatur bi trasport ekwivalenti mingħajr dewmien żejjed u mingħajr spejjeż addizzjonali għall-vjaġġatur.

7.   Sakemm ikun impossibbli li jiġi żgurat ir-ritorn tal-vjaġġatur kif miftiehem fil-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, l-organizzatur għandu jġarrab l-ispejjeż meħtieġa għall-akkomodazzjoni, jekk jista' jkun ta' kategorija ekwivalenti, għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet iljieli għal kull vjaġġatur. Fejn perjodi itwal huma provduti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri applikabbli għal mezzi ta' trasport rilevanti għar-ritorn tal-vjaġġatur, dawk il- perjodi għandhom japplikaw.

8.   Il-limitazzjoni tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006, u kwalunkwe persuna li tkun magħhom, nisa tqal u minorenni mhux akkumpanjati, kif ukoll persuni fil-bżonn ta' assistenza medika speċifika, sakemm l-organizzatur ikun ġie nnotifikat dwar il-ħtiġijiet partikolari tagħhom mill-inqas 48 siegħa qabel il-bidu tal-pakkett. L-organizzatur ma jistax jinvoka ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji biex jillimita r-responsabbiltà msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jekk il-fornitur tat-trasport rilevanti ma jkunx jista' jiddependi fuq ċirkostanzi bħal dawn skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni.

Artikolu 14

Tnaqqis fil-prezz u kumpens għad-danni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur huwa intitolat għal tnaqqis fil-prezz għal kwalunkwe perjodu li matulu kien hemm nuqqas ta' konformità, sakemm l-organizzatur ma jagħtix prova li n-nuqqas ta' konformità huwa attribwibbli lill-vjaġġatur.

2.   Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens adegwat mingħand l-organizzatur għal kwalunkwe dannu li l-vjaġġatur iġarrab bħala riżultat ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità. Il-kumpens għandu jingħata mingħajr dewmien żejjed.

3.   Il-vjaġġatur ma għandux ikun intitolat għal kumpens għad-danni jekk l-organizzatur jagħti prova li n-nuqqas ta' konformità jkun:

(a)

attribwibbli lill-vjaġġatur;

(b)

attribwibbli għal parti terza li ma jkollhiex x'taqsam mal-provvista tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt tal-pakkett ta' vjaġġar, u jkun imprevedibbli jew inevitabbli; jew

(c)

minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji.

4.   Sakemm konvenzjonijiet internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jillimitaw il-livell ta' kumpens jew il-kondizzjonijiet li taħthom kumpens għandu jitħallas minn fornitur li jwettaq servizz tal-ivvjaġġar li huwa parti minn pakkett, l-istess limitazzjonijiet għandhom japplikaw għall-organizzatur. Sakemm konvenzjonijiet internazzjonali li ma jorbtux lill-Unjoni jillimitaw il-kumpens li għandu jitħallas minn fornitur ta' servizz, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kumpens li għandu jitħallas mill-organizzatur skont dan. F'każijiet oħra, il-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar jista' jillimita l-kumpens li għandu jitħallas mill-organizzatur sakemm din il-limitazzjoni ma tapplikax għal ħsara personali jew dannu kkawżat intenzjonalment jew minħabba negliġenza u ma tammontax għal anqas minn tliet darbiet il-prezz totali tal-pakkett.

5.   Kwalunkwe dritt għal kumpens jew tnaqqis fil-prezz skont din id-Direttiva ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-vjaġġaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004, ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007, ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 u r-Regolament (UE) Nru 181/2011 u skont konvenzjonijiet internazzjonali. Il-vjaġġaturi għandhom ikunu intitolati jippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva u skont dawk ir-Regolamenti u konvenzjonijiet internazzjonali. Kumpens jew tnaqqis fil-prezz mogħti skont din id-Direttiva u kumpens jew tnaqqis fil-prezz mogħti skont dawk ir-Regolamenti u konvenzjonijiet internazzjonali għandhom jitnaqqsu minn xulxin sabiex jiġi evitat kumpens żejjed.

6.   Il- perjodu ta' limitazzjoni biex jiddaħħlu pretensjonijiet skont dan l-Artikolu ma għandux ikun inqas minn sentejn.

Artikolu 15

Possibbiltà li jiġi kkuntattjat l-organizzatur mill-bejjiegħ bl-imnut

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur jista' jindirizza messaġġi, talbiet jew ilmenti relatati mal-eżekuzzjoni tal-pakkett direttament lill-bejjiegħ bl-imnut li minn għandu jkun inxtara. Il-bejjiegħ bl-imnut għandu jgħaddi dawk il-messaġġi, talbiet jew ilmenti lill-organizzatur mingħajr dewmien żejjed.

Għall-fini ta' konformità mal-limiti taż-żmien jew il- perjodi ta' preskrizzjoni, il-wasla ta' messaġġi, talbiet jew ilmenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għand il-bejjiegħ bl-imnut għandha titqies bħala li waslet għand l-organizzatur.

Artikolu 16

Obbligu li tingħata assistenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur jagħti assistenza xierqa mingħajr dewmien bla bżonn lill-vjaġġatur li jkun f'diffikultà, inklużi fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 13(7), partikolarment billi:

(a)

jagħti informazzjoni adatta dwar is-servizzi tas-saħħa, l-awtoritajiet lokali u l-assistenza konsulari; u

(b)

jgħin lill-vjaġġatur jagħmel komunikazzjoni mill-bogħod u jgħin lill-vjaġġatur isib arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar.

L-organizzatur għandu jkun jista' jimponi tariffa raġonevoli għal tali assistenza jekk id-diffikultà tkun kkawżata intenzjonalment mill-vjaġġatur jew minħabba negliġenza tal-vjaġġatur. Dik it-tariffa ma għandha fl-ebda każ taqbeż l-ispejjeż li fil-fatt ikun ġarrab l-organizzatur.

KAPITOLU V

PROTEZZJONI MILL-INSOLVENZA

Artikolu 17

Effikaċja u kamp ta' applikazzjoni ta' protezzjoni mill-insolvenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha magħmula minn jew f'isem vjaġġaturi sa fejn is-servizzi rilevanti ma jitwettqux bħala konsegwenza tal-insolvenza ta' tali organizzatur. Jekk it-trasport tal-passiġġieri huwa inkluż fil- kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar, l-organizzaturi għandhom jipprovdu wkoll is-sigurtà għar-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi. Tista' tiġi offruta il-kontinwazzjoni tal-pakkett.

Organizzaturi li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru li jbigħu jew joffru għall-bejgħ pakketti fi Stat Membru, jew li bi kwalunkwe mezz jidderieġu attivitajiet bħal dawn lejn Stat Membru, għandhom ikunu obbligati li jipprovdu s-sigurtà f'konformità mal-liġi ta' dak l-Istat Membru.

2.   Is-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u għandha tkopri l-ispejjeż li huma raġonevolment prevedibbli. Din għandha tkopri l-ammonti ta' pagamenti li jsiru minn jew f'isem il-vjaġġaturi fir-rigward tal-pakketti, filwaqt li jitqies it-tul tal-perjodu bejn il-pagamenti parzjali u l-pagamenti finali u t-tlestija tal-pakketti, kif ukoll l-ispiża stmata għar-ripatrijazzjonijiet fil-każ tal-insolvenza tal-organizzatur.

3.   Il-protezzjoni mill-insolvenza ta' organizzatur għandha tibbenefika lill-vjaġġaturi irrispettivament mill-post ta' residenza tagħhom, mill-post tat-tluq jew fejn inbiegħ il-pakkett u irrispettivament mill-Istat Membru fejn hija stabbilita l-entità responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza.

4.   Meta l-eżekuzzjoni tal-pakkett hija affettwata mill-insolvenza tal-organizzatur, din is-sigurtà għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas sabiex jiġu żgurati r-ripatrijazzjonijiet u, jekk hu meħtieġ, il-finanzjament tal-akkomodazzjoni qabel ir-ripatrijazzjoni.

5.   Għal servizzi tal-ivvjaġġar li għadhom ma ġewx eżegwiti, ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw mingħajr dewmien bla bżonn wara t-talba tal-vjaġġatur.

Artikolu 18

Rikonoxximent reċiproku ta' protezzjoni mill-insolvenza u kooperazzjoni amministrattiva

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala li tissodisfa r-rekwiżiti tal-miżuri nazzjonali tagħhom relatati mat-traspożizzjoni tal-Artikolu 17 kwalunkwe protezzjoni mill-insolvenza li organizzatur jipprovdi skont tali miżuri tal-Istat Membru ta' fejn hu stabbilit.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punti ta' kuntatt ċentrali sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tal-organizzaturi li joperaw fi Stati Membri differenti. Huma għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-kuntatt ta' dawk il-punti ta' kuntatt lill-Istati Membri l-oħra kollha u lill-Kummissjoni.

3.   Il-punti ċentrali ta' kuntatt għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar ir-rekwiżiti tagħhom tal-protezzjoni nazzjonali mill-insolvenza u l-identità tal-entità jew tal-entitajiet responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza għal organizzaturi speċifiċi stabbiliti fit-territorju tagħhom. Dawk il-punti ta' kuntatt għandhom jagħtu lil xulxin aċċess għal kwalunkwe inventarju disponibbli li jelenka organizzaturi li huma konformi mal-obbligi tagħhom ta' protezzjoni mill-insolvenza. Kwalunkwe inventarju bħal dan għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku, inkluż online.

4.   Jekk Stat Membru jkollu dubji dwar il-protezzjoni mill-insolvenza ta' organizzatur, huwa għandu jfittex kjarifika mingħand l-Istat Membru tal-istabbiliment tal-organizzatur. Filwaqt li jitqiesu l-urġenza u l-kumplessità tal-kwistjoni, l-Istati Membri għandhom iwieġbu għal talbiet mingħand Stati Membri oħrajn kemm jista' jkun malajr. Fi kwalunkwe każ l-ewwel tweġiba għandha tinħareġ tal-anqas fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta tasal it-talba.

KAPITOLU VI

ARRANĠAMENTI TAL-IVVJAĠĠAR MARBUTA

Artikolu 19

Protezzjoni mill-insolvenza u rekwiżiti ta' informazzjoni għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kummerċjanti li jiffaċilitaw l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta għandhom jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha magħmula f'isem il-vjaġġaturi jekk servizz tal-ivvjaġġar li jkun parti minn arranġament tal-ivvjaġġar marbut ma jingħatax b'konsegwenza tal-insolvenza tagħhom. Jekk dawn il-kummerċjanti jkunu l-parti responsabbli għat-trasport tal-passiġġieri, is-sigurtà għandha tkopri wkoll ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġatur. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(1), l-Artikolu 17(2) sa (5) u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.   Qabel ma l-vjaġġatur ikun marbut bi kwalunkwe kuntratt li jwassal għall-ħolqien ta' arranġament tal-ivvjaġġar marbut jew kwalunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant li qed jiffaċilita l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, inkluż meta l-kummerċjant ma jkunx stabbilit fi Stat Membru iżda, bi kwalunkwe mezz, jidderieġi tali attivitajiet lejn Stat Membru, għandu jiddikjara b'mod ċar, li jinftiehem u prominenti li l-vjaġġatur:

(a)

mhux ser jibbenefika minn ebda wieħed mid-drittijiet mogħtija esklużivament lill-vjaġġaturi li qed jivvjaġġaw abbażi ta' kuntratt ta' pakkett tal-ivvjaġġar minn din id-Direttiva u li kull fornitur ta' servizz ser ikun responsabbli biss għall-eżekuzzjoni kuntrattwali xierqa tas-servizz tiegħu; u

(b)

ser jibbenefika mill-protezzjoni mill-insolvenza skont il-paragrafu 1.

Sabiex jikkonforma ma' dan il-paragrafu, il-kummerċjant li jiffaċilita l-arranġamenti tal-ivvjaġġar għandu jipprovdi lill-vjaġġatur bil-formola ta' informazzjoni standard rilevanti li tinsab fl-Anness II, jew, fejn it-tip partikolari ta' arranġament tal-ivvjaġġar marbut mhux kopert mill-ebda waħda mill-formoli li jinsabu f'dak l-Anness, jagħti l-informazzjoni li tinsab fiha.

3.   Fejn il-kummerċjant li qed jiffaċilita l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti mniżżla fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, id-drittijiet u l-obbligi mniżżla fl-Artikoli 9 u 12 u l-Kapitolu IV għandhom japplikaw fir-rigward ta' servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fl-arranġament tal-ivvjaġġar marbut.

4.   Fejn arranġament tal-ivvjaġġar marbut huwa r-riżultat ta' konklużjoni ta' kuntratt bejn vjaġġatur u kummerċjant li ma jiffaċilitax l-arranġament tal-ivvjaġġar marbut, dak il-kummerċjant għandu jinforma lill-kummerċjant li qed jiffaċilita l-arranġament tal-ivvjaġġar marbut dwar il-konklużjoni tal-kuntratt rilevanti.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 20

Obbligi speċifiċi tal-bejjiegħ bl-imnut fejn l-organizzatur huwa stabbilit barra ż-Żona Ekonomika Ewropea

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1), meta l-organizzatur huwa stabbilit barra ż- Żona Ekonomika Ewropea, il-bejjiegħ bl-imnut stabbilit fi Stat Membru għandu jkun soġġett għall-obbligi stabbiliti għall-organizzaturi fil-Kapitoli IV u V, sakemm il-bejjiegħ bl-imnut ma jipprovdix evidenza li l-organizzatur huwa konformi ma' dawk il-Kapitoli.

Artikolu 21

Responsabbiltà għal żbalji ta' prenotazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kummerċjant huwa responsabbli għal kwalunkwe żball li jsir minħabba difetti tekniċi fis-sistema tal-prenotazzjoni li jkunu attribwibbli għalih u, fejn il-kummerċjant ikun qabel li jirranġa l-prenotazzjoni ta' pakkett jew ta' servizzi tal-ivvjaġġar li huma parti minn arranġament tal-ivvjaġġar marbut, għall-iżbalji li jkunu saru waqt il-proċess tal-prenotazzjoni.

Kummerċjant ma għandux ikun responsabbli għal żbalji ta' prenotazzjoni li jkunu attribwibbli għall-vjaġġatur jew li jiġu kkawżati minn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji.

Artikolu 22

Dritt ta' rimedju

F'każijiet fejn organizzatur jew, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 20, bejjiegħ bl-imnut iħallas kumpens, jagħti tnaqqis fil-prezz jew jissodisfa l-obbligi l-oħra imposti fuqu skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu d-dritt li jfittex rimedju minn kwalunkwe parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li kkawża kumpens, tnaqqis fil-prezz jew obbligi oħra.

Artikolu 23

Natura imperattiva tad-Direttiva

1.   Dikjarazzjoni minn organizzatur ta' pakkett jew kummerċjant li qed jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar marbut li hu qed jaġixxi esklużivament bħala fornitur ta' servizz tal-ivvjaġġar, bħala intermedjarju jew fi kwalunkwe kapaċità oħra, jew li pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar ma jikkostitwixxix pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar marbut, ma teħlisx lil dak l-organizzatur jew il-kummerċjant mill-obbligi imposti fuqhom skont din id-Direttiva.

2.   Il-vjaġġaturi ma jistgħux jirrinunzjaw id-drittijiet mogħtija lilhom mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

3.   Kwalunkwe arranġament kuntrattwali jew kwalunkwe dikjarazzjoni mill-vjaġġatur li direttament jew indirettament tirrinunzja jew tirrestrinġi d-drittijiet mogħtija lill-vjaġġaturi skont din id-Direttiva jew li għandha l-għan li tiġi evitata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex tkun vinkolanti fuq il-vjaġġatur.

Artikolu 24

Infurzar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva.

Artikolu 25

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi.

Artikolu 26

Rapportar mill-Kummissjoni u rieżami

Sat-13 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għal prenotazzjonijiet online li jsiru f'punti differenti ta' bejgħ u dwar il-kwalifikazzjoni ta' tali prenotazzjonijiet bħala pakketti, arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta jew servizzi tal-ivvjaġġar awtonomi, u b'mod partikolari dwar id-definizzjoni ta' pakkett kif stabbilit fil-punt (b)(v) tal-punt 2 tal-Artikolu 3 u jekk hux xieraq li jsir aġġustament jew twessigħ ta' dik id-definizzjoni.

Sat-13 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ġenerali dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ir-rapporti msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom ikunu akkumpanjati, fejn meħtieġ, minn proposti leġislattivi.

Artikolu 27

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE

1.   Il-punt 5 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.

Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*)

2.   Il-punt (g) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/83/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(g)

dwar pakketti kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

L-Artikolu 6 (7), l-Artikolu 8(2) u (6) u l-Artikoli 19, 21 u 22 ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mutatis mutandis għal pakketti kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 fir-rigward ta' vjaġġaturi kif definiti fil-punt 6 tal-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

2.   Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Lulju 2018.

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 29

Tħassir

Id-Direttiva 90/314/KEE hija mħassra b'effett mill-1 ta' Lulju 2018.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tinsab fl-Anness III.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 31

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Novembru 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 73.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-18 ta' Settembru 2015 (ĠU C 360, 30.10.2015, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59).

(4)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' April 2002, Club Tour, Viagens e Turismo SA vs Alberto Carlos Lobo Gonçalves Garrido u Club Med Viagens Ld.a, C-400/00, ECLI:EU:C:2002:272.

(5)  Ara: Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1) u d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 ta' Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36), kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur bl-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15), ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar drittijiet u obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14), ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3), ir-Regolament (EU) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar u fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1) u r-Regolament (EU) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta' April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal) (ĠU L 194, 18.7.2001, p. 38).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/22/UE tat-12 ta' Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu (ĠU L 8, 12.1.2012, p. 1).

(9)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar kumpens u assistenza lill-passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).

(11)  Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(12)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(14)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(15)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(16)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(17)  Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18).

(18)  Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

(19)  Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

(20)  Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24).


ANNESS I

Parti A

Formola ta' informazzjoni standard għal kuntratti ta' pakkett tal-ivvjaġġar fejn l-użu ta' ħoloq elettroniċi hu possibbli

Il-kombinazzjoni tas-servizzi tal-ivvjaġġar offruta lilek huwa pakkett fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, inti għandek tibbenifika mid-drittijiet kollha tal-UE li japplikaw għal pakketti. Il-kumpanija XY/il-kumpaniji XY ser ikunu responsabbli b'mod sħiħ għall-eżekuzzjoni xierqa tal-pakkett fl-intier kollu tiegħu.

Barra minn hekk, kif mitlub mil-liġi, il-kumpanija XY/il-kumpaniji XY għandha/għandhom protezzjoni fis-seħħ sabiex tirrimborża/jirrimborżaw il-pagamenti tiegħek u, fejn it-trasport ikun inkluż fil-pakkett, tiżgura/jiżguraw ir-ripatrijazzjoni tiegħek f'każ li tisfa'/jisfgħu insolventi.

Aktar informazzjoni dwar id-drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302 [għandha tingħata f'forma ta' ħolqa elettronika].

Meta jsegwi l-ħolqa elettronika l-vjaġġatur ser jirċievi l-informazzjoni li ġejja:

 

Drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302

Il-vjaġġaturi se jirċievu l-informazzjoni essenzjali kollha dwar il-pakkett qabel ma jikkonkludu l-kuntratt tal-pakkett tal-ivvjaġġar.

Dejjem ikun hemm tal-inqas kummerċjant wieħed li jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tas-servizzi tal-ivvjaġġar kollha inklużi fil-kuntratt.

Il-vjaġġaturi jingħataw numru tat-telefon ta' emerġenza jew punt ta' kuntatt fejn jistgħu jikkuntattjaw l-organizzatur jew l-aġent tal-ivvjaġġar.

Il-vjaġġaturi jistgħu jittrasferixxu l-pakkett lil persuna oħra, billi ssir notifika fi żmien raġonevoli u possibbilment soġġett għal tariffi addizzjonali.

Il-prezz tal-pakkett jista' jogħla biss għal raġunijiet speċifiċi (pereżempju, prezzijiet tal-fjuwil) u sakemm ikun espressament provdut fil-kuntratt, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett. Jekk iż-żieda fil-prezz taqbeż it-8 % tal-prezz tal-pakkett, il-vjaġġatur jista' jittermina l-kuntratt. Jekk l-organizzatur jirriżerva d-dritt ta' żieda fil-prezz, il-vjaġġatur għandu dritt għal tnaqqis fil-prezz jekk ikun hemm roħs tal-ispejjeż rilevanti.

Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta' terminazzjoni u jieħdu lura rifużjoni sħiħa ta' kwalunkwe pagament jekk xi wieħed mill-elementi essenzjali tal-pakkett, apparti l-prezz, ikun inbidel b'mod sinifikanti. Jekk qabel il-bidu tal-pakkett il-kummerċjant responsabbli għall-pakkett jikkanċella l-pakkett, il-vjaġġaturi jkunu intitolati għal rifużjoni u kumpens fejn adatt.

Il-vjaġġaturi jistgħu jtterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta' terminazzjoni qabel jinbeda l-pakkett f'ċirkostanzi eċċezzjonali, pereżempju fejn ikun hemm problemi serji ta' sigurtà fid-destinazzjoni li x'aktarx jaffettwaw il-pakkett.

Barra minn hekk, il-vjaġġaturi jistgħu, fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett, jitterminaw il-kuntratt jekk iħallsu tariffa ta' terminazzjoni xierqa u ġustifikabbli.

Jekk, wara li jinbeda l-pakkett, elementi sinifikanti tal-pakkett ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti skont il-ftehim, iridu jiġu offruti lill-vjaġġatur arranġamenti alternattivi ta' vjaġġar xierqa b'ebda spiża oħra. Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta' terminazzjoni, meta s-servizzi ma jiġux pprovduti kif miftiehem fil-kuntratt u dan jaffettwa sostanzjalment it-twettiq tal-pakkett u l-organizzatur jonqos milli jagħti rimedju għall-problema.

Il-vjaġġaturi huma wkoll intitolati għal tnaqqis fil-prezz u/jew kumpens għal danni fejn is-servizzi ta' vjaġġar ma jiġux eżegwiti jew ma jiġux eżegwiti b'mod xieraq.

L-organizzatur għandu jipprovdi għajnuna jekk vjaġġatur ikun f'diffikultà.

Jekk l-organizzatur jew, f'xi Stati Membri, il-bejjiegħ bl-imnut jisfa insolventi, il-pagamenti jintraddu lura. Jekk l-organizzatur jew, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, jisfa insolventi wara l-bidu tal-pakkett u jekk it-trasport ikun inkluż fil-pakkett, ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi hija żgurata. XY għandha fis-seħħ protezzjoni mill-insolvenza ma' YZ [l-entità responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza, eż. fond ta' garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni]. Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta' kuntatt inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, posta elettronika u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta' XY.

 

Id-Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali [ĦOLQA ELETTRONIKA]

Parti B

Formola ta' informazzjoni standard għal kuntratti ta' pakkett tal-ivvjaġġar f'sitwazzjonijiet oħra għajr dawk koperti fil-Parti A

Il-kombinazzjoni tas-servizzi tal-ivvjaġġar offruta lilek hija pakkett fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, inti ser tibbenifika mid-drittijiet kollha tal-UE li japplikaw għal pakketti. Il-kumpanija XY/il-kumpaniji XY ser ikunu responsabbli b'mod sħiħ għall-eżekuzzjoni xierqa tal-pakkett fl-intier kollu tiegħu.

Barra minn hekk, kif mitlub mil-liġi, il-kumpanija/i XY għandha/hom protezzjoni fis-seħħ biex jirrimborżaw il-pagamenti tiegħek u, fejn it-trasport ikun inkluż fil-pakkett, jiżguraw r-ripatrijazzjoni tiegħek f'każ li tisfa/jisfgħu insolventi.

Drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302

Il-vjaġġaturi se jirċievu l-informazzjoni essenzjali kollha dwar il-pakkett qabel jikkonkludu l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar.

Dejjem ikun hemm għallanqas kummerċjant wieħed li jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tas-servizzi ta' vjaġġar kollha inklużi fil-kuntratt.

Il-vjaġġaturi jingħataw numru tat-telefon ta' emerġenza jew dettalji tal-punt ta' kuntatt fejn jistgħu jikkuntattjaw lill-organizzatur jew l-aġent tal-ivvjaġġar.

Il-vjaġġaturi jistgħu jittrasferixxu l-pakkett lill-persuna oħra, billi ssir notifika fi żmien raġonevoli u possibbilment soġġett għal spejjeż addizzjonali.

Il-prezz tal-pakkett jista' jogħla biss għal raġunijiet speċifiċi (pereżempju, prezzijiet tal-fjuwil) u sakemm ikun espressament provdut fil-kuntratt, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett. Jekk iż-żieda fil-prezz taqbeż it-8 % tal-prezz tal-pakkett, il-vjaġġatur jista' jittermina l-kuntratt. Jekk l-organizzatur jirriżerva d-dritt ta' żieda fil-prezz, il-vjaġġatur għandu dritt għal tnaqqis fil-prezz jekk ikun hemm roħs tal-ispejjeż rilevanti.

Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta' terminazzjoni u jieħdu rifużjoni sħiħa ta' kwalunkwe pagament jekk xi wieħed mill-elementi essenzjali tal-pakkett, apparti l-prezz, jinbidel b'mod sinifikanti. Jekk qabel ma jibda l-pakkett il-kummerċjant responsabbli għall-pakkett jikkanċella l-pakkett, il-vjaġġaturi jkunu intitolati għal rifużjoni u fejn adatt għal kumpens.

Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta' terminazzjoni qabel jinbeda l-pakkett f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali, pereżempju fejn ikun hemm problemi serji ta' sigurtà fid-destinazzjoni li x'aktarx jaffettwaw il-pakkett.

Barra minn hekk, il-vjaġġaturi jistgħu fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett jitterminaw il-kuntratt jekk iħallsu tariffa ta' terminazzjoni xierqa u ġustifikabbli.

Jekk, wara li jinbeda l-pakkett, elementi sinifikanti tal-pakkett ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti skont il-ftehim, iridu jiġu offruti lill-vjaġġatur arranġamenti alternattivi ta' vjaġġar xierqa b'ebda spiża oħra. Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta' terminazzjoni, meta s-servizzi ma jiġux pprovduti kif miftiehem fil-kuntratt u dan jaffettwa sostanzjalment it-twettiq tal-pakkett u l-organizzatur jonqos milli jagħti rimedju għall-problema.

Il-vjaġġaturi huma wkoll intitolati għal tnaqqis fil-prezz u/jew kumpens għal danni fejn is-servizzi ta' vjaġġar ma jiġux eżegwiti jew ma jiġux eżegwiti b'mod xieraq.

L-organizzatur għandu jipprovdi għajnuna jekk vjaġġatur ikun f'diffikultà.

Jekk l-organizzatur jew, f'xi Stati Membri, il-bejjiegħ bl-imnut jisfa insolventi, il-pagamenti jintraddu lura. Jekk l-organizzatur jew, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, jisfa insolventi wara l-bidu tal-pakkett u jekk it-trasport ikun inkluż fil-pakkett, ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi hija żgurata. XY tat protezzjoni mill-insolvenza ma' YZ [l-entità responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza, eż. fond ta' garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni]. Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta' kuntatt inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, posta elettronika u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta' XY.

[Sit web fejn wieħed isib id-Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali]

Parti C

Formola ta' informazzjoni standard fil-każ li organizzatur jittrasmetti data lil kummerċjant ieħor skont il-punt (b)(v) tal-punt 2 tal-Artikolu 3

Jekk tikkonkludi kuntratt ma' kumpanija AB mhux iktar tard minn 24 siegħa wara li tirċievi il-konferma tal-prenotazzjoni mingħand il-kumpanija XY, is-servizz tal-ivvjaġġar ipprovdut minn XY u AB jikkostitwixxi pakkett fit-tifsira tad-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, inti ser tibbenifika mid-drittijiet kollha tal-UE li japplikaw għal pakketti. Il-kumpanija XY/il-kumpaniji XY ser ikunu responsabbli b'mod sħiħ għall-eżekuzzjoni xierqa tal-pakkett fl-intier kollu tiegħu.

Barra minn hekk, kif mitlub mil-liġi, il-kumpanija XY għandha protezzjoni fis-seħħ biex jirrimborżaw l-pagamenti tiegħek u, fejn it-trasport ikun inkluż fil-pakkett, jiżguraw r-ripatrijazzjoni tiegħek f'każ li tisfa insolventi.

Aktar informazzjoni dwar id-drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302 [għandha tingħata f'forma ta' ħolqa elettronika].

Meta jsegwi l-ħolqa elettronika l-vjaġġatur jirċievi l-informazzjoni li ġejja:

 

Drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302

Il-vjaġġaturi se jirċievu l-informazzjoni essenzjali kollha dwar is-servizzi ta' vjaġġar qabel jikkonkludu l-kuntratt ta' pakkett ta' vjaġġar.

Dejjem ikun hemm għallanqas kummerċjant wieħed li jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni b'mod xieraq tas-servizzi ta' vjaġġar kollha inklużi fil-kuntratt.

Il-vjaġġaturi jingħataw numru tat-telefon ta' emerġenza jew dettalji tal-punt ta' kuntatt fejn jistgħu jikkuntattjaw l-organizzatur jew l-aġent tal-ivvjaġġar.

Il-vjaġġaturi jistgħu jittrasferixxu l-pakkett lill-persuna oħra, billi ssir notifika fi żmien raġonevoli u possibbilment soġġett għal spejjeż addizzjonali.

Il-prezz tal-pakkett jista' jogħla biss għal raġunijiet speċifiċi (pereżempju, prezzijiet tal-fjuwil) u sakemm ikun espressament provdut fil-kuntratt, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett. Jekk iż-żieda fil-prezz taqbeż it-8 % tal-prezz tal-pakkett, il-vjaġġatur jista' jittermina l-kuntratt. Jekk l-organizzatur jirriżerva d-dritt ta' żieda fil-prezz, il-vjaġġatur għandu dritt għal tnaqqis fil-prezz jekk ikun hemm roħs tal-ispejjeż rilevanti.

Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta' terminazzjoni u jieħdu rifużjoni sħiħa ta' kwalunkwe pagament jekk xi wieħed mill-elementi essenzjali tal-pakkett, apparti l-prezz, jinbidel b'mod sinifikanti. Jekk qabel ma jibda l-pakkett il-kummerċjant responsabbli għall-pakkett jikkanċella l-pakkett, il-vjaġġaturi jkunu intitolati għal rifużjoni u fejn adatt għal kumpens.

Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta' terminazzjoni qabel jinbeda l-pakkett f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali, pereżempju fejn ikun hemm problemi serji ta' sigurtà fid-destinazzjoni li x'aktarx jaffettwaw il-pakkett.

Barra minn hekk, il-vjaġġaturi dejjem jistgħu fi kwalunkwe ħin, qabel il-bidu tal-pakkett, jitterminaw il-kuntratt jekk iħallsu tariffa ta' terminazzjoni xierqa u ġustifikabbli.

Jekk, wara li jinbeda l-pakkett, elementi sinifikanti tal-pakkett ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti skont il-ftehim, iridu jiġu offruti lill-vjaġġatur arranġamenti alternattivi ta' vjaġġar xierqa b'ebda spiża oħra. Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta' terminazzjoni, meta s-servizzi ma jiġux pprovduti kif miftiehem fil-kuntratt u dan jaffettwa sostanzjalment it-twettiq tal-pakkett u l-organizzatur jonqos milli jagħti rimedju għall-problema.

Il-vjaġġaturi huma intitolati għal tnaqqis fil-prezz u/jew kumpens għal danni fejn is-servizzi ta' vjaġġar ma jiġux eżegwiti jew ma jiġux eżegwiti b'mod xieraq.

L-organizzatur għandu jipprovdi għajnuna jekk il-vjaġġatur ikun f'diffikultà.

Jekk l-organizzatur jew, f'xi Stati Membri, il-bejjiegħ bl-imnut jisfa insolventi, il-pagamenti jintraddu lura. Jekk l-organizzatur jew, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, jisfa insolventi wara l-bidu tal-pakkett u jekk it-trasport ikun inkluż fil-pakkett, ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi hija żgurata. XY tat protezzjoni mill-insolvenza ma' YZ [l-entità responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza, eż. fond ta' garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni]. Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta' kuntatt inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, posta elettronika u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta' XY.

 

Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali [ĦOLQA ELETTRONIKA]


ANNESS II

Parti A

Formola ta' informazzjoni standard fil-każ li l-kummerċjant li jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar marbut online fit-tifsira tal-punt (a) tal-punt 5 tal-Artikolu 3 jkun trasportatur li qed ibigħ biljett bir-ritorn

Jekk, wara li tagħżel u tħallas għal servizz uniku tal-ivvjaġġar, tagħmel prenotazzjoni għal servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar għall-vjaġġ jew btala permezz tal-kumpanija tagħna XY, int MHUX ser tibbenifika mid-drittijiet li japplikaw għal pakketti tal-ivvjaġġar skont id-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, il-kumpanija tagħna XY mhijiex se tkun responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa ta' dawk is-servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar. F'każ li jkun hemm xi problemi, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur rilevanti tas-servizz.

Madankollu, jekk tagħmel prenotazzjoni għal servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar waqt l-istess żjara fuq is-sit web tal-prenotazzjonijiet tal-kumpanija XY tagħna, is-servizzi tal-ivvjaġġar isiru parti minn arranġament tal-ivvjaġġar marbut. F'dak il-każ XY għandha, kif mitlub mil-liġi tal-UE, protezzjoni fis-seħħ sabiex tħallas lura l-pagamenti tiegħek li għamilt lil XY għal servizzi li ma jkunux twettqu minħabba l-insolvenza ta' XY, u, fejn neċessarju, għar-ripatrijazzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok innota li din ma tipprovdix rifużjoni f'każ ta' insolvenza tal-fornitur rilevanti tas-servizz.

Aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni mill-insolvenza [tingħata f'forma ta' ħolqa elettronika]

Meta jsegwi l-ħolqa elettronika l-vjaġġatur ser jirċievi l-informazzjoni li ġejja:

XY għandha fis-seħħ protezzjoni mill-insolvenza ma' YZ [l-entità responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza, eż. fond ta' garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni].

Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta' kuntatt inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, posta elettronika u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta' XY.

Nota: Din il-protezzjoni mill-insolvenza ma tkoprix kuntratti ma' partijiet oħra għajr għal XY, li jistgħu jiġu eżegwiti minkejja l-insolvenza ta' XY.

Id-Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali [ĦOLQA ELETTRONIKA]

Parti B

Formola ta' informazzjoni standard fil-każ li kummerċjant li jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar marbut online fit-tifsira tal-punt (a) tal-punt 5 tal-Artikolu 3 jkun kummerċjant għajr trasportatur li qed ibigħ biljett bir-ritorn

Jekk, wara li tagħżel u tħallas għal servizz uniku tal-ivvjaġġar, tagħmel prenotazzjoni għal servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar għall-vjaġġ jew btala permezz tal-kumpanija tagħna XY, int MHUX ser tibbenifika mid-drittijiet li japplikaw għal pakketti tal-ivvjaġġar skont id-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, il-kumpanija tagħna XY mhijiex se tkun responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa ta' dawk is-servizzi individwali tal-ivvjaġġar. F'każ li jkun hemm xi problemi, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur rilevanti tas-servizz.

Madankollu, jekk tagħmel prenotazzjoni għal servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar waqt l-istess żjara fuq is-sit web tal-prenotazzjonijiet tal-kumpanija XY tagħna, is-servizzi tal-ivvjaġġar isiru parti minn arranġament tal-ivvjaġġar marbut. F'dak il-każ XY għandha, kif mitlub mil-liġi tal-UE, protezzjoni fis-seħħ sabiex tħallas lura l-pagamenti tiegħek li għamilt lil XY għal servizzi li ma jkunux twettqu minħabba l-insolvenza ta' XY. Jekk jogħġbok innota li din ma tipprovdix rifużjoni f'każ ta' insolvenza tal-fornitur rilevanti tas-servizz.

Aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni mill-insolvenza [tingħata f'forma ta' ħolqa elettronika]

Meta jsegwi l-ħolqa elettronika l-vjaġġatur ser jirċievi l-informazzjoni li ġejja:

XY għandha fis-seħħ protezzjoni mill-insolvenza ma' YZ [l-entità responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza, eż. fond ta' garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni].

Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta' kuntatt inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, posta elettronika u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta' XY.

Nota: Din il-protezzjoni mill-insolvenza ma tkoprix kuntratti ma' partijiet oħra għajr għal XY, li jistgħu jiġu eżegwiti minkejja l-insolvenza ta' XY.

Id-Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali [ĦOLQA ELETTRONIKA]

Parti C

Formola ta' informazzjoni standard fil-każ ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta fis-sens tal-punt (a) tal-punt 5 tal-Artikolu 3 fejn il-kuntratti jiġu konklużi fil-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant (minbarra trasportatur li qed ibigħ biljett bir-ritorn) u l-vjaġġatur

Jekk, wara li tagħżel u tħallas għal servizz uniku tal-ivvjaġġar, tagħmel prenotazzjoni għal servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar għall-vjaġġ jew btala permezz tal-kumpanija tagħna XY, int MHUX ser tibbenifika mid-drittijiet li japplikaw għal pakketti tal-ivvjaġġar skont id-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, il-kumpanija tagħna XY mhijiex se tkun responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa ta' dawk is-servizzi individwali tal-ivvjaġġar. F'każ li jkun hemm xi problemi, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur rilevanti tas-servizz.

Madankollu, jekk tagħmel prenotazzjoni għal servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar waqt l-istess żjara fuq is-sit web tal-prenotazzjonijiet tal-kumpanija XY tagħna, is-servizzi tal-ivvjaġġar isiru parti minn arranġament tal-ivvjaġġar marbut. F'dak il-każ XY għandha, kif mitlub mil-liġi tal-UE, protezzjoni fis-seħħ sabiex tħallas lura l-pagamenti tiegħek li għamilt lil XY għal servizzi li ma jkunux twettqu minħabba l-insolvenza ta' XY. Jekk jogħġbok innota li din ma tipprovdix rifużjoni f'każ ta' insolvenza tal-fornitur rilevanti tas-servizz.

XY għandha fis-seħħ protezzjoni mill-insolvenza ma' YZ [l-entità responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza, eż. fond ta' garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni].

Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta' kuntatt inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, posta elettronika u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta' XY.

Nota: Din il-protezzjoni mill-insolvenza ma tkoprix kuntratti ma' partijiet oħra għajr għal XY, li jistgħu jiġu eżegwiti minkejja l-insolvenza ta' XY.

Sit web fejn tista' tinstab id-Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali.

Parti D

Formola ta' informazzjoni standard li għandha tingħata fil-każ li l-kummerċjant li jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar marbut online fit-tifsira tal-punt (b) tal-punt 5 tal-Artikolu 3 jkun trasportatur li qed ibigħ biljett bir-ritorn

Jekk tagħmel prenotazzjoni għal servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar għall-vjaġġ jew btala tiegħek permezz tal-din il-ħolqa/dawn il-ħoloq, int MHUX ser tibbenefika mid-drittijiet li japplikaw għal pakketti tal-ivvjaġġar skont id-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, il-kumpanija tagħna/XY mhijiex se tkun responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa ta' dawk is-servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar. F'każ li jkun hemm xi problemi, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur rilevanti tas-servizz.

Madankollu, jekk tagħmel prenotazzjoni għal servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar permezz ta' din il- ħolqa/dawn il-ħoloq fi żmien 24 siegħa wara li tirċievi l-konferma tal-prenotazzjoni mill-kumpanija XY/tagħna, dawk is-servizzi tal-ivvjaġġar isiru parti minn arranġament tal-ivvjaġġar marbut. F'dak il-każ XY għandha, kif mitlub mil-liġi tal-UE, protezzjoni fis-seħħ sabiex tħallas lura l-pagamenti tiegħek li għamilt lil XY għal servizzi li ma jkunux twettqu minħabba l-insolvenza ta' XY, u, fejn neċessarju għar-ripatriazzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok innota li din ma tipprovdix rifużjoni f'każ ta' insolvenza tal-fornitur rilevanti tas-servizz.

Aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni mill-insolvenza [tingħata f'forma ta' ħolqa elettronika]

Meta jsegwi l-link il-vjaġġatur ser jirċievi din l-informazzjoni:

XY għandha fis-seħħ protezzjoni mill-insolvenza ma' YZ [l-entità responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza, eż. fond ta' garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni].

Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta' kuntatt inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, posta elettronika u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta' XY.

Nota: Din il-protezzjoni mill-insolvenza ma tkoprix kuntratti ma' partijiet oħra għajr għal XY, li jistgħu jiġu eżegwiti minkejja l-insolvenza ta' XY.

Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali [ĦOLQA ELETTRONIKA]

Parti E

Formola ta' informazzjoni standard li għandha tingħata fil-każ li kummerċjant li jkun qed jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar online fit-tifsira tal-punt (b) tal-punt 5 tal-Artikolu 3 jkun kummerċjant għajr trasportatur li qed ibigħ biljett bir-ritorn

Jekk tagħmel prenotazzjoni għal servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar għall-vjaġġ jew btala tiegħek permezz tal-din il-ħolqa/dawn il-ħoloq, int MHUX ser tibbenefika mid-drittijiet li japplikaw għal pakketti tal-ivvjaġġar skont id-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, il-kumpanija tagħna/XY mhijiex se tkun responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa ta' dawk is-servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar. F'każ li jkun hemm xi problemi, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur rilevanti tas-servizz.

Madankollu, jekk tagħmel prenotazzjoni għal servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar permezz ta' din il- ħolqa/dawn il-ħoloq fi żmien 24 siegħa wara li tirċievi l-konferma tal-prenotazzjoni mill-kumpanija tagħna/XY, dawk is-servizzi tal-ivvjaġġar isiru parti minn arranġament tal-ivvjaġġar marbut. F'dak il-każ XY għandha, kif mitlub mil-liġi tal-UE, protezzjoni fis-seħħ sabiex tħallas lura l-pagamenti tiegħek li għamilt lil XY għal servizzi li ma jkunux twettqu minħabba l-insolvenza ta' XY. Jekk jogħġbok innota li din ma tipprovdix rifużjoni f'każ ta' insolvenza tal-fornitur rilevanti tas-servizz.

Aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni mill-insolvenza [tingħata f'forma ta' ħolqa elettronika]

Meta jsegwi l-link il-vjaġġatur ser jirċievi din l-informazzjoni:

XY għandha fis-seħħ protezzjoni mill-insolvenza ma' YZ [l-entità responsabbli mill-protezzjoni mill-insolvenza, eż. fond ta' garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni].

Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta' kuntatt inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, posta elettronika u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta' XY.

Nota: Din il-protezzjoni mill-insolvenza ma tkoprix kuntratti ma' partijiet oħra għajr għal XY, li jistgħu jiġu eżegwiti minkejja l-insolvenza ta' XY.

Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali [ĦOLQA ELETTRONIKA]


ANNESS III

Tabella ta' Korrelazzjoni

Direttiva 90/314/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Punt 2 tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 2(2), punt (a)

Artikolu 2(2)

Punt 8 tal-Artikolu 3(8)

Artikolu 2(3)

Punt 9 tal-Artikolu 3(9)

Artikolu 2(4)

Punt 6 tal-Artikolu 3(6)

Artikolu 2(5)

Punt 3 tal-Artikolu 3(3)

Artikolu 3(1)

Imħassar

Artikolu 3(2)

Imħassar; iżda l-partijiet ewlenin inkorporati fl-Artikoli 5 u 6

Artikolu 4(1), punt (a)

Artikolu 5(1), punt (f)

Artikolu 4(1), punt (b)

Artikolu 5(1), punt (h), Artikolu 7(2), punti (d) u (f), u Artikolu 7(4)

Artikolu 4(2), punt (a)

Artikolu 7(2)

Artikolu 4(2), punt (b)

Artikolu 5(3) u Artikolu 7(1) u (4)

Artikolu 4(2), punt (c)

Imħassar

Artikolu 4(3)

Artikolu 9

Artikolu 4(4)

Artikolu 10

Artikolu 4(5)

Artikolu 11(2) u (3)

Artikolu 4(6)

Artikolu 11(2), (3) u (4) u Artikolu 12(3) u (4)

Artikolu 4(7)

Artikolu 13(5), (6) u (7)

Artikolu 5(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 14(2) (3) u (4) u Artikolu 16

Artikolu 5(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 7(2), punt (e) u Artikolu 13(2)

Artikolu 6

Artikolu 13(3)

Artikolu 7

Artikolu 17 u Artikolu 18

Artikolu 8

Artikolu 4

Artikolu 9(1)

Artikolu 28(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 28(4)

Artikolu 10

Artikolu 31

Anness, punt (a)

Artikolu 5(1), punt (a)(i)

Anness, punt (b)

Artikolu 5(1), punt (a)(ii)

Anness, punt (c)

Artikolu 5(1), punt (a)(iii)

Anness, punt (d)

Artikolu 5(1), punt (e)

Anness, punt (e)

Artikolu 5(1), punt (a)(i)

Anness, punt (f)

Artikolu 5(1), punt (a)(v)

Anness, punt (g)

Artikolu 5(1), punt (b)

Anness, punt (h)

Artikolu 5(1), punt (c) u Artikolu 10(1)

Anness, punt (i)

Artikolu 5(1), punt (d)

Anness, punt (j)

Artikolu 7(2), punt (a)

Anness, punt (k)

Artikolu 13(2)


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/34


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2303

tat-28 ta' Lulju 2015

li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-definizzjonijiet u jikkoordinaw is-superviżjoni supplimentari ta' konċentrazzjoni tar-riskju u tranżazzjonijiet intragrupp

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21a(1a) tagħha,

Billi:

(1)

L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jiġu stabbiliti biex jistabbilixxu formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE u biex jiżguraw koordinazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni supplimentari adottati skont l-Artikoli 7 u 8 u l-Anness II ta' dik id-Direttiva.

(2)

Huwa importanti li jiġu pprovduti aktar dettalji rigward l-elementi li għandhom jiġu ikkunsidrati għall-finijiet ta' rapportar ta' tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti u konċentrazzjonijiet ta' riskji sinifikanti.

(3)

L-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 2002/87/KE jeħtieġu li l-Istati Membri jitolbu ċerti obbligi ta' rappurtar dwar entitajiet regolati jew kumpanijiazzjonarji finanzjarji mħallta. Dan ir-rappurtar għandu jsir b'mod koordinat biex jgħin lill-koordinaturi u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra jidentifikaw kwistjonijiet rilevanti, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat skambju aktar effiċjenti ta' informazzjoni. Sabiex ikun hemm aktar konsistenza fir-rapporti dwar konċentrazzjonijiet sinifikanti tar-riskju u tranżazzjonijiet intragrupp, entitajiet regolati u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta għandhom jirrapportaw mill-inqas ċerta informazzjoni minima standardizzata lill-koordinaturi.

(4)

L-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 2002/87/KE jagħtu s-setgħa wkoll lil koordinaturi għall-monitoraġġ ta' konċentrazzjonijiet sinifikanti tar-riskju u tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti u biex jidentifikaw it-tipi ta' riskji u t-tranżazzjonijiet, li l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju huma meħtieġa li jirrapportaw. Il-koordinaturi għandhom ukoll is-setgħa li jiddefinixxu limiti. Sabiex jiġu kkoordinati dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tiġi stabbilita metodoloġija biex tgħin lill-koordinaturi u awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

(5)

Miżuri fis-seħħ għas-superviżjoni supplimentari ta' konċentrazzjoni tar-riskju u tranżazzjonijiet intragrupp ivarjaw madwar l-Unjoni. Filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-oqfsa legali nazzjonali u tal-Unjoni eżistenti, għadd minimu ta' miżuri superviżorji fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari ta' konċentrazzjoni tar-riskju u tranżazzjonijiet intragrupp għandhom jiġu stabbiliti. Il-kunsiderazzjoni ta' dawn il-miżuri minimi, l-awtoritajiet kompetenti se jiżguraw kundizzjonijiet indaqs u jiffaċilitaw prattiki superviżorji koordinati madwar l-Unjoni.

(6)

Ir-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward ta' entitajiet regolati jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta jibnu fuq ir-rekwiżiti settorjali eżistenti dwar konċentrazzjoni ta' riskju u tranżazzjonijiet intragrupp u ma għandhomx jitqiesu bħala duplikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati sottomessi mill-ASE (l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) lill-Kummissjoni.

(8)

L-ASE wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Kkonċernati rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 37 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 (2), (UE) Nru 1094/2010 (3) u (UE) Nru 1095/2010 (4) rispettivament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabilixxi regoli li jikkonċernaw:

(a)

l-istabbiliment ta' formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet ta' “transazzjonijiet bejn il-grupp” u “konċentrazzjoni tar-riskju” stipulati fil-punti (18) u (19) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE billi jistabbilixxi kriterji għall-valutazzjoni meta dawn ikunu ta' natura sinifikanti.

(b)

il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8 u l-Anness II tad-Direttiva 2002/87/KE fir-rigward ta':

(i)

it-tagħrif li għandu jiġi pprovdut minn entitajiet regolati jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta lill-koordinatur u awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra għall-iskop ta' sorveljanza superviżorja ta' konċentrazzjoni tar-riskju u tranżazzjonijiet intragrupp;

(ii)

il-metodoloġija li għandha tiġi applikata minn koordinatur u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jiġu identifikati t-tipi ta' konċentrazzjoni sinifikanti ta' riskju u tranżazzjonijiet intragrupp;

(iii)

il-miżuri superviżorji li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikoli 7(3) u 8(3) tad-Direttiva 2002/87/KE.

Artikolu 2

Tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti

1.   Tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti jistgħu jinkludu t-tranżazzjonijiet li ġejjin fi ħdan konglomerat finanzjarju:

(a)

investimenti u bilanċi interkorporattivi inkluża proprjetà immobbli, bonds, ekwità, self, strumenti ibridi u subordinati, dejn kollateralizzat, arranġamenti sabiex tiġi ċċentralizzata l-ġestjoni tal-assi jew il-flus jew biex jinqasmu l-kostijiet, l-arranġamenti tal-pensjoni, il-provvediment ta' ġestjoni, operazzjonijiet tal-back office jew servizzi oħra, dividendi, ħlasijiet ta' imgħax u ammonti riċevibbli oħrajn;

(b)

garanziji, impenji, ittri ta' kreditu u tranżazzjonijiet oħrajn li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ;

(c)

tranżazzjonijiet derivattivi;

(d)

xiri, bejgħ jew lokazzjoni ta' assi u obbligazzjonijiet;

(e)

tariffi intragrupp relatati ma' kuntratti ta' distribuzzjoni;

(f)

tranżazzjonijiet li jittrasferixxu l-esponiment għar-riskju bejn entitajiet fi ħdan il-konglomerat finanzjarju, inklużi tranżazzjonijiet b'vetturi bi skop speċjali jew entitajiet anċillari;

(g)

assigurazzjoni, riassigurazzjoni u operazzjonijiet ta' retroċessjoni;

(h)

tranżazzjonijiet li jikkonsistu f'diversi tranżazzjonijiet konnessi fejn assi jew obbligazzjonijiet jiġu trasferiti għal entitajiet barra mill-konglomerat finanzjarju, iżda fl-aħħar mill-aħħar l-esponiment għar-riskju jinġieb lura fi ħdan il-konglomerat finanzjarju.

2.   Fir-rigward ta' entitajiet regolati jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, meta jiġu identifikati tipi ta' tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti, li jiddefinixxu limiti xierqa, perjodi ta' rapportar u jissorveljaw tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti, il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti għandhom, b'mod partikolari, jieħdu kont ta':

(a)

l-istruttura speċifika tal-konglomerat finanzjarju, il-kumplessità ta' tranżazzjonijiet intragrupp, il-lokalità ġeografika speċifika tal-kontroparti u jekk il-kontroparti hijiex entità regolata jew le;

(b)

il-possibbiltà ta' effetti ta' kontaġju fi ħdan il-konglomerat finanzjarju;

(c)

il-possibbiltà ta' evażjoni ta' regoli settorjali

(d)

il-possibbiltà ta' kunflitti ta' interess

(e)

il-pożizzjoni ta' solvenza u likwidità tal-kontroparti;

(f)

tranżazzjonijiet bejn entitajiet li jappartjenu għal setturi differenti ta' konglomerat finanzjarju, jekk dan ma jkunx ġie rrappurtat diġà f'livell settorjali;

(g)

tranżazzjonijiet fi ħdan settur finanzjarju, li ma jkunux ġew irrappurtati diġà f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regoli settorjali.

3.   Il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti jaqblu dwar il-forma u l-kontenut ta' rapporti dwar tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti, inklużi l-lingwa, dati ta' rimessi u l-mezzi ta' komunikazzjoni.

4.   Il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti tal-inqas jeħtieġu li entitajiet regolati jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta jirrapportaw dwar dan li ġej:

(a)

id-dati u l-ammonti ta' tranżazzjonijiet sinifikanti, l-ismijiet u n-numri tar-reġistru tal-kumpaniji jew numri ta' identifikazzjoni oħra ta' entitajiet fi grupp u l-kontropartijiet rilevanti, inkluż identifikatur tal-entità ġuridika (LEI), fejn applikabbli;

(b)

deskrizzjoni qasira tat-tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti skont it-tipi ta' tranżazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1;

(c)

il-volum totali ta' kwalunkwe tranżazzjoni sinifikanti intragrupp ta' konglomerat finanzjarju speċifiku fi ħdan ċertu perjodu ta' rapportar;

(d)

informazzjoni dwar kif huma ġestiti l-kunflitti ta' interessi u r-riskji ta' kontaġju fil-livell tal-konglomerat finanzjarju fir-rigward ta' tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti, filwaqt li jqisu l-istrateġija tal-konglomerat finanzjarju li jikkombina attivitajiet bankarji, ta' setturi ta' servizzi ta' assigurazzjoni u investiment, jew ta' awtovalutazzjoni tar-riskji proprji settorjali inkluża kunsiderazzjoni dwar il-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi u riskji ta' kontaġju fir-rigward ta' tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti.

5.   Tranżazzjonijiet li jitwettqu bħala parti minn operazzjoni ekonomika waħda jiġu aggregati għall-iskop li jiġu kkalkulati l-limiti skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.

Artikolu 3

Konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti

1.   Konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti fil-każ ta' entitajiet regolati jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta jitqiesu li jirriżultaw minn esponimenti għar-riskju lejn kontropartijiet li mhumiex parti mill-konglomerat finanzjarju, fejn dawn l-esponimenti għar-riskju:

(a)

huma diretti jew indiretti:

(b)

huma entrati fuq jew barra l-karta bilanċjali;

(c)

jikkonċernaw entitajiet regolati u mhux regolati, l-istess setturi finanzjarji jew differenti f'konglomerat finanzjarju;

(d)

jikkonsistu fi kwalunkwe kombinazzjoni jew interazzjoni tal-esponimenti stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c).

2.   Ir-riskju tal-kontroparti jew ir-riskju tal-kreditu jitqiesu li jinkludu, b'mod partikolari, ir-riskji relatati ma' kontrapartijiet interkonnessi fi gruppi, li ma jifformawx parti minn konglomerat finanzjarju, inkluż l-akkumulazzjoni tal-iskoperturi fil-konfront ta' dawn il-kontropartijiet.

3.   Fir-rigward ta' entitajiet regolati jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, meta jiġu identifikati tipi ta' tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti, li jiddefinixxu limiti xierqa, perjodi ta' rapportar u jissorveljaw tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti, il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti, b'mod partikolari, jieħdu kont ta':

(a)

il-pożizzjoni ta' solvenza u likwidità fil-livell tal-konglomerat finanzjarju u ta' entitajiet individwali fi ħdan il-konglomerat finanzjarju;

(b)

id-daqs, il-kumplessità u l-istruttura speċifika ta' konglomerat finanzjarju inkluż l-eżistenza ta' vetturi bi skop speċjali, entitajiet anċillari, entitajiet ta' pajjiżi terzi;

(c)

l-istruttura tal-ġestjoni ta' riskju speċifiku tal-konglomerat finanzjarju u l-karatteristiċi tas-sistema ta' governanza;

(d)

id-diversifikazzjoni tal-esponimenti tal-konglomerat finanzjarju u tal-portafoll ta' investiment tiegħu;

(e)

id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet finanzjarji tal-konglomerat finanzjarju fir-rigward ta' oqsma ġeografiċi u linji ta' negozju;

(f)

ir-relazzjoni, il-korrelazzjoni u l-interazzjoni bejn il-fatturi ta' riskju bejn l-entitajiet fil-konglomerat finanzjarju;

(g)

il-possibbiltà ta' effetti ta' kontaġju fi ħdan il-konglomerat finanzjarju;

(h)

il-possibbiltà ta' evażjoni ta' regoli settorjali

(i)

il-possibbiltà ta' kunflitti ta' interess

(j)

il-livell jew il-volum ta' riskji;

(k)

il-possibbiltà ta' akkumulazzjoni u l-interazzjoni ta' esponimenti mġarrba minn entitajiet li jkunu jappartjenu għal setturi finanzjarji differenti ta' konglomerat finanzjarju, jekk dan ma jkunx ġie rrappurtat diġà f'livell settorjali;

(l)

esponimenti fi ħdan is-settur finanzjarju fil-konglomerat finanzjarju, li ma jiġux irrapportati skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli settorali.

4.   Il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti jaqblu dwar il-forma u l-kontenut tar-rapport dwar konċentrazzjoni ta' riskju sinifikanti, inklużi l-lingwa, dati ta' rimessi u l-mezzi ta' komunikazzjoni.

5.   Il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti tal-inqas jeħtieġu li entitajiet regolati jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta jirrapportaw dwar dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-konċentrazzjoni ta' riskju sinifikanti skont it-tipi ta' riskji stabbiliti fil-paragrafu 1;

(b)

it-tqassim ta' konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti minn kontropartijiet u gruppi ta' kontropartijiet interkonnessi, żoni ġeografiċi, setturi ekonomiċi, muniti, identifikazzjoni tal-ismijiet, in-numri ta' reġistrazzjoni jew numri ta' identifikazzjoni oħra tal-grupp rilevanti kumpaniji tal-konglomerat finanzjarju u l-kontropartijiet rispettivi tagħhom, inkluż LEI, fejn applikabbli;

(c)

l-ammont totali ta' kull konċentrazzjoni ta' riskju sinifikanti fit-tmiem ta' perjodu ta' rappurtar speċifiku valutati skont ir-regoli settorjali applikabbli;

(d)

jekk applikabbli, l-ammont ta' konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti filwaqt li jqis tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju u fatturi ta' ponderazzjoni tar-riskju;

(e)

informazzjoni dwar kif huma ġestiti l-kunflitti ta' interessi u riskji ta' kontaġju fil-livell tal-konglomerat finanzjarju fir-rigward ta' konċentrazzjoni ta' riskju sinifikanti huma ġestiti, filwaqt li jqisu l-istrateġija tal-konglomerat finanzjarju li jikkombina attivitajiet bankarji, ta' setturi ta' servizzi ta' assigurazzjoni u investiment, jew ta' awtovalutazzjoni tar-riskji proprji settorjali inkluża kunsiderazzjoni dwar il-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi u riskji ta' kontaġju fir-rigward ta' konċentrazzjoni ta' riskju sinifikanti.

Artikolu 4

Miżuri superviżorji

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe setgħa superviżorja oħra mogħtija lilhom, l-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari:

1.

jirrikjedu, fejn xieraq, li entitajiet regolati jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta:

(a)

iwettqu tranżazzjonijiet intragrupp tal-konglomerat finanzjarju b'mod distakkat jew jinnotifikaw tranżazzjonijiet intragrupp li ma jitwettqux b'mod distakkat;

(b)

japprovaw tranżazzjonijiet intragrupp tal-konglomerat finanzjarju permezz proċeduri interni speċifikati l-involviment tal-korp maniġerjali kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jew tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 40 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(c)

jirrappurtaw aktar spiss milli jkun meħtieġ skont l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(2) tad- Direttiva 2002/87/KE dwar konċentrazzjoni sinifikanti ta' riskju u tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti;

(d)

jistabbilixxu rappurtar ulterjuri dwar konċentrazzjoni sinifikanti ta' riskju u tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti tal-konglomerat finanzjarju;

(e)

isaħħu l-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern fil-konglomerat finanzjarju;

(f)

jippreżentaw jew itejbu pjanijiet biex jirrestawraw il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji u biex jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tagħha.

2.

jiddefinixxu limiti xierqa sabiex jidentifikaw u jissorveljaw konċentrazzjoni sinjifikanti ta' riskju u tranżazzjonijiet intragrupp sinifikanti;

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti ta' investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(6)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).


11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2304

tal-10 ta' Diċembru 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov.DSM 26702 Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet minuri u maġġuri kollha tat-tjur tas-simna u li jitrabbew għall-bajd u għat-tnissil, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta' dak il-preparat kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur tas-simna u dawk mrobbija għall-bajd bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/661 (2).

(5)

Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta' April 2015 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti dwar l-użu, il-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702 ma jħallix effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li għandu l-potenzjal li jtejjeb il-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż fid-dundjani tas-simna. Din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għad-dundjani mrobbija għall-bajd. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/661 tat-28 ta' April 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2014; 13(5):4106.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità

4a22

Adisseo France SAS

Endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8

kif ukoll

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702 b'attività minima ta':

forma solida: endo-1,4-beta-ksilanażi 22 000 VU (1)/g u endo-1,3(4)-beta-glukanażi 15 200 VU/g;

forma likwida: attività ta' 5 500  VU/ml ta' endo-1,4-beta-ksilanażi, u 3 800 VU/ml ta' endo-1,3(4)-beta-glukanażi

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702.

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi

metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta' viskożità prodott b'azzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fuq is-substrat li fih il-ksilan (arabinoksilan tal-qamħ).

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi:

metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta' viskożità prodott b'azzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glukanażi fuq il-betaglukan tax-xgħir tas-subtrat tal-glukan b'pH = 5,5 u 30 °C.

Dundjani għat-tismin

Dundjani mrobbija għat-tnissil

endo-1,4-beta-ksilanażi 1 100 VU

endo-1,3(4)-beta-glukanażi 760 VU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt il-proċess ta' tgerbib.

2.

Għas-sikurezza: għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti waqt l-immaniġġjar.

il-31 ta' Diċembru 2025


(1)  1 VU (unità ta' viskosimetrija) huwa l-ammont ta' enżima li jidrolizza s-substrat (betaglukan tax-xgħir u arabinoksilan tal-qamħ, rispettivament), biex b'hekk inaqqas il-viskożità tas-soluzzjoni, biex ikun hemm bidla fil-fluwidità relattiva ta' 1 (unità bla dimensjoni)/min f'temperatura ta'30 °C u b'pH ta' 5,5.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/43


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2305

tal-10 ta' Diċembru 2015

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin u għall-ħnienes miftuma u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 1520/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jistipula l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-preparat tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) (preċedentement Trichoderma longibrachiatum) minn issa 'l quddiem magħruf bħala “l-preparat speċifikat fl-Anness” kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (3) u għall-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 (4). Sussegwentement, dak il-preparat iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 b'mod konġunt mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, intbagħtet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-preparat tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) (preċedentement Trichoderma longibrachiatum) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin u għall-ħnienes miftuma. L-applikant talab li l-addittiv jitniżżel fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tas-17 ta' April 2013 (5) u tal-10 ta' Marzu 2015 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) (preċedentement Trichoderma longibrachiatum) ma għandux effett ħażin fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu ta' dak il-preparat għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fit-tiġieġ għat-tismin, u fil-ħnienes miftuma. L-Awtorità qieset ukoll li l-konklużjonijiet dwar l-effikaċja jistgħu jiġu estrapolati għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) (preċedentement Trichoderma longibrachiatum) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 1520/2007 għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(7)

Billi mhijiex meħtieġa minnufih l-applikazzjoni tat-tibdiliet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni minħabba raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2148/2004

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2148/2004, titħassar l-entrata għall-E 1616, endo-1,4-beta-glukanażi.

Artikolu 3

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1520/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 1520/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 jitħassar;

(2)

L-Anness V jitħassar.

Artikolu 4

Miżuri tranżitorji

Il-preparat speċifikat fl-Anness, u l-għalf li jkun fih dan il-preparat, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-30 ta' Ġunju 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel il-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 tas-16 ta' Diċembru 2004 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta' ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta' użi ġodda ta' addittiv diġà awtorizzat fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 tad-19 ta' Diċembru 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 17).

(5)  EFSA Journal 2013; 11(7):3207.

(6)  EFSA Journal 2015; 13(3):4054.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

4a1616

Huvepharma NV

Endo-1,4-beta-glukanażi

EC 3.2.1.4

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Il-preparat tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) b'attivita minima ta' 2 000 CU (1)/g (forma likwida u solida).

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

l-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott min Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142)

Metodu analitiku  (2)

Għad-determinazzjoni tal-endo-1,4-beta-glukanażi fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:

il-metodu kulurimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni tal-frammenti miżbugħa li jinħallu fl-ilma (azzurrina) prodotti permezz tal-azzjoni tal-endo-1,4-beta-glukanażi fuq substrati ta' azzurina retikolata.

Tiġieġ għat-tismin u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin.

500 CU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt il-proċess ta' tgerbib.

2.

Għas-sikurezza: għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti waqt l-immaniġġjar.

3.

Għall-użu fil-każ ta' ħnienes miftuma sakemm jilħqu l-35 kg.

Il-31 ta' Diċembru 2025

Ħnienes miftuma

350 CU


(1)  1 CU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0,128 mikromoli ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-glukożju) mix-xgħir beta-glukan kull minuta f'ph 4,5 u 30 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/46


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2306

tal-10 ta' Diċembru 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jistipula l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina ġie awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Dan il-prodott imbagħad iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 b'mod konġunt mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb. L-applikant talab li l-addittiv jitniżżel fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Ma' din l-applikazzjoni intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta' Ottubru 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu fl-għalf li ġew proposti, il-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina ma jħallix effetti negattivi fuq saħħet l-annimali u saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità qalet ukoll li L-ċisteina u l-idroklorur tal-L-ċisteina huma aġenti li jagħtu t-togħma awtorizzati fl-ikel li għalihom intweriet l-effikaċja għalkemm mhuwiex ċar jekk il-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina jintużax bħala sustanza li tagħti t-togħma fl-ikel tal-annimali domestiċi bl-istess mod kif jintuża fl-ikel. Wara li qieset l-evidenza pprovduta mill-applikant, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-effikaċja tal-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina fir-rigward tal-konċentrazzjoni finali fl-għalf ma tistax tiġi vvalutata. Madankollu, l-Awtorità qalet ukoll li dan l-addittiv huwa awtorizzat li jintuża fl-ikel, meta l-funzjoni tiegħu fl-għalf hija l-istess bħal dik fl-ikel, jista' jkun li ma hemmx bżonn iżjed provi tal-effikaċja tiegħu. Filwaqt li tikkunsidra l-evidenza li kompla jipprovdi l-applikant, il-Kummissjoni kkonkludiet li, għalkemm il-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina huwa relatat ma' struttura kimika differenti meta mqabbel mal-L-ċisteina u mal-idroklorur tal-L-ċisteina, il-fatt li l-addittiv huwa monoidratat ma jbiddilx l-effikaċja tiegħu. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-livelli ta' użu għal dan l-addittiv huma ogħla mil-livelli normali u massimi tal-użu rrappurtat fl-ikel għal tipi differenti ta' prodotti, għalhekk, hemm biżżejjed provi tal-effikaċja ta' din is-sustanza.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza sakemm jittieħdu l-miżuri xierqa ta' protezzjoni. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni tal-preparat tal-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu tal-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Billi mhijiex meħtieġa minnufih l-applikazzjoni tat-tibdiliet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina minħabba raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn din is-sustanza, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-30 ta' Ġunju 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel il-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom is-sustanza speċifikata fil-Anness, li huma prodotti u tikkettati qabel il-31 ta' Diċembru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel il-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2013;11(10):3437


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti li jagħtu t-togħma.

2b920

Monoidratat tal-idroklorur tal-L-ċisteina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Monoidratat tal-idroklorur tal-L-ċisteina.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Monoidratat tal-idroklorur tal-L-ċisteina

C3H7NO2S·HClH2O

Nru tal-CAS: 7048-04-6

Il-monoidratat tal-idroklorur tal-L-ċisteina f'forma solida, prodott bl-idroliżi tal-keratina mir-rix tat-tjur.

Purità: assaġġ min. 98,5 %.

Metodu ta' analiżi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-monoidratat tal-idroklorur tal-L-ċisteina fl-addittiv tal-għalf: titrimetrija, European Pharmacopoeia (Ph. Eur. 6,0, metodu 01/2008:0895).

Għall-kwantifikazzjoni taċ-Ċist(e)ina (inkluż il-monoidratat tal-idroklorur tal-L-ċisteina) fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Metodu tal-kromatografija tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u d-detezzjoni fotometrika: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) (l-Anness III, F).

Qtates u klieb

1.

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel:

il-kundizzjonijiet tal-ħżin;

is-supplimentazzjoni bil-monoidratat tal-idroklorur tal-L-ċisteina tiddependi mir-rekwiżiti tal-aċidi amminiċi li jkun fihom il-kubrit għall-qtates u għall-klieb u mil-livell ta' aċidi amminiċi li jkun fihom il-kubrit oħra fir-razzjon.

2.

Għas-sikurezza: għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza waqt l-immaniġġjar.

Il-31 ta' Diċembru 2025


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/49


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2307

tal-10 ta' Diċembru 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-menadjon bisulfit tas-sodju u tal-menadjon nikotinammid bisulfit bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-vitamina K kienet ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Imbagħad dak il-prodott iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 b'mod konġunt mal-Artikolu 7 tiegħu, intbagħtet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-użu tal-vitamina K3 fil-forma ta' menadjon bisulfit tas-sodju u ta' menadjon nikotinammid bisulfit bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikant talab li dawn l-addittivi jitniżżlu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-16 ta' Jannar 2014 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet li ġew proposti dwar l-użu fl-għalf, il-menadjon bisulfit tas-sodju u l-menadjon nikotinammid bisulfit ma jħallux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali u s-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-menadjon bisulfit tas-sodju u l-menadjon nikotinammid bisulfit huma sorsi effettivi ta' vitamina K u li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti sakemm jittieħdu miżuri ta' protezzjoni xierqa. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni tal-menadjon bisulfit tas-sodju u tal-menadjon nikotinammid bisulfit turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu tal-menadjon bisulfit tas-sodju u tal-menadjon nikotinammid bisulfit għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Għalkemm l-applikant irtira l-applikazzjoni għall-użu tal-menadjon bisulfit tas-sodju fl-ilma għax-xorb, dan l-addittiv jista' jintuża f'għalf kompost sussegwentement amministrat permezz tal-ilma.

(8)

Billi r-raġunijiet ta' sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-menadjon bisulfit tas-sodju u għall-menadjon nikotinammid bisulfit, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu ta' tranżizzjoni biex iħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jappartjenu għall-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u għall-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-30 ta' Ġunju 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel il-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel il-31 ta' Diċembru 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel il-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel il-31 ta' Diċembru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel il-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  The EFSA Journal 2014;12(1):3532.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, pro-vitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili

3a710

“Menadjon bisulfit tas-sodju” jew “Vitamina K3

Kompożizzjoni tal-addittiv

Menadjon bisulfit tas-sodju

Kromju ≤ 45 mg/kg

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Menadjon bisulfit tas-sodju

C11H9NaO5S·3H2O

Nru tal-CAS: 6147-37-1

Prodott b'sinteżi kimika

Purità: min. 96 % MSB kumpless li jikkorrispondi għal min. 50 % menadjon.

Metodu tal-analiżi  (1)

Għall-detezzjoni tal-menadjon bisulfit tas-sodju fl-addittiv tal-għalf: metodu spettrofotometriku bl-użu ta' detettur viżibbli f'635 nm (VDLUFA -Bd.III 13.7.1).

Għad-detezzjoni tal-menadjon bisulfit tas-sodju fit-taħlitliet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja f'Fażi Normali flimkien mad-detettur UV-digriet tad-29.4.2010, Ġurnal Uffiċjali Taljan Nru 120 25.5.2010.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

3.

L-ekwivalenza li ġejja għandha tintuża jekk l-ammont tal-addittiv ikun tikkettat: 1 mg vitamina K3 = 1 mg ta' menadjon = 2 mg ta' menadjon bisulfit tas-sodju.

4.

Għandhom jittieħdu l-miżuri x-xierqa biex jiġu evitati l-emissjonijiet tal-kromju fl-arja u biex jiġi evitat l-esponiment għalih mill-inalazzjoni jew permezz tal-kuntatt mal-ġilda. Jekk dawn il-miżuri ma jkunux fattibbli mil-lat tekniku jew ma jkunux biżżejjed, għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi skont ir-regolamenti nazzjonali li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, fosthom id-Direttivi tal-Kunsill 89/391/KEE (2), 89/656/KEE (3), 92/85/KEE (4) u 98/24/KE (5) u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

5.

Waqt l-immaniġġjar għandhom jintlibsu ingwanti protettivi adattati u apparat protettiv għan-nifs u għall-għajnejn, skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (7).

Il-31 ta' Diċembru 2025

3a711

“Menadjon nikotinammid bisulfit” jew “Vitamina K3

Kompożizzjoni tal-addittiv

Menadjon nikotinammid bisulfit

Kromju ≤ 142 mg/kg

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Menadjon nikotinammid bisulfit

C11H9O5S·C6H7N2O

Nru tal-CAS: 73581-79-0

Prodott b'sinteżi kimika

Purità: min. 96 % menadjon nikotinammid bisulfit kumpless li jikkorrispondi għal min. 43,9 % menadjon u min. 31,2 % nikotinammid

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-detezzjoni tal-menadjon nikotinammid bisulfit fl-addittiv tal-għalf: metodu spettrofotometriku bl-użu ta' detettur viżibbli f'635 nm (VDLUFA — Bd.III 13.7.1).

Għad-detezzjoni tal-menadjon nikotinammid bisulfit fit-taħlitliet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja f'Fażi Normali-digriet tad-29.4.2010, Ġurnal Uffiċjali Taljan Nru 120 25.5.2010.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

3.

L-ekwivalenza li ġejja għandha tintuża jekk l-ammont tal-addittiv ikun tikkettat: 1 mg vitamina K3 = 1 mg ta' menadjon = 2,27 mg ta' menadjon nikotinammid bisulfit.

4.

Għandhom jittieħdu l-miżuri x-xierqa biex jiġu evitati l-emissjonijiet tal-kromju fl-arja u biex jiġi evitat l-esponiment għalih mill-inalazzjoni jew permezz tal-kuntatt mal-ġilda. Jekk dawn il-miżuri ma jkunux fattibbli mil-lat tekniku jew ma jkunux biżżejjed, għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi skont ir-regolamenti nazzjonali li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, fosthom id-Direttivi 89/391/KEE, 89/656/KEE, 92/85/KEE, 98/24/KE u 2004/37/KE.

5.

Waqt il-manipulazzjoni għandhom jintlibsu ingwanti protettivi adattati u apparat protettiv għan-nifs u għall-għajnejn, skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE.

Il-31 ta' Diċembru 2025


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu f'dan l-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta' Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 393, 30.12.1989, p. 18).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).

(6)  Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18).


11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/54


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2308

tal-10 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

94,8

TR

83,5

ZZ

89,2

0707 00 05

MA

90,3

TR

152,1

ZZ

121,2

0709 93 10

MA

61,3

TR

151,4

ZZ

106,4

0805 10 20

MA

71,7

TR

62,0

ZA

67,0

ZW

32,0

ZZ

58,2

0805 20 10

MA

73,5

ZZ

73,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

83,1

ZA

96,8

ZZ

90,0

0805 50 10

TR

94,3

ZZ

94,3

0808 10 80

AU

155,4

CL

80,0

NZ

213,1

US

119,6

ZA

187,3

ZZ

151,1

0808 30 90

CN

58,1

TR

130,9

ZZ

94,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2309

tal-10 ta' Diċembru 2015

dwar il-promozzjoni ta' kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni tal-armi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

L-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà adottata minn Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern fit-12 ta' Diċembru 2003 tiddeskrivi ħames sfidi ewlenin li jridu jiġu indirizzati mill-Unjoni: it-terroriżmu, il-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, il-konflitti reġjonali, il-falliment tal-istat u l-kriminalità organizzata. Il-konsegwenzi taċ-ċirkolazzjoni mhux ikkontrollata ta' armi konvenzjonali huma ċentrali għal erba' minn dawk il-ħames sfidi. Dik l-istrateġija tissottolinja l-importanza ta' kontrolli fuq l-esportazzjoni fit-trażżin tal-proliferazzjoni tal-armi.

(2)

Fil-5 ta' Ġunju 1998, l-Unjoni adottat Kodiċi ta' Kondotta dwar l-Esportazzjoni tal-Armi li huwa politikament vinkolanti, li jistabbilixxi kriterji komuni għar-regolamentazzjoni tal-kummerċ legali tal-armi konvenzjonali.

(3)

L-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u traffikar illeċiti ta' armi żgħar u armamenti ħfief (SALW) u l-munizzjon tagħhom, adottata mill-Kunsill Ewropew fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005, tipprevedi li l-Unjoni, kemm f'livell reġjonali kif ukoll f'livell internazzjonali, tappoġġa t-tisħiħ tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni u l-promozzjoni tal-kriterji tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar l-Esportazzjoni ta' Armi billi, inter alia, tgħin lil pajjiżi mhux tal-UE jabbozzaw leġislazzjoni domestika rilevanti u tippromwovi miżuri għat-titjib tat-trasparenza.

(4)

Il-Kodiċi ta' Kondotta dwar l-Esportazzjoni ta' Armi ġie sostitwit fit-8 ta' Diċembru 2008 bil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (1), li hija legalment vinkolanti u li tistabbilixxi tmien kriterji li fuqhom għandhom jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet għall-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali. Hija tinkludi wkoll mekkaniżmu ta' notifika u konsultazzjoni għal ċaħdiet ta' esportazzjoni tal-armi, u miżuri ta' trasparenza bħall-pubblikazzjoni annwali ta' Rapport Annwali tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi. Għadd ta' pajjiżi mhux tal-UE allinjaw ruħhom mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK.

(5)

L-Artikolu 11 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK jistipula li l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jinkoraġġixxu Stati oħra li jesportaw teknoloġija jew tagħmir militari biex japplikaw il-kriterji ta' dik il-Pożizzjoni Komuni.

(6)

It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) ġie adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-2 ta' April 2013 u daħal fis-seħħ fl-24 ta' Diċembru 2014. L-ATT għandu l-għan li jsaħħaħ it-trasparenza u r-responsabbiltà fil-kummerċ tal-armi. B'mod simili għall-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, l-ATT jistipula għadd ta' kriterji għall-valutazzjoni tar-riskju li fuqhom iridu jiġu vvalutati l-esportazzjonijiet tal-armi. L-Unjoni tappoġġa b'mod konkret l-implimentazzjoni effettiva u l-universalizzazzjoni tal-ATT permezz tal-programm dedikat tagħha adottat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/768/PESK (2). Dak il-programm jassisti għadd ta' pajjiżi mhux tal-UE, fuq talba tagħhom, biex isaħħu s-sistemi tagħhom ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi f'konformità mar-rekwiżiti tal-ATT.

(7)

Huwa għalhekk importanti li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' assistenza previsti f'din id-Deċiżjoni u dawk previsti fid-Deċiżjoni 2013/768/PESK. L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo (*), l-Alġerija, l-Eġittu, il-Libja, il-Marokk, it-Tuneżija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna, il-Benin, il-Burkina Faso, Cape Verde, il-Kosta tal-Avorju, il-Gambja, il-Ghana, il-Guinea, il-Guinea Bissau, il-Liberja, il-Mali, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, Sierra Leone, it-Togo, il-Mauritania, il-Kamerun, iċ-Chad u ċ-Ċina ġew identifikati bħala benefiċjarji taħt din id-Deċiżjoni. Fejn rilevanti, il-benefiċjarji identifikati minn din id-Deċiżjoni li ma ħadu l-ebda pass lejn l-iffirmar tal-ATT, jew l-adeżjoni miegħu, għandhom jiġu mħeġġa jagħmlu dan permezz tal-attivitajiet imwettqa taħt din id-Deċiżjoni. Bl-istess mod, fejn rilevanti, il-benefiċjarji li ffirmaw l-ATT iżda li għadhom ma rratifikawhx għandhom jiġu mħeġġa jirratifikawh. Jekk tiġi implimentata b'suċċess, din id-Deċiżjoni għalhekk tista' wkoll topera wkoll bħala mezz biex titjieb l-assistenza relatata mal-ATT taħt id-Deċiżjoni 2013/768/PESK.

(8)

Mill-2008 'l hawn saru żviluppi fl-attivitajiet tal-Unjoni fil-promozzjoni ta' kontrolli effettivi u trasparenti fuq l-esportazzjoni tal-armi bis-saħħa tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/230/PESK (3) u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/1012/PESK (4) u 2012/711/PESK (5). Dawk l-attivitajiet appoġġaw b'mod partikolari aktar kooperazzjoni reġjonali, aktar trasparenza u responsabbiltà akbar f'konformità mal-prinċipji tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u l-kriterji ta' valutazzjoni tar-riskju mħaddna fiha. L-attivitajiet inkwistjoni tradizzjonalment indirizzaw pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Lvant u dak tan-Nofsinhar tal-Unjoni.

(9)

Fis-snin reċenti, l-Unjoni pprovdiet ukoll assistenza biex jitjiebu l-kontrolli fuq l-esportazzjoni tal-oġġetti b'użu doppju f'pajjiżi mhux tal-UE, fil-qafas ta' proġetti mwettqa taħt strumenti finanzjarji tal-Unjoni li mhumiex il-baġit tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK). Dawn l-isforzi komplew taħt l-Inizjattiva taċ-Ċentri ta' Eċċellenza. Għandha tiġi żgurata koordinazzjoni ma' dawk l-attivitajiet rilevanti għall-kontrolli tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju.

(10)

L-Uffiċċju Federali Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (“BAFA”) ġie inkarigat mill-Kunsill bl-implimentazzjoni teknika tad-Deċiżjonijiet 2009/1012/PESK u 2012/711/PESK. Huwa lesta b'suċċess l-organizzazzjoni tal-attivitajiet kollha previsti f'dawk id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. Il-BAFA huwa wkoll l-aġenzija ta' implimentazzjoni għal proġetti li jappoġġaw l-implimentazzjoni effettiva tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi skont id-Deċiżjoni 2013/768/PESK. F'dan l-isfond, l-għażla tal-BAFA bħala l-aġenzija ta' implimentazzjoni għall-attivitajiet tal-Unjoni taħt din id-Deċiżjoni hija ġġustifikata minħabba l-esperjenza ippruvata, il-kwalifiki u l-ħila esperta meħtieġa tiegħu fuq il-firxa sħiħa ta' attivitajiet rilevanti tal-Unjoni ta' kontroll fuq l-esportazzjoni tal-armi. L-għażla tal-BAFA ser tiffaċilita l-identifikazzjoni ta' sinerġiji bejn il-programm ta' komunikazzjoni tal-ATT u l-attivitajiet taħt din id-Deċiżjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-fini tal-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà, u f'konformità mal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, l-Unjoni għandha ssegwi l-objettivi li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni ta' kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni tal-armi minn pajjiżi mhux tal-UEf'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u fit-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, u t-tiftix, fejn xieraq, ta' komplementarjetà u sinerġiji mal-proġetti ta' assistenza tal-Unjoni fil-qasam tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju;

(b)

l-appoġġ għall-isforzi ta' pajjiżi mhux tal-UE fil-livelli domestiku u reġjonali biex il-kummerċ tal-armi konvenzjonali jkun aktar responsabbli u trasparenti.

2.   L-Unjoni għandha ssegwi l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-attivitajiet proġettwali li ġejjin:

(a)

aktar promozzjoni, fost pajjiżi mhux tal-UE, tal-kriterji u l-prinċipji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u fit-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, abbażi tal-kisbiet li saru permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet 2012/711/PESK u 2009/1012/PESK u tal-Azzjoni Konġunta 2008/230/PESK;

(b)

assistenza lil pajjiżi mhux tal-UE fl-abbozzar, l-aġġornar u l-implimentazzjoni, kif xieraq, ta' miżuri leġislattivi u amministrattivi rilevanti li għandhom l-għan li jistabbilixxu sistema effettiva tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali;

(c)

assistenza lill-benefiċjarji fit-taħriġ ta' uffiċjali tal-liċenzjar u l-infurzar biex tiġi żgurata implimentazzjoni u infurzar adegwati tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni tal-armi;

(d)

promozzjoni ta' trasparenza u responsabbiltà fil-kummerċ internazzjonali tal-armi, inkluż permezz ta' appoġġ għall-miżuri nazzjonali u reġjonali li jippromwovu t-trasparenza u l-iskrutinju adatt fl-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali;

(e)

inkoraġġiment lil dawk il-benefiċjarji li ma ħadu l-ebda pass biex jiffirmaw l-ATT jew jaderixxu miegħu sabiex jingħaqdu mal-ATT u l-inkoraġġiment lill-firmatarji biex jirratifikawh;

(f)

promozzjoni ta' aktar konsiderazzjoni tar-riskju ta' devjazzjoni tal-armi u l-mitigazzjoni tagħha, kemm mill-perspettiva tal-importazzjoni kif ukoll dik tal-esportazzjoni.

Deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet proġettwali msemmija f'dan il-paragrafu tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha ssir mill-BAFA.

3.   Il-BAFA għandu jwettaq il-kompiti tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dak l-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-BAFA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 999 000.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-infiq tal-ammont finanzjarju ta' referenza msemmi fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-BAFA. Il-ftehim għandu jistipula li l-BAFA għandu jiżgura li l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.

Artikolu 4

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-BAFA. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 30 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk ebda ftehim ta' finanzjament ma jkun ġie konkluż f'dak il-perijodu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BAUSCH


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/768/PESK tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar l-attivitajiet tal-UE f'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà (ĠU L 341, 18.12.2013, p.56).

(*)  Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.

(3)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/230/PESK tas-17 ta' Marzu 2008 dwar appoġġ għall-attivitajiet ta' l-UE sabiex issir promozzjoni tal-kontroll ta' armi għall-esportazzjoni u l-prinċipji u l-kriterji tal-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-UE dwar l-Esportazzjoni ta' l-Armi bejn pajjiżi terzi (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 81).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1012/PESK tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-UE għall-promozzjoni tal-kontroll tal-esportazzjoni ta' armi u l-prinċipji u l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK fost pajjiżi terzi (ĠU L 348, 29.12.2009, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/711/PESK tad-19 ta' Novembru 2012 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Unjoni sabiex issir promozzjoni, fost pajjiżi terzi, tal-kontroll tal-esportazzjoni ta' armi u tal-prinċipji u l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (ĠU L 321, 20.11.2012, p. 62).


ANNESS

L-ATTIVITAJIET PROĠETTWALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)

1.   OBJETTIVI

L-objettivi ta' din id-Deċiżjoni huma l-promozzjoni ta' kontrolli mtejba fuq trasferimenti tal-armi u l-appoġġ ta' sforzi, fil-livell domestiku u fil-livell reġjonali, biex il-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali isir aktar responsabbli u trasparenti. Fejn rilevanti, dawn għandhom jinkludu l-promozzjoni tal-prinċipji u l-kriterji stipulati fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u fit-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi. Dawk l-objettivi għandhom jiġu segwiti biex jinkisbu, fejn xieraq, il-komplementarjetà u sinerġiji ma' proġetti ta' assistenza tal-Unjoni fil-qasam tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju.

Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija hawn fuq l-Unjoni għandha tkompli tippromwovi l-istandards tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, abbażi ta' dak li ntlaħaq permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet 2012/711/PESK, 2009/1012/PESK u l-Azzjoni Konġunta 2008/230/PESK. Għal dak l-għan, għandha tiġi pprovduta assistenza lill-benefiċjarji fl-abbozzar, l-aġġornament u l-implimentazzjoni, kif xieraq, ta' miżuri leġislattivi u amministrattivi rilevanti li jappoġġaw sistema effettiva ta' kontrolli tal-esportazzjoni tal-armi konvenzjonali. Għandu jiġi pprovdut ukoll appoġġ għall-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tad-devjazzjoni tal-armi.

Għandu jingħata appoġġ ukoll għat-taħriġ tal-uffiċjali tal-liċenzjar u l-infurzar responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni tal-armi, u għall-miżuri nazzjonali u reġjonali li jippromwovu t-trasparenza u l-iskrutinju adatt fl-esportazzjoni tal-armi konvenzjonali. Barra minn hekk, għandhom jiġu promossi kuntatti mas-settur privat u konformità mad-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi nazzjonali rilevanti li jirregolaw it-trasferiment tal-armi.

2.   GĦAŻLA TAL-AĠENZIJA TA' IMPLIMENTAZZJONI

Il-BAFA huwa inkarigat mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Fejn adatt, il-BAFA ser jissieħeb mal-aġenziji ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti, il-gruppi ta' riflessjoni, l-istituti tar-riċerka u l-NGOs.

Il-BAFA għandu esperjenza tal-ogħla livell fl-għoti ta' assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni u f'attivitajiet ta' komunikazzjoni. Huwa żviluppa din l-esperjenza fl-oqsma rilevanti kollha ta' kontroll strateġiku tal-esportazzjoni, fl-indirizzar tal-oqsma relatati mas-CBRN, oġġetti b'użu doppju u armi. Permezz ta' dawk il-programmi u attivitajiet, il-BAFA kiseb għarfien fil-fond tas-sistemi ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji koperti minn din id-Deċiżjoni.

Fir-rigward tal-assistenza għall-kontroll tat-trasferiment tal-armi u l-komunikazzjoni, il-BAFA lesta b'suċċess l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/1012/PESK u 2012/711/PESK. Il-BAFA huwa wkoll inkarigat mill-implimentazzjoni teknika tal-programm ta' appoġġ tal-implimentazzjoni tal-ATT stabbilit bid-Deċiżjoni 2013/768/PESK.

L-effett ġenerali huwa li l-BAFA jinsab f'pożizzjoni unika biex jidentifika l-punti qawwija u d-dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-benefiċjarji tal-attivitajiet previsti f'din id-Deċiżjoni. Għaldaqstant huwa l-iktar li jista' jiffaċilita sinerġiji bejn il-programmi varji ta' assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u dawk ta' komunikazzjoni u li jevita d-duplikazzjoni bla bżonn.

3.   KOORDINAZZJONI MA' PROĠETTI OĦRA TA' ASSISTENZA TAL-UNJONI FIL-QASAM TAL-KONTROLLI TAL-ESPORTAZZJONI

Abbażi tal-esperjenza ta' attivitajiet preċedenti ta' komunikazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni li jkopru kemm oġġetti b'użu doppju kif ukoll armi konvenzjonali, għandhom isiru sforzi biex jinkisbu s-sinerġija u l-komplementarjetà. Għal dak l-għan, l-attivitajiet imsemmija fil-punti 4.2.1 sa 4.2.3 għandhom jitwettqu, fejn xieraq, flimkien ma' attivitajiet oħrajn fuq kontrolli tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju, iffinanzjati permezz ta' strumenti finanzjarji tal-Unjoni minbarra l-baġit tal-PESK. B'mod partikolari, għandhom jiġu esplorati avvenimenti konsekuttivi. Dan għandu jsir b'rispett sħiħ għal-limitazzjonijiet legali u finanzjarji stabbiliti għall-użu tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-Unjoni.

4.   DESKRIZZJONI TAL-ATTIVITAJIET TAL-PROĠETT

4.1.   Objettivi tal-proġett

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi pprovduta assistenza teknika lil għadd ta' benefiċjarji li wrew ir-rieda tagħhom li jiżviluppaw l-istandards u l-prattiki tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi. Għal dan l-għan, l-attivitajiet li ser jitwettqu ser jagħtu attenzjoni lill-istatus tal-benefiċjarji, b'mod partikolari fir-rigward ta':

l-adeżjoni, jew l-applikazzjoni għal-adeżjoni, ma' sistemi internazzjonali ta' kontroll tal-esportazzjoni relatati mat-trasferiment ta' armi konvenzjonali u oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju;

il-kandidaturi għal adeżjoni mal-Unjoni u jekk il-benefiċjarji humiex kandidati uffiċjali jew kandidati potenzjali;

il-pożizzjoni rigward l-ATT.

Fejn il-benefiċjarji indirizzati huma biss firmatarji tal-ATT, l-attivitajiet għandhom — fejn fattibbli — jippruvaw jiddeterminaw aħjar l-ostakoli għar-ratifika, b'mod partikolari meta dawk l-ostakoli jkunu ta' natura teknika u relatati ma' nuqqasijiet jew ħtiġijiet fil-kapaċitajiet ta' implimentazzjoni. Fejn rilevanti, għandu jiġi promoss appoġġ possibbli tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni 2013/768/PESK. Fejn il-pajjiżi benefiċjarji ma jkunu ħadu l-ebda pass lejn l-iffirmar, ir-ratifika, u l-adeżjoni mal-ATT, l-attivitajiet għandhom jippromwovu l-adeżjoni għall-ATT, possibbilment bl-appoġġ ta' benefiċjarji oħrajn li jkunu rratifikaw l-ATT.

Objettiv komplementari ieħor huwa li jiġu sensitizzati għadd ta' benefiċjarji għall-valutazzjoni tar-riskju tad-devjazzjoni tal-armi u l-mitigazzjoni tad-devjazzjoni tal-armi, kemm mill-perspettiva tal-esportazzjoni kif ukoll dik tal-importazzjoni. Attivitajiet immexxija minn dan l-objettiv komplementari b'mod partikolari ser jippermettu li l-kontrolli fuq it-trasferiment tal-armi jintrabtu ma' proġetti oħra li għandhom l-għan li jipprevjenu devjazzjoni tal-armi bħalma huma attivitajiet ta' sigurtà fiżika u ta' ġestjoni tal-ħażniet (PSSM) u attivitajiet li jappoġġaw it-traċċabbiltà ta' armi u munizzjon.

4.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

4.2.1.   Workshops reġjonali

Il-proġett ser jieħu l-forma ta' mhux aktar minn sitt workshops ta' jumejn li jipprovdu taħriġ fl-oqsma rilevanti tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali.

Il-parteċipanti fil-workshop (mhux aktar minn 30) ikunu jinkludu uffiċjali tal-gvern, tal-liċenzjar u tal-infurzar mill-benefiċjarji koperti. Jistgħu wkoll jiġu mistiedna, kif xieraq, rappreżentanti mill-parlamenti, u rappreżentanti mill-industrija u s-soċjetà ċivili.

It-taħriġ ser jingħata minn esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri, inklużi ex-uffiċjali, rappreżentanti ta' pajjiżi li allinjaw ruħhom mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK, rappreżentanti tas-settur privat u mis-soċjetà ċivili.

Il-workshops jistgħu jsiru f'post li għandu jiġi determinat mir-Rappreżentant Għoli f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali (COARM).

Il-workshops reġjonali ser jiġu organizzati kif ġej:

(a)

sa mhux aktar minn żewġ workshops fl-Ewropa tax-Xlokk;

(b)

sa mhux aktar minn żewġ workshops għall-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u l-Kawkasu taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat;

(c)

sa mhux aktar minn żewġ workshops għall-pajjiżi Mediterranji tal-Afrika ta' Fuq taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat.

Din id-diviżjoni reġjonali ta' żewġ workshops għal kull reġjun tista' ma tintlaħaqx jekk iċ-ċirkustanzi ma jkunux favorevoli, pereżempju: jekk l-għadd ta' parteċipanti jkun aktar baxx milli mistenni, jekk l-ebda benefiċjarju tar-reġjun ma jagħmel offerta serja li jospita, jew jekk ikun hemm duplikazzjoni ma' attivitajiet oħra ta' fornituri oħra ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni. F'tali każ ta' nonimplimentazzjoni f'reġjun wieħed jew tnejn, l-għadd ta' workshops fir-reġjun(i) l-oħra jista' jiżdied kif meħtieġ fil-limitu globali ta' sitt workshops.

4.2.2.   Żjarat ta' studju

Il-proġett ser jieħu l-forma ta' mhux aktar minn sitt żjarat ta' studju ta' jumejn kull waħda minn uffiċjali tal-gvern, tal-liċenzjar u tal-infurzar lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri. Iż-żjarat ta' studju għandhom ikopru mill-inqas tliet benefiċjarji u jinkludu mill-inqas benefiċjarju wieħed li ma jkunx irratifika l-ATT.

4.2.3.   Assistenza individwali lill-benefiċjarji

Il-proġett ser jieħu l-forma ta' mhux aktar minn 30 jum ta' workshops, preferibbilment in situ, għall-benefiċjarji individwali li fihom ser jipparteċipaw uffiċjali tal-gvern, tal-liċenzjar u tal-infurzar. Skont il-ħtiġijiet preċiżi u d-disponibbiltà tal-esperti tal-benefiċjarji u tal-Istati Membri tal-UE, it-30 jum globalment disponibbli ser jiġu allokati b'format minimu ta' jumejn sa format massimu ta' ħamest ijiem.

L-għarfien espert ser tiġi kondiviża minn esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri (inklużi ex-uffiċjali), rappreżentanti ta' pajjiżi li allinjaw ruħhom mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK, uffiċjali mill-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni, jew rappreżentanti tas-settur privat u s-soċjetà ċivili.

Dawk il-workshops ta' assistenza individwali ser isiru prinċipalment fuq it-talba tal-benefiċjarji. Dawn huma maħsuba biex jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi jew ħtiġijiet speċifiċi mqajma mill-benefiċjarju, pereżempju fil-marġini ta' workshop reġjonali jew matul kuntatti regolari ma' esperti tal-Unjoni u mal-aġenzija ta' implimentazzjoni.

4.2.4.   Applikazzjoni tal-listi ta' kontroll

L-aġenzija ta' implimentazzjoni ser twaqqaf grupp ta' esperti tekniċi fl-applikazzjoni tal-listi tal-kontroll tal-esportazzjoni. L-esperti għandhom jintgħażlu minn fost l-akbar firxa possibbli ta' Stati Membri.

Ammont ta' 100 siegħa ta' xogħol (ibbażat fuq it-tariffi standard tal-esperti stabbiliti fil-punt 5) ser ikun disponibbli biex jiġu assenjati talbiet dwar l-applikazzjoni tal-listi ta' kontroll imressqa mill-awtoritajiet rilevanti tal-benefiċjarji lill-esperti (soġġett għad-disponibbiltà tagħhom). L-aġenzija ta' implimentazzjoni ser tiżviluppa mudelli għal dawn it-talbiet, b'kont debitu meħud tan-natura informali tal-opinjoni dwar il-klassifikazzjoni u lill-kwistjoni tal-kunfidenzjalità.

4.2.5.   Avveniment ta' valutazzjoni finali

Sabiex tiġi pprovduta evalwazzjoni finali tal-attivitajiet taħt din id-Deċiżjoni, ser jiġi organizzat avveniment ta' jumejn fi Brussell bil-parteċipazzjoni konġunta tal-benefiċjarji u l-Istati Membri, jekk possibbli b'mod parallel mal-laqgħa tal-COARM.

Ser jiġu mistiedna mhux aktar minn żewġ rappreżentanti (uffiċjali tal-gvern, tal-liċenzjar u tal-infurzar) ta' kull benefiċjarju msemmi fil-punt 6.1.

4.2.6.   Attivitajiet relatati mad-devjazzjoni tal-armi

Dan il-proġett ser jieħu l-forma ta' żewġ workshops għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent u tas-Saħel u ċ-Ċina, kif ġej:

workshop inizjali (“tal-bidu”) ta' jumejn għal mhux aktar minn żewġ rappreżentanti tal-benefiċjarji;

workshop finali ta' jumejn għal mhux aktar minn tliet rappreżentanti tal-benefiċjarji.

Il-workshops għandhom isiru fil-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent u s-Saħel.

5.   TARIFFI TAL-ESPERTI

It-tariffi tal-esperti huma disponibbli għall-attivitajiet taħt 4.2.2 sa 4.2.4. Rigward l-attivitajiet taħt 4.2.4, it-tariffi tal-esperti ser jinqasmu siegħa siegħa skont il-ħin reali (imkejjel f'sigħat) li jittieħed fuq talbiet għall-identifikazzjoni tal-komoditajiet. Huwa mistenni li jkun hemm massimu ta' 100 tariffa tal-esperti (800 siegħa).

6.   BENEFIĊJARJI

6.1.   Benefiċjarji tal-attivitajiet taħt 4.2.1 sa 4.2.5.

(i)

l-Ewropa tax-Xlokk (l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, u l-Kosovo*);

(ii)

il-pajjiżi Mediterranji tal-Afrika ta' Fuq taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat (l-Alġerija, l-Eġittu, il-Libja, il-Marokk u t-Tuneżija);

(iii)

il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u l-Kawkasu taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat (l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna).

6.2.   Benefiċjarji tal-attivitajiet taħt 4.2.6

Il-pajjiżi tal-ECOWAS (il-Benin, il-Burkina Faso, Cape Verde, il-Kosta tal-Avorju, il-Gambja, il-Ghana, il-Guinea, il-Guinea Bissau, il-Liberja, il-Mali, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, Sierra Leone, it-Togo); il-Mauritania, il-Kamerun, iċ-Chad, iċ-Ċina.

6.3.   Emenda għall-ambitu tal-benefiċjarji

Il-Grupp ta' Ħidma COARM jista', fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli, jiddeċiedi li jimmodifika l-lista ta' benefiċjarji abbażi ta' ġustifikazzjoni adegwata.

7.   RIŻULTATI TAL-PROĠETT U INDIKATURI TAL-IMPLIMENTAZZJONI

Minbarra l-avveniment ta' valutazzjoni finali msemmi f'4.2.5, il-valutazzjoni tar-riżultati tal-proġett ser tieħu kont ta' dan li ġej:

7.1.   Valutazzjoni individwali tal-benefiċjarji

Hekk kif jitlestew l-attivitajiet, l-aġenzija ta' implimentazzjoni għandha tipprovdi lis-SEAE u lill-Kummissjoni rapport ta' progress dwar kull wieħed mill-benefiċjarji msemmija f'6.1. Dak ir-rapport ser jitħejja f'kollegament mad-Delegazzjonijiet tal-UE kkonċernati u ser jiġbor fil-qosor l-attivitajiet li seħħew matul il-perijodu tad-Deċiżjoni. Ir-rapport ser jivvaluta wkoll il-kapaċitajiet tal-benefiċjarju ddedikati għall-kontrolli tat-trasferiment tal-armi. Fejn il-benefiċjarju jkun parti għall-ATT, il-valutazzjoni ser tkopri kif il-kapaċitajiet fis-seħħ jippermettu l-implimentazzjoni tal-Att.

7.2.   Valutazzjoni tal-impatt u indikaturi tal-implimentazzjoni

L-impatt tal-attivitajiet previsti minn din id-Deċiżjoni għandu jiġi vvalutat b'mod tekniku hekk kif jitlestew għall-benefiċjarji msemmija f'6.1. Il-valutazzjoni tal-impatt ser issir mir-Rappreżentant Għoli, f'kooperazzjoni mal-COARM u, kif xieraq, mad-Delegazzjonijiet tal-UE kkonċernati, kif ukoll ma' partijiet interessati rilevanti oħrajn.

Għal dak l-iskop, ser jintużaw l-indikaturi li ġejjin:

jekk hemmx fis-seħħ regolamenti interni rilevanti dwar kontrolli fuq it-trasferiment tal-armi u jekk / sa liema punt dawn jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, inter alia l-applikazzjoni tal-kriterji ta' valutazzjoni, l-implimentazzjoni tal-lista militari komuni tal-UE, rapportar;

fejn disponibbli, informazzjoni dwar każijiet ta' infurzar;

jekk il-benefiċjarji jistgħux jirrapportaw l-esportazzjoni u/jew l-importazzjoni tal-armi, b'kont meħud, inter alia, tar-reġistru tan-NU, tar-rapportar annwali tal-ATT, tar-rapporti nazzjonali;

jekk il-benefiċjarju allinjax ruħu uffiċjalment mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK jew hux biħsiebu jagħmel dan.

Ir-rapporti ta' valutazzjoni individwali taħt 7.1 għandhom jirreferu għal dawk l-indikaturi ta' implimentazzjoni, kif xieraq.

8.   PROMOZZJONI TAL-UŻU TAL-PORTAL WEB TAL-UE GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

Il-portal web previst fid-Deċiżjoni 2012/711/PESK ġie żviluppat bħala riżorsa tal-UE (https://export-control.jrc.ec.europa.eu). Huwa jopera bħala pjattaforma konġunta għall-programmi kollha ta' komunikazzjoni tal-UE (użu doppju, armi, ATT). L-attivitajiet elenkati taħt 4.2.1 sa 4.2.5 għandhom joħolqu sensibilizzazzjoni tal-portal web tal-UE għall-komunikazzjoni u jippromwovu l-użu tiegħu. Il-parteċipanti fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom ikunu infurmati dwar is-sezzjoni privata tal-portal web li toffri aċċess permanenti għal riżorsi, dokumenti u kuntatti. Bl-istess mod, l-użu tal-portal web għandu jiġi promoss għal uffiċjali oħra li ma setgħux jipparteċipaw direttament f'attivitajiet ta' assistenza u komunikazzjoni.

9.   VIŻIBBILTÀ TAL-UE

L-aġenzija ta' implimentazzjoni għandha tieħu l-miżuri adatti kollha biex tippubbliċizza l-fatt li l-azzjoni hija ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri ser jiġu implimentati skont il-manwal dwar il-Kommunikazzjoni u l-viżibbiltà għal azzjonijiet esterni tal-UE ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea. B'hekk l-aġenzija ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribut tal-Unjoni permezz ta' mmarkar u pubbliċità adatti, filwaqt li tenfasizza r-rwol tal-Unjoni u twettaq sensibilizzazzjoni dwar ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni kif ukoll l-appoġġ tal-Unjoni għad-Deċiżjoni u r-riżultati ta' dak l-appoġġ. Il-materjal prodott mill-proġett ser juri b'mod prominenti l-bandiera tal-Unjoni f'konformità mal-linji gwida rilevanti tal-Unjoni.

Peress li l-attivitajiet ippjanati jvarjaw ħafna fil-portata u n-natura tagħhom, ser tintuża firxa ta' għodod promozzjonali, inklużi: mezzi ta' informazzjoni tradizzjonali, is-sit web, il-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali, materjal informattiv u promozzjonali inklużi infografika, fuljetti, bullettini, stqarrijiet għall-istampa u oħrajn kif adatt. Il-pubblikazzjonijiet u l-avvenimenti pubbliċi akkwistati taħt il-proġett ser jiġu mmarkati skont dan.

10.   DURATA

It-tul ta' żmien totali tal-proġett hu stmat li jkun ta' 24 xahar.

11.   RAPPORTAR

L-aġenzija ta' implimentazzjoni għandha tħejji rapporti regolari kull tliet xhur, inkluż wara t-tlestija ta' kull waħda mill-attivitajiet. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati lir-Rappreżentant Għoli mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tmiem tal-attivitajiet rilevanti.

12.   SPIŻA TOTALI STMATA TAL-PROĠETT U L-KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA TAL-UNJONI

L-ispiża totali stmata tal-proġett hija ta' EUR 1 110 000 b'kofinanzjament mill-Ġermanja. L-ispiża totali stmata tal-proġett iffinanzjat mill-UE hija ta' EUR 999 000.


11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/64


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2310

tal-10 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2013/189/PESK li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/189/PESK li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (1);

(2)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/491/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2013/189/PESK (2);

(3)

Id-Deċiżjoni 2013/189/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2014/491/PESK, tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-ewwel 12-il xahar mill-1 ta' Awwissu 2013 sal-31 ta' Lulju 2014 u għall-perijodu sussegwenti mill-1 ta' Awwissu 2014 sal-31 ta' Diċembru 2015;

(4)

Fil-25 ta' Marzu 2014 il-Kumitat tat-Tmexxija stabbilit mid-Deċiżjoni 2013/189/PESK qabel li l-perijodu tal-ftehim ta' finanzjament għandu jkun allinjat mal-perijodu kontabilistiku annwali, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru, sabiex ikun meħtieġ sett ta' kontijiet wieħed biss mill-2016 'il quddiem;

(5)

Għalhekk għandu jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016.

(6)

Id-Deċiżjoni 2013/189/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 16(2) tad-Deċiżjoni 2013/189/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul l-ewwel 12-il xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun ta' EUR 535 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2014 sal-31 ta' Diċembru 2015 għandu jkun ta' EUR 756 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 għandu jkun ta' EUR 630 000.

L-ammonti ta' referenza finanzjarja intenzjonata biex ikopru n-nefqa tal-KESD għal perijodi sussegwenti għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BAUSCH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/189/PESK tat- 22 ta' April 2013 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD) u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2008/550/PESK (ĠU L 112, 24.4.2013, p. 22).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/491/PESK tat- 22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/189/PESK li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD) (ĠU L 218, 24.7.2014, p. 6).


11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/65


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2311

tad-9 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2015/2055 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja

(notifikata bid-dokument C(2015) 8585)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jinkiseb is-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3), u b'mod partikulari l-paragrafi (1)(a), (3)(a) u (6) tal-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/119/KEE tistabbilixxi miżuri ġenerali għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali. Dawn jinkludu l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' suspett u l-konferma tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'azjenda, il-miżuri li għandhom jittieħdu f'żoni ristretti u miżuri addizzjonali oħrajn sabiex tiġi kkontrollata l-marda. Dawn il-miżuri jipprevedu wkoll it-tilqim ta' emerġenza f'każ ta' tifqigħa tal-marda tal-infafet fil-ġilda b'mod supplimentari għal miżuri oħra ta' kontroll.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 (5) tistabbilixxi miżuri ta' protezzjoni komprensiva u restrizzjonijiet fuq il-moviment u t-tqassim ta' annimali bovini u tas-semen tagħhom, kif ukoll it-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti tal-annimali minn ċertu żoni fil-Greċja milquta mill-marda tal-infafet fil-ġilda.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2055 (6) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit il-programm għal tilqim ta' emerġenza ta' annimali bovini kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055 emendat ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u estendiet iż-żona ristretta biex tinkludi mhux biss l-unità reġjonali ta' Evros, iżda wkoll l-unitajiet reġjonali ta' Rodopi, Xanthi, Kavala u Limnos.

(4)

Fid-19 ta' Ottubru 2015, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni b'tifqigħat addizzjonali fl-unità reġjonali ta' Chalkidiki u għal darb'oħra fil-21 ta' Ottubru 2015 dwar l-intenzjoni tagħhom li japplikaw it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fl-unitajiet reġjonali ta' Chalkidiki, Tessaloniki u Kilkis u fil-11 ta' Novembru dwar l-intenzjoni tagħhom li japplikaw it-tilqim fl-unitajiet reġjonali ta' Drama u Serres. Dan jeħtieġ li ż-żona ristretta stipulata fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 kif ukoll iż-żona fejn jista' jitwettaq it-tilqim jitkabbru kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055 għandhom għaldaqstant jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS

IŻ-ŻONI RISTRETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(b)

L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:

L-unità reġjonali ta' Evros

L-unità reġjonali ta' Rodopi

L-unità reġjonali ta' Xanthi

L-unità reġjonali ta' Kavala

L-unità reġjonali ta' Chalkidiki

L-unità reġjonali ta' Thessaloniki

L-unità reġjonali ta' Kilkis

L-unità reġjonali ta' Limnos

L-unità reġjonali ta' Drama

L-unità reġjonali ta' Serres.”

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS I

L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:

L-unità reġjonali ta' Evros

L-unità reġjonali ta' Rodopi

L-unità reġjonali ta' Xanthi

L-unità reġjonali ta' Kavala

L-unità reġjonali ta' Chalkidiki

L-unità reġjonali ta' Thessaloniki

L-unità reġjonali ta' Kilkis

L-unità reġjonali ta' Limnos

L-unità reġjonali ta' Drama

L-unità reġjonali ta' Serres.”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(4)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423 (ĠU L 234, 8.9.2015, p. 19).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2055 tal-10 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit il-programm għal tilqim ta' emerġenza ta' annimali bovini kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD) fil-Greċja u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 (ĠU L 300, 17.11.2015, p. 31).


Rettifika

11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/68


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/608 tal-14 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet tal-Ukraina u l-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, l-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll tal-Ukraina għas-Salmonella fit-tiġieġ li jbidu, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja dwar il-marda ta' Newcastle u r-rekwiżiti tal-iproċessar ta' prodotti tal-bajd

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 101 tat-18 ta' April 2015 )

F'paġna 4, fl-Artikolu 2:

minflok:

“Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.”

aqra:

“L-Annessi I u III għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.”


11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/69


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1884 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada u għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati tjur u prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 276 tal-21 ta' Ottubru 2015 )

F'paġna 32, fl-Anness li jikkonċerna l-emendi li jridu jsiru għall-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-entrata għal “CA — il-Kanada”, fir-ringiela li tikkonċerna l-kodiċi CA-2.2:

minflok:

“CA — il-Kanada

CA-2.2

Iż-żona fil-Provinċja ta' Ontario delimitata minn dawn il-konfini li ġejjin:

minn County Road 119 fejn tiltaqa' ma' County Road 64 u t-25th Line;

In-naħa tat-Tramuntana tat-25th Line fejn tiltaqa' ma' Road 68, meta tieħu it-triq lejn il-Lvant fuq Road 68 safejn terġa' tiltaqa' mat-25th Line u tibqa' sejra lejn it-Tramuntana fuq it-25th Line sa 74 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 74 Road mit-25th line sat-31st line;

in-naħa tat-Tramuntana fuq it-31st Line minn 74 Road sa 78 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 78 Road mit-31st Line sat-33rd Line;

It-33rd Line, lejn it-Tramuntana minn 78 Road sa 84 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 84 Road minn 33rd Line sa Highway 59;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Highway 59 minn 84 Road sa Road 78;

lejn il-Lvant f'Road 78 minn Highway 59 sa 13th Line;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq 13 Line minn 78 Road sa Oxford Road 17;

in-naħa tal-Lvant fuq Oxford road 17 mit-13 line sa Oxford Road 4;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Oxford Road 4 minn Oxford Road 17 sa County Road 15;

in-naħa tal-Lvant fuq County Road 15, taqsam il-Highway 401, minn Oxford Road 4 sa Middletown Line;

in-naħa tan-Nofsinhar ta' Middletown Line, fejn jaqsam il-Highway 403, minn County Road 15 sa Old Stage Road;

in-naħa tal-Punent fuq Old Stage Road minn Middletown Line sa County Road 59;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq County Road 59 minn Old Stage Road sa Curries Road;

in-naħa tal-Punent fuq Curries Road minn County Road 59 sa Cedar Line;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Cedar Line minn Curries Road sa Rivers Road;

in-naħa tal-Lbiċ fuq Rivers Road minn Cedar Line sa Foldens Line;

in-naħa tal-Majjistral fuq Foldens Line minn Rivers Road sa Sweaburg Road;

in-naħa tal-Lbiċ fuq Sweaburg Road minn Foldens Line sa Harris Street;

in-naħa tal-Majjistral fuq Harris Street minn Sweaburg Road sa Highway 401;

in-naħa tal-Punent ta' Highway 401 minn Harris Street sa Ingersoll Street, (County Road 10);

in-naħa tat-Tramuntana ta' Ingersoll Street (County Road 10) minn Highway 401 sa County Road 119;

County Road 119 minn Ingersoll Street (County Road 10) sal-oriġini fejn County Road 119 tiltaqa' ma' 25 Line.

WGM

VIII

P2

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

8.4.2015

8.10.2015

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER,

SRP, SRA

 

 

S1, ST1”

aqra:

“CA — il-Kanada

‘CA-2.2

Iż-żona fil-Provinċja ta' Ontario delimitata minn dawn il-konfini li ġejjin:

minn County Road 119 fejn tiltaqa' ma' County Road 64 u t-25th Line;

In-naħa tat-Tramuntana tat-25th Line fejn tiltaqa' ma' Road 68, meta tieħu it-triq lejn il-Lvant fuq Road 68 safejn terġa' tiltaqa' mat-25th Line u tibqa' sejra lejn it-Tramuntana fuq it-25th Line sa 74 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 74 Road mit-25th line sat-31st line;

in-naħa tat-Tramuntana fuq it-31st Line minn 74 Road sa 78 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 78 Road mit-31st Line sat-33rd Line;

It-33rd Line, lejn it-Tramuntana minn 78 Road sa 84 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 84 Road minn 33rd Line sa Highway 59;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Highway 59 minn 84 Road sa Road 78;

lejn il-Lvant f'Road 78 minn Highway 59 sa 13th Line;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq 13 Line minn 78 Road sa Oxford Road 17;

in-naħa tal-Lvant fuq Oxford road 17 mit-13 line sa Oxford Road 4;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Oxford Road 4 minn Oxford Road 17 sa County Road 15;

in-naħa tal-Lvant fuq County Road 15, taqsam il-Highway 401, minn Oxford Road 4 sa Middletown Line;

in-naħa tan-Nofsinhar ta' Middletown Line, fejn jaqsam il-Highway 403, minn County Road 15 sa Old Stage Road;

in-naħa tal-Punent fuq Old Stage Road minn Middletown Line sa County Road 59;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq County Road 59 minn Old Stage Road sa Curries Road;

in-naħa tal-Punent fuq Curries Road minn County Road 59 sa Cedar Line;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Cedar Line minn Curries Road sa Rivers Road;

in-naħa tal-Lbiċ fuq Rivers Road minn Cedar Line sa Foldens Line;

in-naħa tal-Majjistral fuq Foldens Line minn Rivers Road sa Sweaburg Road;

in-naħa tal-Lbiċ fuq Sweaburg Road minn Foldens Line sa Harris Street;

in-naħa tal-Majjistral fuq Harris Street minn Sweaburg Road sa Highway 401;

in-naħa tal-Punent ta' Highway 401 minn Harris Street sa Ingersoll Street, (County Road 10);

in-naħa tat-Tramuntana ta' Ingersoll Street (County Road 10) minn Highway 401 sa County Road 119;

County Road 119 minn Ingersoll Street (County Road 10) sal-oriġini fejn County Road 119 tiltaqa' ma' 25 Line.

WGM

VIII

P2

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

8.4.2015

8.10.2015

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER,

SRP, SRA

A

 

S1, ST1”