Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1231

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1231 tat-18 ta' Lulju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji rigward it-talba tal-Georgia biex ssir Parti Kontraenti ta' dik il-Konvenzjoni

OJ L 202, 28.7.2016, p. 24–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1231/oj

28.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1231

tat-18 ta' Lulju 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji rigward it-talba tal-Georgia biex ssir Parti Kontraenti ta' dik il-Konvenzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (il-“Konvenzjoni”) daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2012.

(2)

L-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni jistipula li parti terza tista' ssir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni, sakemm il-pajjiż jew it-territorju kandidat ikollu fis-seħħ ftehim dwar il-kummerċ ħieles, li jipprevedi regoli preferenzjali tal-oriġini, ma' mill-inqas waħda mill-Partijiet Kontraenti.

(3)

Il-Georgia ppreżentat talba bil-miktub għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni lid-depożitarju tal-Konvenzjoni fit-23 ta' Settembru 2015.

(4)

Il-Georgia għandha fis-seħħ ftehim dwar il-kummerċ ħieles ma' żewġ Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni, jiġifieri l-Unjoni u r-Repubblika tat-Turkija, u tikkonforma mal-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni biex issir Parti Kontraenti.

(5)

Il-punt (b) tal-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni jistipula li l-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni (il-“Kumitat Konġunt”) għandu jadotta permezz ta' deċiżjoni stediniet lil partijiet terzi biex jaderixxu mal-Konvenzjoni.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f-isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, rigward it-talba tal-Georgia biex issir Parti Kontraenti ta' dik il-Konvenzjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Tibdiliet tekniċi minuri għall-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KONVENZJONI REĠJONALI DWAR IR-REGOLI PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI PAN-EWRO-MEDITERRANJI

ta' …

rigward it-talba tal-Georgia biex issir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (il-“Konvenzjoni”) jistipula li parti terza tista' ssir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni, sakemm il-pajjiż jew it-territorju kandidat ikollu fis-seħħ ftehim dwar il-kummerċ ħieles, li jipprevedi regoli preferenzjali tal-oriġini, ma' mill-inqas waħda mill-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Georgia ppreżentat talba bil-miktub għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni lid-depożitarju tal-Konvenzjoni fit-23 ta' Settembru 2015.

(3)

Il-Georgia għandha ftehim dwar il-kummerċ ħieles fis-seħħ ma' żewġ Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni, jiġifieri l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija, u tikkonforma mal-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni biex issir Parti Kontraenti.

(4)

Il-punt (b) tal-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni jistipula li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta permezz ta' deċiżjoni stediniet lil partijiet terzi biex jaderixxu mal-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Georgia għandha tiġi mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


(1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


Top