EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1095

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1095 tas-6 ta' Lulju 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/4148

OJ L 182, 7.7.2016, p. 7–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1095/oj

7.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1095

tas-6 ta' Lulju 2016

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fih previst l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-komposti taż-żingu Aċetat diidrat taż-żingu, Ossidu taż-żingu, Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina kienu awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 (3) u (KE) Nru 479/2006 (4) b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Dawn il-prodotti mbagħad ġew irreġistrati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Barra minn hekk, b'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-Klorur taż-żingu anidru bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikanti talbu li dawk l-addittivi jitniżżlu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-1 ta' Frar 2012 (5), it-8 ta' Marzu 2012 (6), it-23 ta' Mejju 2012 (7), il-15 ta' Novembru 2012 (8), it-12 ta' Settembru 2013 (9) u t-12 ta' Marzu 2015 (10) li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina ma għandhom l-ebda effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem u, sakemm jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa, m'għandu jkun hemm l-ebda tħassib dwar is-sigurtà fost l-utenti.

(5)

Fir-rigward tal-impatti fuq l-ambjent, b'mod partikolari d-drenaġġ u ż-żingu li jiskula fl-ilma tal-wiċċ, l-Awtorità rrakkomandat fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014 (11) li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-kontenut massimu ta' żingu fl-għalf komplet għal diversi speċijiet fil-mira. Madankollu, sabiex ma jkunx hemm riskju li ma jiġux issodisfati l-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-annimali anki f'perjodi speċjali ta' ħajjithom jew kwalunkwe impatt negattiv ieħor fuq is-saħħa tal-annimali, it-tnaqqis tal-kontenut ta' żingu rrakkomandat mill-Awtorità, ma jenħtieġx li jiġi introdott fi stadju wieħed. Sabiex jiżguraw tnaqqis ulterjuri, l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-istituti tar-riċerka għandhom jitħeġġu jiġbru dejta xjentifika ġdida dwar il-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-ispeċijiet differenti tal-annimali.

(6)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, u l-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina huma sorsi effettivi ta' żingu. Meta wieħed iqis il-karatteristiċi kimiċi tal-Kelat taż-żingu tal-aċidi amminiċi, l-Awtorità tirrakkomanda d-diviżjoni ta' dan fiż-żewġ gruppi li ġejjin: il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu tal-idrolisati tal-proteina. Barra minn hekk, fil-każ tal-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina ġew ivvalutati żewġ forom differenti, dik solida u l-oħra likwida. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjon, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(8)

Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-“Aċetat diidrat taż-żingu”, l-“Ossidu taż-żingu”, l-“Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Monoidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi” u l-“Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina” permezz ta' dan ir-Regolament, l-entrati dwar dawn is-sustanzi fir-Regolamenti (KE) Nru 479/2006 u (KE) Nru 1334/2003 m'għadhomx jgħoddu u għalhekk għandhom jitħassru.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 (12) u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2012 (13) u (UE) Nru 636/2013 (14) awtorizzaw għadd ta' komposti taż-żingu bħala addittivi nutrittivi tal-għalf. Sabiex jitqiesu l-konklużjonijiet tal-Awtorità fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014, li kienu wkoll il-bażi xjentifika għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-total tal-kontenut ta' żingu f'għalf kompost għall-addittivi awtorizzati minn dan ir-Regolament u li jirreferu l-aktar għall-impatt ambjentali tas-supplimentazzjoni tal-għalf biż-żingu, jixraq li jiġu allinjati il-kontenuti massimi taż-żingu fir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-kontenut taż-żingu f'għalf kompost. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 għandhom jiġu emendati skont dan.

(10)

Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeżiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina u l-komposti taż-żingu awtorizzati bir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju lilhom infushom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1334/2003

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003, mill-entrata E6 dwar l-element Żingu-Zn l-addittivi li ġejjin: l-“Aċetat diidrat taż-żingu”, l-“Ossidu taż-żingu”, l-“Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Monoidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi” u l-formoli u d-deskrizzjonijiet kimiċi jitħassru.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 479/2006

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 479/2006, l-entrata E6 dwar l-addittiv “Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina” titħassar.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 335/2010

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 335/2010, fil-linja 3b6.10 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:

“Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012, fil-linja 3b609 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:

“Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.

Artikolu 6

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 636/2013

Fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013, fil-linja 3b611 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:

“Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.

Artikolu 7

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina u l-komposti taż-żingu awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom hemm dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Jannar 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Lulju 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Lulju 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-6 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta' Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' numru ta' addittivi fi ħwejjeġ tal-ikel li jappartjenu għall-grupp ta' oligoelementi (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 11).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 fir-rigward ta' ċerti addittivi li jagħmlu parti mill-grupp tal-komposti tal-oligoelementi (ĠU L 86, 24.3.2006, p. 4).

(5)  EFSA Journal 2012;10(2):2572.

(6)  EFSA Journal 2012;10(3):2621.

(7)  EFSA Journal 2012;10(6):2734.

(8)  EFSA Journal 2012;10(11):2970.

(9)  EFSA Journal 2013;11(10):3369.

(10)  EFSA Journal 2015;13(4):4058.

(11)  EFSA Journal 2014;12(5):3668.

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010 tat-22 ta' April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 22).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2012 tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-idrossiklorur taż-żingu monoidrat bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 18).

(14)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013 tal-1 ta' Lulju 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-metijonina (1:2) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 183, 2.7.2013, p. 3).


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Zn) f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi

3b601

Diidrat tal-aċetat taż-żingu

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċetat diidrat taż-żingu, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 29,6 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(CH3COO)2 · 2H2O

Numru CAS: 5970-45-6

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċetat diidrat taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 1482).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b602

Klorur taż-żingu anidru

Kompożizzjoni tal-addittiv

Klorur taż-żingu anidru, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 46,1 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnCl2

Numru CAS: 7646-85-7

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-klorur taż-żingu anidru fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 0110).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni;

Metodu ICP-AES CEN (EN ISO 11885); mhux għat-taħlitiet preparati minn qabel.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel likwida.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b603

Ossidu taż-żingu

Kompożizzjoni tal-addittiv

Ossidu taż-żingu, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 72 %

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnO

Numru CAS: 1314-13-2

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-ossidu taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 0252).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b604

Sulfat taż-żingu ettaidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Sulfat taż-żingu ettaidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 22 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnSO4 · 7H2O

Numru CAS: 7446-20-0

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tas-sulfat taż-żingu ettaidrat fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 0111).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b605

Sulfat taż-żingu monoidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Sulfat taż-żingu monoidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 34 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnSO4 · H2O

Numru CAS: 7446-19-7

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tas-Sulfat taż-żingu monoidrat fl-addittiv tal-għalf:

titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 2159).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b606

Kelat taż-żingu tal-idrat tal-amino aċidi

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kumpless taż-żingu tal-aċidi amminiċi li fih iż-żingu u l-aċidi, li huma derivati mill-proteina tas-sojja, jiġu kelati permezz ta' rabtiet kovalenti koordinati, bħala trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 10 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja.

Mhux aktar minn 10 % tal-molekuli jaqbżu 1 500 Da.

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:

metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Il-kelat taż-żingu tal-aċidi amminiċi jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b612

Kelat taż-żingu ta' mill-idrolisati tal-proteina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat taż-żingu ta' mill-idrolisati tal-proteina, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 10 %

Minimu ta' 85 % kelat taż-żingu.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' idrolisati tal-proteina li fihom kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja.

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-idrolisati tal-proteina fl-addittiv tal-għalf:

metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għad-determinazzjoni tal-kontenut taż-Żingu kelat fl-addittiv tal-għalf:

Spettroskopija tat-tip Fourier Transformed Infrared (FTIR) segwita minn metodi ta' rigressjoni multivarjata.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN/TS 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Il-kelat taż-żingu tal-idrolisati tal-proteina jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b607

Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina (solidu)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat taż-żingu tal-gliċina, idrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 15 %.

Umidità: massimu ta' 10 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1-3 · nH2O, x = anjonu ta' gliċina.

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:

metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b608

Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina (likwidu)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat taż-żingu tal-gliċina likwidu, idrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 7 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1-3 · nH2O, x = anjonu ta' gliċina.

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:

metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Il-kelat taż-żingu tal-gliċina (likwidu) jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


Top