|
Skeda tas-Sommarju Eżekuttiv
|
|
Il-valutazzjoni tal-impatt dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni
|
|
A. Ħtieġa ta' azzjoni
|
|
Għaliex? X'inhi l-problema li qed tiġi indirizzata?
|
|
Il-konnettività mingħajr fili teħtieġ aċċess għal spettru xieraq. Iż-żieda fit-traffiku mobbli, li huwa mmexxi l-iktar minn kontenut vidjo, toħloq pressjoni fuq il-baned attwalment disponibbli għall-broadband mingħajr fili (WBB). Biex dan jiġi indirizzat ilhom għaddejjin azzjonijiet u diskussjonijiet fil-livell tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) dwar l-użu possibbli tal-ispettru taħt 1 GHz. L-ITU tippermetti l-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' 694-790 (“700”) MHz għad-WBB. Pajjiżi mill-Amerika ta’ Fuq qed jippjanaw ukoll biex jużaw il-banda ta' frekwenzi 470-694 (“taħt 700”) MHz għad-WBB. Billi l-banda kollha tal-UHF (470-790 MHz) bħalissa qed tintuża mit-televiżjoni diġitali terrestri (DTT) u mit-tagħmir tal-ħolqien ta’ programmi awdjo u għall-avvenimenti speċjali (PMSE) fl-UE, hemm konflitt ta’ domanda għal dan l-ispettru “ta’ importanza primarja”.
Il-baned armonizzati tal-UE għad-WBB, speċjalment dawk taħt 1 GHz, huma importanti biex jintlaħqu l-miri ta' konnettività tal-Unjoni stabbiliti mill-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (DAE). Il-pajjiżi tal-UE jappoġġaw approċċ koordinat tal-UE biex jiġu pprovduti servizzi tad-WBB fil-banda ta’ 700 MHz, iżda għandhom fehmiet differenti dwar iż-żmien adatt minħabba li l-ħtiġijiet tagħhom tad-DTT huma differenti ħafna. Dawn il-fehmiet diverġenti jistgħu jdewwmu l-introduzzjoni ta’ netwerks avvanzati meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet ta’ konnettività tal-UE u jistgħu joħolqu interferenza transftuntiera bejn il-pajjiżi tal-UE.
|
|
X'mistenni jinkiseb b'din l-inizjattiva?
|
|
Is-suq uniku diġitali (DSM) huwa wieħed mill-għaxar (10) prijoritajiet politiċi ewlenin tal-Kummissjoni. Biex jinkiseb id-DSM, hija importanti ħafna konnettività universali mingħajr fili b’veloċità għolja. Din tista’ tiġi pprovduta b’mod kosteffiċjenti liċ-ċittadini kollha tal-UE permezz ta' netwerks fissi u bla fili ugwalment essenzjali. Permezz tal-konnettività b’veloċità għolja madwar l-UE se jkun possibbli li jiġu żviluppati s-servizzi innovattivi fis-swieq awdjoviżivi u tal-mowbajls. Hija se tkun ukoll il-bażi għal servizzi ġodda bħal dak tal-karozzi konnessi li jiddependu fuq il-kopertura u l-kapaċità tal-UE.
Il-Kummissjoni tfassal strateġija tal-UE dwar l-użu tal-banda UHF fil-ġejjieni sabiex din il-parti tal-ispettru tista’ tintuża b’mod effiċjenti biex tadatta għall-evoluzzjoni tas-swieq tat-telekomunikazzjoni u tal-midja filwaqt li tippreserva l-mudell awdjoviżiv tal-UE u s-servizz ta' xandir pubbliku attwali free-to-view.
|
|
X'inhu l-valur miżjud ta' azzjoni fil-livell tal-UE?
|
|
Approċċ koordinat tal-UE se jkollu dawn il-benefiċċji fuq azzjoni fil-livell nazzjonali jew reġjonali:
se tiġi żgurata konnettività mal-UE kollha bi 30 Mbps sal-2020 sabiex tkun tista’ ssir l-innovazzjoni f’servizzi eżistenti u biex tiġi pprovduta l-bażi għal servizzi ġodda li jeħtieġu konnettività universali;
se tiġi evitata l-interferenza bejn d-WBB u d-DTT;
se jinkiseb benefiċċju minn ekonomiji ta’ skala ta’ suq kważi globali għal tagħmir adattat għall-banda ta' frekwenzi ta’ 700 MHz.
|
|
B. Soluzzjonijiet
|
|
Liema għażliet ta' politika leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva tqiesu? Hemm alternattiva preferuta? Għaliex?
|
|
Ġew ikkunsidrati l-erba' (4) għażliet ta' politika li ġejjin:
1 — Ebda azzjoni mill-UE: Il-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu indipendentement dwar is-servizz ta’ allokazzjoni u awtorizzazzjoni tal-banda ta' 700 MHz (DTT u/jew WBB), dwar il-frekwenzi disponibbli u l-kondizzjonijiet ta’ aċċess tekniċi rilevanti.
2 — Deżinjazzjoni u awtorizzazjoni kkoordinati tal-banda 700 MHz. Dan jinkludi:
data ta’ skadenza għall-għoti u għall-koordinazzjoni transfruntiera;
il-promozzjoni ta’ obbligi ta’ kopertura għall-liċenzji ta' 700 MHz;
riżervazzjoni tal-banda ta' 700 MHz għad-DTT u l-PMSE awdjo.
Valutazzjoni tas-suq fil-livell tal-UE hija prevista sal-2025 biex tivvaluta mill-ġdid ir-regoli dwar il-banda ta' taħt 700 MHz.
3 — Deżinjazzjoni u awtorizzazjoni kkoordinati tal-banda 700 MHz (bħal fl-għażla 2) u deżinjazzjoni kkoordinata tal-banda ta' taħt 700 MHz biss għall-użu downlink-only bil-kondizzjoni li l-provvista ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva (AVMS) lill-udjenza tal-massa, inkluż distribuzzjoni free-to-view, u l-użu tal-PMSE awdjo jibqgħu mħarsa, jekk ikun hemm domanda fil-livell nazzjonali.
Valutazzjoni tas-suq fil-livell tal-UE hija prevista sal-2025 biex tivvaluta mill-ġdid ir-regoli dwar il-banda ta' taħt 700 MHz.
4 — Deżinjazzjoni u awtorizzazjoni kkoordinati tal-banda kollha tal-UHF għal servizzi tad-WBB sal-2020.
L-għażla ta’ politika 3 hija l-għażla preferuta peress li tiżgura soluzzjoni flessibbli u bbilanċjata b’appoġġ tal-ekonomija diġitali, il-mudell awdjoviżiv Ewropew u l-benefiċċji taċ-ċittadini.
|
|
Min jappoġġa liema għażla?
|
|
Is-setturi tal-midja u tax-xandir jappoġġjaw ir-Rapport Lamy. Dan ir-rapport jipprovdi l-bażi għall-għażla preferuta numru 3 billi jirrakkomanda deżinjazzjoni u awtorizzazzjoni kkoordinati tal-banda ta' 700 MHz u approċċ flessibbli għall-banda ta' taħt 700 MHz. F’dan l-approċċ, is-servizzi ta’ xandir tradizzjonali jeżistu flimkien ma’ servizzi ta’ broadband mingħajr fili għall-modalità ta’ downlink-only.
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE tal-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) adottaw opinjoni tal-RSPG fejn huma jappoġġaw l-għażla għal approċċ koordinat tal-UE għall-għoti mill-ġdid ta' skop tal-banda ta' 700 MHz. Dan jinkludi:
- l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet tekniċi għall-użu tad-WBB fil-banda ta’ 700 MHz;
- issettjar ta' skadenza komuni għal-liberalizzazzjoni tal-banda ta' 700 MHz; kif ukoll
- użu flessibbli tal-banda ta' taħt 700 MHz.
Twettqu konsultazzjonijiet pubbliċi dwar iż-żewġ dokumenti u dawk li wieġbu esprimew appoġġ għall-koordinazzjoni tal-UE.
|
|
C. Impatti tal-għażla preferuta
|
|
X'inhuma l-benefiċċji tal-għażla ppreferuta (jekk hemm, barra minn dawk ewlenin)?
|
|
L-għażla 3 se:
tipprovdi spettru armonizzat addizzjonali tal-UE għad-WBB fit-twettiq tal-mira dwar l-ispettru tal-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju (RSPP);
tikkontribwixxi għall-miri ta’ konnettività tad-DSM u l-miri tal-broadband tad-DAE;
tnaqqas il-frammentazzjoni tal-użu tal-banda tax-xandir tal-UHF u ma tippermettix interferenza bejn id-WBB u d-DTT;
tiffaċilita l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni tas-suq lejn teknoloġiji iktar effiċjenti;
tadatta għal forom ġodda ta’ konsum awdjoviżiv filwaqt li jinżamm il-mudell free-to-view attwali;
tagħti liIl-pajjiżi tal-UE l-flessibilità biex jiftħu l-banda ta' taħt 700 MHz għal użi oħra minbarra tad-DTT l-PMSE awdjo, fejn dan huwa possibbli u filwaqt li jiġu salvagwardjati dawk l-użi;
issaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fin-negozjati internazzjonali dwar l-użu tal-banda ta' 700 MHz fil-ġejjieni.
|
|
X'inhuma l-iżvantaġġi tal-għażla ppreferuta (jekk se jkun hemm, barra mill-ispejjeż ewlenin)?
|
|
Ix-xandara tat-televiżjoni diġitali terrestri (DTT) (pubbliċi u privati) u l-utenti tal-PMSE awdjo se jkunu mċaħħda minn parti oħra tal-ispettru tal-UHF (minbarra l-banda ta' 800 MHz li diġà ngħatat skop ġdid). Il-migrazzjoni lejn il-banda ta' 700 MHz se tiġġenera spejjeż ta’ tranżizzjoni biex jiġu kkonfigurati mill-ġdid in-netwerks tax-xandir. L-operaturi tan-netwerk tad-DTT se jkollhom jaġġornaw għall-aktar teknoloġiji effiċjenti tal-ispettru fi żmien qasir, jekk jixtiequ li jżommu (jew itejbu) il-varjetà attwali u l-kwalità tal-programmi trażmessi. Il-konsumaturi se jiffaċċjaw l-inkonvenjenza ta’ sinkronizzazzjoni mill-ġdid jew is-sostituzzjoni tat-tagħmir (set-top-box u f’xi każijiet antenna ġdida) biex ikomplu jirċievu s-servizzi tat-televiżjoni diġitali terrestri (DTT).
|
|
Kif se jintlaqtu n-negozji, l-SMEs u l-mikrointrapriżi?
|
|
Minn naħa waħda, il-maġġoranza tal-industriji kulturali u kreattivi huma SMEs. Il-kategorija l-aktar milquta huma l-utenti tal-PMSE awdjo, li se jgħaddu minn tnaqqis sinifikanti tal-“ispazji bojod” disponibbli għall-produzzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ programmi u avvenimenti. Min-naħa l-oħra, għadd ta’ SMEs li għandhom rabta fis-settur tal-broadband mingħajr fili jibbenefikaw minn disponibbiltà tal-ispettru addizzjonali u għalhekk ikollhom titjib ta' negozju.
Il-Kummissjoni żgurat, permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-2014, li bażi ta’ baned ta’ frekwenzi tkun disponibbli għall-PMSE awdjo. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se titlob l-opinjoni tal-RSPG dwar l-istrateġija tagħha tal-UE dwar is-servizzi tal-PMSE. Fl-għażla 3, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li jużaw parti mill-banda ta’ 700 MHz (sa 25 MHz fl-hekk imsejħa “duplex gap”) għall-użu għall-PMSE.
|
|
Se jkun hemm impatti sinifikanti fuq il-baġits u l-amministrazzjonijiet nazzjonali?
|
|
Għall-awtoritajiet nazzjonali, l-ispejjeż u l-benefiċċji se jiddependu fuq il-qafas regolatorju nazzjonali applikabbli, jiġifieri l-possibbiltajiet u t-termini tal-irtirar tal-liċenzja, it-tiġdid jew il-modifika u/jew spejjeż amministrattivi oħrajn. Għadd ta’ pajjiżi tal-UE se jkollhom jirtiraw jew jemendaw il-liċenzji attwali fil-banda ta' 700 MHz sabiex tkun tista' ssir tranżizzjoni fi ħdan din il-banda lejn is-servizzi broadband mobbli. Filwaqt li l-irkantijiet ser jiġġeneraw dħul pubbliku, il-miżuri ta’ appoġġ pubbliku potenzjali għat-titjib tat-tagħmir tal-utent aħħari jista’ jkollhom bżonn ta' riżorsi mill-baġit nazzjonali.
|
|
Se jkun hemm impatti sinifikanti oħra?
|
|
Le.
|
|
D. Segwitu
|
|
Meta se tiġi riveduta l-politika?
|
|
L-iżviluppi tas-suq dwar l-użu tal-banda ta' taħt 700 MHz se jkunu vvalutati permezz ta’ proċess ta’ livell tal-UE organizzat mill-Kummissjoni sal-2025 u l-qafas regolatorju jista' jiġi emendat jekk meħtieġ.
|