EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1101

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1101 tal-5 ta' Lulju 2016 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u tar-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fil-Ġermanja (innotifikata bid-dokument C(2016) 4135) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/4135

OJ L 182, 7.7.2016, p. 51–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1101/oj

7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/51


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1101

tal-5 ta' Lulju 2016

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u tar-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fil-Ġermanja

(innotifikata bid-dokument C(2016) 4135)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u (3) u l-Artikolu 10(2) u (3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi r-regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini. L-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva jipprevedi li Stat Membru li għandu programm nazzjonali obbligatorju ta' kontroll għar-rinotrakeite bovina infettiva jista' jippreżenta l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi wkoll id-definizzjoni tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ fl-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jqis li t-territorju tiegħu, jew parti minnu, jkun ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta' sostenn xierqa lill-Kummissjoni. Dak l-Artikolu jipprevedi wkoll id-definizzjoni tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ fl-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda tal-infezzjoni bil-herpesvirus bovin tat-tip 1 (BHV1) ippreżentati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tagħha għar-reġjuni elenkati f'dak l-Anness u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala ħielsa mill-BHV1 u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(4)

L-Istati Federali ta' Hamburg, it-Tramuntana tar-Renu-Westfalja, Rhineland-Palatinate, Saarland u Schleswig-Holstein tal-Ġermanja fil-preżent huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE.

(5)

Il-Ġermanja ppreżentat id-dokumentazzjoni ta' sostenn lill-Kummissjoni biex l-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u r-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fl-Istat Federali tat-Tramuntana tar-Renu-Westfalja jiġu meqjusa bħala ħielsa mill-BHV1 u biex il-garanziji addizzjonali previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE japplikaw għal dawn l-istati.

(6)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ippreżentata mill-Ġermanja, l-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u r-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fl-Istat Federali tat-Tramuntana tar-Renu-Westfalja ma għandhomx jibqgħu elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok għandhom jiġu elenkati fl-Anness II tal-istess Deċiżjoni u l-applikazzjoni tal-garanziji addizzjonali previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi estiża biex tinkludihom. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(7)

Id-Deċiżjoni 2004/558/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jinbidlu bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

 

Hamburg

 

Schleswig-Holstein

Dawn ir-Regierungsbezirke fit-Tramuntana tar-Renu-Westfalja:

 

Düsseldorf

 

Cologne

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia

Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento

ANNESS II

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

 

Baden-Württemberg

 

Il-Bavarja

 

Berlin

 

Brandenburg

 

Bremen

 

Hesse

 

Is-Sassonja t'Isfel

 

Mecklenburg- Pomeranja tal-Punent

 

Rhineland-Palatinate

 

Saarland

 

Is-Sassonja

 

Is-Sassonja-Anhalt

 

Thüringen

Dawn ir-Regierungsbezirke fit-Tramuntana tar-Renu-Westfalja

 

Arnsberg

 

Detmold

 

Münster

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Valle d'Aosta

Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha


Top