Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati /* KUMM/2007/0839 finali - CNS 2007/0283 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 20.12.2007 KUMM(2007) 839 finali 2007/0283 (CNS) Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda l-Anness I għall-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI L-Att ta’ l-2005 ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija[1] introduċa sistema simplifikata għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-konvenzjonijiet (u protokolli) konklużi mill-Istati Membri abbażi ta' l-Art. 34 TEU (qabel kien l-Art. K.3 TEU) jew l-Art. 293 KE. Fil-fatt mhux aktar meħtieġ, bħalma kien fl-imgħoddi, li jiġu negozjati u konklużi protokolli speċifiċi ta' adeżjoni għal dawn il-konvenzjonijiet (li jfisser li riedu jkunu ratifikati minn 27 Stat): L-Artikolu 3(3) ta' l-Att sempliċiment jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu għal dawn il-konvenzjonijiet u protokolli permezz ta' l-Att ta' l-Adeżjoni. L-Artikolu 3(3) u 3(4) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni jipprovdi, li għal dak l-iskop, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni sabiex jiddetermina d-data li fiha jidħlu fis-seħħ dawn il-konvenzjonijiet għall-Bulgarija u r-Rumanija u biex jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa għal dawn il-konvenzjonijiet minħabba l-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri ġodda (li fi kwalunkwe każ, iridu jinkludu l-adozzjoni tal-konvenzjonijiet fil-lingwi Bulgari u Rumeni, sabiex dawn il-verżjonijiet ikunu "ugwalment awtentiċi"). Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew. L-Anness I ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni jelenka l-konvenzjonijiet u l-protokolli kkonċernati. Il-lista tinkludi l-Konvenzjoni 90/436/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (l-hekk imsejħa Konvenzjoni ta' Arbitraġġ), il-Konvenzjoni tal-21 ta' Diċembru 1995 dwar l-adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja mal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ u l-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999 li jemenda l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ. Fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fit-8 ta' Diċembru 2004, l-Istati Membri ffirmaw Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, mal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ. Għalhekk jixraq li jkun hemm provvediment għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, kif emendata permezz tal-Konvenzjoni tat-8 ta' Diċembru 2004 u dik il-Konvenzjoni għandha tiżdied ma' l-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni. Għal dak il-għan, u b'konformità ma' l-Artikolu 3(6) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Kummissjoni ħejjiet proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill sabiex tiżdied mal-lista l-Konvenzjoni tat-8 ta' Diċembru 2004 dwar l-adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri ġodda mal-Konvenzjoni 90/436/KEE. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija intenzjonata biex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni msemmija hawn fuq, skond l-Artikolu 3(4) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni. 2007/0283 (CNS) Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni[2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3], Billi: (1) Il-Konvenzjoni 90/436/KEE tat-23 ta' Lulju 1990, dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati[4] (minn issa 'l quddiem imsejħa "il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ") ġiet iffirmata fi Brussel fit-23 ta' Lulju 1990 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1995. (2) Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ ġiet emendata bi Protokoll[5], iffirmat fil-25 ta’ Mejju 1999, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2004. (3) L-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja issieħbu fil-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ permezz ta' Konvenzjoni[6] iffirmata fil-21 ta' Diċembru 1995. (4) Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja l-Islovenja u l-Islovakkja ssieħbu mal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ permezz ta' Konvenzjoni[7] iffirmata fit-8 ta' Diċembru 2004. (5) L-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija jissieħbu mal-konvenzjonijiet u l-protokolli konklużi bejn l-Istati Membri elenkati fl-Anness I għall-Att ta' l-Adeżjoni, inkluż il-Konvenzjoni ta' Aribitraġġ. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Bulgarija u r-Rumanija fid-data deċiża mill-Kunsill. (6) Skond l-Artikolu 3(4) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005, il-Kunsill għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni ma’ dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ hija emendata kif ġej: (1) Fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (y) huma mibdula b'dan li ġej: (i) fil-Belġju: (a) impôt des personnes physiques/personenbelasting (b) impôt des sociétés/vennootschapsbelasting (c) impôt des personnes morales/rechtspersonenbelasting (d) impôt des non-résidents/belasting der niet-verblijfhouders (e) taxe communale et la taxe d'agglomération additionnelles à l'impôt des personnes physiques/aanvullende gemeentebelasting en agglomeratiebelasting op de personenbelasting (ii) fil-Bulgarija: (a) данък върху доходите на физическите лица (b) корпоративен данък (iii) fir-Repubblika Ċeka: (a) daň z příjmů fyzických osob (b) daň z příjmů právnických osob (iv) fid-Danimarka: (a) indkomstskat til staten (b) den kommunale indkomstskat (c) den amtskommunale indkomstskat (v) fil-Ġermanja: (a) Einkommensteuer (b) Koerperschaftsteuer (c) Gewerbesteuer, safejn din it-taxxa tkun ibbażata fuq qligħ min-negozju (vi) fl-Estonja: (a) tulumaks (vii) fil-Greċja: (a) foros eisodimatos fysikon prosopon (b) foros eisodimatos nomikon prosopon (c) eisfora yper ton epicheiriseon ydrefsis kai apochetefsis (viii) fi Spanja: (a) Impuesto sobre la Renta de las Personas Físicas (b) Impuesto sobre Sociedades (c) Impuesto sobre la Renta de no Residentes (ix) fi Franza: (a) impôt sur le revenu (b) impôt sur les sociétés (x) fl-Irlanda: (a) Income Tax (b) Corporation Tax (xi) fl-Italja: (a) imposta sul reddito delle persone fisiche (b) imposta sul reddito delle società (c) imposta regionale sulle attività produttive (xii) f'Ċipru: (a) Φόρος Εισοδήματος (b) Έκτακτη Εισφορά για την Άμυνα της Δημοκρατίας (xiii) fil-Latvja: (a) uzņēmumu ienākuma nodoklis (b) iedzīvotāju ienākuma nodoklis (xiv) fil-Litwanja: (a) Gyventojų pajamų mokestis (b) Pelno mokestis (xv) fil-Lussemburgu: (a) impôt sur le revenu des personnes physiques (b) impôt sur le revenu des collectivités (c) impôt commercial, safejn din it-taxxa tkun ibbażata fuq qligħ min-negozju (xvi) fl-Ungerija: (a) személyi jövedelemadó (b) társasági adó (c) osztalékadó (xvii) f’Malta: (a) taxxa fuq l-income (xviii) fl-Olanda: (a) inkomstenbelasting (b) vennootschapsbelasting (xix) fl-Awstrija: (a) Einkommensteuer (b) Körperschaftsteuer (xx) fil-Polonja: (a) podatek dochodowy od osób fizycznych (b) podatek dochodowy od osób prawnych (xxi) fil-Portugall: (a) imposto sobre o rendimento das pessoas singulares (b) imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas (c) derrama para os municípios sobre o imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas (xxii) fir-Rumanija: (a) impozitul pe venit (b) impozitul pe profit (c) impozitul pe veniturile obţinute din România de nerezidenţi (xxiii) fis-Slovenja: (a) dohodnina (b) davek od dobička pravnih oseb (xxiv) fis-Slovakkja: (a) daň z príjmov právnických osôb (b) daň z príjmov fyzických osôb (xxv) fil-Finlandja: (a) valtion tuloverot/de statliga inkomstskatterna (b) yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund (c) kunnallisvero/kommunalskatten (d) kirkollisvero/kyrkoskatten (e) korkotulon lähdevero/källskatten å ränteinkomst (f) rajoitetusti verovelvollisen lähdevero/källskatten för begränsat skattskyldig (xxvi) fl-Isvezja: (a) statlig inkomstskatt (b) kupongskatt (c) kommunal inkomstskatt (xxvii) fir-Renju Unit: (a) Income Tax (b) Corporation Tax. (2) Fl-Artikolu 3(1), jiġu miżjuda l-inċiżi li ġejjin: - fil-Bulgarija: Министъра на финансите или негов упълномощен представител, - fir-Rumanija: Agenţia Naţionala de Administrare Fiscala. Artikolu 2 Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999, il-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u tat-8 ta' Diċembru 2004 u din id-Deċiżjoni, imfassla fl-ilsien Bulgaru u dak Rumen, u mehmuża ma' din id-Deċiżjoni, għandhom ikunu awtentiċi skond l-istess kundizzjonijiet bħat-testi l-oħrajn tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ u tal-Protokoll. Artikolu 3 Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u tat-8 ta' Diċembru 2004 u minn din id-Deċiżjoni, tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Istati Membri l-oħra li għandhom fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ. Din tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tidħol fis-seħħ għall-Istati Membri l-oħra kkonċernati. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] ANNESS It-test tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati, kif emendat mill-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999, il-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u tat-8 ta' Diċembru 2004 fl-ilsien Bulgaru u dak Rumen. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda l-Anness I għall-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 3(6) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[8], Billi: (1) L-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija jissieħbu mal-konvenzjonijiet u l-protokolli li ġew konklużi bejn l-Istati Membri, elenkati fl-Anness I tiegħu. (2) Fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fit-8 ta' Diċembru 2004, l-Istati Membri ffirmaw Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati[9] (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ”). (3) Jixraq li jkun hemm provvediment għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, kif emendata bil-Konvenzjoni tat-8 ta' Diċembru 2004. Għal dak il-għan, dik il-Konvenzjoni għandha tiżdied ma' l-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 huwa emendat kif ġej: Fil-punt 2, għandu jiżdied l-inċiż li ġej: « - Il-Konvenzjoni tat-8 ta' Diċembru 2004 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati (ĠU C 160, 30.6.2005, p. 1). » Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU 21.6.2005, L 157, p. 203. [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU L 225, 20. 8.1990, p.10. [5] ĠU C 202, 16.7.1999, p. 1. [6] ĠU C 26, 31.1.1996, p. 1. [7] ĠU C 160, 30.6.2005, p. 1. [8] ĠU C , , p. . [9] ĠU L 225, 20. 8.1990, p. 10.