komunikazzjoni mill-kummissjoni lill-kunsill u lill-parlament ewropew - L-Unjoni Ewropea u l-Iraq - Qafas għall-Impenn /* KUMM/2004/0417 finali */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW - L-Unjoni Ewropea u l-Iraq - Qafas għall-Impenn I. Introduzzjoni Din il-Komunikazzjoni twieġeb għat-talba tal-Kunsill Ewropew tas-16 - 17 ta' Ottubru għal strateġija għar-relazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropeja ma' l-Iraq u tikkontribwixxi għas-Sħubija strateġika ta' l-UE mal-Mediterranan u mal-Lvant Nofsani. Ghandha l-iskop li tipprovdi bażi għal diskussjonijiet mal-gvern sovran Iraqin li għadu kemm laħaq u ma' firxa akbar tas-soċjetà Iraqina.Tfittex twassal lill-poplu Iraqin, li sofra minn snin ta' gwerer suċċessivi, sanzjonijiet u tmexxija awtoritarja brutali, ix-xewqa ta' l-Unjoni Ewropea li tara t-tfaċċar ta' sigurtà, stabbiltà u prosperità fl-Iraq, Iraq fil-paċi mal-ġirien tiegħu u integrat fil-komunità internazzjonali. Il-Komunikazzjoni qed tiġi adottata fl-isfond ta' nuqqas qawwi ta' sigurtà mill-gwerra ta' l- 2003 lil hawn, li jkompli jnikket il-popolazzjoni Iraqina fil-ħajja tagħha ta' kuljum u jostakola l-progress fl-irkupru politiku, ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Madankollu, il-ħatra ta' Gvern Iraqin Temporanju ġdid u l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UN Security Council Resolution) 1546 fit-8 ta' Ġunju 2004 li tikkonferma it-trasferiment sħiħ tar-responsabilità u ta' l-awtorità għall-Iraqini mit-30 ta' Ġunju 2004 u ssaħħaħ ir-rwol ċentrali tan-Nazzjonijiet Uniti joffru opportunità lill-UE biex jappoġġjaw l-isforzi Iraqini biex jagħtu direzzjoni ġdida għall-pajjiż tagħhom. Il-Komunikazzjoni tanalizza l-interess fundamentali ta' l-UE li tfittex impenn akbar ma' l-Iraq u tniżżel għanijiet ta' żmien mezzan għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet UE-Iraq. Targumenta li l-Unjoni Ewropea għandha toffri qafas li jippermetti relazzjonijiet UE-Iraq aktar mill-qrib progressivament, b'ritmu determinat mill-progress fit-transazzjoni politika u fl-atmosfera tas-sigurtà. Fid-dawl ta' l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni attwali, l-UE għandha tkun lesta tirrevedi t-trattament tagħha. II. L- Unjoni Ewropea u l-Iraq Taħt l-24 sena reġim ta' Saddam Hussein, l-UE ma kellhiex relazzjonijiet politiċi jew kuntrattwali ma' l-Iraq u l-funzjoni tagħha kienet limitata għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC). L-UE kienet, madankollu, protagonista fil-qasam umanitarju. Mill-1992 'il quddiem, il-Komunità Ewropea (KEC) kienet l-akbar donatur waħdu ta' assistenza umanitarja għall-Iraq wara n-Nazzjonijiet Uniti (UN). Ir-relazzjonijiet kummerċjali ta' l-UE-Iraq kienu sinifikanti wkoll, partikolarment dwar l-enerġija. Minbarra l-involviment ta' numru ta' Stati Membri ta' l-UE biex jipprovdu sigurtà lill-Iraq, l-isforzi ta' l-UE mill-gwerra ta' l-2003 iffokaw biex jipprovdu solliev umanitarju u sapport politiku u finanzjarju biex jinbeda l-proċess ta' rikostruzzjoni. Fil-bidu ta' l-2003, il-KE warrbet EUR100 milljun għall-Uffiċċju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja (ECHO) biex tipprovdi għajnuna umanitarja lill-Iraq; L-Istati Membri ta'l-UE ivvutaw aktar minn EUR731 miljun. Wara l-adozzjoni tar-Risoluzzjoni UNSC 1483 fit-22 ta' Mejju 2003, l-UE neħħiet is-sanzjonijiet tagħha kontra l-Iraq. Il-konferenza ta' Madrid tad-donaturi li saret fit-23-24 ta' Ottubru 2003 nediet l-isforz multilaterali biex tiġi megħjuna r-rikostruzzjoni ta' l-Iraq. Waqt il-konferenza l-UE kollha vvutat 'il fuq minn EUR1.25 biljun, inkluż il-kontribuzzjoni tal-KE. Il-konferenza laqgħat ukoll l-intenzjoni tan-NU u tal-Bank Dinji li jwaqqfu trust fund b'aktar minn donatru wieħed għall-Iraq - Il-Faċilità ta' Fondi għar-Rikostruzzjoni Internazzjonali għall-Iraq. Minn Ottubru 2003, l-assistenza ta' l-UE għall-Iraq tkabbret fl-iskop. Filwaqt li l-bżonnijiet umanitarji tal-popolazzjoni qed jonqsu, riżorsi għar-rikostruzzjoni qed jissuplixxu ħidma umanitarja biex jirrijabilitaw is-servizzi pubbliċi ewlenin, u qed jikbru biex jinkludu l-provvista ta' impjiegi, inaqqsu l-faqar u jsaħħu l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni Iraqina. L-assistenza tal-KE ġiet ukoll immirata biex tappoġġja r-rwol tan-NU fil-proċess politiku u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili Iraqina u ta' l-istituzzjonijiet demokratiċi. Mill-2003 l-UE pprovdiet assistenza li tammonta għal EUR305 milljun mill-baġit tal-KE għall-Iraq [1]. [1] EUR100 miljun kienu marbuta għall-attivitajiet umanitarji fl-2003, EUR200 miljun vvutati għar-rikostruzzjoni fl-2003-04 u EUR2 miljun addizzjonali pprovduti fl-2003 għal azzjoni ta' minjiera. ECHO naqqset l-istimi inizzjali għall-Iraq fl-2004 għal EUR3 miljun. Madankollu, fondi addizzjonali jistgħu jiġu mobilizzati għal bżonnijiet umanitarji emerġenti ġodda. Ara http://europa.eu.int/comm/world/iraqsit/reconstruct/index.htm għal aktar dettalji tas-sorsi u d-destinazzjoni tal-assistenza KE għall-Iraq fl-2003-2004 Interess tal-UE fis-sigurtà, l-istabbilità, id-demokrazija u l-prosperità ta' l-Iraq L-UE għandha interessi sostanzjali biex taħdem ma' l-Iraq biex jinbnew mill-ġdid l-istituzzjonijiet politiċi u legali tagħha, tirriforma l-ekonomija tagħha u tqajjem mill-ġdid is-soċjetà ċivili. Dawn jinkludu: * Interess fundamentali fi transazzjoni politika li tirnexxi biex titwaqqaf demokrazija stabbli, pluralistika, imsaħħa minn kostituzzjoni li tiggarantixxi rispett għall-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Din ser toffri tama lill-poplu ta' l-Iraq u tgħin tiżgura l-integrità territorjali ta' l-Iraq u s-sigurtà interna. * Interess ugwali biex jiġi megħjun l-inkoraġġament fit-tkabbir ekonomiku u d-diversifikazzjoni, jitnaqqas il-faqar u l-qagħad u jitjiebu l-livelli ta' l-għejxien għall-popolazzjoni Iraqina. Ekonomija tas-suq li tiffunzjona, kompettitiva u diversifikata, ir-rikostruzzjoni ta' l-infrastruttura ta' l-Iraq, partikolarment l-inter-konnessjoni tan-network tat-trasport ta' l-Iraq mat-trasport pan-Ewropew, l-integrazzjoni ekonomika ta' l-Iraq fir-reġjun tagħha ser jgħinu biex ittejjbu d-distribuzzjoni tal-ġid fil-pajjiż, inaqqsu s-suxxettibilità ta' l-Iraq għax-xokkijiet esterni u jiżviluppaw il-potenzjal għall-kummerċ u investiment UE-Iraq benefiċċjali reċiprokament, rabtiet umani u kulturali. Stabbiltà u prosperità akbar għandhom jiffaċilitaw ukoll ir-ritorn volontarju tar-refuġjati Iraqini fl-Ewropa, isaħħu ir-rabtiet soċjali u professjonali bejn il-pajjiżi ta' l-UE u l-Iraq. * Interess ieħor fil-potenzjal tal-kontribuzzjoni ta' l-Iraq għas-sigurtà u stabbilità fir-reġjun. It-tmiem tar-reġim ta' Saddam Hussein joħloq opportunità biex jinelbu tenzjonijiet reġjonali. Iraq fil-paċi mal-ġirien tiegħu u fir-reġjun tiegħu ser jikkontribwixxi ukoll għat-twettiq ta' l-oġġettivi mniżżla fil-istrateġija tas-Sigurtà Ewropea. It-Turkija, pajjiż kandidat ta' l-UE, ukoll għandu x'jiggwadanja minn Iraq emerġenti, stabbli u demokratiku. * Interess qawwi fit-twaqqif ta' qafas legali ġust, trasparenti u non-diskriminatorju fl-Iraq. Tbassir u ċertezza legali huma prekondizzjonijiet għall-investimenti sostanzjali meħtieġa fil-pajjiż, mhux b'inqas fis-settur ta' l-enerġija. Fid-dawl tal-kontribuzzjoni sinifikanti ta' l-Iraq għas-sigurtà ta' l-Unjoni fil-provvista ta' l-enerġija u tal-potenzjal għall-UE u l-Iraq li jibbenefikaw reċiprokament minn żieda fil-produzzjoni Iraqina ta' żejt u gass naturali, huwa ta' interess qawwi kemm għall-UE kif ukoll għall-Iraq li jkun hemm ambjent ta' kundizzjonijiet indaqs għall-investiment u għall-konverġenza regolatorja fis-settur ta' l-enerġija. III. GĦANIJIET GĦALL-IŻVILUPP TAR-RELAZZJONIJIET UE-IRAQ L-istabbilità u l-prosperità ta' l-Iraq ser jeħtieġu mhux biss l-appoġġ ta' l-UE, imma anke l-isforzi kombinati tal-komunità internazzjonali, u fuq kollox, ta' l-Iraqini nfushom. L-UE għandha għalhekk taħdem ma' l-amministrazzjoni ġdida Iraqina u mas-soċjetà Iraqina biex tiddiskuti r-rwol li huma jaraw li għandu jkollha l-UE fl-Iraq u tiżviluppa l-preżenza tagħha u l-impenn ma' l-Iraq progressivament hekk kif il-proċess transitorju jevolvi. L-għan għandu jkun biex jinbnew is-sisien għal relazzjonijiet fuq bażi wiesgħa u ta' benefiċċju reċiprokament maż-żmien mezzan. Fid-djalogu tagħha ma' l-Iraq, l-UE tista' tipproponi biex tiffoka l-istrateġija tagħha għall-Iraq fuq l-għanijiet għaż-żmien mezzan li ġej: - L-iżvilupp ta' sigurtà, stabbilità u demokrazija fl-Iraq, b'parlament u gvern, elett abbażi ta' kostituzzjoni li tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-popolazzjoni Iraqina in ġenerali. - It-twaqqif ta' ekonomija tas-suq u soċjetà miftuħa, stabbli, sostenibbli u diversifikata bħala bażi għas-sigurtà umana, tkabbir ekonomiku, ġenerazzjoni ta' xogħol u tnaqqis ta' poverta, b'riżorsi użati biex jinkoraġixxu żvilupp ekonomiku u soċjali ġust. - L-integrazzjoni ekonomika u politika ta' l-Iraq fir-reġjun tagħha u s-sistema internazzjonali miftuħa. Sigurtà, stabbilità u demokrazija fl-Iraq Issa hemm opportunità għall-Iraq biex twarrab l-istorja tagħha ta' kontroll awtoritarju u tibni istituzzjonijiet stabbli demokratiċi li jiggarantixxu d-dritijiet ta' l-Iraqini kollha, inklużi nisa u etniċi, minoranzi reliġjużi u tribali. Ir-riżoluzzjoni ta' materji bħar-rwol tar-reliġjon fl-istat, settur tas-sigurtà effettiv u kkontrollat demokratikament u l-organizzazzjoni ta' relazzjonijiet bejn amministrazzjonijiet provinċjali u ċentrali ser ikunu ċentrali għas-suċċess tal-proċess politiku. L-istess, it-twaqqif ta' istituzzjonijiet demokratiċi ser jeħtieġu proċess ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali u bini ta' kunsens. Kif konfermat mill-UNSCR 1546, in-NU ser tibni fuq l-esperjenza konsiderevoli tagħha fl-Iraq qabel il-gwerra u fuq ix-xogħol mibdi mill-Mibgħut Speċjali tan-NU Sergio De Mello qabel l-attakk traġiku fuq il-kwartieri tan-NU f'Baghdad is-sena l-oħra u mkompli mill-Mibgħut Speċjali Lakhdar Brahimi, biex ikollha rwol ewlieni biex tgħin l-Iraqini jimxu fit-transizzjoni politika tagħhom. L-UE għandha għalhekk tkompli tappoġġja n-NU tieħu sehem f'dan ir-rwol prinċipali u tiżgura li l-azzjonijiet tagħha jassistu l-Iraq u huma koordinati sew ma' dik l-organizzazzjoni. Fid-dawl ta' l-esperjenza ta' suċċess ta' l-UE stess biex tappoġġja proċessi ta' transizzjoni minn sistemi awtoritarji ta' gvern għal sistemi bbażati fuq demokrazija, kif ukoll l-esperjenza diversa ta' l-Istati Membri ta' l-UE mal-federaliżmu u deċentralizzazzjoni, l-UE tista': - Tilqa' UNSC Reżoluzzjoni UNSC 1546 li tikkonferma l-istatus sovran tal-gvern temporanju Iraqin mit-30 ta' Ġunju 2004 u tappoġġja l-implimentazzjoni tagħha. - Tidħol fi djalogu mal-awtoritajiet Iraqini li għadhom kemm laħqu biex turi l-appoġġ ta' l-UE għal proċessi politiċi u kostituzzjonali. - Tagħti priorità lill-assitenza ta' l-UE għall-elezzjonijiet, it-tmexxija tajba, l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili Iraqina u l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. - Tikkonsidra li tkabbar l-assistenza tagħha biex tinkludi miżuri biex jappoġġjaw is-sigurtà, b'mod partikolari biex timplimenta l-istat tad-dritt, il-ġustizzja u r-riforma tas-settur tas-sigurtà. Ekonomija tas-suq Iraqin miftuħ, sostenibbli u ddiversifikat Sa l-2003 l-ekonomija Iraqina kienet ikkaratterizzata minn intervent estensiv governattiv, kemm direttament minn intrapriżi statali (SOEs) u indirettament permezz ta' regolament qawwi, restrizzjonijiet ta' prezzijiet u sussidji. Is-settur taż-żejt iddominat mill-gvern kien l-iżjed magna importanti ta' l-ekonomija u, fi żmien qasir, ser ikollu jespandi malajr biex jiffinanzja r-rikostruzzjoni. Maż-żmien mezzan, madankollu, l-Iraq tiffaċċja transizzjoni ekonomika trippla għal ekonomija bbażata fuq żvilupp paċifiku, ekonomija tas-suq li tiffunzjona u iżjed sorsi sostenibbli u ddiversifikati ta' dħul domestiku. Faqar u qagħad huma mferrxa fl-Iraq, joħolqu tensjoni politika u soċjali. Miżuri biex jitnaqqsu l-effetti soċjali tar-riformi li huma meħtieġa biex jogħlew il-livelli ta' l-għejxien maż-żmien mezzan huma essenzjali, b'mod partikolari b'relazzjoni mal-liberalizzajoni tal-prezz, ristrutturar ta' l-SOE u tas-servizzi pubbliċi. Fi żmien qasir, il-ħolqien ta' social safety nets effettivi, sforz biex jiżdied ix-xogħol billi jintużaw snajja' lokali għal proġetti ta' rikostruzzjoni [2] u retifika ta' żbilanċi reġjonali fid-distribuzzjoni ta' riżorsi ser ikunu kollha neċessarji.Maż-żmien mezzan, il-kwistjoni ta' qafas kostituzzjonali għad-distribuzzjoni tad-dħul miż-żejt Iraqin għandha tiġi indirizzata. [2] Eż. Ir-riabilitazzjoni ta' elettriċità u infrastruttura oħra essenzjali. Ir-riżoluzzjoni tal-kwestjoni ta' l-obbligi ta' djun esteri ta' l-Iraq, preżentament stmata mal- $120 [3] biljun, hija pre-kondizzjoni għar-ritorn ta' l-Iraq għall-vijabilità finanzjarja u rkupru sostenibbli ekonomiku u soċjali u l-kontenut tal-ftehim tal-Klabb ta' Pariġi eventwalment probabbli jkollu impatt vast fuq l-aspetti kollha ta' l-attività ekonomika fl-Iraq.Il-grupp tal-Klabb ta' Pariġi tan-Nazzjonijiet ta' kredituri ikkommetttew lilhom nfushom biex jaħdmu għal soluzzjoni matul l-2004 imma trattament komparabbli ser ikun meħtieġ minn kredituri uffiċjali li mhumiex fil-Klabb ta' Pariġi u selliefa privati. It-tnaqqis tal-problemi finanzjarji fl-Iraq teħtieġ ukoll passi biex jiġu ndirizzati l-istatus tal-klejms mogħtija mill-Kummissjoni ta' Kompensazzjoni tan-NU wara l-ewwel gwerra tal-Golf, u dawk li għadhom pendenti. [3] Teskludi klejms mogħtija mill-Kummissjoni ta' Kumpens tan-NU. L-UE għandha rekord sostanzjali li taħdem ma' ekonomiji transitorji kif ukoll speċjalizzazzjoni mill-esperjenza tagħha stess li tikkombina koeżjoni soċjali ma' l-bini ta' istituzzjonijiet tas-suq b'saħħithom, liberalizzazzjoni u integrazzjoni. Għandha wkoll suq intern kbir li huwa lest biex jilqa' kotra ta' merkanzija u servizzi Iraqini. F'dan il-kuntest, l-UE tista': - Tinkoraġixxi ir-riżoluzzjoni tad-dejn estern ta' l-Iraq billi tiżviluppa veduta komuni u rakkomandazzjonijiet dwar il-politika tal-kondizzjonalità ekonomika. - Tkompli assistenza KE biex tinbena l-kapaċità ta' istituzzjonijiet amministrattivi u ekonomiċi Iraqini f'materji transitorji, b'mod partikolari il-ħolqien ta' amminisrazzjoni doganali li tiffunzjoni u li tippermetti li s-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP) tkun applikata. - Tgħin l-Iraq jiżviluppa kapaċitajiet ġudizzjarji u numru ta' qafas regolatorji u legali biex jinkoraġixxu attività ekonomika u investiment internazzjonali, inkluż is-settur ta' l-enerġija, u jiskoraġixxi l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u l-kriminalità. - Temfasizza l-bżonn li jiġu ndirizzat materji relatati mal-qgħad u l-faqar, jgħinu jitpoġġew f'posthom mezzi effettivi sabiex jilqgħu għall-iżbilanċi reġjonali fid-distribuzzjoni tar-riżorsi. - Temfasizza li l-ġid minerali sinjfikanti ta' l-Iraq għandu jintuża biex jingħata appoġġ għal dawn l-għanijiet, biex tiġi diversifikata l-ekonomija ta' l-Iraq, jiġġeneraw l-impjiegi, jinbena l-kapital fiżiku, istituzzjonali u uman neċessaru u titnaqqas id-disparita fid-dħul. Iraq fil-paċi mal-ġirien tiegħu u integrat fil-komunità internazzjonali It-trasformazzjoni ta' l-Iraq toffri opportunità li jiġu indirizzati interessi leġittimi ta' sigurtà ta' l-atturi differenti fir-reġjun u biex jiġi żgurat li t-twelid ta' sistema ta' ordni politika ġdida fl-Iraq tkun mħarsa pożittivament mill-istati ġirien. Tagħti wkoll skop għall-Iraq, lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u l-Iran biex iħaddnu numru ta' veduti ta' kif ir-reġjun għandu jsolvi sfidi ekonomiċi komuni. Barra dan, progress fil-proċess transatorju għandhu jifrex it-triq għall-Iraq biex jassumi rwol akbar f'affarijiet politiċi u ekonomiċi internazzjonali u jżid il-parteċipazzjoni tiegħu fil-fora internazzjonali. Id-deċiżjoni tal-ġirien tal-Iraq li jorganizzaw forum komuni - Il-Laqgħat tal-Ġirien - wara l-gwerra ta' l-2003, biex jiddiskutu is-sitwazzjoni ta' l-Iraq turi rikonoxximent ta' l-opportunità għal aktar kooperazzjoni intra-reġjonali. Fit-tul, it-twaqqif progressiv ta' qafas ta' kooperazzjoni reġjonali ta' natura politika-ekonomika, li jnaqqas tensjonijiet u li jimxi gradwalment biex jinvolvi kooperazzjoni ta' sigurtà, jista' jipprovdi mekkaniżmu biex itejjeb l-istabilità fir-reġjun wiesgħa u jsolvi il-legat ta' argumenti reġjonali mhux riżolti. Permezz tar-relazjonijiet tagħha mill-qrib mal-ġirien ta' l-Iraq, l-istorja tagħha ta' rikonċiljazzjoni wara l-kunflitt, kif ukoll l-isforzi tagħha biex tinkoraġġixxi integrazzjoni reġjonali, l-UE akkwistat numru ta' kuntatti, esperjenza u speċjalizzazzjoni li jistgħu ikunu ta' benifiċċju għall-Iraq u r-reġjun wiesa'. F'konformità mal-prinċipji mniżżla fil-Partnership Strateġiku tal-UE mal-Mediterran u Lvant Nofsani u l-appoġġ li l-UE diġà tat għall-applikazzjoni ta' l-Iraq għal status ta' osservatur fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), l-UE tista': - Tuża l-influwenza tagħha u djalogi eżistenti mal-pajjiżi tar-reġjun, b'mod partikolari l-ġirien ta' l-Iraq, biex tinkoraġixxi impenn kostruttiv ma' l-Iraq u aktar kooperazzjoni intra-reġjonali. - Tistieden lill-Iraq jipparteċipa fl-Isħubija Strateġika tal-UE għal Mediterran u Lvant Nofsani. - Tikkonsidra l-isħubija futura ta' l-Iraq fid-WTO f'dawl pożittiv, ġaladarba il-kondizzjonijiet neċessarji jintlaħqu f'konformità mal-pożizzjoni tal-UE dwar applikazzjonijiet minn pajjiżi oħra, inkluż fir-reġjun u tinkoraġġixxi il-parteċipazzjoni tiegħu f'fora internazzjonali oħra. IV. qafas għal impenn progressiv Ir-realizzazzjoni ta' l-għanijiet mniżżla fis-Sezzjoni III ser jiddependu fuq kemm dawn l-għanijiet ikunu komuni bejn il-gvern Iraqi futur u l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-sigurtà u politika fl-Iraq. Il-proposti għal azzjoni li ġejjin huma għalhekk għażliet, strutturati biex jirriflettu it-tlett fażijiet distinti antiċipati mill-UNSCR 1546, u biex ikunu żviluppati aktar f'konsultazzjoni mal-gvern futur Iraqi. Ser ikun ukoll importanti li jiġi żgurat li, fl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet, l-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u Rappreżentanti Għolja jaħdmu flimkien, u f'koordinazzjoni totali man-Nazzjonijiet Uniti, kemm attwalment u f'fora internazzjonali. Koordinazzjoni mill-qrib mal-Bank Dinji, l-IMF u istituzzjonijiet finanzjarji oħra internazzjonali ser tkun ukoll essenzjali. Fażi I - Azzjonijiet Immedjati Fit-30 ta' Ġunju 2004, il-gvern temporanju Iraqi ser jassumi sovranità u l-Awtorità ta' Koalizzjoni Proviviżorja ser tiġi xolta.Flimkien mal-provvista preżenti ta' assitenza għal rikostruzzjoni, fil-perjodu li wassal għal elezzjonijiet għal Assemblea Nazzjonali Transitorja, l-UE tista' tikkonsidra l-inizzjattivi li ġejjin: Appoġġ ta' l-UE għal elezzjonijiet: Elezzjonijiet għal Assemblea Nazzjonali Transitorja li ser tifforma gvern ġdid u ser tabbozza kostituzzjoni ġdida, referendum biex japprova kostituzzjoni ġdida u elezzjonijiet ġenerali kollha ser iseħħu qabel il-31 ta' Diċembru 2005. L-UE għandha tkun ippreparata li jkollha rwol sinjfikanti fil-preparazzjoni ta' l-elezzjonijiet fl-Iraq, jekk ser tkun magħmula talba mill-gvern temporanju jew mill-UN. L-UE ser ikollha wkoll il-bżonn teżamina jekk humiex neċessarji iktar sforzi, u jekk kondizzjonijiet attwali b'mod partikolari sigurtà, humiex tali li jkun rakmandabbli li jintbagħtu missjonijiet UE ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet. Djalogu politiku informali: L-UE għandha timmira li taħdem mal-gvern temporanju sovran Iraqi mill-aktar fis possibbli. Jekk il-kondizzjonijiet tas-sigurtà jippermettu, djalogu politiku li jiltaqa' f'forma ta' Troika fil-livell ministerjali jista' jsir f'Baghdad jew fil-marġini ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU f'Settembru 2004.Laqgħat Ad hoc f'livell ta' uffiċjali għolja jistgħu jsiru wkoll. Missjonijiet UE jistgħu jkollhom rwol importanti biex jippreparaw dawn il-kuntatti, u biex jappoġġaw il-veduti ta' l-awtoritajiet Iraqini. Waqt li jibnu fuq l-appoġġ finanzjarju għad-drittijiet umani, żvilupp tas-soċjetà ċivili, edukazzjoni tal-votant u proċess kostituzzjonali li jkunu provduti, Missjonijiet UE jistgħu wkoll jiġu mitluba jniedu djalogu informali ma' l-istrati kollha tas-soċjetà ċivili Iraqina, inkluż NGOs, gruppi reliġjużi, trade unions, u partiti politiċi li għadhom kif bdew. Stat tad-Dritt u amministrazzjoni ċivili. Istituzzjonijiet effiċjenti u stat tad-dritt effettiv huma ta' importanza kbira biex isseħħ u jinżamm ambjent ta' sigurtà fl-Iraq. L-UE għandha esperjenza f'reġjuni oħra tad-dinja li tappoġġa bini ta' kapaċità istituzzjonali fis-setturi tal-ġustizzja u sigurtà u għandha wkoll esperjenza f'materji kritiċi fl-istabilizzazzjoni wara l-kunflitt bħal taħriġ, monitoaġġ u gwida għall-pulizija. F'dan il-kuntest, u jekk huwa neċessarju, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE jistgħu jirriflettu jekk il-mekkaniżmi offruti mill-kapaċitajiet tal-immaniġjar ta' kriżijiet ċivili tal-UE jistgħux ikunu mħaddma fl-Iraq, flimkien ma' strumenti tal-KE. Tinkoraġixxi impenn pożittiv minn naħa tal-ġirien ta' l-Iraq. L-UE għandha tappoġġja il-laqgħat tal-Ġirien u kull inizzjattivi ta' kooperazzjoni riżultanti u tistieden l-Iraq biex jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-Partnership Starteġika tal-UE u Lvant Nofsani. Apparti dan, l-UE tista' tiddiskuti il-futur ta' l-Iraq regolarment mal-Iran, is-Sirja, it-Turkija, il-Ġordan u l-pajjiżi GCC. Missjonijiet UE f'dawn il-pajjiżi jistgħu jkunu mistiedna jiżguraw il-kontinwità. L-UE tista' toffri li testendi dan l-appoġġ biex tinkludi miżuri konkreti li jibnu l-kunfidenza għall-Iraq u l-ġirien tagħha, per eżempju fl-immaniġjar tal-fruntieri u amministrazzjoni doganali. Veduta koordinata fuq id-dejn u l-politika tal-kundizzjonalità ekonomika relatata. Filwaqt li deċiżjoni finali fuq it-termini ta' arranġament bħal dan huwa għall-pajjiżi kredituri infushom, diversi Stati Membri ta' l-UE huma nvoluti fin-negozjati kurrenti tal-Klubb ta' Pariġi dwar il-bdil fl-ippjanar /maħfra tad-dejn ta' l-Iraq. Peress li l-użu probabbli tat-trattament ''Evian'' tal-Klubb il-ġdid ta' Pariġi, żviluppat għall-pajjiżi bi dħul intermedju, ser ikollu implikazzjonijiet għar-relazzjonijiet futuri tal-UE mal-Iraq, jistgħu jsiru sforzi biex jiġu koordinati veduti fuq il-kondizzjonalità ekonomika xierqa li ser tkun annessa mal-ftehim. Djalogu regolari bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-IMF, il-Bank Dinji u l-Bank Ewropew ta' l-Investiment jista' wkoll jgħin biex jikkoordina veduti u attivitajiet fuq din il-kwestjoni. Preferenzi ta' kummerċ GSP. L-Iraq huwa benefiċjarju tal-European Community Generalised System of Preferences (GSP) imma s-sistema ma ġietx applikata fil-prattika mill-Ewwel Gwerra tal-Golf minħabba sanzjonijiet u kunflitti sussegwenti. Hekk kif il-kundizzjonijiet jippermettu, il-Kummissjoni Ewropea għandha taħdem flimkien mal-amministrazzjoni Iraqina biex twaqqaf is-sitema ta' kooperazzjoni amministrattiva li hija meħtieġa biex is-sistema topera. Implimentazzjoni kontinwa ta' assistenza umanitarja u rikostruzzjoni. L-istrateġija ta' l-assistenza tal-KE fl-2003/04 tiffoka li tħares is-sitwazzjoni fl-Iraq, tirrispondi għal bżonnijiet umanitarji ta' emerġenza ġodda hekk kif jinqalgħu, tipprovdi riżorsi addizzjonali mgħaġġla għar-rikostruzzjoni ta' l-Iraq, b'emfasi partikolari għall-ħolqien ta' impjiegi, u tappoġġja l-iżvilupp ta' qafas multilaterali taħt il-Patroċinju tan-nazzjonijiet Uniti u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali. Bħala konsekwenza, il-EUR200 milljun ivvutat mill-baġit tal-KE fil-Konferenza ta' Madrid għar-rikostruzzjoni tal-Iraq fl-2003-04 ġew mgħoddija għal aġenziji tan-NU u l-Faċilità ta' Fond għar-Rikostruzzjoni Internazzjonali għall-Iraq u żbursar għandhom jgħaġġlu f'din il-fażi. Uffiċċju KE: Il-ftuħ ta' delegazzjoni sħiħa tal-Kummissjoni Ewropeja fl-Iraq tiddependi mis-sitwazzjoni tas-sigurtà u fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi tal-Komunità. Madankollu, bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni qed twaqqaf uffiċċju li jkopri l-Iraq fil-bini tad-delegazzjoni tagħha f'Amman biex tgħin tipprepara rappreżentazzjoni politika u tiżgura koordinazzjoni lokali ta' assitenza tar-rikostruzzjoni mal-Istati Membri tal-UE. L-uffiċji ser jipprovdi wkoll għall-kooperazzjoni mal-Missjoni ta' Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iraq u l-Faċilità ta' Fond għar-Rikostruzzjoni Internazzjonali għall-Iraq. Meta l-kondizzjonijiet jippermettu, l-uffiċċju jista' jiċċaqlaq għal Baghdad. Fażi II - Post Elezzjonijiet L-elezzjonijiet għal Assemblea Nazzjonali Transitorja għandhom iwasslu għal formazzjoni ta' Gvern Proviżorju u jaraw intensifikazzjoni ta' xogħol biex tiġi abbozzata kostituzzjoni ġdida, li tkun ratifikata b'referendum aktar tard fl-2005. Għalhekk din il-fażi ser tiftaħ it-triq għal aktar kooperazzjoni u djalogu ma' l-Iraq f'numru ta' oqsma. B'żieda mal-attivitajiet mnidin fil-Fażi I, inizzjattivi jistgħu jinkludu dan li ġej: Kontribuzzjoni ta' l-UE għar-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea ipproponiet kontribuzzjoni ta' l-UE ulterjuri ta' EUR200 miljun għar-rikostruzzjoni ta' l-Iraq fl-2005 [4] u tistenna li ammont simili jista' jkun meħtieġ għal-2006, soġġett għall-obbligi tal-baġit u l-abbilità li tonfoq fondi li huma ta' l-2005. Il-maġġoranza tal-fondi ser ikomplu jkunu immirrati għall-Faċilità ta' Fond għar-Rikostruzzjoni Internazzjonali għall-Iraq, madankollu porzjoni tista' tkun riżervata għall-proviżjoni diretta ta' programmi ta' assitenza teknika u appoġġ għall-bini tal-kapaċità. [4] EUR190 miljun fuq il-linja tal-baġit 19 08 07 - 'Għajnuna għar-riabilitazzjoni u rikostruzzjoni ta' l-Iraq' u EUR10 miljun assenjati fuq il-linja tal-baġit 19 04 03 - 'Żvilupp u konsolidazzjoni ta' demokrazija u l-istat tad-dritt- rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali'. Programmi bħal dawn jistgħu jappoġġaw il-bini ta' istituzzjonijiet f'numru ta' setturi, jiddependi mill-interessi Iraqini. Fl-isfera politika u ta' sigurtà, f'koordinazzjoni totali man-NU, l-UE tista' tipprovdi parir għall-proċess kostituzzjonali kif ukoll iżjed assitenza għal demokratizzazzjoni, infurzar tal-liġi ċivili, l-istat tad-dritt u s-settur tal-ġustizzja u drittijiet umani. Setturi fokali fil-qasam soċjali u ekonomiku jistgħu jinkludu: formolazzjoni ta' politika u tmexxija xierqa, inklużi materji fiskali u monetarji, l-iżvilupp ta' statistika nazzjonali; il-ħolqien ta' kummerċ li jiffunzjona, dwana u reġim ta' investiment; enerġija u trasport; rimedju ambjentali u protezzjoni; promozzjoni tas-settur privat, żvilupp ta' intrapriżi żgħar u medji u sistema ta' xiri pubbliku mhux diskriminatorju. Minbarra l-assitenza ta' rikostruzzjoni, l-użu ta' strumenti oħra jistgħu jkunu previsti minn din il-fażi 'l quddiem biex jgħinu jissollevaw bżonnijiet ta' finanzjar estern li jirriżultaw mit-transizzjoni, u biex jappoġġjaw riforma. Din ser tkun soġġetta għal progress fuq ħelsien ta' dejn estern u l-ftehim ta' l-Iraq dwar programm komprensiv makro-ekonomiku appoġġat mill-IMF. Djalogu politiku formali. L-UE tista' tipproponi tiftiehem Dikjarazzjoni Politika Konġunta UE-Iraq sabiex tistituzzjonalizza djalogu politiku. Din tista' tinkludi diskussjoni tad-drittijiet umani, stabbiltà reġjonali, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u non-proliferazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-parlamenti ta' l-Istati Membri tal-UE jistgħu wkoll ikunu nkoraġġuti jsegwu kuntatti ma' l-Assemblea Nazzjonali Transitorja. Gruppi ta' ħidma konġunta f'setturi ta' interess reċiproku. Gruppi ta' ħidma UE/Iraq jistgħu jkunu mwaqqfa biex jiddiskutu kooperazzjoni f'oqsma bħal materji ekonomiċi, statistika u kummerċjali, enerġija (inkluża l-elettriċità), trasport, regolamenti tekniċi u standards, soċjetà informatika, drittijiet tal-bniedem u stat tad-dritt, emigrazzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. Djalogu informali UE/Iraq ta' l-enerġija jista' jkun mwaqqaf malajr u l-UE tista' tappoġġja l-parteċipazzjoni ta' l-Iraq f'fora oħra reġjonali ta' enerġija u trasport. Djalogu bilaterali jista' jwassal għal djalogi reġjonali futuri. Fażi III - Żmien Mezzan Il-ħatra ta' gvern elett demokratikament u l-adozzjoni mill-Iraq ta' kostituzzjoni ġdida u elezzjonijiet għall-eżekuttiv u leġislatura għandhom jippermettu l-UE biex tinnormalizza relazzjonijiet ma' l-Iraq. F'din il-fażi, l-UE tista' tieħu dawn il-passi addizzjonali: Negozjati għal ftehim bilaterali. Ftehim bilaterali bejn l-UE u l-Iraq ser jirrifletti l-interess reċiproku fl-iżvilupp ta' sħubija u l-appoġġ tar-riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali ta' l-Iraq. Ftehim ta' kummerċ u kooperazzjoni, simili għal dawk fis-seħħ ma' pajjiżi oħra fil-Lvant tal- Ġordan ikun pass xieraq tal-bidu. Ftehim iktar wiesa' jista' jkun ikkunsidrat sussegwentament. Assistenza għal diversifikazzjoni ekonomika u riduzzjoni tal-faqar. Hekk kif ir-riżorsi proprji tad-dħul ta' l-Iraq jiżdiedu, b'mod partikolari permezz ta livelli għola ta' produzzjoni ta' żejt, il-ħtiġiet tiegħu għal assistenza għal donaturi esterni għandhom jonqsu. L-UE tista' timmira assistenza tal-KE fuq programmi tekniċi u bini ta' kapaċità, u tinkoraġixxa diversifikazzjoni ekonomika u riduzzjoni tal-faqar /għajxien. Ħolqien ta' qafas reġjonali. L-UE tista' tesplora metodi kif l-esperjenza tal-Proċcess ta' Barċelona fil-promozzjoni ta' kooperazzjoni fis-setturi bħal enerġija, trasport, ambjent, xjenza u teknoloġija, edukazzjoni, djalogu ta' kulturi u appoġġ għas-soċjetà ċivili, jistgħu jikkontribwixxu biex issaħħaħ kooperazzjoni reġjonali bejn l-Iraq u l-ġirien tiegħu. L-UE tista' tikonsidra wkoll metodi fejn l-Iraq tista' tkun assoċjata fid-djalogu tal-UE mas-sieħba l-oħra fir-reġjun, b'mod partikolari ma' dawk fil-Lvant tal-Ġordan. Assistenza li ma tispiċċax għall-istat tad-dritt, demokratizzazzjoni u drittijiet tal-bniedem. Il-proċcess ta' demokratizzazzjoni fl-Iraq mhux ser jispiċċa b'elezzjonijiet ġenerali. L-UE għandha għalhekk tkompli tipprijoratizza assistenza fuq iż-żmien mezzan li tgħin iżżid il-kapaċità tal-gvern Iraqin u s-soċjetà ċivili biex issaħħu d-demokrazija, tiżgura rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tan-nisa u minoranzi, l-istat tad-dritt, tiġġieled il-korruzzjoni u tippromwovi transparenza, accountability u tmexxija xierqa. Self mill-Bank Ewropew għall-Investimenti. Hekk kif il-mira ta' assitenza esterna timxi lil hinn mill-kontribuzzjonijiet ta' għoti, self ta' l-Bank Ewropew għall-Investimenti (EIB) jista' jgħin jimla l-perjodu bejn l-għoti u l-involviment tas-settur privat wara r-riżoluzzjoni tad-dejn estern ta' l-Iraq, jibdew minn proġetti b'kapital intensiv bħall-infrastruttura. Mandat għall-EIB biex isellef lill-Iraq jista' jkun ikkunsidrat fil-kuntest ta' Perspettivi Finanzjarji ġodda, possibilment bħalha parti minn mandat reġjonali biex ikunu inklużi pajjiżi fil-Lvant tal-Ġordan. Delegazzjoni Kummissjoni Ewropea. Il-ftuħ ta' delegazzjoni f'Baghdad tista' tiġi kkunsidrata. V. Konklużjoni Din il-Komunikazzjoni tniżżel riflessjonijiet inizzjali ta' kif l-UE tista' tavvanza r-relazzjonijiet tagħha ma' l-Iraq, bbażata fuq politika ta' impenn progressiv li tniżżel il-bażi għal relazzjoni aktar sostanzjali u li ma jispiċċawx fiż-żmien mezzan. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħha ser jeħtieġu jinżammu taħt konsiderazzjoni kostanti u adattati għaċ-ċirkostanzi kif is-sitwazzjoni attwali tevolvi. Il-Kunsill tal-Ministri huwa mistieden jikkonsidra dawn ir-rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li l-Kunsill Ewropew jibgħat sinjal ċar dwar l-impenn tal-UE li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha ma' l-Iraq fil-qafas tal-UNSCR 1546 u biex jgħin iniżżel il-bażi għas-sigurtà, stabbiltà, demokrazija u prosperità ta' l-Iraq, fil-paċi mal-ġirien tiegħu u r-reġjun tiegħu, u membru sħiħ u attiv tal-komunità internazzjonali.