ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 51
8 ta' Marzu 2008


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 064/01

Nota ta' informazzjoni dwar ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-qrati nazzjonali — Supplement wara d-dħul fis-seħħ tal-proċedura preliminari b'urġenza applikabbli għar-rinviji li jirrigwardaw l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

1

2008/C 064/02

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 51, 23.2.2008

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-Ġustizzja

2008/C 064/03

Kawża C-152/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Kundizzjonijiet għall-għoti ta' sussidju għall-kostruzzjoni jew l-akkwist ta' dar bħala abitazzjoni personali — Kundizzjoni li d-dar għandha tinsab fit-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat)

4

2008/C 064/04

Kawża C-299/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja (Rikors għal annullament — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikoli 4(2a) u (10a) — Anness IIA — Regolament (KE) Nru 647/2005 — Benefiċċji speċjali mhux kontributorji)

4

2008/C 064/05

Kawża C-6/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 Novembru 2007 — Cofradía de pescadores San Pedro de Bermeo et vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika Franċiża (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Prinċipji ta' stabbiltà relattiva, ċertezza legali u aspettattivi leġittimi — Ammissibbiltà — Appell in parti infondat u in parti ammissibbli — Appell inċidentali — Talba għat-tħassir ta' parti mis-sentenza tal-Prim'Istanza fejn iddikjarat li mhux meħtieġ li tiddeċiedi fuq eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mqajma fil-konfront ta' rikors li ġie miċħud bħala infondat — Nuqqas ta' interess ġuridiku — Res judicata)

5

2008/C 064/06

Kawżi magħquda C-37/06 u C-58/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Viamex Agrar Handels GmbH (C-37/06), Zuchtvieh-Kontor GmbH (ZVK) (C-58/06) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Regolament (KE) Nru 615/98 — Direttiva 91/628/KEE — Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni — Protezzjoni ta' l-ifrat matul it-trasport — Osservanza tal-ħlas tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' l-ifrat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/628/KEE — Prinċipju ta' proporzjonalità — Telf tad-dritt għal rifużjoni)

6

2008/C 064/07

Kawża C-70/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas — Nuqqas ta' eżekuzzjoni — Penalità pekunjarja)

6

2008/C 064/08

Kawża C-211/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 — Herta Adam vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowance ta' l-espatrijazzjoni — Kundizzjoni msemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Kunċett ta' xogħol li sar fi [għal] Stat ieħor)

7

2008/C 064/09

Kawża C-246/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social Único de Algeciras — Spanja) — Josefa Velasco Navarro vs Fondo de Garantia Salarial (Fogasa) (Politika soċjali — Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom — Direttiva 80/987/KEE kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE — Effett dirett — Kumpens għal sensja inġusta miftiehem wara konċiljazzjoni ġudizzjarja — Ħlas assigurat mill-istituzzjoni ta' garanzija — Ħlas suġġett għall-adozzjoni ta' deċiżjoni ġudizzjarja)

7

2008/C 064/10

Kawża C-256/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Theodor Jäger vs Finanzamt Kusel-Landstuhl (Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 73 B u 73 D tat-Trattat KE (li saru l-Artikoli 56 KE u 58 KE) — Taxxi fuq is-suċċessjoni — Stima tal-beni inklużi fis-suċċessjoni — Beni agrikoli u forestali li jinsabu fi Stat Membru ieħor — Metodu inqas favorevoli ta' stima tal-beni u ta' kalkolu tat-taxxa dovuta)

8

2008/C 064/11

Kawża C-257/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione (l-Italja) — Roby Profumi Srl vs Comune di Parma (Artikolu 28 KE — Direttiva 76/768/KEE — Protezzjoni tas-saħħa — Prodotti kosmetiċi — Importazzjoni — Komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-prodotti kosmetiċi lill-awtoritajiet ta' l-Istat ta' importazzjoni)

9

2008/C 064/12

Kawża C-275/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Mercantil no 5 de Madrid, Spanja) — Productores de Música de España (Promusicae) vs Telefónica de España SAU (Soċjetà ta' l-informazzjoni — Obbligi tal-fornituri ta' servizzi — Żamma u żvelar ta' ċerta data dwar it-traffiku fuq l-Internet — Obbligu ta' żvelar — Limiti — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta' komunikazzjonijiet elettroniċi — Kompatibbiltà mal-protezzjoni tad-dritt ta' l-awtur u ta' drittijiet relatati — Dritt għal protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali)

9

2008/C 064/13

Kawża C-294/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal — Ir-Renju Unit) — The Queen, Ezgi Payir, Burhan Akyuz, Birol Ozturk vs Secretary of State for the Home Department (Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Moviment liberu tal-ħaddiema — Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni — L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 6(1) — Ħaddiem Tork legalment irreġistrat fis-suq tax-xogħol — Permess ta' dħul bħala student jew au pair — Effett fuq id-dritt tar-residenza)

10

2008/C 064/14

Kawża C-387/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-10 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Artikolu 8(1), (2)(b) u 3(ċ) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) — Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva Aċċess) — Networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi — Netwerks ta' telefonija fissa u ta' telefonija mobbli — Terminazzjoni tat-telefonija — Traffiku li jidħol — Limitazzjoni tas-setgħat ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja tat-telekomunikazzjonijiet)

10

2008/C 064/15

Kawża C-532/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċija) — Emm. G. Lianakis AE, Sima Anonymi Techniki Etaireia Meleton kai Epivlepseon, Nikolaos Vlachopoulos vs Dimos Alexandroupolis, Planitiki AE, Aikaterini Georgoula, Dimitrios Vasios, N. Loukatos kai Synergates AE Meleton, Eratosthenis Meletitiki AE, A. Pantazis — Pan. Kyriopoulou kai syn/tes os Filon OE, Nikolaos Sideris (Direttiva 92/50/KEE — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Twettiq ta' riċerka fuq il-katast, il-pjan urban u l-att ta' implementazzjoni għal żona residenzjali — Kriterji li jistgħu jiġu aċċettati bħala kriterji għal selezzjoni kwalitattiva jew kriterji għall-għoti ta' kuntratti — Offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Osservanza tal-kriterji għall-għoti ta' kuntratt stipulati fid-dokumenti tal-kuntratt jew fis-sejħa għall-offerti — Determinazzjoni sussegwenti tal-fatturi għat-tweżin u ta' sottokriterji għall-kriterji għall-għoti tal-kuntratti — Prinċipju ta' trattament ugwali ta' l-operaturi ekonomiċi u l-obbligu ta' trasparenza)

11

2008/C 064/16

Kawża C-19/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Paul Chevassus-Marche vs Groupe Danone, Société Kro beer brands SA (BKSA), Société Evian eaux minérales d'Evian SA (SAEME) (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Direttiva 86/653/KEE — Aġenti kummerċjali indipendenti — Dritt għall-kommissjoni ta' aġent fdat b'żona ġeografika — Operazzjonijiet konklużi mingħajr l-intervent tal-prinċipal)

11

2008/C 064/17

Kawża C-105/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Il-Belġju) — N.V. Lammers & Van Cleeff vs Belgische Staat (Libertà ta' stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Interessi mħallsa minn kumpannija sussidjarja bħala ħlas għall-fondi mislufa mill-kumpannija prinċipali stabbilita fi Stat Membru ieħor — Rikwalifikazzjoni ta' l-interessi bħala dividendi taxxabbli — Nuqqas ta' rikwalifikazzjoni fil-każ ta' interessi mħallsa lil kumpannija residenti)

12

2008/C 064/18

Kawża C-342/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/91/KE — Politika dwar l-enerġija — Ekonomija fl-enerġija — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

12

2008/C 064/19

Kawża C-421/06: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Stato — l-Italja) — Fratelli Martini & C. SpA, Cargill Srl vs Ministero delle Politiche Agricole e Forestali, Ministero della Salute, Ministero delle Attività Produttive (L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-invalidità ta' att Komunitarju — Obbligi ta' l-istituzzjonijiet — Awtorità tas-saħħa — Għalf kompost — Indikazzjoni, fuq it-tikketta, tal-perċentwali fil-piż ta'materjal prima użat fl-għalf b'tolleranza ta' ± 15 % tal-valur iddikjarat — Projbizzjoni ta' tqarriq bil-konsumatur)

13

2008/C 064/20

Kawża C-505/06: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-7 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria regionale di Genova — l-Italja) — Agenzia Dogane Circoscrizione Doganale di Genova vs Euricom SpA (L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Ipproċessar tad-dħul — Ftehim ta' Assoċjazzjoni — Esportazzjoni minn qabel ta' ross lejn pajjiż terz marbut bi ftehim ta' preferenza doganali — Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali)

14

2008/C 064/21

Kawża C-122/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Novembru 2007 — Eurostrategies SPRL vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Digriet ta' tħassir ta' kawża — Rinunazja għall-atti — Spejjeż)

14

2008/C 064/22

Kawża C-134/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ta' l-10 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Jaworznie — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Piotr Kawala vs Gmina Miasta Jaworzna (L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Tassazzjoni interna għola għal prodott importat minn Stat Membru ieħor milli għal prodott simili mixtri fil-post — L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE — Taxxa fuq l-ewwel reġistrazzjoni li tapplika fuq vetturi użati importati)

15

2008/C 064/23

Kawża C-191/07 P: Appell imressaq fit-3 ta' April 2008 minn Jean Yves Sellier kontra d-digriet tal-Qorti ta' Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fil-15 ta' Jannar 2007 fil-Kawża T-276/06, Sellier vs Il-Kummissjoni

15

2008/C 064/24

Kawża C-503/07 P: Appell imressaq fid-19 ta' Novembru 2007 minn Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fil-11 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-28/07, Fels-Werke GmbH, Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH, Spenner-Zement GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

15

2008/C 064/25

Kawża C-537/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Juzgado de lo Social de Madrid (Spanja) fit-3 ta' Diċembru 2007 — Evangelina Gómez-Limón Sánchez-Camacho vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Alcampo SA

16

2008/C 064/26

Kawża C-546/07: Rikors imressaq fil-5 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

17

2008/C 064/27

Kawża C-549/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fil-11 ta' Diċembru 2007 — Friederike Wallentin-Hermann vs Alitalia — Linee Aeree Italiane SpA

18

2008/C 064/28

Kawża C-551/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta' Diċembru 2007 — Deniz Sahin vs Bundesminister für Inneres

19

2008/C 064/29

Kawża C-553/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Raad van State (L-Olanda) fit-12 ta' Diċembru 2007 — College van burgemeester en wethouders van Rotterdam vs M.E.E. Rijkeboer

20

2008/C 064/30

Kawża C-557/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fl-14 ta' Diċembru 2007 — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH

20

2008/C 064/31

Kawża C-560/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tallinna Halduskohus (L-Estonja) fit-18 ta' Diċembru 2007 — AS Balbiino vs EV Põllumajandusministeerium, Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus

20

2008/C 064/32

Kawża C-561/07: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

21

2008/C 064/33

Kawża C-562/07: Rikors imressaq fid-19 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

22

2008/C 064/34

Kawża C-565/07: Appell imressaq fil-31 ta' Diċembru 2007 minn AMS Advanced Medical Services GmbH kontra s-sentenza mogħtija fit-18 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża T-425/03 — AMS Advanced Medical Services GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

23

2008/C 064/35

Kawża C-566/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil-21 ta' Diċembru 2007 — Staatssecretaris van Financiën vs Stadeco B.V.

23

2008/C 064/36

Kawża C-567/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fis-27 ta' Diċembru 2007 — Minister voor Wonen, Wijken en Integratie vs Woningstichting Sint Servatius

24

2008/C 064/37

Kawża C-568/07: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Dicembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

25

2008/C 064/38

Kawża C-569/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Ispecial Commissioners, London (Ir-Renju Unit) fl-24 ta' Diċembru 2007 — HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

27

2008/C 064/39

Kawża C-573/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (L-Italja) fit-28 ta' Diċembru 2007 — Sea s.r.l. vs Comune di Ponte Nossa

27

2008/C 064/40

Kawża C-1/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (L-Italja) fit-2 ta' Jannar 2008 — Athesia Druck Srl vs Ministero delle Finanze, Agenzia delle Entrate

28

2008/C 064/41

Kawża C-5/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-8 ta' Jannar 2007 — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening

28

2008/C 064/42

Kawża C-6/08 P: Appell ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 minn U.S. Steel Košice, s.r.o. mid-Digriet tal-Qorti tal Prim' Istanza (It-Tielet Awla) mogħti fl-1 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża T-27/07, U.S. Steel Košice, s.r.o. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

29

2008/C 064/43

Kawża C-19/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm (l-Iżvezja) fil-21 ta' Jannar 2008 — Migrationsverket vs Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian u Maxime Petrosian

30

2008/C 064/44

Kawża C-21/08 P: Appell imressaq fit-22 ta' Jannar 2008 minn Sunplus Technology Co. Ltd kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Novembru 2007 fil-Kawża T-38/04 — Sunplus Technology Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (L-UASI)

31

2008/C 064/45

Kawża C-245/05: Digriet tal-President tar-Raba' Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-20 ta' Novembru 2007 — (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Metro International GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

31

2008/C 064/46

Kawża C-296/05: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Novembru 2007 — (Talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — L-Olanda) — Minister voor Vreemdelingenzaken en Integratie vs I. Gunes

31

2008/C 064/47

Kawża C-493/06: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2007 — Tesco Stores Ltd vs MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

32

2008/C 064/48

Kawża C-210/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

32

2008/C 064/49

Kawża C-345/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

32

2008/C 064/50

Kawża C-346/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

32

 

Qorti tal-Prim' Istanza

2008/C 064/51

Kawża T-85/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Strack vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rapport — Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera — Proċedura ta' Evalwazzjoni 2001/2002 — Regolarità tal-proċedura ta' l-irrappurtar)

33

2008/C 064/52

Kawża T-380/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Terezakis vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar il-bini ta' l-ajruport internazzjonali l-ġdid ta'Ateni fi Spata — Ċaħda ta' aċċess — Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta' interessi kummerċjali — Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta' l-iskop ta' verifiki — Aċċess parzjali)

33

2008/C 064/53

Kawża T-394/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Strack vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2003 — Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità — Rifjut ta' promozzjoni)

34

2008/C 064/54

Kawża T-46/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni vs Environmental Management Consultants (Klawżola ta' arbitraġġ — Rimborż ta' somom imħallsa — Imgħaxijiet għal ħlas tardiv — Proċedura in absentia)

34

2008/C 064/55

Kawża T-88/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-24 ta' Jannar 2008 — Dorel Juvenile Group vs L-UASI (SAFETY 1ST) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SAFETY 1ST — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

35

2008/C 064/56

Kawża T-95/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza 31 ta' Jannar 2008 — Federación de Cooperativas Agrarias de la Comunidad Valenciana vs L-UASI — Nador Cott Protection (Nadorcott) (Varjetajiet ta' pjanti — Rikors quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti — Inammissibbiltà — Nuqqas ta' interess individwali — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta' motivazzjoni)

35

2008/C 064/57

Kawża T-106/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2008 — Demp vs L-UASI — BAU HOW (BAU HOW) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattia BAU HOW — Trade marks figurattivi preċedenti BAUHAUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(a) u (b) u Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

36

2008/C 064/58

Kawża T-128/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Japan Tobacco vs L-UASI — Torrefacção Camelo (CAMELO) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CAMELO — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMEL — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta' riskju li jittieħed vantaġġ inġust mill-karattru distintiv u mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti u nuqqas ta' riskju ta' ħsara għal dawn ta' l-aħħar — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Nuqqas ta' ksur tar-regoli tal-proċedura ta' appell — Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94)

36

2008/C 064/59

Kawża T-206/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-29 ta' Jannar 2008 — Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta' twavel għall-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Ukrajna — Status ta' impriża li topera f'ekonomija tas-suq — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 2(7)(c) u Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96)

37

2008/C 064/60

Kawża T-403/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Jannar 2008 — Marmara Import-Export vs L-UASI — Marmara Zeytin Tarim Satis (marmara) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar ta' l-oppożizzjoni — M'hemmx lok għal deċiżjoni)

37

2008/C 064/61

Kawża T-430/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Diċembru 2007 — Dascalu vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sentenza interlokutorja — M'hemmx lok għal deċiżjoni)

38

2008/C 064/62

Kawża T-113/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni (Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' garanzija bankarja stabbilita sabiex jiġi ddifferit il-ħlas ta' multa imposta mill-Kummissjoni u sussegwentement annullata mill-Qorti tal-Prim'Istanza — Rikors għal annullament u għal kumpens — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Nuqqas ta' rabta kawżali diretta bejn l-aġir illegali ta' l-istituzzjoni u d-dannu invokat)

38

2008/C 064/63

Kawża T-245/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni vs Lior et (Klawżola ta' arbitraġġ — Kompetenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Rikors imressaq kontra grupp Ewropew ta' interess ekonomiku u kontra l-membri tiegħu u l-ex membri tiegħu — Inkompetenza parzjali)

39

2008/C 064/64

Kawża T-375/07 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Jannnar 2008 — Pellegrini vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni — Ħlas provviżorju tal-kumpens mitlub fil-kawża prinċiplai — Nuqqas ta' fumus boni juris)

39

2008/C 064/65

Kawża T-422/07: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — DJEBEL vs Il-Kummissjoni

40

2008/C 064/66

Kawża T-465/07: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Salej and Technologie Buczek vs Il-Kummissjoni

41

2008/C 064/67

Kawża T-470/07: Rikors ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2007 — Dow Agrosciences BV et vs Il-Kummissjoni

41

2008/C 064/68

Kawża T-473/07 P: Appell imressaq fil-21 ta' Diċembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fl-10 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-107/06, Berrisford vs Il-Kummssjoni

42

2008/C 064/69

Kawża T-477/07: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2007 — Cofra vs Il-Kummissjoni

43

2008/C 064/70

Kawża T-479/07: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2007 — Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni

43

2008/C 064/71

Kawża T-480/07: Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2007 — SIMSA vs Il-Kummissjoni

43

2008/C 064/72

Kawża T-481/07: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Deltalinqs u SVZ vs Il-Kummissjoni

43

2008/C 064/73

Kawża T-488/07: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Cabel Hall Citrus vs L-UASI — Casur (EGLÉFRUIT)

44

2008/C 064/74

Kawża T-489/07: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Insight Direct USA vs L-UASI — Net Insight (Insight)

44

2008/C 064/75

Kawża T-490/07: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Notartel vs L-UASI — SAT.1 SatellitenFernsehen (R.U.N.)

45

2008/C 064/76

Kawża T-491/07: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2007 — CB vs Il-Kummissjoni

46

2008/C 064/77

Kawża T-492/07 P: Appell imressaq fit-28 ta' Diċembru 2007 minn Carlos Sanchez Ferriz et kontra d-digriet mogħti fis-17 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-115/06, Sanchez Ferriz et vs Il-Kummissjoni

47

2008/C 064/78

Kawża T-494/07: Rikors ippreżentat fit-28 ta' Diċembru 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

47

2008/C 064/79

Kawża T-495/07: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Productos Asfálticos (Proas) vs Il-Kummissjoni

48

2008/C 064/80

Kawża T-496/07: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2007 — Repsol YPF Lubricantes y especialidades et vs Il-Kummissjoni

49

2008/C 064/81

Kawża T-497/07: Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Compañía Española de Petróleos (Cepsa) vs Il-Kummissjoni

50

2008/C 064/82

Kawża T-499/07: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2007 — Ir-Repubblika tal-Bulgarija vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

50

2008/C 064/83

Kawża T-500/07: Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2007 — Ir-Repubblika tal-Bulgarija vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

51

2008/C 064/84

Kawża T-501/07: Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2007 — RS Arbeitsschutz vs L-UASI — RS Components (RS)

53

2008/C 064/85

Kawża T-1/08: Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2008 — Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni

53

2008/C 064/86

Kawża T-2/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni

54

2008/C 064/87

Kawża T-3/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — Coedo Suárez vs Il-Kunsill

54

2008/C 064/88

Kawża T-5/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle)

55

2008/C 064/89

Kawża T-6/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle Deluxe)

55

2008/C 064/90

Kawża T-7/08: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle Deluxe)

56

2008/C 064/91

Kawża T-8/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — G.M. Piccoli Srl vs L-UASI (Rappreżentazzjoni ta' arzella)

57

2008/C 064/92

Kawża T-9/08: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2008 — Volkswagen vs L-UASI (CAR SILHOUETTE III)

57

2008/C 064/93

Kawża T-10/08: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2008 — Kwang Yang Motor vs L-UASI — Honda Giken Kogyo (Rappreżentazzjoni ta' magna ta' kombustjoni interna)

58

2008/C 064/94

Kawża T-11/08: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2008 — Kwang Yang Motor vs L-UASI — Honda Giken Kogyo (Rappreżentazzjoni ta' magna ta' kombustjoni interna)

58

2008/C 064/95

Kawża T-12/08 P: Appell imressaq fl-4 ta' Jannar 2007 minn M kontra d-digriet mogħti fid-19 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-23/07, M vs EMEA

59

2008/C 064/96

Kawża T-16/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Jannar 2008 — Perfetti Van Melle vs L-UASI — Cloetta Fazer (CENTER SHOCK)

59

2008/C 064/97

Kawża T-17/08 P: Appell imressaq fl-14 ta' Jannar 2008 minn Marta Andreasen kontra s-sentenza mogħtija fit-8 ta' Novembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-40/05, Andreasen vs Il-Kummissjoni

60

2008/C 064/98

Kawża T-20/08: Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2008 — Evets vs L-UASI (DANELECTRO)

61

2008/C 064/99

Kawża T-21/08: Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2008 — Evets vs L-UASI (QWIK TUNE)

61

2008/C 064/00

Kawża T-24/08: Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2008 — Weldebräu vs L-UASI — Kofola Holding (Forma ta' flixkun)

62

2008/C 064/01

Kawża T-25/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Jannar 2008 — Katjes Fassin vs L-UASI (Yoghurt-Gums)

62

2008/C 064/02

Kawża T-417/03: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Jannar 2008 — Fédération Internationale des Maisons de l'Europe vs Il-Kummissjoni

63

2008/C 064/03

Kawża T-313/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Novembru 2007 — Microsoft vs Il-Kummissjoni

63

 

Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2008/C 064/04

Kawża F-109/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2007 — Kerelov vs Il-Kummissjoni (Uffiċjali — Inammissibbiltà manifesta — L-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)

64

2008/C 064/05

Kawża F-110/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Diċembru 2007 — Kerelov vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Inammissibbiltà manifesta — Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)

64

2008/C 064/06

Kawża F-111/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Diċembru 2007 — Kerelov vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Inamminissibbiltà manifesta — Artikolu 44(1)(c), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)

64

2008/C 064/07

Kawża F-116/07: Rikors imressaq fit-8 ta' Ottubru 2007 — Tomas vs Il-Parlament

65

2008/C 064/08

Kawża F-122/07: Rikors imressaq fil-25 ta' Ottubru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

65

2008/C 064/09

Kawża F-134/07: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2007 — Adjemian et vs Il-Kummissjoni

66

2008/C 064/10

Kawża F-146/07: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

67

2008/C 064/11

Kawża F-1/08: Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

68

2008/C 064/12

Kawża F-3/08: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Jannar 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

68

2008/C 064/13

Kawża F-5/08: Rikors ippreżentat fl-10 ta' Jannar 2008 — Brune vs Il-Kummissjoni

69

2008/C 064/14

Kawża F-7/08: Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2008 — M. Peter Schönberger vs Il-Parlament Ewropew

69

2008/C 064/15

Kawża F-9/08: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2008 — Rosenbaum vs Il-Kummissjoni

70

2008/C 064/16

Kawża F-10/08: Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2008 — Aayhan et vs Il-Parlament

70

2008/C 064/17

Kawża F-106/06: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Jannar 2008 — Erbežnik vs Il-Parlament

71

2008/C 064/18

Kawża F-62/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta' Jannar 2008 — De Fays vs Il-Kummissjoni

71

2008/C 064/19

Kawża F-123/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta' Jannar 2008 — De Fays vs Il-Kummissjoni

71

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI EWROPEA

Qorti tal-Ġustizzja

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/1


NOTA TA' INFORMAZZJONI

dwar ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-qrati nazzjonali

SUPPLEMENT

wara d-dħul fis-seħħ tal-proċedura preliminari b'urġenza applikabbli għar-rinviji li jirrigwardaw l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

(2008/C 64/01)

1.

Din in-nota tissupplementa n-nota ta' informazzjoni dwar ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-qrati nazzjonali (1), billi żżid magħha xi istruzzjonijiet prattiċi dwar il-proċedura l-ġdida għal deċiżjoni preliminari b'urġenza applikabbli għar-rinviji li jirrigwardaw l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Din il-proċedura hija rregolata mill-Artikolu 23a tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura tagħha (2).

2.

Dawn l-istruzzjonijiet huma intiżi sabiex jassistu lill-qrati nazzjonali meta dawn jitolbu l-applikazzjoni tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari b'urġenza, u sabiex jiffaċilitaw it-trattament tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja. Bħall-istruzzjonijiet fin-nota ta' informazzjoni eżistenti, dawn l-istruzzjonijiet mhumiex vinkolanti.

Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari b'urġenza

3.

Il-proċedura għal deċiżjoni preliminari b'urġenza tapplika biss għall-oqsma li jaqgħu taħt it-Titolu VI (Artikoli 29 sa 42) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna l-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali, u taħt it-Titolu IV (Artikoli 61 sa 69) tat-Tielet Parti tat-Trattat KE dwar il-visa l-asil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu tal-persuni, inkluża l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materja ċivili.

4.

Għalkemm, bħala prinċipju, rinviju għal deċiżjoni preliminari jagħti lok għas-sospensjoni tal-proċeduri nazzjonali sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti d-deċiżjoni tagħha, il-qorti nazzjonali xorta jkollha ġurisdizzjoni sabiex tadotta miżuri kawtelatorji għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-partijiet sakemm tistenna s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari, għal dak li jirrigwarda att amministrattiv nazzjonali bbażat fuq att Komunitarju li l-validità tiegħu tkun qed tiġi eżaminata f'rinviju għal deċiżjoni preliminari.

5.

Hija l-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi dwar jekk tapplikax jew le l-proċedura b'urġenza. Bħala prinċipju, deċiżjoni bħal din tittieħed biss fuq talba motivata tal-qorti tar-rinviju. Fuq bażi eċċezzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tiddeċiedi ex officio li rinviju jinstema' skond il-proċedura għal deċiżjoni preliminari b'urġenza meta tqis li dan ikun neċessarju.

6.

Il-proċedura b'urġenza tissemplifika d-diversi stadji tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, iżda l-applikazzjoni tagħha tinvolvi restrizzjonijiet rilevanti għall-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll għall-partijiet u dawk l-oħra interessati li jipparteċipaw fil-proċedura, b'mod partikolari, l-Istati Membri.

7.

Għalhekk, din il-proċedura tista' tintalab biss f'ċirkustanzi fejn ikun assolutament neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar ir-rinviju fl-iqsar żmien possibbli. Mingħajr mhuwa possibbli li sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu indikati b'mod eżawrjenti minħabba l-fatt, b'mod partikolari, li r-regoli Komunitarji li jirregolaw l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja dejjem jinbidlu u jiġu żviluppati, qorti nazzjonali tista', per eżempju, tippreżenta talba għal proċedura b'urġenza fis-sitwazzjonijiet li ġejjin: fil-każ ta' persuna detenuta jew imċaħħda mil-libertà tagħha, meta r-risposta għad-domanda magħmula tkun determinanti għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni legali ta' din il-persuna, jew fil-każ ta' kawża li tkun tirrigwarda s-setgħa tal-ġenituri jew il-kustodja tat-tfal, meta l-ġurisdizzjoni tal-qorti adita abbażi tad-dritt Komunitarju tkun tiddependi mir-risposta għad-domanda preliminari.

It-talba għall-applikazzjoni tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari b'urġenza

8.

Sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tiddeċiedi malajr jekk ikunx neċessarju li tiġi applikata l-proċedura għal deċiżjoni preliminari b'urġenza, it-talba għandha tesponi ċ-ċirkustanzi ta' dritt u ta' fatt li jiddeterminaw l-urġenza u, b'mod partikolari, ir-riskji li jkun hemm jekk ir-rinviju jinstema' skond il-proċedura għal deċiżjoni preliminari normali.

9.

Safejn huwa possibbli, il-qorti tar-rinviju għandha tindika, fil-qasir, l-opinjoni tagħha dwar ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda jew domandi magħmula. Indikazzjoni bħal din tiffaċilita t-teħid ta' pożizzjoni mill-partijiet u dawk l-oħra interessati li jieħdu sehem fil-proċeduri, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b'hekk tgħin fit-tħaffif tal-proċeduri.

10.

It-talba għal deċiżjoni preliminari b'urġenza għandha tiġi ppreżentata skond forma li tippermetti lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jikkonstata immedjatament li l-każ għandu jirċievi trattament partikolari. Għal dan il-għan, jeħtieġ li t-talba tiġi ppreżentata f'dokument differenti mid-deċiżjoni ta' rinviju stess, jew f'ittra separata li tirreferi espressament għal din it-talba.

11.

Għal dak li jikkonċerna d-deċiżjoni ta' rinviju stess, qed jiġi mfakkar li l-istruzzjonijiet xierqa jinsabu diġà fil-punti 20 sa 24 tan-nota ta' informazzjoni dwar ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-qrati nazzjonali. Huwa daqstant ieħor importanti li f'sitwazzjoni ta' urġenza d-deċiżjoni ta' rinviju tkun fil-qasir sabiex tgħin fit-tħaffif tal-proċeduri.

Il-komunikazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti nazzjonali u l-partijiet

12.

Għall-komunikazzjoni mal-qorti nazzjonali u l-partijiet quddiemha, il-qrati nazzjonali li jippreżentaw it-talba għal proċedura għal deċiżjoni preliminari b'urġenza huma mistiedna jindikaw l-indirizz elettroniku jew in-numru tal-faks, li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tuża' kif ukoll, l-indirizzi elettroniċi jew in-numri tal-faks tar-rappreżentanti tal-partijiet in kwistjoni.

13.

Tista' l-ewwel tintbagħat kopja tad-deċiżjoni ta' rinviju ffirmata, flimkien ma' talba għal proċedura għal deċiżjoni preliminari b'urġenza lill-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta' ittra elettronika (ECJ-Registry@curia.europa.eu) jew permezz ta' faks (+352 43 37 66). It-trattament tar-rinviju u tat-talba jista' jinbeda hekk kif tiġi rċevuta kopja bħal din. Madankollu, l-oriġinal ta' dawn id-dokumenti għandu jintbagħat lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-iqsar żmien possibbli.


(1)  Ara l-ĠU C 143, 11.6.2005, p. 1-4.

(2)  Ara l-ĠU L 24, 29.1.2008, p. 39-43.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/3


(2008/C 64/02)

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 51, 23.2.2008

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 37, 9.2.2008

ĠU C 22, 26.1.2008

ĠU C 8, 12.1.2008

ĠU C 315, 22.12.2007

ĠU C 297, 8.12.2007

ĠU C 283, 24.11.2007

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

 

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-Ġustizzja

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-152/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Kundizzjonijiet għall-għoti ta' sussidju għall-kostruzzjoni jew l-akkwist ta' dar bħala abitazzjoni personali - Kundizzjoni li d-dar għandha tinsab fit-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat)

(2008/C 64/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u K. Gross, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 18, 39 u 43 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li sussidju speċifiku (Eigenheimzulage) għall-kostruzzjoni jew xiri ta' dar personali jingħata biss lil persuni li huma taxxabbli mingħajr limitu f'dak l-Istat Membru u biss għad-djar li jinsabu f'dak l-Istat

Dispożittiv

1)

Billi eskludiet fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 2(1) tal-liġi dwar is-sussidji fuq il-proprjetà immobbli (Eigenheimzulagengesetz), fil-verżjoni tagħha ppubblikata fl-1997, kif emendata mil-liġi kumplimentari baġitarja ta' l-2004 (Haushaltsbegleitgesetz 2004), id-djar li jinsabu fi Stat Membru differenti minn dak tal-benefiċċju tas-sussidju fuq il-proprjetà immobbli mogħti lill-persuni suġġetti għal kollox għat-taxxa fuq id-dħul, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 132, 28.5.2005.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja

(Kawża C-299/05) (1)

(Rikors għal annullament - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 4(2a) u (10a) - Anness IIA - Regolament (KE) Nru 647/2005 - Benefiċċji speċjali mhux kontributorji)

(2008/C 64/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiz

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M.-J. Jonczy, D. Martin u V. Kreuschitz, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Ricci u A. Troupiotis, aġenti), Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Veiga, J. Leppo u G. Curmi, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: T. Pynnä, J. Heliskoski u E. Bygglin, aġenti), Ir-Renju ta' L-Iżvezja (rappreżentanti: A. Kruse u R. Sobocki, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: E. O'Neill u M. C. Vajda, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I (2) tar-Regolament (KE) Nru 647/2005, tat-13 ta' April 2005, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu minn post għal ieħor ġewwa l-Komunità, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, fir-rigward tal-kategoriji W. Il-Finlandja, punt (b), X. l-Iżvezja, punt (ċ), u Y. Ir-Renju Unit, punti (d), (e), u (f). (ĠU L 117, p. 1) — Benefiċċji speċjali fi flus ta' natura mhux kontributorja.

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 2 ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 647/2005, tat-13 ta' April 2005, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, taħt it-titoli “Il-Finlandja” (b), “L-Iżvezja” (ċ), u “Ir-Renju Unit” (d) sa (f) huma annullati.

2)

L-effetti ta' l-inklużjoni tal-benefiċċju għas-sussistenza għall-persuni b'diżabbiltà taħt it-titolu “Ir-Renju Unit” (d) ta' l-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta' Diċembru 1996, kif emendat mir-Regolament Nru 647/2005, jinżammu biss fir-rigward tal-parti tal-“mobbiltà”, bil-għan li jittieħdu, fi żmien raġjonevoli, il-miżuri xierqa sabiex jassiguraw l-inklużjoni tagħha fl-imsemmi Anness.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'ishma ndaqs.

4)

Ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 243 ta' l-1.10.2005.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 Novembru 2007 — Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika Franċiża

(Kawża C-6/06 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Prinċipji ta' stabbiltà relattiva, ċertezza legali u aspettattivi leġittimi - Ammissibbiltà - Appell in parti infondat u in parti ammissibbli - Appell inċidentali - Talba għat-tħassir ta' parti mis-sentenza tal-Prim'Istanza fejn iddikjarat li mhux meħtieġ li tiddeċiedi fuq eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mqajma fil-konfront ta' rikors li ġie miċħud bħala infondat - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Res judicata)

(2008/C 64/05)

Lingwa tal-proċedura: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et (rappreżentant: M. Troncoso Ferrer, abogado)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent) u r-Repubblika Franċiża

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tielet Awla) tad-19 ta' Ottubru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill għat-trasferiment lir-Repubblika Franċiża ta' parti mill-kwota ta' sajd ta' l-inċova allokata lir-Repubblika Portugiża

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali, imressaq mill-Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo u r-rikorrenti l-oħrajn, li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Novembru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03), huwa miċħud.

2)

L-appell inċidentali, imressaq mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, huwa miċħud.

3)

Il-Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo u r-rikorrent l-oħrajn, li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Novembru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03) u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbatu l-ispejjeż tagħhom.

4)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Viamex Agrar Handels GmbH (C-37/06), Zuchtvieh-Kontor GmbH (ZVK) (C-58/06) vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawżi magħquda C-37/06 u C-58/06) (1)

(Regolament (KE) Nru 615/98 - Direttiva 91/628/KEE - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Protezzjoni ta' l-ifrat matul it-trasport - Osservanza tal-ħlas tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' l-ifrat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/628/KEE - Prinċipju ta' proporzjonalità - Telf tad-dritt għal rifużjoni)

(2008/C 64/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viamex Agrar Handels GmbH GmbH (C-37/06), Zuchtvieh-Kontor GmbH (ZVK) (C-58/06)

Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Validità ta' l-Artikoli 1, u 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/98 tat-18 ta' Marzu 1988 li jistabbilixxu regoli speċifiċi ta' applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward tal-benesseri ta' annimali ta' l-ifrat ħajjin matul it-trasport (ĠU L 82 p. 19) — Osservanza tal-pagament tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' l-ifrat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340 p. 17) — Telf tad-dritt għal rifużjoni minħabba n-nuqqas ta' osservanza matul it-trasport ta' l-ifrat tal-perijodu stabbilit ta' mistrieħ

Dispożittiv

1)

L-eżami ta' l-ewwel domanda ma żvela ebda element ta' natura li jaffettwa l-validità ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/98, tat-18 ta' Marzu 1998, li jistabbilixxu regoli speċifiċi ta' applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward tal-benesseri ta' l-annimali ta' l-ifrat ħajjin matul it-trasport.

2)

L-eżami tat-tieni domanda ma żvela ebda element ta' natura li jaffettwa l-validità ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 615/98 fir-rigward tal-prinċipju ta' proporzjonalità. Hija kompetenza tal-qorti tar-rinviju li tivverifika li l-awtoritajiet kompetenti applikaw dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 615/98 b'mod li huwa konformi ma' dan il-prinċipju.


(1)  ĠU C 96, 22.4.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-70/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas - Nuqqas ta' eżekuzzjoni - Penalità pekunjarja)

(2008/C 64/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: X. Lewis, A. Caeiros u P. Andrade, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża [rappreżentanti: L. Fernandes, P. Fragoso Martins u J. A. de Oliveira, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas ta' eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-14 ta' Ottubru 2004 fil-kawża C-275/03 — Traspożizzjoni żbaljata tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni fl-għoti ta' kuntratti pubbliċi għall-provvista ta' fornituri u ta' xogħlijiet (ĠU L 395, p. 33) — Talba sabiex tiġi stabbilita penali.

Dispożittiv

1)

Billi ma abrogatx id-Digriet Leġiżlattiv Nru 48 051, tal-21 ta' Novembru 1967, li jissuġġetta l-għoti ta' kumpens lill-persuni li sofrew ħsara minħabba ksur tad-dritt Komunitarju dwar il-kuntratti pubbliċi, jew tal-liġijiet nazzjonali li jimplementawh, għall-prova ta' ħtija jew aġir intenzjonat, ir-Repubblika Portugiża ma ħaditx il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta' l-14 ta' Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-275/03), u naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 228(1) KE.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fil-kont “Riżorsi proprji ta' Komunità Ewropea”, penalità ta' EUR 19 392 kull jum ta' dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex ikkonforma ruħha mas-sentenza ta' l-14 ta' Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, iċċitata iktar 'il fuq, mid-data tal-preżenti sentenza sa' l-eżekuzzjoni ta' l-imsemmija sentenza ta' l-14 ta' Ottubru 2004.

3)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 86, 8.4.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 — Herta Adam vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-211/06 P) (1)

(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance ta' l-espatrijazzjoni - Kundizzjoni msemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta' “xogħol li sar fi [għal] Stat ieħor’)

(2008/C 64/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Herta Adam [rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati]

Part oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u L. Lozano Palacios, aġenti]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Frar 2006, Herta Adam vs Il-Kummissjoni (T-342/04) li tiċħad rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2003 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' l-allowance ta' l-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

H. Adam hi kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social Único de Algeciras — Spanja) — Josefa Velasco Navarro vs Fondo de Garantia Salarial (Fogasa)

(Kawża C-246/06) (1)

(Politika soċjali - Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom - Direttiva 80/987/KEE kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE - Effett dirett - Kumpens għal sensja inġusta miftiehem wara konċiljazzjoni ġudizzjarja - Ħlas assigurat mill-istituzzjoni ta' garanzija - Ħlas suġġett għall-adozzjoni ta' deċiżjoni ġudizzjarja)

(2008/C 64/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social Único de Algeciras

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Josefa Velasco Navarro

Konvenuta: Fondo de Garantia Salarial (Fogasa)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social Único de Algeciras — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, ta' l-20 ta' Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 23), kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 270, p. 10) — Portata tal-garanzija mogħtija mill-istituzzjoni tal-garanzija — Kumpens fil-każ ta' tmiem tar-relazzjoniiet ta' l-impjieg — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ sentenza jew deċiżjoni amministrativa għal dan il-kumpens — Effett dirett tad-Direttiva kif emendata, f'dak li jirrigwarda sitwazzjoni ta' insolvenza ddikjarata, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2002/74 u l-iskadenza tat-terminu ta' traspożizzjoni tagħha.

Dispożittiv

1)

Fil-każ ta' nuqqas ta' traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali fit-8 ta' Ottubru 2005 tad-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom, l-effett dirett eventwali ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, ta' l-20 ta' Ottubru 1980, dwar il-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom, kif emendata mid-Direttiva 2002/74, ma jistax, f'kull każ, jiġi invokat fir-rigward ta' stat ta' insolvenza li seħħ qabel din id-data.

2)

Meta l-leġiżlazzjonali nazzjonali taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 80/987, kif emendata bid-Direttiva 2002/47, il-qorti nazzjonali hija obbligata, fir-rigward ta' stat ta' insolvenza li seħħ bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-aħħar direttiva u d-data ta' l-iskadenza tat-terminu ta' traspożizzjoni tagħha, tiggarantixxi applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni nazzjonali skond il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni, kif rikonoxxut mis-sistema ġuridika Komunitarja.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Theodor Jäger vs Finanzamt Kusel-Landstuhl

(Kawża C-256/06) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 73 B u 73 D tat-Trattat KE (li saru l-Artikoli 56 KE u 58 KE) - Taxxi fuq is-suċċessjoni - Stima tal-beni inklużi fis-suċċessjoni - Beni agrikoli u forestali li jinsabu fi Stat Membru ieħor - Metodu inqas favorevoli ta' stima tal-beni u ta' kalkolu tat-taxxa dovuta)

(2008/C 64/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Theodor Jäger

Konvenuta: Finanzamt Kusel-Landstuhl

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 56 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq is-suċċessjoni — Applikazzjoni tal-metodi ta' stima tal-valur ta' l-artijiet agrikoli u forestali differenti, skond jekk dawn l-artijiet jinsabux fit-territorju nazzjonali jew fi Stat Membru ieħor, kif ukoll tnaqqis fir-rigward ta' l-akkwist ta' l-artijiet li jinsabu fit-territorju nazzjonali, li bħala konsegwenza għandha taxxa ogħla meta l-patrimonju jinkludi artijiet agrikoli u forestali li jinsabu fi Stat Membru ieħor ħlief f'każ ta' lokalizzazzjoni tal-beni kollha li jinsabu fit-territorju nazzjonali

Dispożittiv

L-Artikolu 73B(1) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 56(1) KE), moqri flimkien ma' l-Artikolu 73D tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 58 KE), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa fuq is-suċċessjoni komposta minn beni li jinsabu fit-territorju ta' l-imsemmi Stat u minn beni agrikolu u forestali li jinsab fi Stat Membru ieħor,

tipprovdi li l-beni li jinsab f'dan l-Istat Membru ieħor jiġi stmat abbażi tal-valur fis-suq tiegħu, filwaqt li beni identiku li jinsab fit-territorju nazzjonali jiġi applikat proċedura partikolari ta' stima fejn ir-riżultati jikkorrispondu biss għal medja ta' 10 % ta' l-imsemmi valur fis-suq, u

tirriżerva għall-beni agrikolu u forestali li jinsabu fit-territorju nazzjonali, l-applikazzjoni ta' tnaqqis mogħti abbażi ta' dawn il-beni kif ukoll il-kunsiderazzjoni tal-valur residwali tagħhom sa limitu ta' 60 % biss ta' l-ammont tiegħu.


(1)  ĠU C 224, 16.9.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione (l-Italja) — Roby Profumi Srl vs Comune di Parma

(Kawża C-257/06) (1)

(Artikolu 28 KE - Direttiva 76/768/KEE - Protezzjoni tas-saħħa - Prodotti kosmetiċi - Importazzjoni - Komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-prodotti kosmetiċi lill-awtoritajiet ta' l-Istat ta' importazzjoni)

(2008/C 64/11)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Roby Profumi Srl

Konvenuta: Comune di Parma

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 28 KE u ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (ĠU L 262, p. 169), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 93/35/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 (ĠU L 151, p. 32) — Prodotti lesti għall-bejgħ li ġejjin minn Stati Membri oħra — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jobbligaw lill-importatur jikkomunika lista kompleta u dettaljata tas-sustanzi li jinstabu fil-prodott.

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 93/35/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993, ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li, fl-interess ta' kura medika pronta u xierqa fil-każ ta' diffikultajiet, tobbliga lill-importatur ta' prodotti kosmetiċi jikkomunika lill-Ministeru tas-Saħħa u lir-Reġjun l-isem jew l-isem ġuridiku ta' l-impriża, l-uffiċċju rreġistrat tagħha u dak ta' l-impjant ta' manifattura kif ukoll il-lista kompluta u ddettaljata tas-sustanzi użati u tas-sustanzi li jinstabu fl-imsemmija prodotti.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Mercantil no 5 de Madrid, Spanja) — Productores de Música de España (Promusicae) vs Telefónica de España SAU

(Kawża C-275/06) (1)

(Soċjetà ta' l-informazzjoni - Obbligi tal-fornituri ta' servizzi - Żamma u żvelar ta' ċerta data dwar it-traffiku fuq l-Internet - Obbligu ta' żvelar - Limiti - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta' komunikazzjonijiet elettroniċi - Kompatibbiltà mal-protezzjoni tad-dritt ta' l-awtur u ta' drittijiet relatati - Dritt għal protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali)

(2008/C 64/12)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 5 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Productores de Musica de Espana (Promusicae)

Konvenuta: Telefónica de España SAU

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 15(2) u 18 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta' Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, p. 1), ta' l-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni (ĠU L 167, p. 10) u ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45) — Ipproċessar ta' data ġġenerata permezz ta' komunikazzjoni stabbilita matul il-provvista ta' servizz mis-soċjetà ta' l-informazzjoni — Obbligu impost fuq l-operaturi tan-netwerk u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, fuq il-fornituri ta' aċċess għan-netwerks ta' telekomunikazzjoni u fuq il-fornituri ta' servizzi ta' ħażna ta' data, li jżommu u jrendu disponibbli l-imsemmija data — Esklużjoni mill-kuntest ta' proċeduri ċivili

Dispożittiv

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta' Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni, id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta' Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ma jirrikjedux lill-Istati Membri li, f'sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jipprovdu għall-obbligu li data personali tiġi kkomunikata bil-għan li tiġi assigurata l-protezzjoni effettiva tad-dritt ta' l-awtur fil-kuntest ta' proċeduri ċivili. Madankollu, id-dritt Komunitarju jeżiġi li, fit-traspożizzjoni ta' dawn id-direttivi, l-Istati Membri jaraw li jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni tagħhom li tippermetti li jiġi assigurat bilanċ ġust bejn id-diversi drittijiet fundamentali protetti mis-sistema legali Komunitarja. Sussegwentement, meta jiġu implementati l-miżuri ta' traspożizzjoni ta' dawn id-direttivi, l-awtoritajiet u l-qrati ta' l-Istati Membri, mhux biss għandhom jinterpretaw id-dritt nazzjonali tagħhom b'mod konformi ma' dawn id-direttivi stess, iżda għandhom jaraw ukoll li ma jibbażawx ruħhom fuq interpretazzjoni tagħhom li tkun kunfliġġenti ma' l-imsemmija drittijiet fundamentali jew mal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt Komunitarju, bħall-prinċipju ta' proporzjonalità.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal — Ir-Renju Unit) — The Queen, Ezgi Payir, Burhan Akyuz, Birol Ozturk vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-294/06) (1)

(Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Moviment liberu tal-ħaddiema - Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni - L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 6(1) - Ħaddiem Tork legalment irreġistrat fis-suq tax-xogħol - Permess ta' dħul bħala student jew au pair - Effett fuq id-dritt tar-residenza)

(2008/C 64/13)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, Ezgi Payir, Burhan Akyuz, Birol Ozturk

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Kunċett ta' ħaddiem legalment irreġistrat fis-suq tax-xogħol ta' Stat Membru — Ċittadin Tork impjegat bħala au pair li ngħata permess ta' residenza għal perijodu ta' sentejn sabiex ikun jista' jwettaq din l-attività — Ċittadin Tork li għandu permess ta' residenza sabiex isegwi taħriġ professjoni u permess ta' xogħol li jawtorizzah jaħdem għal mhux aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa matul il-perijodu skolastiku

Dispożittiv

Sitwazzjoni fejn ċittadin Tork ġie awtorizzat jidħol fi Stat Membru bħala persuna au pair jew student ma tistax iċċaħħdu mill-kwalità ta' “ħaddiem” u twaqqfu milli jirreġistra fis-“suq legali tax-xogħol” ta' dan l-Istat Membru fis-sens ta' l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, tad-19 ta' Settembru 1980, dwar l-Iżvilupp ta' l-Assoċjazzjoni. Konsegwentement, din is-sitwazzjoni ma tistax twaqqfu milli jibbaża ruħu fuq din id-dispożizzjoni sabiex jikseb it-tiġdid tal-permess tax-xogħol tiegħu u milli jibbenefika mill-permess ta' residenza korrelat miegħu.


(1)  ĠU C 237, 30.9.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-10 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-387/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Settur tat-telekomunikazzjonijiet - Artikolu 8(1), (2)(b) u 3(ċ) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva “Kwadru’) - Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva “Aċċess’) - Networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi - Netwerks ta' telefonija fissa u ta' telefonija mobbli - Terminazzjoni tat-telefonija - Traffiku li jidħol - Limitazzjoni tas-setgħat ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja tat-telekomunikazzjonijiet)

(2008/C 64/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Huttunen u M. Shotter, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 8(1), (2)(b) u (3)(ċ) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 108, p. 33) u skond l-Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/19/KE tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' l-Aċċess) (ĠU L 108, p. 7)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċija) — Emm. G. Lianakis AE, Sima Anonymi Techniki Etaireia Meleton kai Epivlepseon, Nikolaos Vlachopoulos vs Dimos Alexandroupolis, Planitiki AE, Aikaterini Georgoula, Dimitrios Vasios, N. Loukatos kai Synergates AE Meleton, Eratosthenis Meletitiki AE, A. Pantazis — Pan. Kyriopoulou kai syn/tes os “Filon” OE, Nikolaos Sideris

(Kawża C-532/06) (1)

(Direttiva 92/50/KEE - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Twettiq ta' riċerka fuq il-katast, il-pjan urban u l-att ta' implementazzjoni għal żona residenzjali - Kriterji li jistgħu jiġu aċċettati bħala “kriterji għal selezzjoni kwalitattiva’ jew “kriterji għall-għoti ta' kuntratti’ - Offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Osservanza tal-kriterji għall-għoti ta' kuntratt stipulati fid-dokumenti tal-kuntratt jew fis-sejħa għall-offerti - Determinazzjoni sussegwenti tal-fatturi għat-tweżin u ta' sottokriterji għall-kriterji għall-għoti tal-kuntratti - Prinċipju ta' trattament ugwali ta' l-operaturi ekonomiċi u l-obbligu ta' trasparenza)

(2008/C 64/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emm. G. Lianakis AE, Sima Anonymi Techniki Etaireia Meleton kai Epivlepseon, Nikolaos Vlachopoulos

Konvenuti: Dimos Alexandroupolis, Planitiki AE, Aikaterini Georgoula, Dimitrios Vasios, N. Loukatos kai Synergates AE Meleton, Eratosthenis Meletitiki AE, A. Pantazis — Pan. Kyriopoulou kai syn/tes os “Filon” OE, Nikolaos Sideris

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1) — Kriterji għall-għoti tal-kuntratt — L-iffissar a posteriori, matul il-proċedura ta' għoti tal-kuntratt, tat-tweżin speċifiku għal kull kriterju

Dispożittiv

L-Artikolu 36(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku, hekk kif emendata mid-Direttiva 97/52/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, tat-13 ta' Ottubru 1997, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta' trattament ugwali ta' l-operaturi ekonomiċi u ta' l-obbligu ta' trasparenza li jirriżulta minnu, jipprekludi, fil-kuntest ta' proċedura għall-għoti ta' kuntratti, lill-awtorità aġġudikanti milli tiddetermina sussegwentement il-fatturi għat-tweżin u sottokriterji għall-kriterji għall-għoti tal-kuntratti msemmija fid-dokumenti tal-kuntratt jew fis-sejħa għall-offerti.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Paul Chevassus-Marche vs Groupe Danone, Société Kro beer brands SA (BKSA), Société Evian eaux minérales d'Evian SA (SAEME)

(Kawża C-19/07) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 86/653/KEE - Aġenti kummerċjali indipendenti - Dritt għall-kommissjoni ta' aġent fdat b'żona ġeografika - Operazzjonijiet konklużi mingħajr l-intervent tal-prinċipal)

(2008/C 64/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Paul Chevassus-Marche

Konvenuti: Groupe Danone, Société Kro beer brands SA (BKSA), Société Evian eaux minérales d'Evian SA (SAEME)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 86/653/KEE tat-18 ta' Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU L 382, p. 17) — Ksur tal-kuntratt ta' aġenzija — Kommissjoni dovuta lill-aġent kummerċjali inkarigat minn settur ġeografiku jew minn grupp ta' persuni partikolari — Eżistenza ta' dritt għal din il-kommissjoni fin-nuqqas ta' kontroll, dirett jew indirett, eżerċitat mill-mandant fuq l-operazzjonijiet imwettqa bejn terz u klijent li jappartjeni għas-settur ġeografiku fdat lill-aġent

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta' Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aġent kummerċjali fdat b'żona ġeografika determinata ma għandux dritt għall-kommissjoni fuq operazzjonijiet konklużi minn klijenti li jappartjenu lil din iż-żona ma' terza persuna fin-nuqqas ta' intervent, dirett jew indirett, tal-prinċipal.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Il-Belġju) — N.V. Lammers & Van Cleeff vs Belgische Staat

(Kawża C-105/07) (1)

(Libertà ta' stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Interessi mħallsa minn kumpannija sussidjarja bħala ħlas għall-fondi mislufa mill-kumpannija prinċipali stabbilita fi Stat Membru ieħor - Rikwalifikazzjoni ta' l-interessi bħala dividendi taxxabbli - Nuqqas ta' rikwalifikazzjoni fil-każ ta' interessi mħallsa lil kumpannija residenti)

(2008/C 64/17)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: N. V. Lammers & Van Cleeff

Konvenuta: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 12, 43, 48, 56 u 58 KE — Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tikkwalifika bħala divendi taxxabbli l-interessi mħallsa minn kumpannija sussidjarja f'remunerazzjoni ta' fondi mislufa mill-kumpannija prinċipali li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor iżda mhux fil-każ ta' interessi mħallsa lil kumpannija residenti

Dispożittiv

L-Artikoli 43 KE u 48 KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha l-interessi mħallsa minn kumpannija residenti ta' Stat Membru lil amministratur li jkun kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor jiġu rikwalifikati bħala dividendi u li jkunu, minħabba f'hekk, taxxabbli, meta, fil-bidu tal-perijodu taxxabbli, l-ammont totali tal-ħlasijiet li jipproduċu l-interessi jaqbżu l-kapital meħlus flimkien mar-riżervi ntaxxati, filwaqt li, fl-istess ċirkustanzi, meta dawn l-interessi jitħallsu lil amministratur li jkun kumpannija stabbilita fl-istess Stat Membru, dawn ma jiġux rikwalifikati bħala dividendi u, minħabba f'hekk, mhumiex taxxabbli.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-342/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/91/KE - Politika dwar l-enerġija - Ekonomija fl-enerġija - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2008/C 64/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u M. B. Schima, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli tadotta, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/91/KE, tas-16 ta' Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini (ĠU L 1, p. 65)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u r-regoli amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/91/KE, tas-16 ta' Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Stato — l-Italja) — Fratelli Martini & C. SpA, Cargill Srl vs Ministero delle Politiche Agricole e Forestali, Ministero della Salute, Ministero delle Attività Produttive

(Kawża C-421/06) (1)

(L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-invalidità ta' att Komunitarju - Obbligi ta' l-istituzzjonijiet - Awtorità tas-saħħa - Għalf kompost - Indikazzjoni, fuq it-tikketta, tal-perċentwali fil-piż ta'materjal prima użat fl-għalf b'tolleranza ta' ± 15 % tal-valur iddikjarat - Projbizzjoni ta' tqarriq bil-konsumatur)

(2008/C 64/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fratelli Martini & C. SpA, Cargill Srl

Konvenuti: Ministero delle Politiche Agricole e Forestali, Ministero della Salute, Ministero delle Attività Produttive

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Effetti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194/04 (ABNA et) li tikkonstata l-invalidità parzjali tad-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta' Jannar 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' l-għalf kompos[t] u li tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/357/KEE (ĠU L 63, p. 23) — Obbligu ta' l-istituzzjonijiet li jadottaw att ġdid

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta' Jannar 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' l-għalf kompos[t] u li tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/357/KEE, li jistipula l-obbligu li, fuq it-tikketti ta' l-għalf kompost, tiġi indikata l-perċentwali fil-piż ta' materjal prima użat fl-għalf b'tolleranza ta' ± 15 % tal-valur iddikjarat f'dak li jirrigwarda din il-perċentwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li mhuwiex in kontradizzjoni ma' l-Artikoli 8 u 16 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002, tat-28 ta' Jannar 2002, li jistab[b]ilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistab[b]ilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel, li l-għan tagħhom huwa, partikolarment, li jimpedixxu li l-ittikkettjar u l-preżentazzjoni ta' l-għalf iqarrqu bil-konsumatur.

2)

Peress li l-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2002/2 jistipula obbligu awtonomu mingħajr rabta ma' l-obbligi stipulati fid-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva, id-dikjarazzjoni ta' invalidità ta' din id-dispożizzjoni, mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas-6 ta' Diċembru 2005, ABNA et (C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194/04) ma ħolqotx sitwazzjoni ta' lakuna ġuridika jew ta' inkoerenza li tobbliga lill-istituzzjonijiet jadottaw emendi ta' sustanza tad-Direttiva 2002/2.

Fi kwalunkwe każ, l-invalidità ta' dispożizzjoni Komunitarja tirriżulta direttament mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li qed tikkonstataha u huma l-awtoritajiet kif ukoll il-qrati ta' l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-konsegwenzi tagħha fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-7 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria regionale di Genova — l-Italja) — Agenzia Dogane Circoscrizione Doganale di Genova vs Euricom SpA

(Kawża C-505/06) (1)

(L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Ipproċessar tad-dħul - Ftehim ta' Assoċjazzjoni - Esportazzjoni minn qabel ta' ross lejn pajjiż terz marbut bi ftehim ta' preferenza doganali - Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali)

(2008/C 64/20)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria regionale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia Dogane Circoscrizione Doganale di Genova

Konvenuta: Euricom SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria regionale di Genova — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 114, 115(1) u (3), u 216 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) — Ross esportat taħt il-proċedura ta' l-ipproċessar tad-dħul lejn pajjiż terz li huwa marbut bi ftehim ta' preferenza doganali

Dispożittiv

L-Artikolu 216 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000, tas-16 ta' Novembru 2000, huwa applikabbli għall-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 115(1)(b), ta' dan ir-regolament, li fihom il-prodotti li jikkumpensaw lil xulxin ġew esportati mill-Komunità Ewropea qabel l-importazzjoni tal-merkanzija ta' importazzjoni.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Novembru 2007 — Eurostrategies SPRL vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-122/07 P) (1)

(Appell - Digriet ta' tħassir ta' kawża - Rinunazja għall-atti - Spejjeż)

(2008/C 64/21)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Eurostrategies SPRL (rappreżentanti: R. Lang u S. Crosby, Solicitor)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u M. I. Hadjiyiannis, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-President tar-Raba' Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza, ta' l-1 ta' Diċembru 2006, Eurostrategies vs Il-Kummissjoni (T-203/06) li jordna t-tħassir tal-kawża mir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza u jikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Eurostrategies SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ta' l-10 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Jaworznie — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Piotr Kawala vs Gmina Miasta Jaworzna

(Kawża C-134/07) (1)

(L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Tassazzjoni interna għola għal prodott importat minn Stat Membru ieħor milli għal prodott simili mixtri fil-post - L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE - Taxxa fuq l-ewwel reġistrazzjoni li tapplika fuq vetturi użati importati)

(2008/C 64/22)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Jaworznie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Piotr Kawala

Konvenuta: Gmina Miasta Jaworzna

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Sąd Rejonowy w Jaworznie — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 90 KE — Imposta fuq il-ħruġ ta' karta ta' reġistrazzjoni ta' vettura ma' l-ewwel reġistrazzjoni fl-Istat Membru, b'ammont li jaqbeż b'mod kunsiderevoli l-ammont ta' l-imposta għall-ksib ta' kopja ta' karta ta' reġistrazzjoni ta' vettura — Prinċipju ta' newtralità ta' l-imposti nazzjonali fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn prodotti li jinsabu diġà fuq is-suq nazzjonali u prodotti importati

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi taxxa, bħal dik prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tad-deċiżjoni tal-Ministru Pollakk ta' l-Infrastruttura tat-28 ta' Lulju 2003, dwar l-ammont ta' taxxa li għandha titħallas sabiex jinkiseb ċertifikat ta' reġistrazzjoni, li fil-prattika hija applikabbli għall-ewwel reġistrazzjoni ta' vettura użata importata minn Stat Membru ieħor, u mhux għall-akkwist fil-Polonja ta' vettura użata fejn din tkun diġà rreġistrata.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/15


Appell imressaq fit-3 ta' April 2008 minn Jean Yves Sellier kontra d-digriet tal-Qorti ta' Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fil-15 ta' Jannar 2007 fil-Kawża T-276/06, Sellier vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-191/07 P)

(2008/C 64/23)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean Yves Sellier (rappreżentant: J.Y. Leeman, avocat)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

B'digriet tat-18 ta' Settembru 2007, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil J.Y. Sellier ibati l-ispejjeż tiegħu.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/15


Appell imressaq fid-19 ta' Novembru 2007 minn Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fil-11 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-28/07, Fels-Werke GmbH, Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH, Spenner-Zement GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-503/07 P)

(2008/C 64/24)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (rappreżentanti: H. Posser u S. Altenschmidt, Rechtasanwälte)

Partijiet oħra fil-kawża: Fels-Werke GmbH, Spenner-Zement GmbH & Co. KG, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Settembru 2007, fil-kawża T-28/07 (Fels-Werke et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej), safejn jikkonċerna r-rikorrenti;

tannulla l-Artikolu 1(2) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2006, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mill-Ġermanja skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE (numru tad-dokument mhux ippubblikat), fil-parti li fih dan l-artikolu jiddikjara, bħala inkompatibbli mad-Direttiva 2003/87/KE, il-garanzija fuq l-allokazzjoni ta' l-ewwel perijodu ta' skambju deskritt fil-Kapitolu 6.2 tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-Ġermanja taħt it-titolu “allokazzjonijiet skond l-Artikolu 8 taż-ZuG 2007”;

tannulla l-Artikolu 2(2) ta' din id-deċiżjoni, għar-raġuni li dan jagħti preskrizzjonijiet lill-Ġermanja fir-rigward ta' l-użu tal-garanziji fuq l-allokazzjoni ta' l-ewwel perijodu ta' skambju deskritti fil-kapitolu 6.2 tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-Ġermanja taħt it-titolu “allokazzjonijiet skond l-Artikolu 8 taż-ZuG 2007”, u fl-istess ħin jippreskrivi wkoll il-validità ta' l-istess fattur ta' eżekuzzjoni fis-seħħ għal impjanti simili oħra li diġà jeżistu;

sussidjarjament, tannulla d-digriet imsemmi fl-ewwel inċiż u tibgħat lura l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-digriet ikkontestat, il-Qorti tal-Prim'Istanza eskludiet l-eżistenza ta' interess individwali min-naħa tar-rikorrenti u, għaldaqstant, iddikjarat inammissibbli r-rikors tagħha għal annullament kontra parti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2006, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mill-Ġermanja.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tad-drittijiet proċedurali li jħarsu l-interessi tagħha, kif ukoll tar-regola sostantiva tad-dritt Komunitarju fl-Artikolu 230(4) KE.

Fl-ewwel lok, skond ir-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipji tad-dritt għal proċess ekwu kif ukoll għad-dritt li jinstemgħu il-partijiet. Hija motivat, essenzjalment, in-nuqqas ta' interess individwali tar-rikorrenti minħabba l-fatt li din ta' l-aħħar ma pprovatx l-allegata appartenenza tagħha għal ċirku ta' operaturi u, b'mod partikolari, ma ppreżentat l-ebda lista ta' l-operaturi li jgawdu mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8(1) taz-ZuG 2007. Iżda skond ir-rikorrenti, fil-kuntest tal-proċediment li seħħ,, il-Qorti tal-Prim'Istanza qatt ma talbitha tippreżenta lista ta' l-impriżi interessati mill-garanzija fuq l-allokazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li r-rilevanza tal-preżentazzjoni ta' l-imsemmija lista lanqas ma kienet mandatorja għal raġunijiet oħra, apparti l-fatt li n-natura magħluqa u limitata taċ-ċirku ta' operaturi kkonċernati mill-garanzija fuq l-allokazzjoni kienet diġà tirriżulta mill-istruttura ġuridikament vinkolanti taż-ZuG 2007, ippreżentat lill-Qorti tal-Prim'Istanza. Barra minn hekk, skond ir-rikorrenti, huwa konkretament impossibbli għaliha li tissoddisfa din it-talba, magħmula mill-Qorti tal-Prim'Istanza, li tippreżenta l-imsemmija lista.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-Artikolu 230(4) KE minħabba li eskludiet inġustament l-eżistenza ta' interess individwali tagħha. Il-grupp ta' individwi li huma kkonċernati mid-deċiżjoni kkontestata, fil-fatt, mhuwiex stabbilit biss — bħal ma sostniet il-Qorti tal-Prim'Istanza — “ftit jew wisq b'mod eżatt”, iżda huwa ddefinit bi dritt, darba għal dejjem, mill-ġrajjiet li seħħew fl-imgħoddi u loġikament ma jistax jiġi mwessa'. Fir-rigward ta' l-operaturi kkonċernati mill-garanzija fuq l-allokazzjoni taħt l-Artikolu 8 taż-ZuG 2007, id-deċiżjoni kkontestata tista' tinftiehem ukoll bħala numru ta' deċiżjonijiet individwali, peress li kull wieħed minnhom ġie pprojbit milli jżomm il-garanzija fuq l-allokazzjoni.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/16


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Juzgado de lo Social de Madrid (Spanja) fit-3 ta' Diċembru 2007 — Evangelina Gómez-Limón Sánchez-Camacho vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Alcampo SA

(Kawża C-537/07)

(2008/C 64/25)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Madrid.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Evangelina Gómez-Limón Sánchez-Camacho.

Konvenuta: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Alcampo SA.

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-fatt li l-għoti ta' leave tal-ġenituri, skond il-proċeduri u t-termini li huma liberament iffissati minn kull Stat Membru fil-limiti minimi imposti mill-Ftehim Qafas fuq il-leave tal-ġenituri anness mad-Direttiva 96/34/KE (1), huwa, min-natura tiegħu, miżura ta' promozzjoni ta' ugwaljanza, huwa possibbli li t-tgawdija ta' dan il-perijodu ta' leave tal-ġenituri, fil-każ ta' tnaqqis tal-ħin tax-xogħol u tal-paga sabiex wieħed jieħdu ħsieb tfal minorenni, taffettwa d-drittijiet fil-proċess li jkunu akkwiżiti mill-ħaddiem li jibbenefika minn dan il-leave tal-ġenituri, u l-prinċipju taż-żamma tad-drittijiet akkwiżiti jew fi proċess li jkunu akkwiżiti jista' jiġi invokat mill-individwi quddiem l-istituzzjonijiet pubbliċi ta' Stat?

2)

B'mod partikolari, il-frażi “[i]d-drittijiet akkwiżiti jew fil-proċess li jkunu akkwiżiti” tal-Klawżola 2(6) ta' din id-direttiva dwar il-leave tal-ġenituri tinkludi biss dirittijiet dwar il-kundizzjonijiet ta' xogħol u tirrigwarda biss ir-relazzjoni kuntrattwali ta' xogħol ma' min iħaddem jew, bil-kontra, taffettwa wkoll il-konservazzjoni tad-drittijiet akkwiżiti jew fi proċess li jkunu akkwiżiti fil-qasam tas-sigurtà soċjali; ir-rekwiżit ta' “kontinwità ta' l-intitolamenti għall-kopertura tas-sigurtà soċjali, taħt l-iskemi differenti” skond il-Klawżola 2(8) tad-Direttiva 1996/34/KE jista' jitqies li ġie rrispettat mill-iskema in eżami f'dan il-każ u li ġiet applikata mill-awtoritajiet nazzjonali u, skond il-każ, dan id-dritt għall-kontinwità tad-drittijiet għall-benefiċċji soċjali jista' jiġi invokat quddiem l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru, għar-raġuni li huwa suffiċjentement preċiż u konkret?

3)

Id-dispożizzjonijiet Komunitarji huma kompatibbli ma' liġi nazzjonali li, matul il-perijodu ta' tnaqqis tal-ħin ta' xogħol minħabba leave tal-ġenituri, tnaqqas il-pensjoni ta' diżabbiltà fir-rigward ta' dik li tkun applikabbli qabel dan il-leave u tagħti lok ukoll għat-tnaqqis tad-dritt għal benefiċċji futuri u għall-konsolidazzjoni tagħhom proporzjonalment mat-tnaqqis fil-ħin ta' xogħol u tal-paga?

4)

Peress illi l-qrati nazzjonali għandhom l-obbligu li jinterpretaw il-liġi nazzjonali fid-dawl ta' l-obbligi tad-direttiva, sabiex ikun hemm l-akbar possibbiltà li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, dan l-obbligu għandu jiġi applikat ukoll għall-kontinwità tad-drittijiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali matul il-perijodu ta' tgawdija tal-leave tal-ġenituri u, b'mod konkret, fil-każijiet fejn tintuża l-proċedura tal-leave tal-ġenituri jew tat-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol bħal dik użata f'dan il-każ?

5)

Fiċ-ċirkustanzi konkreti tal-kawża, it-tnaqqis tad-drittijiet irrikonoxxuti u akkwiżiti fil-qasam tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali matul il-perijodu ta' leave tal-ġenituri jista' jitqies li huwa diskriminazzjoni diretta jew indiretta li tmur kontra d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE (2) tad-19 ta' Diċembru 1978, dwar il-prinċipju tat-trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali u, min-naħa l-oħra, li jmur ukoll kontra r-rekwiżit ta' ugwaljanza u ta' non-diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa skond it-tradizzjoni komuni ta' l-Istati Membri, safejn dan il-prinċipju għandu jiġi applikat mhux biss fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' impjieg, iżda wkoll fl-attività pubblika fil-qasam tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC (ĠU L 145, p. 4).

(2)  ĠU 1979, L 6 p. 24; EE 05/02, p. 174.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/17


Rikors imressaq fil-5 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-546/07)

(2008/C 64/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Tiddikjara li

a)

billi, fil-prassi amministrattiva tagħha, hija tinterpreta l-kunċett ta' “Unternehmen der anderen Seite” (impriżi tan-naħa l-oħra), misjub fl-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni tal-31 ta' Jannar 1990 bejn il-Ġvern tal-Polonja u l-Ġvern tal-Ġermanja relattiva għat-trasferiment ta' ħaddiema ta' impriżi Pollakki biex iwettqu kuntratti għal servizzi, bħala li jfisser “impriża Ġermaniżi”; u

b)

billi, bis-saħħa ta' l-hekk imsejħa “Arbeitsmarktschutzklausel” (klawżola li tissalvagwarda s-suq tax-xogħol), żiedet ir-restrizzjonijiet reġjonali għall-aċċess tal-ħaddiema wara s-16 ta' April 2003, jiġifieri wara l-ġurnata li fiha ġie ffirmat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Polonja;

ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 49 KE u mill-klawżola standstill li tinsab fil-Kapitolu 2 (Moviment liberu tal-persuni), paragrafu 13 ta' l-Anness XII, (lista msemmija fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

A.

It-trasferiment ta' ħaddiema Pollakki biex iwettqu kuntratti għal servizzi fil-Ġermanja huwa rregolat minn Konvenzjoni tal-31 ta' Jannar 1990 bejn il-Gvern tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja relattiva għat-trasferiment ta' ħaddiema ta' impriżi Pollakki biex iwettqu kuntratti għal servizzi. Fil-prassi amministrattiva Germaniża, il-kunċett ta' “impriżi tan-naħa l-oħra” misjub fl-Artikolu 1(1) ta' din il-Konvenzjoni bilaterali huwa interpretatat li jfisser “impriża Ġermaniża”.

B.

Minn dan jirriżulta li huma biss impriżi Germaniżi li jistgħu jikkonkludu kuntratti għal servizzi skond il-konvenzjoni bilaterali. Għaldaqstant, impriżi ta' Stati Membri oħra li jridu jwettqu xogħlijiet fil-Ġermanja ma għandhom ebda għażla ħlief li jiftħu kumpannija sussidjarja fil-Ġermanja. Għalhekk, impriżi ta' Stati Membri oħra ma jistgħux jeżerċitaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, mogħtija lilhom mill-Artikolu 49 KE, biex jikkonkludu kuntratti għal servizzi skond il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Polonja ma' impriżi Pollakki għal xogħolijiet li għandhom jitwettqu fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Għaldaqstant, teżisti diskriminazzjoni diretta fil-konfront ta' impriżi ta' Stati Membri li mhumiex Ġermaniżi, ibbażata fuq in-nazzjonalità jew il-post fejn tkun irreġistrata l-impriża.

C.

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 46 KE u 55 KE meħuda flimkien, sistemi speċjali diskriminatorji jistgħu jkunu ġġustifikati biss minħabba raġunijiet ta' ordni pubbliku, sigurtà pubblika u saħħa pubblika. Skond ġurisprudenza kostanti, l-ordni pubbliku jista' jservi ta' ġustifikazzjoni taħt l-Artikolu 46 KE biss jekk il-miżura diskriminatorja hija meħtieġa biex tikkontrobatti theddida ġenwina u serja biżżejjed għall-interessi fondamentali tas-soċjetà.

D.

Dawn il-kundizzjonijiet mhumiex sodisfatti f'dan il-każ. Għall-finijiet ta' l-implementazzjoni korretta tal-konvenzjoni mhuwiex meħtieġ li tkun imposta kundizzjoni li l-impriżi għandhom ikollhom uffiċċju reġistrat fil-Ġermanja, peress li t-talbiet kollha jridu jitressqu quddiem l-awtoritajiet Germaniżi fi kawlunkwe każ. F'dak li jirrigwarda l-infurzar tar-responabbilità ta' l-appaltatur għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-siġurtà socjali u għall-impożizzjoni tas-sanzjonijiet għall-ksur tal-liġi, tali kwistjonijiet mhumiex speċifikament relatati mal-konvenzjoni dwar il-kuntratti għal servizzi imma jagħmlu parti mill-provvista ġenerali ta' servizzi fil-Ġermanja minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra. Minbarra dan, xejn ma jindika li jekk il-konvenzjoni bilaterali tinfetaħ għal impriżi ta' Stati Membri oħra, dan iwassal għal applikazzjoni ħażina jew għal evitar tad-dispoħizzjonijiet tranżitorji fit-Trattat ta' Adeżjoni. Fi kwalunkwe każ, il-biża' ta' applikazzjoni ħażina tad-dispożizzjonijiet tranżitorji bl-ebda mod ma tammonta għal theddida serja biżżejjed għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika biex tiġġustifika restrizzjoni diskriminatorja għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

E.

Minbarra dan, jirriżulta mill-kliem tal-klawżola standstill tal-Kapitolu 2, paragrafu 13 ta' l-Anness XII (lista imsemmija fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003) li l-obbligu li ma jiżdidux ir-restrizzjonijiet huwa assolut u kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess tal-ħaddiema Pollakki b'kuntratti għal servizzi għas-suq tax-xogħol Ġermaniż li tpoġġihom f'sitwazzjoni agħar minn dik li kienu jinsabu fiha fis-16 ta' April 2003 hija pprojbita. Skond l-hekk imsejħa “Arbeitsmarktschutzklausel” (klawżola li tissalvagwarda s-suq tax-xogħol), li għadha tiġi applikata fil-prassi amministrattiva ta' l-Aġenzija Federali għax-Xogħol, bħala regola, kuntratti għal servizzi mhumiex permessi jekk għandhom jiġu eżegwiti f'distrett ta' l-aġenzija fejn ir-rata medja ta' qagħad ta' l-aħħar sitt xhur teċċedi għall-inqas 30 % tar-rata ta' qagħad tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Il-lista ta' distretti ta' l-agenzija koperti minn din ir-regola hija aġġornati kull erba' xhur. Għaldaqstant, il-Arbeitsmarktschutzklausel tikser il-klawżola standstill ta' l-Att ta' Adeżjoni peress li distretti ġodda ta' l-aġenzija ġew miżjuda, wara s-16 ta' April 2003, mal-lista ta' distretti “pprojbiti”.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fil-11 ta' Diċembru 2007 — Friederike Wallentin-Hermann vs Alitalia — Linee Aeree Italiane SpA

(Kawża C-549/07)

(2008/C 64/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Friederike Wallentin-Hermann

Konvenuta: Alitalia — Linee Aeree Italiane SpA

Domandi preliminari

1)

Jeżistu ċirkustanzi straordinarji fis-sens ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004 tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), fid-dawl tal-premessa 14 ta' dan ir-Regolament, meta problema teknika fl-ajruplan, jiġifieri ħsara fil-mutur, twassal għall-kanċellazzjoni tat-titjira, u r-raġunijiet ta' ġustifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom jiġu interpretati skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Montreal (Artikolu 19)?

2)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda: fil-każ ta' trasportaturi ta' l-ajru li għandhom rata ta' kanċellazzjoni tat-titjiriet ogħla mill-medja minħabba problemi tekniċi, jeżistu ċirkustanzi straordinarji fis-sens ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament, minħabba l-fatt biss tal-frekwenza ta' dawn il-problemi?

3)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda: trasportatur ta' l-ajru jkun ħa l-“miżuri raġonevoli” kollha fis-sens ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament jekk jipprova li jkunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti minimi legali fir-rigward ta' xogħol ta' manutenzjoni sar fuq l-ajruplan u dan huwa suffiċjenti sabiex t-trasportatur ta' l-ajru jkun meħlus mill-obbligu li jħallas kumpens skond id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien ta' l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament?

4)

Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda: ċirkustanzi straordinarji fis-sens ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament huma każijiet ta' force majeure jew diżastri naturali li ma jkunux dovuti għal problema teknika u li għalhekk mhumiex konnessi mat-trasportatur ta' l-ajru?


(1)  ĠU 2004 L 46, p. 1.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/19


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta' Diċembru 2007 — Deniz Sahin vs Bundesminister für Inneres

(Kawża C-551/07)

(2008/C 64/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deniz Sahin

Konvenut: Bundesminister für Inneres

Domandi preliminari

1)

a)

L-Artikoli 3(1), 6(2) u 7(1)(d) u (2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68, u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1) — iktar 'il quddiem id-“direttiva” — għandhom jiġu interpretati b'mod li jinkludu wkoll il-membri tal-familja, fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) tad-direttiva, li jkunu waslu fl-Istat Membru ospitanti (Artikolu 2(3) tad-direttiva) indipendentement miċ-ċittadin ta' l-Unjoni u li jiksbu l-kwalità ta' membru tal-familja jew jibdew jgħixu ħajja familjari ma' dan iċ-ċittadin ta' l-Unjoni biss ladarba jaslu f'dan l-Istat?

b)

Jekk dan ikun il-każ, huwa barra minn hekk meħtieġ li l-membru tal-familja jirrisjedi legalment fl-Istat Membru ospitanti fil-mument li fih jikseb il-kwalità ta' membru tal-familja jew jibda' jgħix ħajja familjari? Jekk iva, huwa biżżejjed, biex tiġi soddisfatta l-kundizzjoni ta' residenza legali, li l-permess ta' residenza tal-membru tal-familja jirriżulta mis-sempliċi stat legali ta' l-applikant għal ażil?

ċ)

Jekk jirriżulta mir-risposta għad-domandi 1. a) u b) li d-direttiva ma tagħti l-ebda dritt ta' residenza lil membru tal-familja li mhuwiex awtorizzat jirrisjedi ħlief għas-“sempliċi” fatt ta' l-istatut tiegħu bħala applikant għal ażil u li daħal fl-Istat Membru ospitanti indipendentement miċ-ċittadin ta' l-Unjoni, fejn jikseb il-kwalità ta' membru tal-familja jew jibda' jgħix ħajja familjari ma' dan iċ-ċittadin ta' l-Unjoni biss ladarba li jkun jinsab f'dan l-Istat: jista' wieħed iqis, minkejja dak li jippreċedi, li l-Artikoli 18 jew 39 KE, fid-dawl tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja familjari, jagħtu dritt ta' residenza f'sitwazzjoni li tikkaratterizza ruħha mill-fatt li l-membru tal-familja ilu jirrisjedi kważi erba' snin fl-Istat Membru ospitanti u li ilu miżżewweġ sena ma' ċittadin ta' l-Unjoni li miegħu huwa għex madwar tliet snin u nofs u kellu tarbija li llum għandha 20 xahar?

2)

L-Artikoli 9(1) u 10(1) tad-direttiva jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li biha membri tal-familja ta' ċittadin ta' l-Unjoni li m'għandhux in-nazzjonalità ta' Stat Membru u li jibbenefika minn dritt ta' residenza skond id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari skond l-Artikolu 7(2) tad-direttiva, ma jistgħux jiksbu dokument ta' residenza (“dokument ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin ta' l-Unjoni”) minħabba s-sempliċi raġuni li huma (provviżorjament) awtorizzati jirrisjedu ġewwa dan l-Istat skond il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ospitanti fuq id-dritt ta' ażil?


(1)  ĠU L 158, p. 77.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/20


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Raad van State (L-Olanda) fit-12 ta' Diċembru 2007 — College van burgemeester en wethouders van Rotterdam vs M.E.E. Rijkeboer

(Kawża C-553/07)

(2008/C 64/29)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: College van burgemeester en wethouders van Rotterdam

Konvenut: M.E.E. Rijkeboer

Domanda preliminari

Ir-restrizzjoni, ipprovduta fid-dritt Olandiż dwar id-data personali li għandhom l-awtoritajiet lokali, fir-rigward ta' komunikazzjoni ta' data ta' sena qabel ma saret it-talba rilevanti, hija kompatibbli ma' l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE (1) ta' l-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, moqri flimkien jew mingħajr l-Artikolu 6(1)(e) ta' dik id-direttiva u tal-prinċipju ta' proporzjonalità?


(1)  ĠU 1995 L 281, p. 31.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/20


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fl-14 ta' Diċembru 2007 — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH

(Kawża C-557/07)

(2008/C 64/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof (l-Awstrija).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH

Konvenuta: Tele2 Telecommunication GmbH

Domandi preliminari

1)

Għandu t-terminu “intermedjarju” użat fl-Artikolu 5(1)(a) u fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/29/KE, tat-22 ta' Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni (1), jiġi interpretat fis-sens li dan il-kunċett ikopri wkoll fornitur ta' aċċess li kull ma jagħmel huwa li jagħti lill-utent aċċess għan-network billi jattribbwilu indirizz IP dinamiku, iżda li ma jipprovdix huwa stess lill-utent servizzi bħalma huma s-servizzi ta' posta elettronika, ta' tniżżil jew skambju ta' fajls, u li ma jeżerċita l-ebda kontroll de jure jew de facto fuq is-servizz użat mill-utent?

2)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

Fir-rigward ta' l-Artikolu 6 u l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/58/KE, tat-12 ta' Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), għandu l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (2), jiġi interpretat (b'mod restrittiv) fis-sens li ma jawtorrizax it-trażmissjoni, lil persuni privati terzi, ta' data personali dwar it-traffiku sabiex jinbdew proċedimenti quddiem il-qrati ċivili dwar ksur, stabbilit prima facie, ta' drittijiet ta' esklużività mogħtija mid-dritt ta' l-awtur (drittijiet ta' l-esplojtazzjoni u ta' l-użu tax-xogħol)?


(1)  ĠU L 167, p. 10.

(2)  ĠU L 157, p. 45, Corrigendum fil-ĠU 2004, L 195, p. 16.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/20


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tallinna Halduskohus (L-Estonja) fit-18 ta' Diċembru 2007 — AS Balbiino vs EV Põllumajandusministeerium, Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus

(Kawża C-560/07)

(2008/C 64/31)

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Halduskohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Balbiino.

Konvenuti: EV Põllumajandusministeerium u Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus

Domandi preliminari

1)

Għandu jiġi kkunsidrat li l-liġi ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet magħquda ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 (1), tat-tielet premessa tal-Preambolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005 (2) u ta' l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 (3), jipprekludu li l-kwantità ta' ħażniet żejda ta' l-operatur tiġi stabbilita billi jitnaqqsu awtomatikament mill-ħażniet żejda [sic] (skond il-ħażniet ittrasferiti 'l quddiem) il-ħażniet medji miżmuma fl-1 ta' Mejju matul dawn l-aħħar snin ta' attività — iżda mhux iktar minn erba' snin — qabel l-1 ta' Mejju 2004, immoltiplikat bil-ko-effiċjent 1.2?

F'każ ta' risposta affermattiva, ir-risposta tkun differenti jekk, matul id-determinazzjoni tal-kwantità ta' ħażniet ittrasferiti 'l quddiem u l-kwantità ta' ħażniet żejda, ikun ukoll possibbli li tittieħed in kunsiderazzjoni ż-żieda fil-volum ta' produzzjoni, ta' proċessar jew ta' bejgħ mill-operatur, tat-terminu ta' maturazzjoni tal-prodotti agrikoli, tal-perijodu li fih ġew ikkostitwiti l-ħażniet, kif ukoll ta' elementi oħra indipendenti mill-operatur?

2)

Il-fatt li jiġi kkunsidrat li l-ħażniet kollha ta' prodotti agrikoli miżmuma mill-operatur fl-1 ta' Mejju 2004 jikkorrispondu għall-ħażniet żejda tiegħu, huwa konformi ma' l-għan tal-liġi ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dik tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003?

3)

Fl-ipoteżi fejn operatur ikun beda l-attività tiegħu bil-prodotti agrikoli kkonċernati inqas minn sena qabel l-1 ta' Mejju 2004, il-liġi ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tipprekludi li l-imsemmi operatur ikollu l-obbligu li jagħti prova huwa stess li l-kwantità ta' ħażniet ta' prodotti agrikoli li huwa jżomm fl-1 ta' Mejju 2004 tikkorrispondi mal-kwantità ta' ħażniet ta' prodotti agrikoli li huwa jista' normalment jipproduċi, ibigħ jew jittrasferixxi jew jakkwista b'mod ieħor, kemm jekk bi ħlas jew gratwitament?

F'każ ta' risposta affermattiva, ir-risposta tkun differenti jekk, indipendentement mill-obbligu fuq l-operatur fir-rigward tal-prova, l-amministrazzjoni jkollha l-obbligu, matul id-determinazzjoni tal-ħażniet li għandhom jiġu ttrasferiti 'l quddiem u l-ħażniet żejda ta' l-operatur minn meta jagħmel dikjarazzjoni li tikkonċerna prodott agrikolu, li tittieħed kunsiderazzjoni taż-żieda tal-ħażniet u tal-volum ta' produzzjoni, ta' proċessar jew ta' bejgħ mill-operatur, li saret wara l-1 ta' Mejju 2004?

4)

Il-ġbir ta' taxxa fuq il-ħażniet żejda hija konformi ma' l-għan tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 fl-ipoteżi fejn tiġi kkonstatata l-eżistenza ta' ħażniet żejda għand l-operatur fl-1 ta' Mejju 2004, iżda li dan jagħti prova li l-kummerċ tal-ħażniet żejda wara l-1 ta' Mejju 2004 ma ġablux profitt veru li kien espress fuq livell ta' differenza fil-prezzijiet?

5)

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, li jipprovdu li, matul l-identifikazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, ta' isoglukożju jew ta' fructose, wieħed għandu jieħu in kunsiderazzjoni, fost oħrajn, il-kapaċità ta' faċilitajiet ta' ħżin, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, fl-ipoteżi fejn il-kapaċitajiet tal-faċilitajiet ta' l-operatur intiżi għal ħżin żdiedu matul is-sena qabel l-adeżjoni, huwa ġġustifikat li jitnaqqsu l-ħażniet żejda ta' prodotti agrikoli, miżmuma mill-operatur fl-1 ta' Mejju 2004, indipendentement mill-attività ekonomika ta' l-operatur, tal-volum ta' proċessar tiegħu ta' prodotti agrikoli u ta' l-importanza tal-ħażniet ta' prodotti agrikoli matul snin ta' attività qabel l-1 ta' Mejju 2004 u tas-sentejn wara l-1 ta' Mejju 2004?

6)

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 jipprekludi li t-taxxa fuq il-ħażniet żejda tiġi rkuprata mingħand l-operatur permezz ta' stima, fl-ipoteżi fejn l-istima tkun ġiet adottata matul il-perijodu ta' validità tar-Regolament, jiġifieri t-30 ta' April 2007, iżda li, skond il-liġi nazzjonali, saret obbligatorja fir-rigward ta' l-operatur biss wara t-tmiem tal-validità tar-Regolament u li l-liġi nazzjonali ma tipprovdix limitu ta' data għall-irkupru tat-taxxa fuq il-ħażniet?


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 ta' l-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja [fl-Unjoni Ewropea] (ĠU L 9, p. 8).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005 tal-31 ta' Mejju 2005 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, ta' isoglukożju u ta' fructose għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (ĠU L 138, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 ta' l-10 ta' Novembru 2003 dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, Slovenja u Slovakkja [fl-Unjoni Ewropea] (ĠU L 293, p. 3).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/21


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-561/07)

(2008/C 64/32)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Enegren u L. Pignataro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tal-parti rikorrenti

tiddikjara li, billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 47(5) u (6) tal-Liġi Nru 428 tad-29 ta' Diċembru 1990 fil-każ ta' kriżi korporattiva skond is-subparagrafu (c) tal-ħames paragrafu ta' l-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 675 tat-12 ta' Awwissu 1977 b'tali mod li d-drittijiet ta' l-impjegati stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2001/23/KE mhumiex iggarantiti fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi li fih tkun ġiet aċċertata “qagħda ta' kriżi”, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi li għandha skond l-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 428/1990 (Artikolu 47(5) u (6)) jiksru d-Direttiva 2001/23/KE (1) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, peress li l-impjegati ta' l-impriża ammessi fl-iskema straordinarja tal-fond ta' garanzija tal-paga ttrasferiti lill-akkwirent jitilfu d-drittijiet stipulati fl-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili, ħlief għal xi garanziji stipulati fil-ftehim tat-trade unions (it-“trattament preferenzjali” stipulat fl-Artikolu 47(5)).

Dan ifisser li l-impjegati ta' l-impriża ammessa fl-iskema tal-fond ta' garanzija tal-paga minħabba qagħda ta' kriżi ma jibbenefikawx, fil-każ ta' trasferiment ta' l-impriża, mill-garanziji stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva.

F'dak li jirrigwarda l-Artikolu 47(6), dan jistipula li l-impjegati li ma jiġux ittrasferiti lill-akkwirent, lil min jikri jew lill-operatur il-ġdid għandhom dritt ta' prijorità fir-reklutaġġ li jsir minn dawn ta' l-aħħar matul perijodu ta' sena mit-trasferiment jew matul perijodu itwal stabbilit bi ftehim kollettivi. L-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili ma japplikax fil-konfront ta' dawn l-impjegati, li jiġu rreklutati mill-akkwirent, minn min jikri jew mill-operatur il-ġdid wara t-trasferiment ta' l-impriża.

Il-Gvern Taljan ma kkontestax l-analiżi tal-Kummissjoni li abbażi tagħha l-impjegati ta' impriża ammessa għall-iskema ta' fond ta' garanzija tal-paga għal qagħda ta' kriżi, ma jibbenefikawx, fil-każ ta' trasferiment ta' impriża, mill-garanziji stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva. Madankollu huwa sostna li f'din il-kawża japplika l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva.

Fir-rikors il-Kummissjoni rrelevat li tali dispożizzjoni tippermetti li, fil-każ ta' trasferiment ta' impriża fejn l-akkwirent ikun f'qagħda ta' kriżi ekonomika gravi, jinbidlu l-kundizzjonijiet ta' impjieg ta' l-impjegati sabiex jiġu ssalvagwardjati l-opportunitajiet ta' impjieg billi tiġi ggarantita s-soppravivenza ta' l-impriża, in-negozju jew parti mill-impriża jew min-negozju. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni tippermetti biss lill-Istat Membru li jagħti l-kunsens tiegħu lil min jagħmel it-trasferiment u lir-rappreżentanti ta' l-impjegati sabiex jiftehmu li jibdlu l-kundizzjonijiet ta' impjieg f'tali ċirkustanzi u mhux li jeskludi, kif jagħmel l-Artikolu 47(5) u (6) tal-Liġi Nru 428/90, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva.


(1)  ĠU L 82, p. 16.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/22


Rikors imressaq fid-19 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-562/07)

(2008/C 64/33)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u I. Martinez del Peral Cagigal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li meta ntaxxa l-qligħ kapitali magħmul fi Spanja minn persuni mhux residenti b'mod differenti minn dak magħmul minn persuni residenti sal-31 ta' Diċembru 2006, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 39 KE u 56 KE u taħt l-Artikoli 28 u 40 tal-Ftehim ZEE;

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond il-leġiżlazzjoni Spanjola fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2006, il-qligħ kapitali ta' persuni mhux residenti kien suġġett għal taxxa b'rata proporzjonali ta' 35 %, filwaqt li l-qligħ kapitali ta' persuni residenti kien suġġett għal rata progressiva jekk l-assi kapitali kienu baqgħu prorpjetà tagħhom għal perijodu ta' inqas minn sena, u għal rata proporzjonali ta' 15 % jekk il-perijodu ta' proprjetà kien aktar minn sena. Għalhekk, il-piż fiskali li jkollhom il-persuni mhux residenti jekk ibigħu l-assi tagħhom wara li tkun għaddiet sena mill-akkwist ikun dejjem akbar. Fil-każ li l-assi jkunu ttrasferiti fi żmien sena mill-akkwist, il-persuni mhux residenti jkollhom ukoll piż fiskali akbar, minbarra fil-każ meta r-rata medja li tapplika għall-persuni taxxabbli residenti teċċedi 35 % (li jfisser qligħ kapitali kbir).

Il-Kummissjonmi tikkunsidra li m'hemm l-ebda differenza oġġettiva bejn is-sitwazzjonijiet ta' dawn iż-żewġ kategoriji ta' persuni taxxabbli, u li għalhekk il-piż fiskali akbar fuq il-perusni mhux residenti huwa diskriminazzjoni li tillimita b'mod illegali l-libertà ta' moviment tal-ħaddiema u l-moviment liberu tal-kapital kif hemm provdut fl-Artikoli 39 KE u 56 KE u fl-Artikoli 28 u 40 tal-Ftehim ŻEE.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/23


Appell imressaq fil-31 ta' Diċembru 2007 minn AMS Advanced Medical Services GmbH kontra s-sentenza mogħtija fit-18 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża T-425/03 — AMS Advanced Medical Services GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-565/07)

(2008/C 64/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: AMS Advanced Medical Services GmbH (rappreżentant: S. Schäffler, Rechtsanwältin)

Il-parti l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), American Medical Systems, Inc.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Ottubru 2007.

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza u l-appellata fil-proċeduri ta' appell li tbati l-ispejjeż ta' din il-kawża kif ukoll l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq ksur tad-dritt Komunitarju min-naħa tal-Qorti tal-Prim'Istanza. Il-Qorti tal-Prim' Istanza ma laqgħetx it-talba tar-rikorrenti kontra l-konvenuta rigward il-produzzjoni tal-provi ta' l-użu tat-trade mark tagħha, meta din it-talba kienet ġiet ifformulata għall-ewwel darba f'proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell. B'dan il-mod il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipju ta' kontinwità funzjonali bejn id-dipartimenti ta' l-UASI u kisret l-Artikolu 43(2) u (3), kif ukoll l-Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993.

Infatti, skond il-prinċipju ta' kontinwità funzjonali bejn id-dipartiment ta' l-UASI, il-Bord ta' l-Appell kellu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq l-argumenti kollha li saru mir-rikorrenti kemm fil-proċeduri quddiem id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni, kif ukoll quddiem il-Bord ta' l-Appell.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil-21 ta' Diċembru 2007 — Staatssecretaris van Financiën vs Stadeco B.V.

(Kawża C-566/07)

(2008/C 64/35)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Stadeco B.V.

Domandi preliminari

1)

Il-parti inizzjali u l-inċiż (ċ) ta' l-Artikolu 21(1) tas-Sitt Direttiva (1) għandhom jiġu interpretata fis-sens li l-ebda VAT mhija dovuta fl-Istat Membru li fih huwa residenti jew stabbilit min joħroġ il-fattura, meta fl-imsemmija fattura huwa jindika l-ammont ta' VAT fuq operazioni li, skond is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, hija kkunsidrata bħala li seħħet fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz?

2)

Fil-każ ta' risposta negativa, fl-eventwalità li fattura fis-sens ta' l-Artikolu 21(1)(ċ) tas-Sitt Direttiva, tingħata lil destinatarju li m'għandux dritt li jnaqqas il-VAT (fejn għaldaqstant ma jirriżulta l-ebda riskju ta' telf mid-dħul tat-taxxa), l-Istat Membri jistgħu jassuġġettaw l-aġġustament tal-VAT, żbaljatament iffatturata u għaldaqstant dovuta skond din id-dispożizzjoni, għall-kundizzjoni li l-persuna taxxabbli tkun ħarġet lill-klijent tagħha fattura aġġustata li ma tkun tindika l-ebda VAT?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fis-27 ta' Diċembru 2007 — Minister voor Wonen, Wijken en Integratie vs Woningstichting Sint Servatius

(Kawża C-567/07)

(2008/C 64/36)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State (l-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minister van Vroom, Wijken en Integratie

Konvenuta: Woningstichting Sint Servatius

Domandi preliminari

1.

Jista' jitqies bħala restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapitali, skond l-Artikolu 56 KE, il-fatt li fin-nuqqas ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Ministru, l-ebda attività transfruntiera ma tista ssir minn impriża li, b'mod konformi mal-liġi, ġiet approvata bil-għan li jiġi protett l-interess ta' l-akkomodazzjoni soċjali fl-Olanda, li tista titlob fondi pubbliċi għal dan l-iskop, li, b'mod konformi mal-liġi, tista' biss tmexxi l-attività tagħha favur dan l-interess, u li, bħala prinċipju, il-kamp ta' l-attività tagħha jinsab fl-Olanda (“entità approvata”)?

2.a

L-interess ta' l-akkomodazzjoni soċjali ta' Stat Membru jista' jitqies bħala interess ta' ordni pubbliku fis-sens ta' l-Artikolu 58 KE?

2.b

L-interess ta' l-akkomodazzjoni soċjali ta' Stat Membru jista' jitqies bħala raġuni imperattiva ta' interess pubbliku aċċettata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja?

2.ċ

B'mod iktar preċiż, l-interess li jirrappreżenta l-effettività tal-politika ta' akkomodazzjoni soċjali ta' Stat Membru, kif ukoll il-finanzjament tagħha, jista' jitqies bħala interess ta' ordni pubbliku, fis-sens ta' l-Artikolu 58 KE, jew bħala raġuni imperattiva ta' interess pubbliku aċċettata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja?

3.a

Jekk jiġi meqjus li l-ħtiġa ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem imposta fuq entità approvata, skond id-domanda Nru 1, tirrappreżenta restrizzjoni li għaliha teżisti ġustifikazzjoni bħal dawk ikkunsidrati fid-domandi Nri 2.a, 2.b, u 2.ċ, din il-ħtieġa hija neċessarja u proporzjonata?

3.b

Stat Membru jkollu kompetenza diskrezzjonali wiesgħa, meta jagħmel użu minn din il-ġustifikazzjoni, sabiex jiddetermina l-portata ta' l-interess pubbliku in kwistjoni u l-mod ta' kif dan għandu jiġi protett? Barra minn hekk, f'dan ir-rigward, huwa determinanti l-fatt li l-Komunità għandha ftit jew l-ebda kompetenza f'dak li jirrigwarda l-akkomodazzjoni soċjali?

4.a

Jista' Stat Membru, sabiex jiġġustifika restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapitali, jinvoka, minbarra r-raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku ċċitati fl-Artikolu 58 KE u aċċettati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew b'mod konġunt ma' dawn ir-raġunijiet imperattivi, l-Artikolu 86(2) KE, jekk xi drittijiet speċjali jingħataw lill-impriżi kkonċernati u jekk dawn huma inkarigati bit-tmexxija ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali?

4.b

L-interessi pubbliċi msemmija mill-Artikolu 58 KE u r-raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku aċċettati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom l-istess kontenut bħall-interess ekonomiku ġenerali msemmi mill-Artikolu 86(2) KE?

4.ċ

Il-fatt li l-Istat Membru kkonċernat jinvoka l-Artikolu 86(2) KE, u jgħid li l-impriżi kkonċernati li ġew mogħtija xi drittijiet speċjali jagħmlu xogħol ta' interess ekonomiku ġenerali, jirrappreżenta valur addizzjonali meta mqabbel mal-fatt li jiġu invokati l-interessi pubbliċi fis-sens ta' l-Artikolu 58 KE u r-raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku aċċettati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja?

5.a

Impriżi bħall-entitajiet approvati msemmija fid-domanda Nru 1, li, minn naħa, għandhom jiddedikaw il-kapital kollu tagħhom għall-interess ta' l-akkomodazzjoni soċjali, iżda li, min-naħa l-oħra, jagħmlu wkoll attivitajiet kummerċjali favur l-akkomodazzjoni soċjali, jistgħu, għal parti jew għat-totalità ta' xogħolhom, jitqiesu bħala impriżi inkarigati bit-tmexxija ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fis-sens ta' l-Artikolu 86(2) KE?

5.b

Huwa neċessarju, sabiex tingħata risposta pożittiva għad-domanda Nru 5.a, li l-impriżi kkonċernati jkollhom kontabilità distinta li fuqha jkun possibbli li jiġi stabbilit b'mod ċert liema huma l-ispejjeż u d-dħul li huma relatati ma' l-attivitajiet soċjali tagħhom, minn naħa, u kummerċjali, min-naħa l-oħra, u li dan l-obbligu jkun stabbilit minn dispożizzjoni legali nazzjonali? F'dan ir-rigward, hemm bżonn li jiġi ggarantit il-fatt li l-mezzi finanzjarji provenjenti minn Stat Membru jintużaw b'mod esklussiv favur l-attivitajiet soċjali u l-kontinwità tagħhom?

6.a

Jekk entità approvata msemmija fid-domanda Nru 1, tista' titqies, għal parti jew għat-totalità ta' xogħolha, bħala impriża nkarigata bit-tmexxija ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, skond l-Artikolu 86(2) KE, il-fatt li hija tkun inkarigata bit-tmexxija ta' tali servizi jista' jiġġustifika li tiġi imposta restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapitali skond l-Artikolu 56 KE fuq l-entità approvata?

6.b

Meta jagħmel użu minn din il-ġustifikazzjoni, Stat Membru jkollu setgħa ta' diskrezzjoni wiesgħa biex jiddetermina l-portata ta' l-interess ekonomiku ġenerali u l-mod ta' kif għandu jiġi protett dan l-interess? B'mod partikolari, il-fatt li l-Komunità għandha ftit jew l-ebda kompetenza fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali huwa element determinanti f'dan ir-rigward?

7.a

Iċ-ċirkustanza li Stat Membru jipprovdi mezzi finanzjarji li xi impriżi msemmija fl-Artikolu 86(2) KE timplika l-ħtieġa li l-attività tagħhom tkun delimitata territorjalment, sabiex jiġi evitat li dawn il-mezzi finanzjarji jkunu jistgħu jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat u li l-impriżi jkunu jistgħu, billi jużaw dawn il-mezzi fi Stat Membru ieħor, jikkompetu ma' impriżi oħra, f'dan l-Istat Membru l-ieħor, f'kundizzjonijiet li ma jkunux konformi mas-suq?

7.b

Jista' Stat Membru, l-Olanda f'dan il-każ, jissuġġetta lil entitajiet approvati msemmija fid-domanda Nru 1, li jixtiequ jirrejalizzaw attivitajiet ta' kostruzzjoni ta' natura soċjali u kummerċjali fi Stat Membru ieħor, għall-ksib ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem, jekk, fl-ewwel Stat Membru, jkun għadu ma jeżistix l-obbligu legali li tiġi stabbilita distinzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta' attivitajiet? Il-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem hija, f'dan il-każ, miżura neċessarja u proporzjonata bil-għan li jiġi assigurat ir-rispett ta' l-Artikoli 87 u 88 KE?


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/25


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Dicembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-568/07)

(2008/C 64/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u E. Traversa)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi li ma ħaditx il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-21 ta' April 2005 fil-Kawża C-140/03, ir-Repubblika Ellenika naqset li twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 38 KE;

tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni l-penali indikata ta' EUR 70 956 għal kull jum ta' dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-140/03, mill-jum li tingħata s-sentenza f'din il-kawża sal-jum li fih tiġi infurzata s-sentenza fil-Kawża C-140/03;

tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni somma fissa, li l-ammont jinkiseb billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta' kuljum bin-numru ta' jiem li matulhom kompla l-ksur, mill-jum li tingħata s-sentenza f'din il-kawża C-140/03 sad-data li fiha tingħata s-sentenza f'din il-kawża.

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Fis-sentenza tagħha tal-21 ta' April 2005, mogħtija fil-Kawża C-140/03, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika, dwar restrizzjonijiet imposti bi ksur ta' l-Artikoli 42 KE u 48 KE għall-ftuħ u għat-tmexxija ta' ħwienet ta' l-ottika, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li:

“1)

Billi adottat u żammet fis-seħħ il-Liġi Nru 971/79, dwar l-eżerċizzju tal-professjoni ta' ottiku u dwar il-ħwienet ta' oġġetti ottiċi, li tipprojbixxi lil ottiku kkwalifikat li jkun persuna naturali milli jmexxi aktar minn ħanut wieħed ta' l-ottika, ir-Repubblika Ellenika rrestrinġiet il-kundizzjonijiet ta' stabbiliment ta' l-ottiċi li jkunu persuni fiżiċi, u b'hekk kisret l-Artikolu 43 KE, u

2)

billi adottat u żammet fis-seħħ il-Liġi Nru 971/79 u l-Liġi Nru 2646/98, dwar l-iżvilupp ta' sistema nazzjonali ta' assistenza soċjali u dispożizzjonijiet oħra, li jissuġġettaw il-possibbiltà li persuna ġuridika tiftaħ ħanut ta' l-ottika fil-Ġreċja għall-kundizzjonijiet

li l-permess għall-istabbiliment u t-tmexxija tal-ħanut ta' l-ottika jingħata f'isem ottiku rikonoxxut li jkun persuna naturali, li l-persuna li tingħata l-permess biex tmexxi l-ħanut iżżomm mill-anqas 50 % tal-kapital tal-kumpannija u tipparteċipa mill-anqas f'dik il-perċentwali fil-qligħ u t-telf tas-soċjetà, li l-kumpannija tkun iffurmata bħala kumpannija f'isem kollettiv jew bħala kumpannija in akkomandita, u

li l-ottiku kkonċernat ikun jista' jipparteċipa f'kumpannija waħda oħra biss li tkun proprjetarja ta' ħanut ta' l-ottika bil-kundizzjoni li l-permess għall-istabbiliment u t-tmexxija tal-ħanut jingħata f'isem ottiku rikonoxxut ieħor,

Ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 48 KE.

3)

Tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.”

2.

Skond l-Artikolu 228(1), KE, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligazzjoni taħt dan it-Trattat, l-Istat ikun marbut li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimxi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3.

Permezz ta' ittra tad-9 ta' Ġunju 2005, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Eworpej stiednet il-Gvern Grieg jieħu miżuri sabiex jinforza s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija iktar 'il fuq. F'din l-ittra, il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-Liġi 3204/2003 ma tikkostitwix risposta xierqa għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-anqas fir-rigward tat-tieni lment, safejn, fil-kuntest ta' din il-liġi, id-dritt għall-istabbiliment u t-tmexxija tal-ħanut ta' l-ottika jibqa' rriżervat, il-parti l-kbira, għall-ottiċi.

4.

Il-Gvern Grieg irrisponda permezz ta' ittra tal-11 ta' Awwissu 2005 li ħafna mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi 971/1979 kienu ġew emendati u li l-Artikolu 24(4) tal-Liġi 2646/1998 kien ġie mħassar. B'mod partikolari, il-paragrafu 6 l-ġdid tal-Liġi 971/1979 joffri l-possibbiltà tat-tmexxija ta' aktar minn ħanut wieħed lill-persuni naturali li għandhom il-permess li jeżerċitaw il-professjoni ta' ottiku kif ukoll lill-kumpanniji, safejn it-tmexxija tal-ħanut tkun fdata lil ottiku li f'ismu jkun inħareġ il-permess li jeżerċita.

5.

L-Artikolu 7(1) il-ġdid tal-Liġi 971/1979 jippermetti lil kumpanniji, tkun xi tkun il-forma ġuridika tagħhom, li jiftħu ħanut ta' l-ottika bil-kundizzjoni: 1) fir-rigward tal-kumpanniji, li l-maġġoranza tas-soċji u l-amministratur jew il-maġġoranza ta' l-amministraturi jkunu ottiċi li għandhom il-permess li jeżerċitaw din il-professjoni; 2) għall-kumpannija privata ta' responsabbiltà limitata, li aktar minn nofs tas-soċji jirrappreżentaw aktar minn nofs tal-kapital ikunu ottiċi li għandhom il-permess li jeżerċitaw din il-professjoni; 3) fir-rigward tal-kumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata, li għall-anqas 51 % tal-kapital ikun jappartjeni lil ottiċi, ċittadini ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, li għandhom il-kwalifiki stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi 971/1079, tad-Digriet Presidenzjali 231/1998 u tad-Digriet Presidenzjali 165/2000, kif emendat mid-Digriet 372/2001.

6.

Skond ir-rikorrenti, l-Artikolu 7(1) il-ġdid tal-Liġi 971/1979 ma jikkostitwix risposta xierqa għat-tieni lment. Fil-fatt, dan l-Artikolu jkompli jirriżerva l-proprjetà tal-ħwienet ta' l-ottika lill-ottiċi peress li dawn ta' l-aħħar għandhom jew ikunu l-maġġoranza tas-soċji jew ikollhom il-maġġoranza tal-kapital tal-kumpannija.

7.

Konsegwentament, tibqa' dejjem restrizzjoni tal-libertà ta' stabbiliment ta' kumpanniji ta' Stati Membri oħrajn fil-Greċja peress li dawn qatt ma jistgħu jkunu l-uniċi propretarji ta' ħanut ta' l-ottika. Din ir-restrizzjoni ma tistax tkun iġġustifikata bin-neċessità li jiġi assigurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja indikat dan fis-sentenza tagħha C-140/03 tat-12 ta' April 2005, dan l-għan “jista' jintlaħaq permezz ta' miżuri li jkunu anqas restrittivi tal-libertà ta' stabbiliment kemm tal-persuni naturali, kif ukoll tal-persuni ġuridiċi, per eżempju, permezz tal-kundizzjoni tal-preżenza ta' ottiċi kkwalifikati, li jirċievu salarju jew li jkunu membri, f'kull ħanut ta' l-ottika, ta' regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili għall-ħsara kkawżata minn terzi, kif ukoll ta' regoli li jeżiġu assigurazzjoni ta' indennizz professjonali” (punt 35).

8.

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li, bl-Artikolu 7(1) il-ġdid tal-Liġi 971/1979, il-Repubblika Ellenika qed tkompli tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 48 KE. Id-dispożizzjonijiet adottati mir-Repubblika Elennika għaldaqstant jiffurmaw biss eżekuzzjoni parzjali tas-sentenza invokata fil-punt 1.

9.

Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonstata li r-Repubblika Ellenika għadha ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-21 ta' April 2005 fil-kawża C-140/03, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika, dwar restrizzjonijiet imposti bi ksur ta' l-Artikoli 43 KE u 48 KE għall-ftuħ u t-tmexxija ta' ħwienet ta' l-ottika.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/27


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Ispecial Commissioners, London (Ir-Renju Unit) fl-24 ta' Diċembru 2007 — HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-569/07)

(2008/C 64/38)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Special Commissioners, London

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd

Konvenuta: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

Domandi preliminari

L-Artikolu 10 jew l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335 (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1985 (2), jew l-Artikolu 43, l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 56 tat-Trattat KE jew xi dispożizzjoni oħra tal-liġi Komunitarja jipprojbixxu l-intaxxar minn Stat Membru (l-“ewwel Stat Membru”) ta' dazju fuq it-trasferiment jew il-ħruġ ta' ishma għal servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) ta' 1,5 % meta:

(i)

kumpannija (“Kumpannija A”) stabbilita fl-Ewwel Stat Membru toffri li takkwista l-ishma rreġistrati u nnegozjati f'kumpannija (“Kumpannija B”) stabbilita fi Stat Membru ieħor (it-“tieni Stat Membru”) bi skambju ta' ishma f'Kumpannija A, li għandhom jinħarġu fuq il-Borża fit-tieni Stat Membru;

(ii)

azzjonisti fil-Kumpannija B għandhom l-għażla li jiriċeivu l-ishma l-ġodda f'Kumpannija A jew:

a.

f'forma ta' ċertifikat; jew

b.

f'forma mhux ta' ċertifikat permezz ta' sistema ta' kumpens fl-ewwel Stat Membru; jew

c.

f'forma mhux ta' ċertifikat permezz ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet fit-tieni Stat Membru (“clearance service”);

(iii)

il-liġi ta' l-ewwel Stat Membru tipprovdi, fil-qosor, illi:

a.

meta jinħarġu l-ishma f'forma ta' ċertifikat (jew f'forma mhux ta' ċertifikat f'sistema ta' kumpens ta' ishma li mhumiex imniżżla f'forma ta' karta fl-ewwel Stat Membru), id-dazju ma jiġix intaxxat fuq il-ħruġ ta' l-ishma iżda fuq kull bejgħ sussegwenti ta' ishma, liema dazju huwa ntaxxat bir-rata ta' 0,5 % fuq il-korrispettiv tat-trasferiment; iżda

b.

meta jsir trasferiment jew ħruġ ta' ishma mhux b'ċertifikat lill-operatur ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”); id-dazju jkun intaxxat (meta l-ishma jinħarġu) bir-rata ta' 1,5 % tal-prezz ta' l-offerta jew (meta l-ishma jkunu trasferiti għal korrispettiv) bir-rata ta' 1,5 % ta' l-ammont jew il-valur tal-korrispettiv jew, (f'kull każ ieħor) bir-rata ta' 1,5 % tal-valur ta' l-ishma u, l-ebda dazju addizzjonali huwa wara dan intaxxat fuq il-bejgħ ta' l-ishma (jew fuq drittijiet għal jew fuq l-ishma) fis-servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“the clearance service”).

c.

l-operatur ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) jista', meta jirċievi l-approvazzjoni ta' l-awtorità tat-taxxa rilevanti, jagħżel li ma jiġi ntaxxat ebda dazju fuq it-trasferiment jew il-ħruġ ta' ishma għas-servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”), iżda d-dazju huwa minflok intaxxat fuq kull bejgħ ta' ishma fi ħdan is-servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”), bir-rata ta' 0,5 % tal-korrispettiv. L-awtorità rilevanti tat-taxxa tista' (u fil-preżent bilfors) tirrikjedi, bħala kundizzjoni għall-approvazzjoni tagħha ta' din l-għażla, li l-operatur ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) li qed jipprova jagħmel din l-għażla irid jagħmel u jżomm arranġamenti (li l-awtorità ta' taxxa tqis sodisfaċenti) għall-ġbir tad-dazju għas-servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) u sabiex tħares jew tassigura t-tħaris tar-regolamenti relatati magħha.

(iv)

l-arranġamenti fis-seħħ fit-tieni Stat Membru jirrikjedu illi l-ishma kollha li nħarġu f'dan l-Istat iridu jinżammu f'forma mhux ta' ċertifikat permezz ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) wieħed fit-tieni Stat Membru, li l-operatur tagħha ma għamilx l-għażla msemmija aktar 'il fuq?


(1)  Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 1969 li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital ĠU L 249, p. 25.

(2)  ĠU L 156, p. 23.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/27


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (L-Italja) fit-28 ta' Diċembru 2007 — Sea s.r.l. vs Comune di Ponte Nossa

(Kawża C-573/07)

(2008/C 64/39)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sea s.r.l.

Konvenuta: Comune di Ponte Nossa.

Domandi preliminari

Huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju u b'mod partikolari mal-libertà ta' stabbiliment jew li jiġu pprovduti servizzi, ma' non-diskriminazzjoni u ma' l-obbligi ta' ugwaljanza fit-trattament, ta' trasparenza u ta' kompetizzjoni libera mnizzlin fl-Artikoli 12, 43, 45, 46, 29 u 86 tat-Trattat, l-għoti dirett ta' kuntratt għall-ġbir, trasport u r-rimi ta' skart solidu ta' l-ibliet lil kumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata b'kapital kompletament pubbliku bi statut konformi — għall-finijiet ta' l-Artikolu 11 tal-liġi Nru 267 tat-18 ta' Awwissu 2000 — kif indikat fil-motivi esposti?


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (L-Italja) fit-2 ta' Jannar 2008 — Athesia Druck Srl vs Ministero delle Finanze, Agenzia delle Entrate

(Kawża C-1/08)

(2008/C 64/40)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Athesia Druck Srl

Konvenut: Ministero delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Domandi preliminari

Għall-finijiet tal-VAT, liema huwa, skond l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 77/388/KEE (1): Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima — il-post fejn ingħata s-servizz ta' reklamar, mogħti minn impriża li għandha l-uffiċju prinċipali tagħha fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea favur impriża stabbilita barra mill-Komunità, iżda li għandha rappreżentant fiskali fit-territorju ta' Stat Membru, u, b'mod partikolari, jekk dan il-post huwiex il-post fejn huwa stabbilit id-destinatarju tar-reklam, il-post fejn għandha l-uffiċċju rreġistrat il-kumpannija li hija r-rappreżentant fiskali għall-Italja tal-kumpannija stabbilita barra mill-Komunità, il-post barra mill-Komunità fejn għandha l-uffiċċju rreġistrat il-kumpannija li talbet is-servizz ta' reklamar jew il-post tal-klijent tal-kumpannija stabbilita barra mill-Komunità?


(1)  ĠU L 145, p. 1.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-8 ta' Jannar 2007 — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening

(Kawża C-5/08)

(2008/C 64/41)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Infopaq International A/S

Konvenuta: Danske Dagblades Forening

Domandi preliminari

i)

Il-ħażna u l-istampar sussegwenti ta' silta minn artiklu ta' gazzetta, silta li tikkonsisti f'kelma prinċipali użata bħala referenza għat-tiftix, flimkien mal-ħames kelmiet li jippreċeduha u l-ħames kelmiet li jiġu warajha, jistgħu jitqiesu bħala att ta' riproduzzjoni protett mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29 (1))?

ii)

Iċ-ċirukstanzi li fihom isir att ta' riproduzzjoni għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni sabiex l-imsemmi att ikun jista' jiġi kkwalifikat bħala “tranżitorju” skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29?

iii)

Att ta' riproduzzjoni provviżorju jista' jiġi kkwalifikat bħala “tranżitorju” jekk ir-riproduzzjoni tiġi pproċessata, per eżempju, jekk jinħoloq text file abbażi ta' image file jew jekk sekwenzi ta' kliem jiġu mfittxija abbażi ta' text file?

iv)

Att ta' riproduzzjoni provviżorju jista' jiġi kkwalifikat bħala “tranżitorju” meta parti mir-riproduzzjoni, li tikkonsisti f'silta jew f'diversi siltiet ta' testi komposti minn ħdax-il kelma, tinħażen?

v)

Att ta' riproduzzjoni provviżorja jista' jiġi kkwalifikat bħala “tranżitorju” meta parti mir-riproduzzjoni, li tikkonsisti f'silta jew f'diversi siltiet ta' testi komposti minn ħdax-il kelma, tiġi stampata?

vi)

Sabiex att ta' riproduzzjoni jkunu jista' jiġi kunsidrat bħala li jikkostitwixxi “parti integrali u essenzjali tal-proċess teknoloġiku”, skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, għandu jittieħed in kunsiderazzjoni l-istadju ta' proċess teknoloġiku meta dan iseħħ?

vii)

Att ta' riproduzzjoni jista' jiġi kkunsidrat bħala “parti integrali u essenzjali tal-proċess tekonoloġiku” jekk jikkonsosti fl-iscanning ta' artikli sħaħ ta' pubblikazzjonijiet, operazzjoni li ssir manwalment u li permezz tagħha l-imsemmija artikli, informazzjoni stampata, tiġi konvertita f'data diġitali?

viii)

Att ta' riproduzzjoni provviżorju jista' jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi “parti integrali u essenzjalu tal-proċess teknoloġiku” jekk jikkonsisti fl-istampar ta' parti mir-riproduzzjoni li tinkludi silta jew diversi siltiet ta' testi komposti minn ħdax-il kelm?

ix)

Il-kunċett ta' “użu legali” previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi kkunsidrat li jirrigwarda kull forma ta' użu li ma jeħtieġx il-kunsens tal-proprjetarju tad-drittijiet ta' l-awtur?

x)

Il-fatt li impriża tiddiġitalizza, permezz ta' l-iscanning ta' l-artikli kollha tal-pubblikazzjonijiet, liema operazzjoni tiġi segwita minn ipproċessar tar-riproduzzjoni, mill-ħażna u, eventwalment, mill-istampar ta' parti mir-riproduzzjoni li tikkonsisti f'silta jew f'diversi siltiet ta' testi komposti minn ħdax-il kelma, liema stampar jintuża għall-attivitajiet ta' redazzjoni ta' riassunti ta' din l-impriża, jista' jiġi kkunsidrat bħala li huwa kopert mill-kunċett ta' “użu legali” previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, anki jekk il-proprjetarji tad-drittijiet ta' l-awtur ma jkunux taw il-kunsens tagħhom għal dawn l-atti?

xi)

Skond liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk atti ta' riproduzzjoni provviżorji għandhomx “sinifikat ekonomiku indipendenti”, skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, safejn il-kundizzjonijiet l-oħra tad-din id-dispożizzjoni ġew soddisfatti?

xii)

Il-vantaġġ fl-effiċjenza li jirriżulta, favur l-utent, mill-użu ta' atti ta' riproduzzjoni provviżorji għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk l-atti għandhomx “sinifikat ekonomiku indipendenti” skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29?

xiii)

Il-fatt li impriża tiddiġitalizza, permezz ta' l-iscanning ta' l-artikli kollha tal-pubblikazzjonijiet, liema operazzjoni tiġi segwita minn ipproċessar tar-riproduzzjoni, mill-ħażna u, eventwalment, mill-istampar ta' parti mir-riproduzzjoni li tikkonsisti f'silta jew f'diversi siltiet ta' testi komposti minn ħdax-il kelma, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarji tad-drittijiet ta' l-awtur, jista' jiġi kkunsidrat bħala li jaqa' taħt “ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttament normali” ta' l-imsemmija artikli li “ma jippreġudikawż b'mod bla raġuni l-interessi leġittimi [tal-proprjetarju] tad-drittijiet”, skond l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/29/KE tat-22 ta' Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/29


Appell ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 minn U.S. Steel Košice, s.r.o. mid-Digriet tal-Qorti tal Prim' Istanza (It-Tielet Awla) mogħti fl-1 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża T-27/07, U.S. Steel Košice, s.r.o. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-6/08 P)

(2008/C 64/42)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: U.S. Steel Košice, s.r.o. (rappreżentanti: Mr C. Thomas, solicitor, Mr E. Vermulst, advocaat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-1 ta' Ottubru 2007 fil-kawża T-27/07, U.S. Steel Košice, s.r.o. vs Il-Kummissjoni;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta' l-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-appell huwa ibbażat fuq żball ta' liġi mwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji li jmexxu l-ammissibbiltà tar-rikorsi u fl-interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/87 (1), kif ukoll id-distorsjoni (żnaturament), tad-deċiżjoni kkontestata, mill-Qorti tal-Prim'Istanza.

1.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza inġustament naqset milli tirrikonoxxi li d-deċiżjoni kkontestata ċaħdet l-iskema tal-Gvern Slovakk li jagħti ammont speċifikat ta' kwoti lill-appellanti.

2.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza inġustament naqset milli tirrikonoxxi li d-deċiżjoni kkontestata wasslet b'mod inevitabbli għal tnaqqis tal-kwoti ta' l-appellanti, u saħansitra espliċitament eżiġiet tnaqqis fil-benefiċċji ta' l-appellanti.

3.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza inġustament naqset milli tirrikonoxxi s-similitudni proċedurali tad-deċiżjoni kkontestata ma' għajnuna mill-Istat jew deċiżjoni ta' kontroll tal-konċentrazzjonijiet;

l-aspetti fundamentali tal-proċedura taħt l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87 huma simili għall-għajnuna mill-Istat jew deċiżjoni ta' kontroll tal-konċentrazzjonijiet;

id-deċiżjoni kkontestata fil-fatt wettqet evalwazzjoni tal-benefiċċji ta' l-appellanti.

4.

Il-Qorti tal-Prim'Istanza inġustament identifikat “diskrezzjoni” fl-implementazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Fil-qosor, l-appellanti ssostni li hija direttament ikkonċernata bid-deċiżjoni kkontestata li tiċħad skema formali sabiex jingħataw kwoti ta' emmissjonijiet lill-appellanti, b'mod inevitabbli naqqset il-kwoti li kienet tiġi allokata l-appellanti, u b'mod espliċitu imponiet li jiitnaqqsu dawn il-kwoti.


(1)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE). (ĠU L 275, p. 32).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm (l-Iżvezja) fil-21 ta' Jannar 2008 — Migrationsverket vs Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian u Maxime Petrosian

(Kawża C-19/08)

(2008/C 64/43)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Migrationsverket

Konvenuti: Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian.

Domanda preliminari

L-Artikolu 20(1)(d) u l-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 (Ir-Regolament ta' Dublin) (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-responsabbiltà għall-eżami ta' applikazzjoni għall-ażil tgħaddi għal fuq l-Istat Membru fejn tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jekk it-trasferiment ma jsirx fi żmien sitt xhur wara li tkun ittieħdet deċiżjoni temporanja sabiex jiġi sospiż it-trasferiment u irrispettivament minn meta tittieħed id-deċiżjoni finali dwar jekk it-trasferiment għandux isir?


(1)  ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/31


Appell imressaq fit-22 ta' Jannar 2008 minn Sunplus Technology Co. Ltd kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Novembru 2007 fil-Kawża T-38/04 — Sunplus Technology Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (L-UASI)

(Kawża C-21/08 P)

(2008/C 64/44)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sunplus Technology Co. Ltd (rappreżentanti: H. Eichmann, G. Barth, U. Blumenröder, C. Niklas-Falter, M. Kinkeldey, K. Brandt, A. Franke, U. Stephani, B. Allekotte, K. Lochner, B. Ertle, C. Neuhierl, S. Prückner, Rechtsanwälte)

Il-partijiet l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Sun Microsystems, Inc

Talbiet ta' l-appellanti

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla s-sentenza appellata

tannulla d-deċiżjoni kkontestata

tikkundanna l-UASI jbati l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

L-appellanti tissottometti li l-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni tagħha ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (1) billi qabblet biss partijiet uniċi taż-żewġ trade marks u ma evalwatx l-impressjoni sħiħa tagħhom fuq il-konsumatur.

Skond l-appellanti, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet distorsjoni tal-fatti u tal-provi meta ddikjarat li l-parti tal-logo tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha xemx stilizzata minflok simbolu ta' “stilla” u meta naqset li tikkunsidra l-ittra “S” meta qabblet l-impressjoni sħiħa tat-trade marks.

L-appellanti ssostni wkoll li r-raġunament tal-Qorti tal-Prim'Istanza huwa kontradittorju fis-sens li, fil-paragrafu 39 tas-sentenza, tiddikjara li l-komponenti addizzjonali joħolqu differenzi bejn it-trade marks iżda ma tikkunsidrax dawk il-komponenti meta tqabbel it-trade marks fonetikament.

Finalment, l-appellanti tissottometti li l-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta ma kkunsidratx il-kategorija tal-prodotti u tas-servizzi in kwistjoni u ċ-ċirkustanzi li fihom huma kkummerċjalizzati waqt l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/31


Digriet tal-President tar-Raba' Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-20 ta' Novembru 2007 — (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Metro International GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-245/05) (1)

(2008/C 64/45)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 205 ta' 20.8.2005.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Novembru 2007 — (Talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — L-Olanda) — Minister voor Vreemdelingenzaken en Integratie vs I. Gunes

(Kawża C-296/05) (1)

(2008/C 64/46)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 296, 26.11.2005.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/32


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2007 — Tesco Stores Ltd vs MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-493/06) (1)

(2008/C 64/47)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/32


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-210/07) (1)

(2008/C 64/48)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 129 tad-9.6.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-345/07) (1)

(2008/C 64/49)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 211 ta' 8.9.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-346/07) (1)

(2008/C 64/50)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


Qorti tal-Prim' Istanza

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-85/04) (1)

(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rapport - Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera - Proċedura ta' Evalwazzjoni 2001/2002 - Regolarità tal-proċedura ta' l-irrappurtar’)

(2008/C 64/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Wasserliesch, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Mosar, u wara F. Gengler u P. Goergen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Krämer u A. Manville, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tal-proċedura ta' evalwazzjoni 2001/2002 għal dak li jikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tadotta r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent f'din il-proċedura.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni li tadotta r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera ta' Guido Strack għall-proċedura ta' evalwazzjoni 2001/2002 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 106, 30.4.2004.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Terezakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-380/04) (1)

(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-bini ta' l-ajruport internazzjonali l-ġdid ta'Ateni fi Spata - Ċaħda ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta' interessi kummerċjali - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta' l-iskop ta' verifiki - Aċċess parzjali’)

(2008/C 64/52)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ioannis Terezakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment L. Defalque, G. Xanthoulis, A. Tsamis, A. Georgiadis, E. Stefanakis, É. Koeune u G. Stylianakis, avukati, wara G. Stylianakis, B. Keane, solicitor, u P. Koutsoukos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u P. Aalto, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2004 li ċaħdet aċċess lir-rikorrent għal ċerti dokumenti dwar il-bini ta' l-ajruport internazzjonali l-ġdid ta' Ateni fi Spata.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2004 hija annullata in kwantu tikkonċerna ċ-ċaħda ta' aċċess għall-kuntratt ta' l-14 ta' Ġunju 1996 iffirmat bejn Athens International Airport SA u konsorzju ta' kumpanniji mmexxi minn Hochtief AG.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Ioannis Terezakis ibati nofs l-ispejjeż tiegħu.

4)

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż ta' Ioannis Terezakis.


(1)  ĠU C 300, 4.12.2004.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-394/04) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2003 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Rifjut ta' promozzjoni’)

(2008/C 64/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Wasserliesch, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Mosar, sussegwentement F. Gengler u P. Goergen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: G. Berscheid u H. Krämer, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tal-proċedura ta' promozzjoni li saret fir-rigward tar-rikorrent għas-sena 2003, ta' l-attribuzzjoni tal-punti magħmula fil-kuntest ta' din il-proċedura kif ukoll tad-deċiżjoni sussegwenti li r-rikorrent ma jiġix promoss.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni dwar l-attribuzzjoni tan-numru ta' punti ta' prijorità lil Guido Strack għall-proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2003 kif ukoll dik li ma jiġix promoss matul din il-proċedura hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hi kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 300, 4.12.2004.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni vs Environmental Management Consultants

(Kawża T-46/05) (1)

(“Klawżola ta' arbitraġġ - Rimborż ta' somom imħallsa - Imgħaxijiet għal ħlas tardiv - Proċedura in absentia’)

(2008/C 64/54)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent, assistit minn N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Environmental Management Consultants (Nikosija, Ċipru)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 238 KE bl-għan li jinkiseb ir-rimborż ta' l-ammont ta' EUR 31 965,28 li hija ħallset fil-kuntest ta' l-eżekuzzjoni tal-kuntratt IC18-CT98-0273, bl-imgħaxijiet legali.

Dispożittiv

1)

Environmental Management Consultants Ltd hija kkundannata tirrimborża lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta' EUR 31 965,28, bl-imgħaxijiet:

b'rata ta' 9,26 % fis-sena mill-1 sal-31 ta' Awwissu 2001;

b'rata ta' 8,62 % fis-sena mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru 2001;

b'rata ta' 10,57 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2002;

b'rata ta' 10,47 % fis-sena mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2002;

b'rata ta' 9,97 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2003;

b'rata ta' 9,22 % fis-sena mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2003;

b'rata ta' 9,14 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2004;

b'rata ta' 9,13 % fis-sena mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2004;

b'rata ta' 9,21 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar 2005;

b'rata legali, ikkalkulata skond l-Artikolu 288 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (kodiċi ċivili Ġermaniż), mingħajr ma' din ir-rata tista' taqbeż 9,21 %, mill-1 ta' Frar 2005 sal-ħlas kollu tad-dejn.

2)

Environmental Management Consultants hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-24 ta' Jannar 2008 — Dorel Juvenile Group vs L-UASI (SAFETY 1ST)

(Kawża T-88/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SAFETY 1ST - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 64/55)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dorel Juvenile Group (Canton, L-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Simon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-11 ta' Jannar 2006 (każ R 616/2004-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali SAFETY 1ST bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dorel Juvenile Group Inc. hija kkundanata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza 31 ta' Jannar 2008 — Federación de Cooperativas Agrarias de la Comunidad Valenciana vs L-UASI — Nador Cott Protection (Nadorcott)

(Kawża T-95/06) (1)

(“Varjetajiet ta' pjanti - Rikors quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti - Inammissibbiltà - Nuqqas ta' interess individwali - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta' motivazzjoni’)

(2008/C 64/56)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Federación de Cooperativas Agrarias de la Comunidad Valenciana (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: S. Roig Girbes, R. Ortega Bueno u M. Delgado Echevarría, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), (rappreżentanti M. Ekvad, bħala aġent, assistit minn D. O'Keefe, solicitor, J. Rivas de Andrés u M. Canal Fontcuberta, avukati)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell tas-CVPO, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Nador Cott Protection SARL (Saint-Raphaël, Franza) (rappreżentanti: M. Fernández Mateos, S. González Malabia u M. Marín Bataller, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell tas-CPVO tat-8 ta' Novembru 2005 (kawża A 001/2005), dwar il-protezzjoni Komunitarja mogħtija lill-varjetà ta' mandolina Nadorcott,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Federación de Cooperativas Agrarias de la Comunidad Valenciana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/36


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2008 — Demp vs L-UASI — BAU HOW (BAU HOW)

(Kawża T-106/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattia BAU HOW - Trade marks figurattivi preċedenti BAUHAUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(a) u (b) u Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 64/57)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Demp BV, li qabel kienet Demp Holding BV (Maastricht, L-Olanda) (rappreżentanti: R.-D. Härer, C. Schultze, J. Ossing u C. Weber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: BAU HOW GmbH (Hattersheim/Okriftel, Il-Ġermanja)

Suġġett tal-kawża

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-31 ta' Jannar 2006 (Kawża R 92/2004-4) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Demp BV u BAU HOW GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Demp BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 143, 17.6.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/36


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Japan Tobacco vs L-UASI — Torrefacção Camelo (CAMELO)

(Kawża T-128/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CAMELO - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' riskju li jittieħed vantaġġ inġust mill-karattru distintiv u mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti u nuqqas ta' riskju ta' ħsara għal dawn ta' l-aħħar - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' ksur tar-regoli tal-proċedura ta' appell - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94’)

(2008/C 64/58)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Japan Tabacco, Inc. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Ortiz López, S. Ferrandis González u E.Ochoa Santamaría, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Torrefacção Camelo Lda (Campo Maior, il-Portugall) (rappreżentanti: A. De Sampaio, I. Carvalho Franco u C. de Almeida Carvalho, avukati)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-22 ta' Frar 2006 (Każ R 669/2003-2), dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Japan Tabacco, Inc. u Torrefacção Camelo Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Japan Tobacco, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Torrefacção Camelo Lda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 154, 1.7.2006.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-29 ta' Jannar 2008 — Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware vs Il-Kunsill

(Kawża T-206/07) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta' twavel għall-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Ukrajna - Status ta' impriża li topera f'ekonomija tas-suq - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 2(7)(c) u Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96’)

(2008/C 64/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Foshan Shunde Yongjian Housewares & Housewares & Hardware Co. Ltd (Foshan, Iċ-Ċina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avocat, u G. Vallera, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn B. O'Connor, solicitor, u P. Vergano, avocat, wara B. O'Connor u E. McGovern, barrister)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ricz, aġenti); Vale Mill (Rochdale) Ltd (Rochdale, ir-Renju Unit); Pirola SpA (Mapello, l-Italja); Colombo New Scal Spa (Rovagnate, l-Italja) (rappreżentanti: G. Berrisch u G. Wolf, avukati); u Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, assistit minn W. Ferrante, avvocato dello Stato)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, tat-23 ta' April 2007, li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Ukrajna (ĠU L 109, p. 12), safejn jistitwixxi dazju ta' anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' twavel għall-mogħdija mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill, Vale Mill (Rochale) Ltd, Pirola SpA u Colombo New Scal SpaA.

3)

Il-Kummissjoni u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/37


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Jannar 2008 — Marmara Import-Export vs L-UASI — Marmara Zeytin Tarim Satis (marmara)

(Kawża T-403/03) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar ta' l-oppożizzjoni - M'hemmx lok għal deċiżjoni’)

(2008/C 64/60)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Marmara Import-Export GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. von Arnswaldt u G. Rother, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndorfer, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Marmara Zeytin Tarim Satis Kooperatifleri Birligi (Bursa, it-Turkija) (rappreżentant: A. Andorfer-Erhard, avukat)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċizjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-1 ta' Ottubru 2003 (Każ R 515/2002-1) dwar proċecura ta' oppożizzjoni bejn Marmara Import-Export GmbH u Marmara Zeytin Tarim Satis Kooperatifleri Birligi.

Dispożittiv

1)

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-parti intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenuta.


(1)  ĠU C 71, 20.3.2004.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/38


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Diċembru 2007 — Dascalu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-430/03) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok għal deċiżjoni’)

(2008/C 64/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Iosif Dascalu (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment C. Berardis-Kayser u L. Lozano Palacios, sussegwentement C. Berardis-Kayser u H. Krämer, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2002 u ta' l-14 ta' April 2003 li bidlu l-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, safejn dawn jiffissaw il-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-grad A6, l-ewwel skala, safejn jiffissaw il-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjonijiet jibdew jipproduċu l-effetti pekunjarji tagħhom u safejn ma jerġgħux jistabbilixxu l-karriera fil-grad tar-rikorrent u, safejn ikun meħtieġ, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li ċaħdu l-ilmenti tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat b'dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 47, 21.2.2004.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/38


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/04) (1)

(“Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' garanzija bankarja stabbilita sabiex jiġi ddifferit il-ħlas ta' multa imposta mill-Kummissjoni u sussegwentement annullata mill-Qorti tal-Prim'Istanza - Rikors għal annullament u għal kumpens - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Nuqqas ta' rabta kawżali diretta bejn l-aġir illegali ta' l-istituzzjoni u d-dannu invokat’)

(2008/C 64/62)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Atlantic Container Line AB (Göteborg, l-Iżvezja); Transportación Marítima Mexicana SA de CV (Mexico, il-Messiku); Hanjin Shipping Co. Ltd (Seul, il-Korea t'Isfel); Hyundai Merchant Marine Co. Ltd (Seul); Mediterranean Shipping Co. SA (Genève, l-Iżvizzera); Neptune Orient Lines Ltd (Singapour, Singapor); Orient Overseas Container Line (UK) Ltd (Suffolk, ir-Renju Unit); P & O Nedlloyd Container Line Ltd (Londra, ir-Renju Unit); u Sea-Land Service, Inc. (Jacksonville, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment J. Pheasant, M. Levitt u K. Nicholson, wara minn M. Levitt u K. Nicholson, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: P. Oliver, aġent)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, rikors intiż għall-annullament ta' l-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta' Jannar 2004 li tiċħad il-ħlas lura ta' l-ispejjez ta' garanzija bankarja mġarrba mir-rikorrenti wara multi imposti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/243/KE, tas-16 ta' Settembru 1998, dwar proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat KE [li saru l-Artikoli 81 KE u 82 KE] (Każ IV/35.134 — Trans-Atlantic Conference Agreement) (ĠU 1999, L 95, p. 1), annullata mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 2003, Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni (T-191/98 u T-212/98 sa T-214/98, Ġabra p. II-3275), u, min-naħa l-oħra, rikors għal kumpens intiż għar-rimbors ta' dawn l-ispejjeż tal-garanzija bankarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 30.4.2004.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/39


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni vs Lior et

(Kawża T-245/04) (1)

(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kompetenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Rikors imressaq kontra grupp Ewropew ta' interess ekonomiku u kontra l-membri tiegħu u l-ex membri tiegħu - Inkompetenza parzjali’)

(2008/C 64/63)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż u L-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment H. Støvlbæk, aġent, assistit minn M. Bra, avukat, imbagħad H. Støvlbæk u M. Konstantinidis, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Konvenuti: Lior GEIE (Brussell, il-Belġju); Lior International NV (Hoeilaart, il-Belġju); Deira SA (Hoeilaart); Eutec Srl (Forli, l-Italja); Mindshare Bvba (Sint-Martens-Latem, il-Belġju); Società politecnica italiana ricerche e progetti Srl (Città di Castello, l-Italja); RPA SpA (Peruġja, l-Italja); Carmen eV (Straubing, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Marien, avukat); University College Dublin — Energy Research Group (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: F. Herbert u L. Demeyere, avukati); Beneport SA (Brussell); Europe Information Service SA (Brussell); Managium Sprl (Brusell) (rappreżentanti: J.-P. Brusseleers, avukat); u Aris Hellas EPE (Kifissia, il-Greċja) (rappreżentant: K. Sakellariadis, avukat)

Suġġett tal-kawża

Rikors abbażi ta' l-Artikolu 238 KE, intiż sabiex il-partijiet konvenuti jiġu kkundannati, in solidum, jirrifondu ħlas bil-quddiem li l-Kummissjoni għamlet in eżekuzzjoni ta' sitt kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm Thermie u ta' kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm Altener II.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli safejn huwa dirett kontra Deira SA, Eutec Srl, Mindshare Bvba, Società politecnica italiana ricerche e progetti Srl, RPA SpA, Carmen eV, il-University College Dublin — Energy Research Group, Beneport SA, Europe Information Service SA, Managium Sprl u Aris Hellas EPE.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mar-rikors imressaq kontra Deira, Eutec, Mindshare, Società politecnica italiana ricerche e progetti, RPA, Carmen, il-University College Dublin — Energy Research Group, Beneport, Europe Information Service, Managium u Aris Hellas kif ukoll dawk ta' Deira, Eutec, Mindshare, Società politecnica italiana ricerche e progetti, RPA, Carmen, il-University College Dublin — Energy Research Group, Beneport, Europe Information Service u ta' Managium.

3)

Aris Hellas għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 213, 6.9.2003 (li qabel kienet Kawża C-280/03).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/39


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Jannnar 2008 — Pellegrini vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/07 R)

(“Miżuri provviżorji - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni - Ħlas provviżorju tal-kumpens mitlub fil-kawża prinċiplai - Nuqqas ta' fumus boni juris’)

(2008/C 64/64)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Rosario Maria Pellegrini (Ġenova, l-Italja) (rappreżentant: L. Sulfaro, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Talba biex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tagħmel tajjeb, b'mod provviżorju, għad-dannu finanzjarju allegatament sostnut mir-rikorrent mill-fatt li din l-istituzzjoni naqset milli tassigura l-applikazzjoni sħiħa u l-interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw l-attivitajiet ta' l-intermedjarji finanzjarji.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/40


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — DJEBEL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/07)

(2008/C 64/65)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: DJEBEL, SGPS, SA (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Andrade Neves u S. Castro Caldeira)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-10 ta' Mejju 2007, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewopea fl-24 ta' Awwissu 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 4/2006 (ex N 180/2005) — Il-Portugall — Għajnuna lil Djebel [innotifikata bin-numru C(2007) 1959] (ĠU L 219, p. 30).

li l-Qorti tal-Prim'Istanza tikkonstata li:

l-għajnuna mitluba kienet u tibqa' essenzjali għat-twettiq tal-proġett ta' investiment li jikkonsisti fl-akkwist tal-kapital ta' RASH u ta' l-akkwist sussegwenti tal-Hotel Rio Atlàntico;

l-għajnuna ntalbet qabel ma twettaq l-investiment;

l-proġett ta' Djebel effettivament jikkorrispondi għall-ewwel esperjenza ta' internalizzazzjoni tal-Grupp Pestana;

l-iżvilupp ta' l-imsemmi proġett ma biddilx il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ta' l-impriżi Ewropej, kemm dawk stabbiliti fit-territorju Komunitarju kif ukoll dawk li joperaw barra;

l-iżvilupp ta' dan il-proġett ma fisser ebda sitwazzjoni ta' vantaġġ għall-Grupp Pestana li jkun jista' joħloq distorsjoni fil-kummerċ bejn l-Istati Membri;

l-għajnuna mitluba minn Djebel għandha l-istess karatteristiċi bħal dik li ntalbet minn Vila Galé, li l-Kummissjoni approvat permezz tad-deċiżjoni tagħha tal-15 ta' Ottubru 2003.

li jiġi ddikjarat li l-għoti ta' l-għajnuna lil Djebel, fit-termini u għar-raġunijiet indikati, ma jirriżultax inkompatibbli ma' xi dispożizzjoni tat-Trattat KE u lanqas ma' xi dispożizzjoni leġiżlattiva li twettaqaha;

li jiġi ordnat li tinbidel id-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fl-10 ta' Mejju 2007 dwar l-għajnuna mitluba minn Djebel, b'mod li din id-deċiżjoni tipprovdi li l-għajnuna in kwistjoni tiġi awtorizzata fit-termini proposti minn Djebel u mill-awtoritajiet Portugiżi.

Motivi u argumenti prinċipali

L-għajnuna mill-Istat mitluba mir-rikorrenti mhijiex inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat KE.

Djebel kellha aspettativi leġittimi li l-kandidatura tagħha tiġi inkluża fis-SIME u l-Kummissjoni hija marbuta li tirrispetta r-rekwiżiti għall-ammissibbiltà tal-kandidatura li jinsabu fil-liġi tar-Repubblika Portugiża applikabbli għal dan il-każ.

Il-leġiżlazzjoni Portugiża applikabbli tipprovdi li t-talbiet ippreżentati sal-31 ta' Jannar 2001 jistgħu jinkludu l-ispejjeż ta' investiment imwettqa wara l-1 ta' Lulju 1999 bħala sussidji rimborżabbli.

L-għajnuna mill-Istat in kwistjoni kienet intiża li tinċentiva u ssostni l-internazzjonalizzazzjoni tal-Grupp Pestana u kienet intalbet qabel ma beda l-investiment.

Ir-rikorrenti ma tistax tbati dannu minħabba l-fatt li l-awtoritajiet responsabbli damu sabiex jevalwaw il-proġett.

L-għajnuna mitluba mir-rikorrenti ma tistax tiġi evalwata fid-dawl tal-kuntest ekonomiku u finanzjarju attwali.

Mingħajr l-għajnuna in kwistjoni, ir-rikorrenti ma kinitx twettaq l-investiment li jikkorrispondi għall-proġett in kwistjoni.

L-ewwel esperjenza ta' internazzjonalizzazzjoni żviluppata mll-Grupp Pestana tikkorrispondi għall-akkwist mir-rikorrenti fil-kuntest ta' dan il-proġett ta' investiment.

Fl-1999, il-Grupp Pestana ma kellux mezzi finanzjarji sabiex waħdu jiggarantixxi t-twettiq ta' l-investiment fil-Brażil.

It-twettiq ta' dan l-investivment ma kellu ebda impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali ta' l-UE.

Ma teżisti ebda relazzjoni bejn l-akkwist li sar mir-rikorrenti fil-Brażil u l-espansjoni tal-Grupp Pestana fil-Portugall.

Il-proġett ta' investiment ippreżentat mir-rikorrenti u l-għajnuna li ngħatat lilha huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE, b'mod partikolari l-Artikolu 87(3) (c) tat-Trattat KE.

L-għajnuna mogħtija lir-rikorrenti ffaċilitat l-iżvilupp ta' attività ekonomika, li b'hekk taqa' taħt id-deroga li tinsab fl-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat KE.

Ma jeżisti ebda ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE jew tal-leġiżlazzjoni sussidjarja u ebda effett li joħloq distorsioni tal-kompetizzjoni fis-suq komuni.

Skond il-prinċipju ta' trattament ugwali, ir-rikorrenti ssostni li, peress li l-proġett ta' investiment in kwistjoni jinkludi l-karatteristiċi kollha li jinsabu fil-progett Vila Galé — li huwa s-suġġett tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ottubru 2003 — id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajuna mill-Istat C 4/2006 kellha tkun l-istess bħad-deċiżjoni l-oħra.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/41


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Salej and Technologie Buczek vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/07)

(2008/C 64/66)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Emilian Salej, bħala kuratur għal Technologie Buczek S.A. (Sosnowiec, il-Polonja) u Technologie Buczek S.A. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentant: D. Szlachetko-Reiter, legal adviser)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara invalidi l-Artikoli 1, 3(1) u 3(3) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2000 fil-Każ Nru C-23/2006 (ex NN 35/2006) dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek;

tiddikjara invalidi l-Artikoli 4 u 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 fil-Każ Nru C-23/2006 (ex NN 35/2006) dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek safejn dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw l-irkupru ta' l-għajnuniet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tat-talbiet, ir-rikorrenti jressqu motivi identiċi għal dawk imqajma mir-rikorrenti fil-Kawża T-440/07, Huta Buczek vs Il-Kummissjoni. (1)


(1)  ĠU C 22, 2008, p. 50.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/41


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2007 — Dow Agrosciences BV et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-470/07)

(2008/C 64/67)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dow Agrosciences BV (Rotterdam, l-Olanda), Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, ir-Renju Unit), Dow AgroSciences SAS (Mougins, Franza), Dow AgroSciences Export SAS (Mougins, Franza), Dow AgroSciences Italia Srl (Milan, l-Italja), Dow AgroSciences Iberica SA (Madrid, Spanja), Dow AgroSciences Vertriebsgesellschaft mbH (Neusiedl am See, l-Awstrija), Dow AgroSciences LLC (Indianapolis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/619/KE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/619/KE, ta' l-20 ta' Settembru 2007, dwar in-noninklużjoni tal-1,3-dichloropropene fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1) (“Direttiva 91/414”) u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza.

Skond ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija illegali għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

hija tikser rekwiżiti proċedurali essenzjali, billi hija bbażata fuq rapport ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel (“EFSA”) li allegatament jikser l-Artikolu 8(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni 451/2000 (2); billi l-konvenuta kisret l-Artikolu 8(8) tar-regolament fuq imsemmi u billi d-deċiżjoni ma tirrispettax il-proċedura leġiżlattiva applikabbli, bi ksur għalhekk ta' l-Artikoli 5 KE u 7 KE u ta' l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468 (3);

(b)

fiha żbalji manifesti ta' evalwazzjoni billi tiddeċiedi li ma tinkludix il-1,3-dichloropropene fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE mingħajr ma ġie stabbilit li s-sustanza tippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-ambjent u ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' l-Artikoli 5(1) u 5(2) tad-Direttiva 91/414 għall-inklużjoni fl-Anness I;

(ċ)

hija tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju u, b'mod partikolari, (i) il-prinċipji taċ-ċertezza legali u ta' l-aspettativi leġittimi, (ii) il-prinċipju tal-proporzjonalità, (iii) il-prinċipju ta' trattament ugwali, (iv) il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, u (v) id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u dritt tagħhom għal smigħ xieraq;

(d)

hija tikser it-Trattat KE u l-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni tagħha, u b'mod partikolari, (i) l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414, kif ukoll (ii) l-Artikolu 95 KE u l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva fuq imsemmija.

Ir-rikorrenti jqajmu wkoll eċċezzjoni ta' illegalità skond l-Artikolu 241 KE kontra l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni 1490/2002 (4) li, kif jallegaw huma, kiser serjament l-aspettativi leġittimi tagħhom billi emenda r-Regolament 451/2000 sabiex jipprovdi għall-parteċipazzjoni obbligatorja ta' l-EFSA fl-evalwazzjoni tas-sustanza kkonċernata.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000, tat-28 Frar 2000, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm tax-xogħol msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 55, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta' Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, p. 23).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002, ta' l-14 t'Awwissu 2002, li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 224, p. 23).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/42


Appell imressaq fil-21 ta' Diċembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fl-10 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-107/06, Berrisford vs Il-Kummssjoni

(Kawża T-473/07 P)

(2008/C 64/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Michael Berrisford (Brussell, Il-Belġju)

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-10 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża F-107/06 safejn din, wara l-eżami ta' l-ewwel parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq in-nuqqas ta' kull kunsiderazzjoni tal-karatteristika tar-rikorrent fl-ewwel istanza bħala “ex riżerva A4”, tikkonstata li l-AIPN kienet ivvizzjat l-eżami komparattiv tal-meriti tar-rikorrent fl-ewwel istanza bi żball ta' dritt u, b'konsegwenza, f'dan il-każ, bi żball manifest ta' evalwazzjoni;

terġa' tibgħat il-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tirriżerva l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, il-Kummissjoni titlob l-annullament parzjali tas-sentenza ta' l-10 ta' Ottubru 2007 mogħtija fil-Kawża F-107/06, Berrisford vs Il-Kummissjoni, permezz ta' liema t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) annulla d-deċiżjoni tagħha sabiex isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta' l-uffiċjali promossi skond il-proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2005 u ċaħad ir-rikors fir-rigward tal-bqija tat-talbiet tar-rikorrent.

In sostenn ta' l-appell tagħha, il-Kummissjoni qabel kollox tinvoka żewġ aggravji bbażati fuq żbalji fid-dritt li t-TSP kien wettaq fil-kuntest tas-sentenza appellata.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ssostni li t-TSP kiser l-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal safejn dawn stabbilixxew obbligu fuq l-AIPN li tieħu in kunsiderazzjoni, permezz ta' l-għoti ta' punti supplementari matul l-eżami tal-meriti tar-rikorrent, il-fatt li dan ġie propost darbtejn mid-Direttorat Ġenerali tiegħu fil-kuntest tal-proċedura msejħa t-“tieni filliera”.

It-tieni żball ta' dritt fis-sentenza appellata li tilmenta dwaru l-Kummissjoni jikkonsisti fil-ksur ta' l-Artikolu 13(1) u (3)(b) tad-DGE-45 peress li t-TSP ma għarafx li s-sitwazzjoni tar-rikorrent fl-2003 u 2004 kienet ġiet meħuda in kunsiderazzjoni b'mod impliċitu matul l-assenjazzjoni tal-punti mill-AIPN bħala element tal-meritu sakemm ir-rikorrent kien jokkupa dan il-grad.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinvoka argument ibbażat fuq il-motivazzjoni allegatament kuntradittorja tas-sentenza appellata.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/43


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2007 — Cofra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-477/07)

(2008/C 64/69)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cofra srl (Barletta, l-Italja) (rappreżentant: M. A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007, SG/E/3/MIB/mbp D(2007) 8992;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-417/07 Lodato Gennaro & Co.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/43


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2007 — Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-479/07)

(2008/C 64/70)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Agricast srl (Cerignola, l-Italja) (rappreżentant: M. A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007, SG/E/3/MIB/mbp D(2007) 8992;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-417/07 Lodato Gennaro & Co.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/43


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2007 — SIMSA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/07)

(2008/C 64/71)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società imballagi metallici Salerno Srl (SIMSA) (Salerno, l-Italja) (rappreżentant: M. A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007, SG/E/3/MIB/mbp D(2007) 8992;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-417/07 Lodato Gennaro & Co.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/43


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Deltalinqs u SVZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-481/07)

(2008/C 64/72)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Deltalinqs u SVZ (Havenondernemersverenging Rotterdam (Rotterdam, l-Olanda) (rappreżentant: M. Meulenbelt, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti qed jitolbu lill-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 2007 (ĠU 2007 C 227, p. 4) fir-rigward tas-sistema tar-reġjun Fjamming ta' għajnuna għat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (miżuri ta' għajnuna Nru 682/2006 — Il-Belġju). Bid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li l-miżura ta' għajnuna hija kompatibbli mat-Trattat KE u ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet.

In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw, fl-ewwel lok, ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għoti ta' l-għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 130, p. 1) kif ukoll ksur ta' l-Artikoli 12 KE u 73 KE. Huma jaffermaw li t-trasbord ta' kontejners fil-portijiet interni fir-reġjun Fjamming jista' jibbenefika minn sussidju meta l-kontejners jidħlu fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea jew joħorġu minnu minn port marittimu Fjamming, iżda mhux meta jkun port marittimu li jkun jinsab fi Stat Membru ieħor. Ir-rikorrenti jikkunsidraw li din il-miżura toħloq diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jenfasizzaw li s-sussidju jinvolvi distorsjoni tal-kompetizzjoni peress li dan jinvolvi żvantaġġ serju għal kull port fil-majjistral ta' l-Ewropa minn fejn jinbdew vjaġġi lejn iż-żoni interni tar-reġjun Fjamming u li huwa partikolarment żvantaġġjuż għall-port ta' Rotterdam.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jargumentaw li kien hemm ksur ta' l-obbligu ta' investigazzjoni u ta' l-obbligu ta' motivazzjoni. Huma jenfasizzaw li l-Kummissjoni ma eżaminatx il-konsegwenzi li din is-sistema jista' jkollha għall-kompetizzjoni u li, barra minn hekk, hija ma indikatx fid-deċiżjoni tagħha r-raġunijiet li wasluha għad-deċiżjoni li ma kellhiex għalfejn tagħmel studju ekonomiku.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/44


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Cabel Hall Citrus vs L-UASI — Casur (EGLÉFRUIT)

(Kawża T-488/07)

(2008/C 64/73)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cabel Hall Citrus Ltd (Grand Cayman, Cayman Islands) (rappreżentant: C. Rogers, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Casur S. coop. Andaluza (Viator, Spanja),

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta' Settembru 2007 ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI fil-każ R 293/2007-1;

tordna li d-Diviżjoni tal-Kanċellament rilevanti ta' l-UASI tiddikjara invalida r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 517 431 EGLÉFRUIT;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “EGLÉFRUIT” għal prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 31 — Trade mark Komunitarja Nru 3 517 431

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Casur S. coop. Andaluza

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade marks verbali u figurattivi Komunitarji u nazzjonali “UGLI” għal prodotti fil-klassijiet 29, 31 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 għaliex il-Bord ta' l-Appell applika b'mod ħażin it-test ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/44


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Insight Direct USA vs L-UASI — Net Insight (Insight)

(Kawża T-489/07)

(2008/C 64/74)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Insight Direct USA, Inc. (Tempe, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Gilbert u M. Moore, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Net Insight AB (Stokkolma, L-Iżvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-20 ta' Settembru 2007, fil-Kawża R 1428/2006-2, l-annullament taċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni għas-servizzi kollha fil-klassijiet 37 u 42 u s-servizzi miċħuda fil-klassi 35 kif ukoll l-awtorizzazzjoni ta' l-applikazzjoni fir-rigward tas-servizzi kollha li għalihom ġiet ippreżentata l-applikazzjoni.

tikkundanna lill-UASI u lill-partijiet l-oħra jbatu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Insight” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 37 u 42 — applikazzjoni Nru 3 309 002

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Net Insight AB

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Komunitarja u nazzjonali “NET INSIGHT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa u parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Skond ir-rikorrenti, il-Bord ta' l-Appell wettaq żball meta identifika l-elementi dominanti u distintivi tat-trade mark preċedenti u ma ħax in kunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha fl-evalwazzjoni tax-xebħ tal-prodotti u servizzi in kwistjoni. Barra minn hekk, il-Bord ta' l-Appell naqas milli jikkunsidra l-fatturi rilevanti kollha fir-rigward ta' l-evalwazzjoni globali fid-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/45


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Notartel vs L-UASI — SAT.1 SatellitenFernsehen (R.U.N.)

(Kawża T-490/07)

(2008/C 64/75)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Notartel SpA — kumpannija ta' l-informatika tan-notarjat (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Bosshard, u M. Balestriero, avvocati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: SAT.1 SatellitenFernsehen GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tannulla parzjalment — fil-parti fejn laqgħet l-oppożizzjoni — id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-22 ta' Ottubru 2007 fil-Każ R 1267/2006-4;

sussidjarjament, tannulla parzjalment — fil-parti fejn laqgħet l-oppożizzjoni fir-rigward ta' l-applikazzjoni għat-trade mark fil-klassi 38 — id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-22 ta' Ottubru 2007 fil-Każ R 1267/2006-4;

fi kwalunkwe każ, tiċħad kull eventwali istanza jew talba kuntrarja futura, billi tikkonferma d-deċiżjoni fir-rigward tal-partijiet mhux ikkontestati f'din il-kawża;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark “R.U.N.” (applikazzjoni għal trade mark Komunitarja nru 1.069.863, għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 42, safejn tirrigwarda l-proċedura odjerna).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: SAT.1 Satelliten Fernsehen GmbH

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Trade mark verbali nazzjonali u Komunitarja “ran”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 38, 41 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell milqugħ parzjalment fir-rigward ta' ċerti servizzi fil-klassijiet 38 u 42.

Motivi invokati: Id-deċiżjoni kkontestata tidher ivvizzjata minn kontradizzjoni loġika peress li tiddikjara numru ta' prinċipji legali korretti bħala vinkolanti fl-evalwazzjoni tax-xebh bejn is-sinjali u l-prodotti/servizzi sabiex tiġi aċċertata l-eżistenza ta' l-impediment previst fl-ewwel parti ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, filwaqt li, proprju fl-evalwazzjoni tal-fattispeċi konkreti, tapplika kriterji differenti. Għalhekk din il-kontradizzjoni loġika twassal kemm għal żball ta' liġi, minħabba l-fatt li ġew applikati prinċipji ta' liġi differenti minn dawk (korretti) iddikjarati fil-kunsiderazzjonijiet legali tad-deċiżjoni, kif ukoll għal kontradizzjoni fil-motivazzjoni u għall-insuffiċjenza tagħha.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/46


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2007 — CB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/07)

(2008/C 64/76)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Groupement des Cartes Bancaires (CB) GIE (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Georges, J. Ruiz Calzado, É. Barbier de La Serre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi;

tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tal-preżenti rikors, ir-rikorrent jitlob l-anullament tad-Deċiżjoni C(2007) 5060 finali tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE (kawża KOMP/D1/38606 — GRUPP TA' KARDS TAL-BANK “CB”), dwar miżuri ta' tariffi ta' adeżjoni għall-Grupp applikabbli għall-membri ġodda kif ukoll il-mekkaniżmu imsejjaħ “ta' qawmien bil-mod” applikabbli għall-membri tal-Grupp li ma żviluppawx attività sinjifikattiva ta' kards tal-bank wara l-adeżjoni tagħhom.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur ta' l-Artikolu 81 KE u tal-prinċipju ta' trattament ugwali kif ukoll tan-nuqqas ta' motivazzjoni minħabba nuqqasijiet allegati fil-metodu ta' analiżi ta' miżuri u tas-swieq magħmula mill-Kummissjoni fejn hija ma kkunsidratx viżjoni totali, ta' l-informazzjoni kollha rilevanti lanqas tal-kuntest konkret li fih huwa ġew adottati u li fiha huwa wrew l-effetti tagħhom.

It-tieni nett, ir-rikorrent jinvoka motiv ibbażat fuq ksur ta' l-Artikolu 81(1)KE minħabba żbalji ta' liġi, ta' fatt u ta' evalwazzjoni li l-Kummissjoni kienet ikkomettiet waqt l-eżami tas-suġġett tal-miżuri li ġew innotifikati lilu. Hija tqis illi l-Kummissjoni kienet fehmet ħażin l-obbligu li teżamina s-suġġett ta' deċiżjoni ta' impriżi u ma ressqitx il-prova li dan is-suġġett kien antikompetittiv.

Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 81(1)KE wkoll minħabba żbalji ta' liġi, ta' fatt u ta' evalwazzjoni li l-Kummissjoni kienet ikkommettiet waqt l-eżami ta' effetti tal-miżuri li kienu ġew innotifikati lilha.

Sussidjarjament, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kienet kisret l-Artikolu 81(3)KE waqt l-eżami ta' l-applikabbiltà ta' l-erba' kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tgawdi minn eżenzjoni.

Il-ħames motiv invokat mir-rikorrent huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba li tirriżulta mill-allegati nuqqasijiet, kontradizzjonijiet u distorsjonijiet ta' wħud mill-argumenti tagħha permezz tad-deċiżjoni kkontestata.

L-aħħar motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' ċertezza legali.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/47


Appell imressaq fit-28 ta' Diċembru 2007 minn Carlos Sanchez Ferriz et kontra d-digriet mogħti fis-17 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-115/06, Sanchez Ferriz et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-492/07 P)

(2008/C 64/77)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carlos Sanchez Ferriz (Brussell, Il-Belġju), Isabelle Chantraine (Brussell, Il-Belġju), José De Viana Costa Ribeiro (Meise, Il-Belġju), Brigitte Housiaux (Ramillies, Il-Belġju), Chantal Vellemans (Brussell, Il-Belġju), Sylvie Schaack (Remich, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), Andrea Losito (Sandweiler, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), Alain Hertert (Scheidgen, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), Marie-Josée Gaspar-Lis (Lussemburgu, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) Otilia Ferreira-Nielsen (Gostingen, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-17 ta' Ottubru 2007 fil-kawża F-115/06;

tilqa' t-talbiet tar-rikorrenti fl-ewwel istanza u, għaldaqstant, tiddikjara r-rikors fil-kawża F-115/06 bħala ammissibbli u fondat;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż u l-onorarji u tikkundanna lill-Kummissjoni tbatihom.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-appell tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ċaħad bħala inammissibbli r-rikors tagħhom li għandu bħala suġġett, primarjament, l-annullament tal-lista ta' l-uffiċjali promossi skond l-eżerċizzju ta' promozzjoni 2005, safejn din il-lista ma tinkludix l-ismijiet tar-rikorrenti u, sussidjarjament, għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta' assenjazzjoni tal-punti ta' prijorità li jikkonċernawhom skond l-imsemmi eżerċizzju.

In sostenn ta' l-appell tagħhom, ir-rikorrenti isostnu li, kuntrarjament għal dak li ġie deċiż fid-digriet ikkontestat, id-dispożizzjonijiet tad-DGE tas-26 ta' April 2006, li l-illegalità tagħhom ġiet sollevata fl-ewwel istanza, juru rabta ġuridika diretta mal-kawża preżenti.

Minbarra dan, huma jallegaw li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta' dritt meta ddikjara bħala inammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-DGE 45 tat-23 ta' Diċembru 2004, peress li ġie invokat tard fir-replika. Huma jsostnu li dan il-motiv kien diġà ġie ssollevat fl-ilment kif ukoll fir-rikors u li r-replika tinkludi biss l-amplifikazzjoni tiegħu.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li, kuntrarjament għal dak li ġie deċiż mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, huma konkretament u individwalment milquta mill-ksur ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6 u ta' l-Artikolu 10(2) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u għalhekk l-interess tagħhom li jitressqu proċeduri huwa għaldaqstant manifest.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/47


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Diċembru 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-494/07)

(2008/C 64/78)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, Avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla n-nota tat-18 ta' Ottubru 2007, Nru 011140, tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li għandha bħala suġġett il-pagament mill-Kummissjoni ta' ammont differenti mill-ammont mitlub. Ref. DOCUP Toscana Ob. 2 (Nru CCI 2000 IT 16 2 DO 001);

tannulla n-nota tad-29 ta' Ottubru 2007, Nru 011538 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali — Programmi u Proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li għandha bħala suġġett il-pagament mill-Kummissjoni ta' ammont differenti mill-ammont mitlub. Ref. Programm Operattiv Reġjonali “Campania” 2000-2006 (Nru CCI 1999 IT 16 1 PO 007);

tannulla n-nota tat-8 ta' Novembru 2007, Nru 011869 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li għandha bħala suġġett il-pagament mill-Kummissjoni ta' ammont differenti mill-ammont mitlub. Ref. DOCUP Piemonte (Nru CCI 2000 IT 16 2 DO 007);

tannulla n-nota tat-8 ta' Novembru 2007, Nru 011871 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li għandha bħala suġġett il-pagament mill-Kummissjoni ta' ammont differenti mill-ammont mitlub. Ref. DOCUP Ob. 2 “Lazio” 2000-2006 (Nru CCI 2000 IT 16 2 DO 009);

tannulla n-nota tal-15 ta' Novembru 2007, Nru 012137 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li għandha bħala suġġett iċ-ċertifikazzjoni u d-dikjarazzjoni ta' l-ispejjeż intermedjarji, u t-talba għall-pagament. DOCUP Veneto Ob. 2 2000-2006 (Nru CCI 2000 IT 16 2 DO 005);

tannulla n-nota tal-15 ta' Novembru 2007, Nru 012139 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li għandha bħala suġġett il-pagament mill-Kummissjoni ta' ammont differenti mill-ammont mitlub. Ref. Programm Operattiv Reġjonali “Campania” 2000-2006 (Nru CCI 1999 IT 16 1 PO 007);

tannulla n-nota tas-16 ta' Novembru 2007, Nru 012212 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li għandha bħala suġġett il-pagament mill-Kummissjoni ta' ammont differenti mill-ammont mitlub. Ref. PON Żvilupp ta' l-impriżi lokali 2000-2006 (Nru CCI 1999 IT 16 1 PO 002);

tannulla n-nota tas-26 ta' Novembru 2007, Nru 012567 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li għandha bħala suġġett il-pagament mill-Kummissjoni ta' ammont differenti mill-ammont mitlub. Ref. Programm Operattiv Reġjonali “Sardegna” 2000-2006 (Nru CCI 1999 IT 16 1 PO 010);

tannulla l-atti kollha relatati u preċedenti, u tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huwa dawk invokati fil-kawża T-345/04, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni (1).


(1)  ĠU C 262, 23.10.2004, p. 55.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/48


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Productos Asfálticos (Proas) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-495/07)

(2008/C 64/79)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Productos Asfálticos (Proas), SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Fernandez Vicién, P Carmona Botana u A. Pereda Miquel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [C (2007) 4441], jew, sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq Productos Asfálticos SA, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali tat-3 ta' Ottubru 2007 fil-Każ COMP/38710 — Bitum Spanja. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddikjarat li r-rikorrenti, flimkien ma' kumpanniji oħra, kisret l-Artikolu 81 KE billi ħadet sehem, għal ċertu perijodu, f'numru ta' akkordji u prattiċi mifthiema fis-suq tal-bitum ta' penetrazzjoni, b'mod partikolari akkordji għad-diviżjoni tas-suq u l-koordinament tal-prezzijiet. Fir-rigward ta' dan il-ksur il-Kummissjoni imponiet multa li għaliha r-rikorrenti u kumpannija oħra huma responsabbli in solidum.

In sostenn ta' l-argumenti tagħhom, ir-rikorrenti tallega l-ewwel nett li l-Kummissjoni wettqet żball ta' evalwazzjoni tal-fatti. F'dan il-kuntest, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni żbaljata tas-serjetà tal-ksur u tal-pożizzjoni tar-rikorrenti fil-kartell, b'riferiment partikolari għall-influwenza speċifika tagħha fis-suq u ta' l-evalwazzjoni li tgħid li kienet komexxejja fil-kartell.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni kisret il-liġi applikabbli. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta' ċertezza legali billi tapplika żbaljatament l-Avviż fuq il-Kooperazzjoni ta' l-2002 (1), tikser il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba billi ma temmitx il-proċedura fi żmien raġonevoli u timponi multa li teċċedi l-limitu legali stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2), u b'hekk tikser il-prinċipju ta' proporzjonalità.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta' motivazzjoni.


(1)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f'multi f'każijiet ta' kartell (ĠU 2002, C 45, p. 3).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003 L 1, p. 1).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/49


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2007 — Repsol YPF Lubricantes y especialidades et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-496/07)

(2008/C 64/80)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Repsol YPF Lubricantes y especialidades SA (Madrid, Spanja) Repsol Petróleo, SA (Madrid, Spanja), Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, J. Buendía Sierra u M. Muñoz de Juan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-Deċiżjoni [C(2007)4441] safejn din

issib li Repsol Petróleo SA hija responsabbli in solidum għall-ksur;

issib li Repsol YPF hija responsabbli in solidum u li għandha responsabbiltà affiljata;

tiddetermina l-ammont bażiku b'mod li jmur kontra l-prinċipju ta' proporzjonalità billi ma tiħux in kunsiderazzjoni jew il-parametru ġeografiku ristrett u l-valur ekonomiku tas-suq milqut jew l-effetti fuq is-suq (fin-nuqqas tiegħu, l-impatt limitat);

tapplika żbaljatament l-Avviż fuq il-Kooperazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-perċentwali ta' tnaqqis tal-multa imposta fuq Repsol: u

tittratta t-tmexxija bħala fattur aggravanti

tnaqqas il-multa imposta fuq Repsol skond il-ġurisdizzjoni illimitata tal-Qorti tal-Ġustizzja għal ammont approprjat;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali tat-3 ta' Ottubru 2007 fil-Każ COMP/38710 — Bitum Spanja. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddikjarat li r-rikorrenti, flimkien ma' kumpanniji oħrajn, kisru l-Artikolu 81 KE billi ħadu sehem, għal ċertu perijodu, f'numru ta' akkordji u prattiċi mifthiema fis-suq tal-bitum ta' penetrazzjoni, b'mod partikolari f'akkordju għad-diviżjoni tas-suq u għall-koordinament tal-prezzijiet. Fir-rigward ta' dan il-ksur, il-Kummissjoni imponiet multa li għaliha r-rikorrenti huma responsabbli in solidum.

In sostenn tat-talbiet tagħhom, ir-rikorrenti jallegaw l-ewwel nett żball ta' evalwazzjoni tal-fatt u żball ta' liġi billi nstabu żbaljatament il-kumpanniji prinċipali ta' Repsol YPF Lubricantes y especialidades SA bħala responsabbli għall-ksur. F'dan il-kuntest, ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-attribuzzjoni ta' responsabbiltà affiljata tikser id-dritt Komunitarju.

It-tieni nett, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' proporzjonalità meta kkalkolat l-ammont inizjali.

It-tielet nett, ir-rikorrenti jallegaw żball manifest ta' evalwazzjoni jew alternattivament ksur tal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni ta' ċertezza legali, tal-proporzjonalità u ta' trattament ugwali meta ddeterminat il-perċentwali ta' tnaqqis tal-multa skond il-Avviż fuq il-Kooperazzjoni ta' l-2002 (1).

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward ta' l-evalwazzjoni tat-tmexxija tal-kartell flimkien ma' kumpannija oħra bħala fattur aggravanti.


(1)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità mill-multi u tnaqqis f'multi fil-każijiet ta' kartell (ĠU 2002, C 45, p. 3).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/50


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Compañía Española de Petróleos (Cepsa) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-497/07)

(2008/C 64/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Compañía Española de Petróleos (Cepsa) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: P. Pérez-Llorca Zamora, O.Armengol i Gasull u A. Pascual Morillo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [C (2007) 4441] safejn din tiddikjara rispettivament li Compañía Española de Petróleos SA kisret l-Artikolu 81 KE, timponi multa fuqha, tordnaha twaqqaf il-ksur b'effett immedjat u tindirizzaha bid-deċiżjoni

sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq Compañía Española de Petróleos SA, u

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) finali tat-3 ta' Ottubru 2007 fil-Każ COMP/38710 — Bitum Spanja. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddikjarat li r-rikorrenti, flimkien ma' kumpanniji oħra, kisret l-Artikolu 81 KE billi pparteċipat, għal ċertu perijodu, f'numru ta' akkordji u prattiċi mifthiema fis-suq tal-bitum ta' penetrazzjoni, b'mod partikolari akkordji għad-diviżjoni tas-suq u koordinament tal-prezzijiet. Fir-rigward ta' dan il-ksur il-Kummissjoni imponiet multa li għaliha r-rikorrenti u kumpannija oħra huma responsabbli in solidum.

In sostenn ta' dawn l-argumenti, ir-rikorrenti l-ewwel nett tallega li hemm żball ta' liġi fl-attribuzzjoni lir-rikorrenti tal-ksur li seħħ minn kumpannija oħra billi ġiet applikata l-ġurisprudenza fuq 'unità ekonomika'. Barra minn hekk ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni tal-fatti billi ċaħdet il-provi mressqa mir-rikorrenti in sostenn ta' l-indipendenza tal-kumpannija li wettqet il-ksur u billi kkunsidrat li kien hemm ħafna fatturi li kienu jindikaw li din il-kumpannija l-oħra ma kinitx awtonoma. F'dan il-kuntest, ir-rikorrenti tqis ukoll li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta' motivazzjoni billi ċaħdet mingħajr raġuni valida l-argumenti tar-rikorrenti fuq l-indipendenza tal-kumpannija li wettqet il-ksur.

Sussidjarjament, fir-rigward ta' l-ammont tal-multa, ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u d-dritt tar-rikorrenti għal proċedura mingħajr dewmien billi ma adottatx l-oġġezzjonijiet fi żmien raġonevoli fid-dawl ta' l-informazzjoni preżenti, kisret il-prinċipju ta' proporzjonalità u wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni billi ma ħaditx in kunsiderazzjoni li r-rikorrenti implementat programm intern ta' preparazzjoni għall-konformità.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/50


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2007 — Ir-Repubblika tal-Bulgarija vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-499/07)

(2008/C 64/82)

Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: Anani Ananiev, Daniela Drambozova u Elina Petranova)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

fuq il-bażi ta' l-Artikolu 230 KE, tannulla kompletament id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5255 finali, tas-26 ta' Ottubru 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti għall-perijodu 2008-2012 għall-allokazzjoni ta' kwoti għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra, innotifikat mill-Bulgarija skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE,

jew

fuq il-bażi ta' l-Artikolu 230 KE, tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5255 finali, tas-26 ta' Ottubru 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti għall-perijodu 2008-2012 għall-allokazzjoni ta' kwoti għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra, innotifikat mill-Bulgarija skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE, f'dak li jirrigwarda l-kwantità totali ta' kwoti li għandhom jiġu allokati,

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni C(2007) 5255 finali, tas-26 ta' Ottubru 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti għall-perijodu 2008-2012 għall-allokazzjoni ta' kwoti għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandha tiġi annullata kompletament jew parzjalment għar-raġunijiet li ġejjin:

Ksur ta' forom proċedurali sostanzjali

Il-Kummissjoni tiċħad il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti Bulgaru mingħajr ma tagħti biżżejjed raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, skond liema dan il-pjan ma jikkorrispondix għall-kriterji 1, 2, 3 u 10 ta' l-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE (1), u għaldaqstant hemm ksur ta' l-Artikolu 253 KE.

Id-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni ġiet adottata wara li skada t-terminu stipulat fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tatx il-possibbiltà lill-Bulgarija li tressaq l-oġġezzjonijiet tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti, li saret abbażi tal-verżjoni l-iktar reċenti tal-mudell PRIMES, bi ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju.

Ksur tat-Trattat KE jew ta' xi regola tad-dritt relattiva għall-applikazzjoni tiegħu

Skond l-Artikolu 9(1) u (3) u l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri biss huma kompetenti sabiex jiffissaw il-kwantità totali tal-kwoti ta' emissjonijiet. Il-Kummissjoni tivverifika l-applikazzjoni tal-kriterji elenkati fl-Anness III tad-Direttiva, iżda m'għandhiex is-setgħa li tiffissa l-kwantità totali tal-kwoti, mingħajr ma tikkunsidra l-pjanijiet nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti, magħmula mill-Istati Membri. Billi ssostitwiet il-metodu użat mill-Bulgarija, li huwa konformi mal-kriterji ta' l-Anness III, b'metodu li mhuwiex adattat għall-evalwazzjoni ta' l-ekonomija Bulgara, il-Kummissjoni marret oltré s-setgħat tagħha ta' verifika, mogħtija lilha mid-Direttiva, u għaldaqstant marret kontra parti mill-kriterji.

Il-Kummissjoni evalwat il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti Bulgaru abbażi tal-verżjoni l-iktar reċenti tal-mudell PRIMES, iżda li l-informazzjoni dwaru ma ntbagħtitx lill-Bulgarija ħlief wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Konsegwentement, il-Kummissjoni wettqet ksur tal-prinċipju tal-kollaborazzjoni leali.

Fl-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti permezz tal-mudell PRIMES, il-Kummissjoni m'għamlitx analiżi xierqa biżżejjed tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti Bulgaru meta mqabbla ma' l-għanijiet tad-Direttiva 2003/87/KE. Billi applikat il-mudell PRIMES matul l-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti Bulgaru, il-Kummissjoni wasslet għall-konklużjoni żbaljata li l-pjan ma kienx kompatibbli mal-kriterji 1, 2 u 3 ta' l-Anness III tad-Direttiva. Ir-rifjut tal-pjan u t-tnaqqis ta' 37 % tal-kwantità totali ta' kwoti li kellhom jiġu allokati joħolqu sitwazzjoni ta' inugwaljanza għall-operaturi ta' installazzjonijiet Bulgari meta mqabbla ma' operatori oħra fl-organizzazzjoni tal-kummerċ tal-Komunità. B'dan il-mod, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' proporzjonalità u ta' trattament ugwali.

Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kawża T-374/04, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' l-aspettattivi leġittimi u ta' ċertezza legali minħabba li, fl-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti Bulgaru, ma applikatx l-atti kollha li kienet adottat fir-rigward tad-Direttiva 2003/87/KE. Hemm ksur tal-prinċipju ta' l-aspettattivi leġittimi billi l-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti Bulgaru ġie evalwat abbażi tal-verżjoni l-iktar reċenti tal-mudell PRIMES, li l-informazzjoni dwaru ma ntbagħtitx lill-Bulgarija ħlief wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Hemm ksur tal-prinċipju ta' ċertezza legali billi fl-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti Bulgaru l-Kummissjoni użat dokument mhux uffiċjali.

Hemm ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba minħabba li fl-evalwazzjoni tal-konformità tal-pjan nazzjonali ta' kwoti Bulgaru mal-kriterji 1, 2 u 3 ta' l-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni ma eżaminatx b'attenzjoni biżżejjed u oġġettivament il-fatturi ekonomiċi u ekoloġiċi kollha rilevanti.

Il-Kummissjoni applikat b'mod żbaljat l-atti vinkolanti tagħha, li hija adottat fir-rigward tad-Direttiva 2003/87/KE, fl-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti Bulgaru, u għal din ir-raġuni hemm ksur tal-kriterji 1, 2, 3, 4, 6 u 10 ta' l-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE.


(1)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/51


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2007 — Ir-Repubblika tal-Bulgarija vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-500/07)

(2008/C 64/83)

Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: Anani Ananiev, Daniela Drambozova u Elina Petranova)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

abbażi ta' l-Artikolu 230 KE, tannulla għal kollox id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5256 finali, tas-26 ta' Ottubru 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti għas-sena 2007 għall-attribuzzjoni tal-kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, innotifikat mill-Bulgarija skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill,

jew

abbażi ta' l-Artikolu 230 KE, tannula in parti d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5256 finali, tas-26 ta' Ottubru 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti għas-sena 2007 għall-attribuzzjoni tal-kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, innotifikat mill-Bulgarija skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill, in kwantu tiddetermina l-kwantità totali ta' kwoti li għandhom jiġu allokati,

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tqis li d-Deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni C(2007)5256 finali, tas-26 ta' Ottubru 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti għas-sena 2007 għall-attribuzzjoni tal-kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għandha tiġi annullata għal kollox jew in parti għar-raġunijiet li ġejjin:

Ksur ta' rekwiżiti formali essenzjali

Il-Kummissjoni tiċħad il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti Bulgaru mingħajr ma tagħti motivazzjoni suffiċjenti għall-konklużjoni tagħha li dan il-pjan ma jissodisfax il-kriterji 1, 2, 3, u 10 ta' l-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE (1), raġuni li minħabba fiha hemm ksur ta' l-Artikolu 253 KE.

Id-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni ġiet adottata wara li għadda t-terminu previst fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Qabel ma ġiet adottata d-deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tatx il-possibbiltà lill-Bulgarija li tispjega l-oġġezzjonijiet tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti, li saret abbażi tal-verżjoni l-aktar reċenti tal-mudell PRIMES, u għalhekk kisret il-prinċipju tal-kontradittorju.

Ksur tat-Trattat KE jew ta' regola ġuridika marbuta ma' l-applikazzjoni tiegħu

Skond l-Artikolu 9(1) u (3) u l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri biss huma kompetenti sabiex jiddeterminaw il-kwantità totali tal-kwoti ta' emissjonijiet. Il-Kummissjoni tikkontrolla l-applikazzjoni tal-kriterji ta' l-Anness III tad-Direttiva, iżda m'għandhiex is-setgħa li tiddetermina l-kwantità totali tal-kwoti, mingħajr ma tieħu in kunsiderazzjoni l-pjani nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti mħejjija mill-Istati Membri. Meta ssostitwiet il-metodoloġija użata mill-Bulgarija, li hija konformi mal-kriterji ta' l-Anness III, b'metodoloġija li mhijiex adattata għall-evalwazzjoni ta' l-ekonomija Bulgara, il-Kummissjoni marret lil hinn mis-setgħat ta' kontroll li ngħatawlha mid-Direttiva, u għalhekk marret kontra parti mill-kriterji.

Il-Kummissjoni evalwat il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti Bulgaru abbażi tal-verżjoni l-aktar reċenti tal-mudell PRIMES, li l-informazzjoni dwarha ġiet trażmessa lill-Bulgarija biss wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Għalhekk, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' kollaborazzjoni leali.

Waqt l-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti permezz tal-mudell PRIMES, il-Kummissjoni ma għamiltx analiżi adegwata biżżejjed tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti Bulgaru fid-dawl ta' l-għanjiet tad-Direttiva 2003/87/KE. Meta evalwat il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti permezz tal-mudell PRIMES, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni żbaljata li l-pjan kien inkompatibbli mal-kriterji 1, 2 u 3 ta' l-Annness III tad-Direttiva. Iċ-ċaħda ta' dan il-pjan u t-tnaqqis ta' 20 % tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati ħolqu, għall-operaturi Bulgari ta' impjanti, sitwazzjoni ta' nuqqas ta' ugwaljanza meta mqabbla ma' l-operaturi l-oħra fl-organizazzjoni tal-kummerċ tal-Komunità. B'dan il-mod, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju tal-proporzjonalità u ta' trattament ugwali.

Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kawża T-374/04, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' l-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali minħabba li, fl-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti Bulgaru, hija ma applikatx l-atti kollha li hija kienet adottat fir-rigward tad-Direttiva 2003/87/KE. Hemm ksur tal-prinċipju ta' l-aspettattivi leġittimi peress li l-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti Bulgaru ġie evalwat permezz ta' l-aktar verżjoni reċenti tal-mudell PRIMES, li l-informazzjoni dwarha ġiet trażmessa lill-Bulgarija biss wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Hemm ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali peress li, waqt l-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti Bulgaru, il-Kummissjoni applikat dokument mhux uffiċċjali.

Hemm ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba peress li, waqt l-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti Bulgaru fir-rigward tal-konformità tiegħu mal-kriterji 1, 2 u 3 ta' l-Anness III tad-Direttiva 2003/87/CE, il-Kummissjoni ma eżaminatx b'attenzjoni u oġġettività l-fatturi ekonomiċi u ekoloġiċi rilevanti kollha.

Il-Kummissjoni tapplika b'mod żbaljat l-atti obbligatorji tagħha, li adottat fir-rigward tad-Direttiva 2003/87/KE, waqt l-evalwazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti Bulgaru, raġuni li minħabba fiha hemm ksur tal-kriterji 1, 2, 3, 4, 6 u 10 ta' l-Annness III tad-Direttiva 2003/87/KE.


(1)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/53


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2007 — RS Arbeitsschutz vs L-UASI — RS Components (RS)

(Kawża T-501/07)

(2008/C 64/84)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: R.S. Arbeitsschutz Bedarfshandesgesellschaft mbH (Kaltenkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Ivens, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: RS Components Ltd (Corby, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tas-16 ta' Ottubru 2007, innotifikata lir-rikorrent fis-26 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża R 531/2007-2 u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tat-13 ta' Frar 2007 dwar l-Oppożizzjoni Nru B 902 660.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva Komunitarja komposta minn rappreżentazzjoni stilizzata ta' id jew ingwanta u ta' l-ittri majjuskoli “RS” għal prodotti fil-klassi 9, 17 u 25 — rikors Nru 4 113 981

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: RS Components Ltd

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark figurattiva “RS” Komunitarja għal prodotti fil-klassi 9, 17 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/53


Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2008 — Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/08)

(2008/C 64/85)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Buczek Automotive sp. z o.o. (Sosnowiec, Il-Polonja) (rappreżentant: T. Gackowski, legal adviser)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara invalidi l-Artikoli 1, 3(1) u 3(3) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2000 fil-Każ Nru C-23/2006 (ex NN 35/2006) dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek

sussidjarjament, tiddikjara invalidi l-Artikoli 1, 3(1) u 3(3) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2000 fil-Każ Nru C-23/2006 (ex NN 35/2006) dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek safejn il-Kummissjoni tordna l-irkupru ta' PLN 7 183 528 mill-kumpannija Buczek Automotive sp.z o.o.;

tiddikjara invalidi l-Artikoli 4 u 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 fil-Każ Nru C-23/2006 (ex NN 35/2006) dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija mill-Polonja lill-produttur ta' l-azzar Grupa Technologie Buczek safejn dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw it-twettiq ta' l-irkupru mingħand Buczek Automotive sp. z o.o;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq motivi li jikkoinċidu ma' dawk imqajma mir-rikorrenti fil-Kawża T-440/07, Huta Buczek vs Il-Kummissjoni (1).


(1)  ĠU 2008 C 22, p. 50.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/54


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-2/08)

(2008/C 64/86)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen (LfM) (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u G.-B. Lehr)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5109 finali tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fil-Land ta' Nordrhein-Westfalen;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5109 finali tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 34/2006 (ex N 29/2005 u ex CP 13/2004), li fiha l-Kummissjoni ddeċidiet li l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lix-xandara privati fil-kuntest ta' l-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri fil-Land ta' Nordrhein-Westfalen u li ġiet innotifikata lill-Kummissjoni, mhijiex kompatibbli mas-suq komuni.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti l-ewwel nett issostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 87(1) KE billi l-miżura ġiet ikklassifikata b'mod żbaljat bħala għajnuna mill-Istat. F'dan il-kuntest, hija tqajjem ukoll il-ksur ta' l-Artikolu 253 KE.

Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni li ġiet użata skema illegali ta' analiżi fil-kuntest ta' l-eżami li sar skond l-Artikolu 87(3)(ċ) KE. F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti invokat ukoll żbalji ta' evalwazjoni u abbuż ta' poter, kif ukoll ksur ta' l-Artikolu 253 KE.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Artikolu 87(3)(b) u (ċ) KE ġie miksur ukoll minħabba żbalji ta' evalwazzjoni u ta' abbuż ta' poter.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li, fi kwalunkwe każ, il-miżura kkonċernata taqa' taħt l-eżenzjoni settorjali prevista mill-Artikolu 86(2) KE. Fuq dan il-punt, ġie allegat ukoll ksur ta' l-Artikolu 253 KE.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/54


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — Coedo Suárez vs Il-Kunsill

(Kawża T-3/08)

(2008/C 64/87)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Angel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodriguez u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Ottubru 2007 safejn tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess mitlub għal diversi dokumenti tal-Kunsill relattivi u konsekuttivi għal inċident li seħħ bejn ir-rikorrent u waħda mill-kollegi tiegħu fid-19 ta' Frar 2004 (minuti ta' laqgħat interni, konklużjonijiet ta' investigazzjoni u rapport tas-servizz ta' sigurtà);

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B'dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-30 ta' Ottubru 2007, adottata mid-DĠ F tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li tiċħad it-talba konfermattiva tiegħu għall-aċċess għal dokumenti relattivi għal inċident li seħħ bejn ir-rikorrent u waħda mill-kollegi tiegħu.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) u l-ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 45/2001 (2) u fuq żball manifest fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, p. 1).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/55


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle)

(Kawża T-5/08)

(2008/C 64/88)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Iżvizzera) (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Master Beverage Industries Pte Ltd (Singapore, Singapore)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-konvenut ta' l-1 ta' Ottubru 2007, Każ R 563/2006-2 (Trade mark Komunitarja Nru 3 157 005);

tiċħad l-applikazzjoni kkontestata tat-trade mark Komunitarja Nru 3 157 005 RED MUG bil-logo “Golden Eagle” u disinn ta' ajkla;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell;

tordna lil Master Beverage, il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell, f'każ li ssir parti intervenjenti fil-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Master Beverage Industries Pte Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Golden Eagle” għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni Nru 3 157 005

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi Komunitarji, internazzjonali u nazzjonali u t-trade marks verbali “Red Cup”, “Gold Blend” u l-istampi ta' kikkra, inter alia, għal kafé

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet kompletament miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell ġie miċħud

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade marks kunfliġġenti huma simili ħafna mill-aspett viżiv minħabba arranġament identiku ta' disa' elementi, intrinsikament distintivi, preżenti kemm fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kif ukoll fil-maġġoranza tat-trade marks preċedenti.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/55


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle Deluxe)

(Kawża T-6/08)

(2008/C 64/89)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Iżvizzera) (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Master Beverage Industries Pte Ltd (Singapore, Singapore)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-konvenut ta' l-1 ta' Ottubru 2007, Każ R 568/2006-2 (Trade mark Komunitarja Nru 3 156 924);

tiċħad l-applikazzjoni kkontestata tat-trade mark Komunitarja Nru 3 156 924 RED MUG bil-logo “Golden Eagle Deluxe”;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell;

tordna lil Master Beverage, il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell, f'każ li ssir parti intervenjenti fil-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Master Beverage Industries Pte Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Golden Eagle Deluxe” għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni Nru 3 156 924

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi Komunitarji, internazzjonali u nazzjonali u t-trade marks verbali “Red Cup”“Gold Blend” u stampi ta' kikkra, inter alia, għal kafé

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet kompletament miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell ġie miċħud

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade marks kunfliġġenti huma simili ħafna mill-aspett viżiv minħabba arranġament identiku ta' disa' elementi, intrinsikament distintivi, preżenti kemm fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kif ukoll fil-maġġoranza tat-trade marks preċedenti.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/56


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle Deluxe)

(Kawża T-7/08)

(2008/C 64/90)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Iżvizzera) (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Master Beverage Industries Pte Ltd (Singapore, Singapore)

Talbiet tar-rikorrent(i)

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-konvenut ta' l-1 ta' Ottubru 2007, Każ R 1312/2006-2 (Trade mark Komunitarja Nru 3 157 534);

tiċħad l-applikazzjoni kkontestata tat-trade mark Komunitarja Nru 3 157 534 RED MUG bil-logo “Golden Eagle Deluxe”;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell;

tordna lil Master Beverage, il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti qudiem il-Bord ta' l-Appell, f'każ li ssir parti intervenjenti fil-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Master Beverage Industries Pte Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Golden Eagle” għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni Nru 3 157 534

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi Komunitarji, internazzjonali u nazzjonali u t-trade marks verbali “Red Cup”, “Gold Blend” u stampi ta' kikkra, inter alia, għal kafé

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet kompletament miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell ġie miċħud

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade marks kunfliġġenti huma simili ħafna mill-aspett viżiv minħabba arranġament identiku ta' disa' elementi, intrinsikament distintivi, preżenti kemm fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kif ukoll fil-maġġoranza tat-trade marks preċedenti.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/57


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — G.M. Piccoli Srl vs L-UASI (Rappreżentazzjoni ta' arzella)

(Kawża T-8/08)

(2008/C 64/91)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Ricorrenti: G.M. Piccoli Srl (Alzano Lombardo, l-Italja) (rappreżentant: S. Giudici, avvocato)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla jew tibdel id-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tat-28 ta' Settembru 2007, u li ġiet innotifikata fit-23 ta' Ottubru 2007, tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tridimensjonali Nru 4522892 li tikkonsisti fil-forma stilizzata ta' arzella (arzella tal-pellegrini) anki sabiex tinkludi “brioche, brioche mimlija bil-krema, ġamm, ċikkulata u għasel”.

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta arzella murija minn erba' naħat differenti (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4522892, għal prodotti fil-klassi 30).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal “preparazzjonijiet magħmula minn ċereali, għaġina, ħlewwiet u ġelati”

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċħid tar-rikors.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 4 u 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll l-interpretazzjoni żbaljata ta' xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/104/KEE, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks. F'dan ir-rigward, jiġi osservat li kemm l-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/104/KEE, kif ukoll l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, jippermettu espressament u b'mod ċar il-karattru distintiv intrinsiku, mhux biss ta' l-ippakjar tal-prodott, iżda anki tal-forma tagħha stess.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/57


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2008 — Volkswagen vs L-UASI (CAR SILHOUETTE III)

(Kawża T-9/08)

(2008/C 64/92)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus, R. Jepsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Novembru 2007, innotifikata fid-9 ta' Novembru 2007, fil-każ R 1306/2007-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark internazzjonali figurattiva “CAR SILHOUETTE III” għal prodotti fil-klassi 12 (reġistrazzjoni internazzjonali, li tirreferi għall-Komunità Ewropea, Nru W 878 349).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Protezzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati:

Ksur ta' l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-fatti mill-UASI fuq inizjattiva tiegħu stess;

Ksur ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94, b'mod partikolari d-dritt għal smigħ xieraq;

Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Reoglament Nru 40/94 safejn ġie deċiż li t-trade mark mhijiex ta' karattru distintiv.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/58


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2008 — Kwang Yang Motor vs L-UASI — Honda Giken Kogyo (Rappreżentazzjoni ta' magna ta' kombustjoni interna)

(Kawża T-10/08)

(2008/C 64/93)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kwang Yang Motor Co. Ltd (Kaoshiung City, it-Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-8 ta' Ottubru 2007 innotifikata lir-rappreżentanti tar-rikorrenti fit-30 ta' Ottubru 2007, fil-Każ R 1337/2006-3;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Id-disinn Komunitarju rreġistrat għal “Magna ta' kombustjoni interna” — Disinn Komunitarju Nru 000 163 290 - 0001

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha Co. Ltd

Disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Id-disinn irreġistrat fl-Istati Uniti għal “magna ta' kombustjoni interna” — Privattiva Nru D 367 070

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità: Ċaħda tar-rikors għal invalidità kollu kemm hu

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità u ddikjarat id-disinn invalidu

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/58


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2008 — Kwang Yang Motor vs L-UASI — Honda Giken Kogyo (Rappreżentazzjoni ta' magna ta' kombustjoni interna)

(Kawża T-11/08)

(2008/C 64/94)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kwang Yang Motor Co. Ltd (Kaoshiung City, it-Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' Ottubru 2007 innotifikata lir-rappreżentanti tar-rikorrenti fit-30 ta' Ottubru 2007, fil-Każ R 1380/2006-3;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Id-disinn Komunitarju rreġistrat għal “Magna ta' kombustjoni interna” — Disinn Komunitarju Nru 000 163 290 - 0002

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha Co. Ltd

Disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Id-disinn irreġistrat fl-Istati Uniti għal “magna ta' kombustjoni interna” — Privattiva Nru D 282 071

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità: Ċaħda tar-rikors għal invalidità kollu kemm hu

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità u ddikjarat id-disinn invalidu

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji.

Ir-rikorrenti ssostni li l-libertà tad-disinjaturi ta' magni ta' kombustjoni huwa mnaqqas għal disinni li jissodisfaw ir-rekwiżit ta' funzjonalità. Barra minn dan, billi s-settur f'termini ta' żvilupp teknoloġiku huwa kważi eżawrit, huwa iktar diffiċli għal disinjaturi f'dan il-qasam li jipprovdu alternattiva li toffri impressjoni ġenerali totalment differenti mingħajr ma tiġi mnaqqsa l-funzjonalità tad-disinn. Għaldaqstant, skond ir-rikorrenti, anki l-iċken dettallji għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġi evalwat il-karattru individuali tad-disinn.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li madankollu rnexxilha żżomm il-funzjonalità kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tad-disinn ikkontestat, filwaqt illi tat lill-komponenti essenzjali tiegħu karattru individwali.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/59


Appell imressaq fl-4 ta' Jannar 2007 minn M kontra d-digriet mogħti fid-19 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-23/07, M vs EMEA

(Kawża T-12/08 P)

(2008/C 64/95)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: M (Broxbourne, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Il-parti l-oħra fil-kawża: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA)

Talbiet ta' l-appellant

tannula d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-19 ta' Ottubru 2007, M vs L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, fil-kawża F-23/07;

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Aġenzija tal-25 ta' Ottubru 2006 safejn tiċħad it-talba tat-8 ta' Awwissu 2006 li tressaq il-każ quddiem il-kumitat ta' l-invalidità;

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Aġenzija li tiċħad it-talba għal kumpens;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-appell tiegħu, l-appellant jitlob l-annullament tad-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jiċħad bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2006 li biha l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini ċaħdet it-talba tiegħu għall-kostituzzjoni ta' kumitat ta' l-invalidità, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-31 ta' Jannar 2007 li tiċħad it-talba tiegħu għal kumpens.

In sostenn ta' l-appell tiegħu, l-appellant jinvoka motiv uniku bbażat fuq in-nuqqas ta' osservanza mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-dritt Komunitarju. Huwa jsostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta' interpretazzjoni tal-portata tar-rikors tiegħu fl-ewwel istanza u, konsegwentement, iddeċieda ultra petita. Huwa jallega wkoll li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, barra minn hekk, kiser l-Artikolu 33(1) u (2) tal-Kundizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/59


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Jannar 2008 — Perfetti Van Melle vs L-UASI — Cloetta Fazer (CENTER SHOCK)

(Kawża T-16/08)

(2008/C 64/96)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Cloetta Fazer AB (Ljungsbro, l-Iżvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel totalment id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, każ R 149/2006-4, mogħtija fis-7 ta' Novembru 2007 u nnotifikata fid-9 ta' Novembru 2007;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ta' l-UASI, mogħtija fl-24 ta' Novembru 2005, fuq l-azzjoni għal kanċellazzjoni Nru 941 C 973 065;

tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni tat-TMK ta' Perfetti Nru 973 065 CENTER SHOCK;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta' dawn il-proċedimenti, kif ukoll għal dawk tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità u ta' l-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “CENTER SHOCK” għal prodotti fil-klassi 30 — Trade mark Komunitarja Nru 973 065

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Cloetta Fazer AB

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade marks nazzjonali verbali “CENTER” u “CLOETTA CENTER” għal prodotti, inter alia, fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade marks kunfliġġenti huma globalment differenti fuq il-livell fonetiku u kunċettwali u fl-impressjoni ġenerali, għalkemm għandhom element komuni. Minbarra dan, Cloetta u Perfetti joperaw, skond ir-rikorrenti, fi swieq differenti, peress li l-prodotti tagħhom jindirizzaw bżonnijiet differenti u konsumaturi differenti.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/60


Appell imressaq fl-14 ta' Jannar 2008 minn Marta Andreasen kontra s-sentenza mogħtija fit-8 ta' Novembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-40/05, Andreasen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/08 P)

(2008/C 64/97)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marta Andreasen (rappreżentant: B. Marthoz, avukat)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta' Novembru 2007 fis-sentenza F-40/05 u, tiddeċiedi fuq il-kawża, tilqa' t-talbiet ippreżentati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, inkluża t-talba għal kumpens;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta' Novembru 2007 fil-kawża F-40/05, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tirriżerva l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-appell tagħha, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li bih ċaħdet ir-rikors li għandu bħala suġġett, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tat-30 ta' Ottubru 2004 li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet kontra l-miżura dixxiplinarja tar-revoka mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għal pensjoni, u min-naħa l-oħra, talba għal kumpens.

In sostenn ta' l-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.

Qabel xejn, hija ssostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser l-Artikolu 10 ta' l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, in kwantu dan ma eżaminax il-legalità u l-proporzjonalità tad-deċiżjoni kkontestata fl-ewwel istanza meta mqabbla ma' l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ u tas-sitwazzjoni partikolari tar-rikorrenti marbuta man-natura tal-funzjonijiet li hija kienet wettqet.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-allegat ksur tal-prinċipji tal-legalità ta' l-atti Komunitarji, ta' l-applikazzjoni temporali ta' l-atti Komunitarji u taċ-ċertezza legali in kwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliu ma mmotivax is-sentenza tiegħu fir-rigward tal-punti relattivi għall-applikazzjoni, f'dan il-każ, tar-regoli li jinsabu kemm fir-Regolamenti tal-Persunal il-qodma kif ukoll dawk ġodda.

Barra minn hekk, l-appellanti tallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku biddel l-elementi tal-fatti li ġew sottomessi għall-evalwazzjoni.

Hija tinvoka wkoll żball ta' evalwazzjoni u ksur mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Artikoli 11, 12, 17 u 21 tar-Regolamenti tal-Persunal in kwantu dan ma mmotivax legalment is-sentenza tiegħu minkejja li approva l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet kif effettwata mid-deċiżjoni kkontestata fl-ewwel istanza.

Fl-aħħar nett, l-appellanti tallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser ukoll il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 6(1) u (13) tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/61


Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2008 — Evets vs L-UASI (DANELECTRO)

(Kawża T-20/08)

(2008/C 64/98)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evets Corporation (Irvine, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Ryan, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni R 603/2007-4 tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-5 ta' Novembru 2007;

tiddikjara, minflok, li l-applikazzjoni għal restitutio in integrum saret fit-termini previsti fl-Artikolu 78(2);

tordna li l-każ jintbagħat lura lir-Raba' Bord ta' l-Appell sabiex tiġi ttrattata l-kwistjoni fil-mertu dwar jekk itteħditx l-attenzjoni kollha meħtieġa għat-tiġdid tat-trade mark ikkonċernata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja verbali “DANELECTRO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 15 — applikazzjoni Nru 117 937

Deċiżjoni tad-Diviżjoni Legali u ta' l-Amministrazzjoni tat-Trade Marks: Ċaħdet l-applikazzjoni għal restitutio in integrum u ddikjarat it-trade mark bħala li ġiet ikkanċellata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħad l-appell u ddikjara l-applikazzjoni għal restitutio in integrum bħala li ma ġietx ippreżentata

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 78(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.

Ir-rikorrenti tissottometti li l-kwistjoni ta' l-osservanza tat-terminu ta' xahrejn, stipulat mid-dispożizzjoni hawn fuq iċċitata, għall-preżentata ta' l-applikazzjoni għat-tiġdid ta' reġistrazzjoni ta' trade mark u għall-ħlas tad-drittijiet ta' tiġdid, ma kinitx tifforma parti mill-appell. Fil-każ li l-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi li l-Bord ta' l-Appell ġustament eżamina din il-kwistjoni, ir-rikorrenti targumenta, b'mod sussidjarju, li t-terminu ta' żmien ġie kkalkulat b'mod żbaljat.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/61


Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2008 — Evets vs L-UASI (QWIK TUNE)

(Kawża T-21/08)

(2008/C 64/99)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evets Corporation (Irvine, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Ryan, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni R 604/2007-4 tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-5 ta' Novembru 2007;

tiddikjara, minflok, li l-applikazzjoni għal restitutio in integrum saret fit-termini preskritti fl-Artikolu 78(2);

tordna li l-każ jintbagħat lura lir-Raba' Bord ta' l-Appell sabiex tiġi ttrattata l-kwistjoni fil-mertu dwar jekk itteħditx l-attenzjoni kollha meħtieġa għat-tiġdid tat-trade mark ikkonċernata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja figurattiva “QWIK TUNE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 15 — applikazzjoni Nru 117 994

Deċiżjoni tad-Diviżjoni Legali u ta' l-Amministrazzjoni tat-Trade Marks: Ċaħdet l-applikazzjoni għal restitutio in integrum u ddikjarat it-trade mark bħala li ġiet ikkanċellata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħad l-appell u ddikjara l-applikazzjoni għal restitutio in integrum bħala li ma ġietx ippreżentata

Motivi invokati: Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-20/08, Evets vs L-UASI (DANELECTRO).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/62


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2008 — Weldebräu vs L-UASI — Kofola Holding (Forma ta' flixkun)

(Kawża T-24/08)

(2008/C 64/100)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Weldebräu GmbH & Co. KG (Plankstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Kofola Holding a.s. (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-15 ta' Novembru 2007, Każ R 1096/2006-4;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kofola Holding a.s.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali “Forma ta' flixkun” għal prodotti fil-klassijiet 21, 32 u 33 (applikazzjoni Nru 3 367 539).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark tridimensjonali “Forma ta' flixkun” għal prodotti fil-klassijiet 21, 32 u 33 (trade mark Komunitarja Nru 690 016).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), minħabba li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/62


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Jannar 2008 — Katjes Fassin vs L-UASI (Yoghurt-Gums)

(Kawża T-25/08)

(2008/C 64/101)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Uecker, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-25 ta' Ottubru 2007 (Każ R 1322/2006-4);

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri ta' l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Yoghurt-Gums” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 (Applikazzjoni Nru 4 929 808).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) f'dak li jirrigwarda l-prodotti fil-klassi 30 li għadhom in kwistjoni fil-proċeduri.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/63


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Jannar 2008 — Fédération Internationale des Maisons de l'Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-417/03) (1)

(2008/C 64/102)

Lingwa tal-kawża: Il-Franciż

Il-President tas-Seba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 59, 6.3.2004.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/63


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Novembru 2007 — Microsoft vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-313/05) (1)

(2008/C 64/103)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 257, 15.10.2005.


Tribunal għas-Servizz Pubbliku

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/64


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2007 — Kerelov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-109/07)

(Uffiċjali - Inammissibbiltà manifesta - L-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)

(2008/C 64/104)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Georgi Kerelov (Pazardzhik, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kerelov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Talba għal, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni ta' l-EPSO tat-2 ta' Frar 2007, li ma tikkomunikax lir-rikorrenti l-informazzjoni u d-dokumenti relattivi għall-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu subit.

Dispożittiv

1.

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/64


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Diċembru 2007 — Kerelov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-110/07)

(Servizz pubbliku - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)

(2008/C 64/105)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Georgi Kerelov (Pazardzhik, il-Bulgarija) (rappreżentanti: A. Kerelov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew

Suġġett tal-Kawża

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO tas-7 ta' Frar 2007 li l-informazzjoni u d-dokumenti relattivi għall-kompetizzjoni ma jiġux ikkomunikati lir-rikorrent, u min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni sostnuti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/64


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Diċembru 2007 — Kerelov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/07)

(Servizz pubbliku - Inamminissibbiltà manifesta - Artikolu 44(1)(c), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)

(2008/C 64/106)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Georgi Kerelov (Pazardzhik, Il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kerelov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta' l-EPSO ta' l-14 ta' Diċembru 2006 li ma titlobx lir-rikorrent jimla formola ta' applikazzjoni bil-ħsieb ta' ammissjoni possibbli għall-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa sofra.

Dispożittiv

1)

Il-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/65


Rikors imressaq fit-8 ta' Ottubru 2007 — Tomas vs Il-Parlament

(Kawża F-116/07)

(2008/C 64/107)

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Stanislovas Tomas (Kerkrade, l-Olanda) (rappreżentant: M. Michalauskas, avocat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tkeċċi r-rikorrent safejn din ma ġietx annullata mid-deċiżjoni li tiċħad l-ilment, jew tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment safejn din ma annullatx id-deċiżjoni ta' tkeċċija;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent s-somma ta' EUR 125 000 bħala kumpens tad-dannu morali u materjali li huwa ssubixxa;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ddeċidiet it-tkeċċija tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-dannu subit. In sostenn tar-rikors tiegħu, huwa jinvoka abbuż ta' funzjoni mill-Awtorità tal-Ħatra, il-ksur ta' diversi dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll il-ksur ta' l-Artikolu 19 tal-Kodiċi Ewropew ta' Prattika Amministrativa Tajba, il-ksur tal-prinċipju ta' ħarsien tad-drittijiet tad-difiża u ta' amministrazzjoni tajba u l-ksur ta' l-obbligu ta' premura mill-Parlament.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/65


Rikors imressaq fil-25 ta' Ottubru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-122/07)

(2008/C 64/108)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla n-nota tat-30 ta' Novembru 2006, prot. RELEX.K.4 D (2006) 522434;

tannulla n-nota tal-15 ta' Frar 2006, prot. D (2006) 502458;

tannulla d-deċiżjoni li tingħalaq l-investigazzjoni li tikkonċerna dak li seħħ fis-6 ta' Settembru 2001 meta r-rikorrent talab l-għajnuna tas-servizzi tas-sigurtà tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-Angola għat-tibdil ta' tajer tal-karrozza tiegħu;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta, indipendentement kif ittieħdet, li tiċħad it-talba ta' l-1 ta' Settembru 2006, li tressqet mir-rikorrent quddiem l-Awtorità tal-Ħatra;

tannulla, safejn neċessarju, in-nota tas-16 ta' Lulju 2007 prot. ADMIN.B.2/MB/nb D(07) 16072;

tannulla, safejn neċessarju, id-deċiżjoni, indipendentement kif ittieħdet, li tiċħad l-ilment tas-26 ta' Marzu 2007 imressaq mir-rikorrent lill-Awtorità tal-Ħatra;

tikkundanna lill-konvenuta twettaq inkjesta sabiex taċċerta l-avvenimenti li seħħew fil-5 ta' Mejju 2003, meta l-kap pro tempore ta' l-amministrazzjoni tad-delegazzjoni tal-KE fl-Angola saq il-karrozza tar-rikorrent mill-bitħa esterna ta' l-alloġġ tiegħu sa post li kien madwar erba' kilometri 'l bogħod, l-avvenimenti tas-6 ta' Settembru 2001, u l-esistenza ta' kwalunkwe relazzjoni bejn l-avvenimenti, kif ukoll li tikkomunika mingħajr dewmien lir-rikorrent ir-riżultati ta' l-inkjesta, li tesponi f'postijiet varji li huma adatti u viżibbli l-avviżi li jinkludu estratti tal-konklużjonijiet ta' l-inkjesta u li tiggarantixxi l-aċċess għal dawn il-konklużjonijiet; jew sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-danni li rriżultaw b'mod irriversibbli mid-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba ta' l-1 ta' Settembru 2006, is-somma ta' EUR 100 000 jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis ġusta u ekwa u, fir-rigward tad-danni ulterjuri għad-data preżenti, is-somma ta' EUR 20 jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis ġusta u ekwa, għal kull jum li jiddekorri mill-jum ta' l-għada u dak li fih, wara li tkun saret l-inkjesta, jingħataw komunikazzjonijiet lir-rikorrenti kif ukoll pubbliċità adegwata tal-konklużjonijiet;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-danni li diġà rriżultaw b'mod irreversibbli minħabba r-rifjut li tintbagħtlu t-traduzzjoni bit-Taljan tan-nota tat-30 ta' Novembru 2006, is-somma ta' EUR 20 000, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis ġusta u ekwa; kif ukoll, fir-rigward tad-danni ulterjuri għad-data preżenti, is-somma ta' EUR 2 jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis ġusta u ekwa, għal kull jum li jiddekorri mill-jum ta' l-għada u dak li fih jiġu adottati l-miżuri ta' implementazzjoni kollha ta' l-annullament ta' dan ir-rifjut;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-dannu li diġà rriżulta kif ukoll li jista' jirriżulta fil-futur, minħabba d-deċiżjoni li tingħalaq l-investigazzjoni f'dak li jikkonċerna d-danni li diġà rriżultaw b'mod irreversibbli, is-somma ta' EUR 20 000 jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis ġusta u ekwa li għandha titħallas immedjatament wara s-sentenza tal-kawża in kwistjoni; fir-rigward tad-danni ulterjuri li ser jirriżultaw għad-data preżenti, is-somma ta' EUR 25, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis ġusta u ekwa, għal kull jum li jiddekorri mill-jum ta' l-għada u dak li fih il-konvenuta ser tadotta l-miżuri ta' implementazzjoni kollha ta' l-annullament tad-deċiżjoni ta' għeluq l-investigazzjoni.

tikkonstata l-illegalità tal-fatt li r-rikorrent, mill-inqas sad-data li fiha rċieva n-nota tat-30 ta' Novembru 2006, ma kienet ingħatatlu l-ebda komunikazzjoni tad-deċiżjoni dwar l-għeluq ta' l-investigazzjoni;

tiddikjara l-illegalità tan-nuqqas ta' komunikazzjoni dwar l-għeluq ta' l-investigazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuta, bħala kumpens għad-dannu li rriżulta minħabba n-nuqqas ta' komunikazzjoni dwar l-għeluq ta' l-investigazzjoni, li tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 50 000 jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis ġusta u ekwa;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent iżid, in sostenn ta' l-argumenti tiegħu, it-tliet motivi ta' rikors li ġejjin: 1) nuqqas assolut ta' motivazzjoni, anki minħabba nuqqas ta' loġika, nuqqas ta' kongruwenza, nuqqas ta' raġonevolezza, konfużjoni u nuqqas ta' adegwatezza ta' l-istruttorja; 2) ksur gravi, ċar u manifest tal-liġi; 3) ksur tad-dmir ta' premura u ta' amministrazzjoni tajba.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/66


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2007 — Adjemian et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-134/07)

(2008/C 64/109)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vahan Adjemian (Angera, l-Italja) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, minn naħa, li jiffirjutaw li jġeddu l-ingaġġ tar-rikorrenti, bħala membri tal-persunal bil-kuntratt, għal perijodu definit jew indefinit, u, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxu kundizzjonijiet ta' impjieg. In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-ksur tal-prinċipju ta' stabbiltà tar-relazzjonijiet tax-xogħol u b'mod partikolari l-illegalità ta' l-Artikolu 88 tal-KIU safejn dan jillimita l-perijodu tal-kuntratti tal-membri tal-persunal bil-kuntratt.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet suċċessivi tal-Kummissjoni u b'mod partikolari dik tat-28 ta' April 2004, dwar il-perijodu massimu ta' użu ta' persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tagħha;

tiddikjara l-Artikolu 88 tal-KII illegali safejn dan jillimita l-perijodu tal-kuntratti tal-membri tal-persunal bil-kuntratt;

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta' Awwissu u tal-31 ta' Ottubru 2007 li jiċħdu l-ilmenti R/263/07, R/492/07 u R/390/07 intiżi kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tikkonkludi kuntratt jew li ġġedded l-ingaġġ tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt biss għal perijodu definit;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2007 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrenti tal-31 ta' Mejju u ta' l-20 ta' Lulju 2007 intiżi għall-estenzjoni għal perijodu indefinit tal-kuntratt ta' membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet rispettivi ta' impjieg tar-rikorrenti safejn l-ingaġġ tagħhom jew l-estensjoni ta' dan huwa limitat għal perijodu definit;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/67


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2007 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-146/07)

(2008/C 64/110)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett tal-kawża

Rikors imressaq kontra ċ-ċaħda mill-konvenuta tat-talba tar-rikorrent li tagħmel jew tikkonkludi investigazzjoni dwar il-fatt li, fid-29 ta' Ottuburu 2001, ir-rikorrent ġie f'kuntatt aċċidentali, fl-uffiċċji tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-Angola, fejn kien jiżvolġi l-attività ta' xogħol tiegħu bħala uffiċjal tal-konvenuta, u waqt il-ħin tax-xogħol, ma' trab bajdani li n-natura tiegħu mhix magħrufa, u li tingħatalu kull informazzjoni dwar x'ġara mill-kampjun ta' l-imsemmi trab u dwar il-proċeduri ta' konservazzjoni u ta' aċċess ta' l-istess.

Ir-rikorrent iressaq, in sostenn ta' l-argumenti tiegħu dwar iċ-ċaħda min-naħa tal-konvenuta, it-tliet motivi li ġejjin: 1) nuqqas assolut ta' motivazzjoni, kif ukoll nuqqas ta' loġika, inkonsistenza, nuqqas ta' raġonevolezza, konfużjoni, natura ta' prestest u nuqqas jew insuffiċjenza ta' l-investigazzjoni; 2) ksur tal-liġi ta' natura gravi, evidenti u manifest; 3) ksur ta' l-obbligu ta' premura u ta' amministrazzjoni tajba.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla, safejn meħtieġ, in-nota tat-23 ta' Frar 2007, prot. ADMINB.2/MB/nb D(07)4623;

jannulla d-deċiżjoni, bi kwalunkwe mod ifformulata, li permezz tagħha saret iċ-ċaħda, mill-konvenuta, tat-talba ta' l-10 ta' Ottubru 2006, li saret mir-rikorrent lill-awtorità tal-ħatra;

jannulla, safejn meħtieġ, id-deċiżjoni, bi kwalunkwe mod ifformulata, li biha ġie miċħud l-ilment tas-27 ta' April 2007 li sar mir-rikorrent lill-awtorità tal-ħatra;

jannulla, safejn meħtieġ, in-nota ta' l-4 ta' Settembru 2007, prot. ADMIN.B.2/MB/ls D(07)19393

jaċċerta l-fatt li l-konvenuta m'għamlitx jew ma kkonkludietx ebda investigazzjoni xierqa, inklużi l-atti preparatorji u ovvjament dawk li jirriżultaw minnha, sabiex taċċerta kull ċirkustanza, kemm jekk seħħet qabel jew wara, marubta bi kwalunkwe mod mal-fatt li r-rikorrent, fid-29 ta' Ottubru 2001, ġie f'kuntatt aċċidentali, fl-uffiċċji tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-Angola, fejn f'dak iż-żmien kien iwettaq l-attività ta' xogħol tiegħu bħala uffiċċjal tal-konvenuta, u fil-ħin tax-xogħol, ma' trab bajdani ta' natura mhux magħrufa;

jaċċerta u jiddikjara li n-nuqqas li ssir l-investigazzjoni huwa illegali;

jordna lill-konvenuta tagħmel jew tikkonkludi l-investigazzjoni, tagħmel serje sħiħa ta' azzjonijiet li jirriżultaw minn din ta' l-aħħar, tagħti sensiela ta' informazzjoni lir-rikorrent dwar l-aċċident tad-29 ta' Ottubru 2001, tiggarantixxi lir-rikorrent l-aċċess għall-kampjun tat-trab;

jordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens ta' dik il-parti tad-dannu li diġà ġie kkawżat b'mod irreversibili sad-data tal-lum min-nuqqas li ssir l-investigazzjoni, is-somma ta' EUR 3 000 000, jew somma akbar jew iżgħar li t-Tribunal jikkunsidra ġusta u ekwa;

jordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens ta' dik il-parti tad-dannu li, fin-nuqqas li ssir l-investigazzjoni, ser ikun ikkawżat minn għada 'il quddiem, is-somma ta' EUR 300, jew dik is-somma akbar jew iżgħar li t-Tribunal jikkunsidra ġusta u ekwa, għal kull ġurnata li tgħaddi bejn għada u dik meta, wara li tkun saret l-investigazzjoni kif ukoll l-atti preparatorji u dawk li jirriżultaw minnha, issir komunikazzjoni lir-rikorrent kif ukoll tingħata pubbliċità xierqa, fl-uffiċċji tad-delegazzjoni u fl-uffiċċji prinċipali tad-Direttorati Ġenerali ta' Żvilupp u ta' Relazzjonijiet Esterni tal-KE, tal-konklużjonijiet ta' l-investigazzjoni;

jeżamina l-aġir adottat mill-konvenuta qabel, matul u wara l-aċċident tad-29 ta' Ottubru 2001 u l-aġir marbut miegħu bi kwalunkwe mod, minbarra n-nuqqas li ssir l-investigazzjoni;

jaċċerta u jiddikjara li l-aġir tagħha huwa illegali;

jordna lill-konvenuta li, bħala kumpens għad-dannu kkawżat mill-aġir tagħha, tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 5 000 000 jew dik is-somma akbar jew iżgħar li t-Tribunal jikkunsidra ġusta jew ekwa;

jordna lill-KE tħallas lura, lir-rikorrent, l-ispejjeż, drittijiet u spejjeż legali, inklużi dawk marbuta mal-perizja ex parte li eventwalment ser issir sabiex tiġi aċċertata l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex il-konvenuta tiġi ordnata tħallas lir-rikorrent kull somma msemmija kif ukoll, b'mod aktar ġenerali, sabiex jiġi aċċertat kull fatt rilevanti għall-għanjiet tas-sentenza li ser tingħata f'din il-kawża.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/68


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

(Kawża F-1/08)

(2008/C 64/111)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta' l-Appell li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad A*11 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2005 u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-rapport ta' evalwazzjoni 2005/06 tar-rikorrent, inkluża d-Deċiżjoni Nru 01/2007 tal-Kumitat ta' l-Appell li jżomm dan ir-rapport, li r-rikorrent irċeviha fit-2 ta' Marzu 2007;

tannulla d-deċiżjonijiet konnessi u dawk sussegwenti, b'mod partikolari dik li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD11 fl-2007;

tannulla d-deċiżjoni tal-laqgħa limitata tal-Qorti ta' l-Awdituri tat-8 ta' Marzu 2007 li jiġġedded il-mandat ta' Michel Hervé fl-1 ta' Lulju 2007 għal terminu ta' sitt snin;

tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-kumpens tad-dannu morali mġarrab fl-ammont ta' EUR 10 000, kif ukoll għall-kumpens tad-dannu materjali kkostitwit mid-differenza bejn is-salarji riċevuti mir-rikorrent mid-data meta ħadu effett l-aħħar deċiżjonijiet ta' promozzjoni, imħabbra fit-3 ta' April 2007, u dawk li kien ikollu dritt għalihom li kieku ngħata promozzjoni fid-data meta ħadu effett dawn id-deċiżjonijiet;

tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/68


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Jannar 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-3/08)

(2008/C 64/112)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiż għall-kisba ta' traduzzjoni fit-Taljan ta' nota indirizzata lilu bl-Ingliż.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla n-nota tal-15 ta' Frar 2007, prot. RELEX.K7/PL/dg D(2007)502497;

tannulla d-deċiżjoni, li sadanittant ittieħdet, ta' ċaħda minn naħa tal-konvenuta tat-talba tas-27 ta' Jannar 2007, imressqa mir-rikorrent quddiem l-awtorità tal-ħatra;

tannulla, safejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni, kif ifformulata, ta' ċaħda ta' l-ilment tar-rikorrent quddiem l-awtorità tal-ħatra;

tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu li rriżulta mill-atti li ntalab l-annullament tagħhom, għas-somma ta' EUR 1 000 jew dik is-somma akbar jew anqas li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jidhirlu li hija ġusta u ekwa;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/69


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Jannar 2008 — Brune vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-5/08)

(2008/C 64/113)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Markus Brune (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: H. Mannes, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Is-suġġett u d-deskrizzjoni tal-kawża

Tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva għall-kompetizzjoni EPSO AD/26/05 minħabba li ma kisibx biżżejjed punti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta ta' l-10 ta' Mejju 2007 u d-deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta' l-ilment tat-2 ta' Ottubru 2007, u tiddikjara l-invalidità tal-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO AD/26/05;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta ta' l-10 ta' Mejju 2007 u d-deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta' l-ilment tat-2 ta' Ottubru 2007 u tordna lill-konvenuta tinkludi lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO AD/26/05;

b'mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta ta' l-10 ta' Mejju 2007 u d-deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta' l-ilment tat-2 ta' Ottubru 2007, tordna lill-konvenuta tistabbilixxi data ġdida għall-eżami orali tar-rikorrent billi tara li jingħata żmien xieraq għat-tħejjija, u tevalwa l-possibbiltà li jiġi inkluż fil-lista ta' riżerva fuq il-bażi ta' kriterji xierqa ta' evalwazzjoni;

tordna lill-konvenuta tagħti motivazzjoni għad-deċiżjoni ta' l-10 ta' Mejju 2007 u tagħti aċċess għall-minuti ta' l-evalwazzjoni ta' l-eżami orali tas-6 ta' Marzu 2007;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż;

sussidjarjament, tagħti deċiżjoni in kontumaċja.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/69


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2008 — M. Peter Schönberger vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-7/08)

(2008/C 64/114)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: M. Peter Schönberger (il-Lussemburgu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jagħtix lir-rikorrenti it-tielet punt ta' mertu fil-kuntest tar-rapport tiegħu għas-sena 2003.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tal-15 ta' Jannar 2007, li r-rikorrent ma jingħatax it-tielet punt ta' mertu fil-kuntest tar-rapport tiegħu għas-sena 2003 u tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tas-16 ta' Ottubru 2007, li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-15 ta' Jannar 2007;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/70


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2008 — Rosenbaum vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-9/08)

(2008/C 64/115)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Eckehard Rosenbaum (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Is-suġġett u d-deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tqiegħed lir-rikorrent, fil-mument tar-reklutaġġ tiegħu, fil-grad AD 6/2.

It-talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Frar 2007, rigward il-klassifikazzjoni tar-rikorrent fil-grad AD 6/2;

tiddikjara li r-reklutaġġ għandu jsir fil-grad AD 9;

sussidjarjament, tiddikjara li r-reklutaġġ għandu jsir fil-grad AD 8;

b'mod iktar sussidjarju, tiddikjara li r-reklutaġġ għandu jsir fil-grad AD 7;

tordna lill-konvenuta tqiegħed lir-rikorrent fis-sitwazzjoni finanzjarja li kien ikun fiha kieku ġie mqiegħed fil-grad korrett;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/70


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2008 — Aayhan et vs Il-Parlament

(Kawża F-10/08)

(2008/C 64/116)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laleh Aayhan (Strasbourg, Franża) et. (rappreżentant: R. Blindauer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-21 ta' Ġunju 2007 għar-rikwalifikazzjoni tal-kuntratti kollha għal żmien fiss li kellhom ma din l-istituzzjoni f'kuntratt wieħed għal żmien mhux determinat.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni espliċita ta' rifjut mogħtija fil-25 ta' Ottubru 2007 mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, investit bl-Awtorità tal-Ħatra għal ilment ippreżentat quddiem il-Parlament fis-27 ta' Ġunju 2007;

tikkunsidra l-kuntratti kollha għal żmien fiss li kienu jorbtu lir-rikorrenti mal-Parlament Ewropew bħala kuntratt wieħed għal żmien mhux determinat li jmur lil hinn mill-1 ta' Jannar 2007;

terġa ddaħħal lill-aġenti rikorrenti kollha b'kuntratt għal żmien mhux determinat fis-servizz tal-Parlament Ewropew;

tagħti lil kull aġent rikorrenti għall-perijodi kollha ta' xogħol mill-bidu ta' l-impjieg tiegħu, kumpens li jirrappreżenta d-dritt għal-leave bil-paga li kiseb permezz ta' xogħolu;

tiddeċiedi favur ir-rikorrenti safejn dawn iqisu lid-deċiżjoni ta' l-20 ta' April 2007 hija r-rifjut ta' lment u li huma diġà ressqu kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/71


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Jannar 2008 — Erbežnik vs Il-Parlament

(Kawża F-106/06) (1)

(2008/C 64/117)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża wara li ntlaħaq ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006, p. 46.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/71


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta' Jannar 2008 — De Fays vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/07) (1)

(2008/C 64/118)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007, p. 53.


8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/71


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta' Jannar 2008 — De Fays vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-123/07)

(2008/C 64/119)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President ta' l-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża wara li ntlaħaq ftehim bonarju.