EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0458

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/458 tad-19 ta' Marzu 2018 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 97/193/PESK dwar miżuri restrittivi mmirati lejn persuni li wettqu atti vjolenti fl-inċidenti ta' Mostar nhar l-10 ta' Frar 1997

OJ L 77, 20.3.2018, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/458/oj

20.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/458

tad-19 ta' Marzu 2018

li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 97/193/PESK dwar miżuri restrittivi mmirati lejn persuni li wettqu atti vjolenti fl-inċidenti ta' Mostar nhar l-10 ta' Frar 1997

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 1997, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 97/193/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tal-Pożizzjoni Komuni 97/193/PESK, il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni jenħtieġ li jitneħħew.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Pożizzjoni Komuni 97/193/PESK titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 97/193/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni 97/193/PESK tas-17 ta' Marzu 1997 definita mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu J.2 fit-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, jirrestrinġi persuni li jkunu wettqu atti vjolenti fl-inċidenti ta' Mostar nhar l-10 ta' Frar 1997 (ĠU L 81, 21.3.1997, p. 1).


Top