Official Journal L 356 , 24/12/1988 P. 0042 - 0044
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0038
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0038
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4060/88 tal-21 ta’ Diċembru 1988 li jemenda ċerti Regolamenti dwar il-ħops wara l-introduzzjoni tan-nomenklatura kombinata. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 fuq in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3174/88 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, adattazzjonijiet tekniċi għal atti tal-Komunità li jirreferu għan-nomenklatura kombinata għandhom isiru mill-Kummissjoni; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3998/87 [3] jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops [4] biex jadattah għan-nomenklatura kombinata introdotta bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87; billi r-Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 3076/78 tal-21 ta’ diċembru 1987 fuq l-importazzjoni tal-ħops minn pajjiżi mhux membri [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1465/79 [6], u (KEE) Nru 3077/78 tal-21 ta’ Diċembru 1978 fuq l-ekwivalenza ma’ l-attestati tal-Komunita ta’ attestati li jakkompanjaw il-ħops importat minn pajjiżi li mhumiex membri [7], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3975/88 [8], għandhom jiġu adattati skond dan; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3076/78 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej: "2. Ix-xhieda msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata: (a) fir-rigward ta’ koni tal-ħops li huma skond il-kodiċi NM 1210, bil-preżentazzjoni ta’: - jew l-attestat li hemm ipprovdut fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71, minn issa "l quddiem magħruf bħala" attestat ta’ ekwivalenza - jew l-attestat ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament; (b) fir-rigward ta’ prodotti minbarra l-koni tal-ħops li huma skond il-kodiċi NM 1210 u likwidi u estratti tal-ħops li huma skond il-kodici NM 13021300, bil-preżentazzjoni ta’ attestat ta’ ekwivalenza." L-Artikolu 2 L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3077/78 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej: L-ANNESS L-ANNESS Pajjiż ta' oriġini | Organizzazzjonijiet awtorizzati biex joħorġu attestati | Prodotti | Kodiċi NM | L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA | Inspection Division, Federal Grain Inspection Service Komlótoboz ex1210 | Koni tal-ħops | ex1210 | —Idaho Department of Agriculture, Boise, Idaho Komlóliszt ex1210 | Trab tal-ħops | ex1210 | —California Department of Agriculture, Sacramento, California | Meraq u estratti tal-ħops | 13021300 | —Oregon Department of Agriculture, Salem, Oregon | —Washington Department of Agriculture, Yakima, Washington | IL-POLONJA | Ministère du commerce extérieur et de l'économie maritime | Koni tal-ħops | ex1210 | Service de contrôle de la qualité des produits alimentaires | Trab tal-ħops | ex1210 | Varsovie | Meraq u estratti tal-ħops | 13021300 | IL-BULGARIJA | Laboratoire du contrôle et des arbitrages près de l'union économique d'État "Bulgarsko TIVO" Sophia, Goroubliane, Bulgaria | Koni tal-ħops | ex1210 | Trab tal-ħops | ex1210 | Meraq u estratti tal-ħops | 13021300 | IL-JUGOSLAVJA | 1.Institut za Hmaljarstvo, Pivovarstvo, ta' Zalec | Koni tal-ħops | ex1210 | 2.Poljoprivredni Fakultet Novi Sad | Trab tal-ħops | ex1210 | Institut za Ratarstvo I | Meraq u estratti tal-ħops | 13021300 | Povrtarstvo — Zavod za Hmelj I Sirak, Backi Petrovak | | IR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA | 1.Tianjin Uffiċċju ta' Spezzjoni Prodotti Importazzjoni Esportazzjoni | Koni tal ħops | ex1210 | 2.Xinjiang Uffiċċju ta' Spezzjoni Prodotti Importazzjoni Esportazzjoni | Trab tal-ħops | ex1210 | 3.Uffiċċju ta' Spezzjoni ta' Importazzjoni u Esportazzjoni ta' Kummerċ ta' Neimonggol | Meraq u estratti tal-ħops | 13021300 | IĊ-ĊEKOSLOVAKKJA | Ustredni Kontrolni a zkusebni ustav zemedelsky | Koni tal ħops | ex1210 | Pobocka — Zatec | Trab tal-ħops | ex1210 | Meraq u estratti tal-ħops | 13021300 | L-AWSTRALJA | Department of Agriculture, Hobart, Tasmania | Koni tal-ħops | ex1210 | Department of Agriculture, Melbourne, Victoria | Trab tal-ħops | ex1210 | Meraq u estratti tal-ħops | 13021300 | IL-PORTUGALL | | | | SPANJA | | | | NEW ZEALAND | 1.Cawthron Institute, Nelson, South Island | Koni tal-ħops | ex1210 | 2.Ministeru ta' l-Agrikultura u Sajd, Wellington | Trab tal-ħops | ex1210 | Meraq u estratti tal-ħops | 13021300 | IR-RUMANIJA | Institut agronomique "Docteur Petru Groza" Cluj — Napoca | Koni tal-ħops | ex1210 | Trab tal-ħops | ex1210 | Meraq u estrati tal-ħops | 13021300 | IL-KANADA | Division de la quarantaine des plantes | Koni tal-ħops | ex1210 | Trab tal-ħops | ex1210 | Meraq u estratti tal-ħops | 13021300 | IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-ĠERMANJA | VEB, Wissenschaftlich-Technisch-OEkonomisches Zentrum der Bau- und Malzindustrie DDR-1017 Berlin | Koni tal-ħops | ex1210 | Trab tal-ħops | ex1210 | Meraq u estratti tal-ħops | 13021300 | L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1988. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Vici-President [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 298, tal-31.10.1988, p. 1. [3] ĠU L 377, tal-31.12.1987, p. 40. [4] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1. [5] ĠU L 367, tat-28.12.1978, p. 17. [6] ĠU L 177, ta’ l-14.7.1979, p. 33. [7] ĠU L 367, tat-28.12.1978, p. 28. [8] ĠU L 351, tal-21.12.1988, p. 23. --------------------------------------------------