Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0592

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/592 tas-16 ta' April 2018 li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għal-Lussemburgu

OJ L 99, 19.4.2018, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/592/oj

19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/592

tas-16 ta' April 2018

li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għal-Lussemburgu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvern tal-Lussemburgu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2016 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2016 sal-24 ta' Settembru 2018.

(2)

Il-Gvern tal-Lussemburgu ppreżenta nomini għal diversi karigi li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta' Settembru 2018:

I.

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Lussemburgu

Is-Sur Tom GOEDERS

Is-Sur Laurent PEUSCH

Is-Sur Jonathan PEREIRA NEVES

II.

RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Lussemburgu

Is-Sur Carlos PEREIRA

Is-Sur Paul DE ARAUJO

Is-Sur Eduardo DIAS

III.

RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Lussemburgu

Is-Sinjura Patricia HEMMEN

Is-Sur François ENGELS

Is-Sinjura Héloise ANTOINE

Artikolu 2

Il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati ser jinħatru mill-Kunsill f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 348, 23.9.2016, p. 3.)


Top