2.5.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
1 |
LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta’ Frar, 2005
li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema
(BĊE/2005/2)
(2005/331/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropeja, partikolarment l-ewwel subinċiż ta’ l-Artiklu 105(2),
Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropeja tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 12(1) u l-Artiklu 14(3) flimkien ma’ l-ewwel subinċinż ta’ l-Artiklu 3(1), l-Artiklu 18(2) u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artiklu 20,
Billi:
(1) |
Biex tintlaħaq politika monetarja waħdanija jinħtieġ definizzjoni ta’ l-istrumenti u l-proċeduri li se jintużaw mill-Ewrosistema, li tikkonsisti fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-iStati Membri li adottaw il-euro (minn issa ’l quddiem l-Istati Membri parteċipanti) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex b’hekk din il-politika tkun tista’ tiġi implimentata b’manjiera uniformi fl-iStati Membri parteċipanti kollha. |
(2) |
Il-BĊE għandu l-awtorità li jistabbilixxi l-linji ta’ gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja waħdanija ta’ l-Ewrosistema, u l-BĊNi għandhom l-obbligu li jaġixxu skond dawn il-linji ta’ gwida. |
(3) |
It-tibdiliet riċenti fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja waħdanija ta’ l-Ewrosistema jeħtieġu li jiġu riflessi b’mod xieraq, billi jiġi sostitwit l-Anness I li jinsab mal-Linja ta’ Gwida tal-BĊE dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema li fil-preżent qiegħda fis-seħħ. |
(4) |
Skond l-Artiklu 12(1) u l-Artiklu 14(3) ta’ l-Istatut, il-linji ta’ gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunità, |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:
Artiklu 1
Il-prinċipji, l-istrumenti, il-proċeduri u l-kriterji għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja waħdanija ta’ l-Ewrosistema
L-Anness I li jinsab mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu, 2000, dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema (1), huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma’ din il-Linja ta’ Gwida.
Artiklu 2
Verifikazzjoni
Il-BĊNi għandhom jgħaddu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma bi ħsiebhom ikunu konformi ma’ din il-Linja ta’ Gwida, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu, 2005.
Artiklu 3
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara li tiġi adottata. L-Artiklu 1 għandu jibda japplika mit-30 ta’ Mejju, 2005.
Artiklu 4
Destinatarji
Din il-Linja ta’ Gwida hija ndirizzata lill-BĊNi ta’ l-iStati Membri parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-3 ta’ Frar, 2005.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 310, 11.12.2000, pġ. 1. Il-Linja ta’ Gwida hekk kif emendata l-aħħar bil-Linja ta’ Gwida BĊE/2003/16 (ĠU L 69, 8.3.2004, pġ. 1).
ANNESS
L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA MONETARJA FIŻ-ŻONA TA’ L-EURO
Dokumentazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema
Frar 2005
L-Anness għal din il-Linja ta’ Gwida mhux lest.