Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0342

Deċiżjoni (UE) 2017/342 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà

OJ L 50, 28.2.2017, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/342/oj

28.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/53


DEĊIŻJONI (UE) 2017/342 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Diċembru 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)

L-Istrument ta' Flessibilità huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta' intestatura jew intestaturi oħra.

(2)

Il-limitu massimu fuq l-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà huwa ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2).

(3)

Minħabba l-ħtiġijiet urġenti, huwa meħtieġ li jiġu mmobilizzati ammonti addizzjonali importanti għall-finanzjament ta' miżuri biex itaffu l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà.

(4)

Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt il-limitu massimu tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità biex jissupplimenta l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, lil hinn mill-limiti massimi tal-intestatura 3 b'EUR 530,0 miljun biex jiġu ffinanzjati miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà.

(5)

Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità jitqassmu fuq diversi snin finanzjarji u huma stmati għal EUR 238,3 miljun fl-2017, EUR 91,0 miljun fl-2018, EUR 141,9 miljun fl-2019, u EUR 58,8 miljun fl-2020.

(6)

Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-bidu tas-sena finanzjarja 2017.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, l-Istrument ta' Flessibilità għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 530,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza).

Dak l-ammont għandu jintuża biex jiffinanzja miżuri għall-immaniġġjar tal-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà.

2.   Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità ser ikunu kif ġej:

(a)

EUR 238,3 miljun fl-2017;

(b)

EUR 91,0 miljun fl-2018;

(c)

EUR 141,9 miljun fl-2019;

(d)

EUR 58,8 miljun fl-2020.

L-ammonti speċifiċi għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f'konformità mal-proċedura baġitarja annwali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


Top