Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018A0419(01)

Emendi tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975)

OJ L 99, 19.4.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/1


Emendi tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975)

Skont in-Notifika lid-Depożitarju tan-NU C.N.201.2018.TREATIES — XI.A.16 l-emendi segwenti għall-Konvenzjoni TIR jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2018 għall-Partijiet Kontraenti kollha

L-Anness 6, in-Nota ta' Spjegazzjoni 0.8.3

“$US 50 000” għandha ssir “EUR 100 000”

L-Anness 6, in-Nota ta' Spjegazzjoni 8.1 a.6:

Żid Nota ta' Spjegazzjoni ġdida 8.1a.6 sabiex tinqara kif ġej

“Il-Kumitat jista' jitlob lis-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti biex iwettqu eżami addizzjonali. Il-Kumitat jista', alternattivament, jiddeċiedi li jqabbad awditur estern indipendenti u jagħti mandat lill-Bord Eżekuttiv TIR biex iħejji t-termini ta' referenza tal-awditu, abbażi tal-għan u l-iskop tal-awditu kif determinat mill-Kumitat. It-termini ta' referenza għandhom jiġu approvati mill-Kumitat. L-eżami addizzjonali minn awditur estern indipendenti għandu jirriżulta f'rapport u ittra għall-maniġment li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat. F'dan il-każ, l-ispiża finanzjarja biex jitqabbad awditur estern indipendenti, inkluż il-proċedura ta' akkwist relatata, għandha tiġġarrab mill-baġit tal-Bord Eżekuttiv TIR.”

L-Anness 8, Artikolu 1.a.

Wara t-test eżistenti għandhom jiddaħħlu l-paragrafi ġodda 4, 5 u 6 segwenti

“4.   Il-Kumitat għandu jirċievi u jeżamina d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati u r-rapport(i) tal-awditjar imressaq/imressqa mill-organizzazzjoni internazzjonali skont l-obbligi tal-Anness 9, Parti III. Matul l-eżami u fil-kuntest tagħha, il-Kumitat jista' jitlob li jiġu pprovduti informazzjoni addizzjonali kif ukoll kjarifiki jew dokumenti mill-organizzazzjoni internazzjonali jew l-awditur estern indipendenti.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-eżami msemmi fil-paragrafu 4, il-Kumitat għandu, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, ikollu d-dritt li jitlob li jsiru eżamijiet addizzjonali. Il-Kumitat għandu jagħti l-mandat lill-Bord Eżekuttiv TIR jew jitlob lis-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti biex issir il-valutazzjoni tar-riskju.

Il-lok għal eżamijiet addizzjonali għandu jiġi stabbilit mill-Kumitat, li jqis il-valutazzjoni tar-riskju tal-Bord Eżekuttiv TIR jew is-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti.

Ir-riżultati tal-eżamijiet kollha msemmija f'dan l-artikolu għandhom jinżammu mill-Bord Eżekuttiv TIR u jiġu pprovduti lill-Partijiet Kontraenti kollha għal konsiderazzjoni xierqa.

6.   Il-proċedura biex isiru eżamijiet addizzjonali għandha tiġi approvata mill-Kumitat.”

L-Anness 9, Parti I, sottotitolu

Qabel “Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti” żid “Minimi”

L-Anness 9, Parti I, il-paragrafu 1, l-ewwel linja:

Wara “Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti” żid “Minimi”

L-Anness 9, il-Parti I, il-paragrafu 7

Il-“Partijiet Kontraenti” għandha ssir “Kull Parti Kontraenti”

L-Anness 9, Parti II, Il-Proċedura, Il-Formola Mudell ta' Awtorizzazzjoni, il-paragrafu 1

Il-kelma “approvata” għandha tiġi sostitwita bil-kelma “awtorizzata”

L-Anness 9, il-Parti III, il-paragrafu 2

Wara s-subparagrafu (n) daħħal is-subparagrafi ġodda (o), (p) u (q) li jgħidu

“(o)

iż-żamma ta' reġistri u kontijiet separati li jkun fihom informazzjoni u dokumentazzjoni li jirrigwardaw l-organizzazzjoni u l-funzjonament ta' sistema internazzjonali ta' garanziji u l-istampar u d-distribuzzjoni tal-Carnets TIR;

(p)

kooperazzjoni sħiħa u f'waqtha tiegħu, inkluż, iżda mhux limitat għal, aċċess għar-reġistri u l-kontijiet imsemmija hawn fuq għas-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti jew ta' kwalunkwe tip ieħor ta' entità kompetenti awtorizzata kif xieraq u, f'kull ħin, biex ikunu ffaċilitati l-ispezzjonijiet u l-verifiki mwettqa minnhom f'isem il-Partijiet Kontraenti, skont l-Anness 8, Artikolu 1a, paragrafi 5 u 6.

(q)

jitqabbad awditur estern indipendenti biex iwettaq l-awditi annwali tar-reġistri u l-kontijiet imsemmija skont is-subparagrafu (o). L-awditjar estern għandu jitwettaq f'konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISA) u għandu jirriżulta f'rapport tal-awditjar annwali u ittra ta' ġestjoni li għandhom jitressqu quddiem il-Kumitat Amministrattiv.”


Top