Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1011

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1011 tas-17 ta' Lulju 2018 li jawtorizza estensjoni tal-użu tal-faqqiegħ ittrattat bir-raġġi UV bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/4496

OJ L 181, 18.7.2018, p. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1011/oj

18.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1011

tas-17 ta' Lulju 2018

li jawtorizza estensjoni tal-użu tal-faqqiegħ ittrattat bir-raġġi UV bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid, kif ukoll dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2355 (3) awtorizzat, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), it-tqegħid fis-suq tal-faqqiegħ ittrattat bir-raġġi UV bħala ikel ġdid.

(5)

Fit-23 ta' Lulju 2015, il-kumpaniji Banken Champignons Group B.V. u J.K. Holding B.V. għamlu talba lill-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands biex iqiegħdu l-faqqiegħ ittrattat bir-raġġi UV (Agaricus bisporus) b'livelli miżjuda ta' Vitamina D2 fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (f) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 dik l-awtorizzazzjoni saret ġenerika f'Jannar tal-2018. Billi l-applikazzjoni ta' din il-kumpanija tikkonċerna l-faqqiegħ b'kontenut ogħla ta' vitamina D2, jenħtieġ li dan ir-Regolament jitqies bħala awtorizzazzjoni għall-estensjoni tal-użu.

(7)

Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kull talba biex ikel ġdid jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni, imressqa lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, u li dwarha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni aħħarija qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Filwaqt li t-talba għat-tqegħid tal-faqqiegħ ittrattat bir-radjazzjoni UV (Agaricus bisporus) b'livelli miżjuda ta' vitamina D2 fis-suq bħala ikel ġdid fl-Unjoni ġiet ippreżentata lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283.

(9)

Fl-20 ta' Settembru 2017, l-awtorità kompetenti tan-Netherlands ħarġet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-faqqiegħ ittrattat bir-raġġi UV (Agaricus bisporus) b'livelli miżjuda tal-Vitamina D2 jissodisfa l-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(10)

Fil-5 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni għaddiet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri l-oħra bagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fir-rigward li jiġi żgurat li l-livelli tollerabbli tal-ogħla konsum tal-vitamina D stabbiliti mill-EFSA (5) ma jinqabżux.

(11)

Fid-dawl tal-kummenti li għamlu l-Istati Membri l-oħra, l-applikant ippreżenta spjegazzjonijiet addizzjonali li kkalmaw dan it-tħassib għas-sodisfazzjon tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni.

(12)

Dawn l-ispjegazzjonijiet jagħtu biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-faqqiegħ ittrattat bir-radjazzjoni UV (Agaricus bisporus) b'livelli miżjuda ta' vitamina D2 fil-livelli tal-użu proposti, jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(13)

Il-punt 1 tal-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistipula li l-isem tal-ikel jinkludi jew ikun ikkumpanjat mid-dettalji dwar it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu, fil-każijiet kollha fejn l-ommissjoni ta' informazzjoni bħal din tista' tqarraq bil-konsumaturi. Billi l-konsumaturi normalment ma jistennewx li l-faqqiegħ jiġi ttrattat bit-trattamenti tal-UV, l-isem ta' dan l-ikel għandu jinkludi jew jiġi akkumpanjat b'informazzjoni bħal din sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu żgwidati.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, li tirreferi għall-faqqiegħ ittrattat bir-radjazzjoni UV, għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2355 tal-14 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-faqqiegħ trattat bir-raġġi UV bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 16.12.2017, p. 52).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(5)  EFSA Journal 2012;10(7):2813

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata għal “faqqiegħ ittrattat bir-radjazzjoni UV (Agaricus bisporus)” fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) hija sostitwita b'li ġej:

L-ikel il-ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)

Il-kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi ta' vitamina D2

1.

Id-denominazzjoni fuq it-tikketta tal-ikel il-ġdid li jinbiegħ tali kwali jew fuq it-tikketta tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandu jkun ‘Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)’.

2.

Id-denominazzjoni tal-ikel il-ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandu jkollha magħha indikazzjoni li ‘Intuża trattament ħafif ikkontrollat biex jiżdiedu l-livelli tal-vitamina D’ jew ‘Intuża trattament bil-UV biex iżid il-livelli tal-vitamina D2’.”

 

Faqqiegħ (Agaricus bisporus)

20 μg ta' vitamina D2/100 g fil-piż frisk

(2)

L-entrata għal “faqqiegħ ittrattat bir-radjazzjoni UV (Agaricus bisporus)” fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Ikel il-Ġdid awtorizzat

Speċifikazzjoni

Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-Agaricus bisporus imkabbar kummerċjalment li jiġi ttrattat bid-dawl UV meta jinħasad.

Ir-radjazzjoni UV: proċess ta' radjazzjoni bid-dawl ultravjola fil-frekwenza ta' 200-800 nm.

Il-vitamina D2:

Isem kimiku: (3β,5Z,7E,22E)-9,10-sekoergosta-5,7,10(19),22-tetraen-3-ol

Sinonimu: Ergokalċiferol

Nru tas-CAS: 50-14-6

Piż molekulari: 396,65 g/mol

Kontenut:

Vitamina D 2 fil-prodott finali: 5-20 μg/100 g piż frisk mal-iskadenza ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa.”


Top