Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1012

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1012 tat-23 ta' Ġunju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 162, 27.6.2015, p. 26–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1012/oj

27.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1012

tat-23 ta' Ġunju 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar il-livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali mniżżel fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jipprevedi li l-lista għandha tiġi analizzata fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel li joriġina mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata.

(4)

B'mod partikolari, il-lista għandha tiġi emendata billi jitħassru l-annotazzjonijiet għall-prodotti li dwarhom l-informazzjoni disponibbli tindika grad ta' konformità ġenerali sodisfaċenti mar-rekwiżiti rilevanti ta' sikurezza stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom, għaldaqstant, żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mhix aktar ġġustifikata., L-annotazzjoni fil-lista li tikkonċerna l-fażola mill-Kenja għandha għalhekk titħassar.

(5)

Barra minn hekk, il-lista għandha tiġi emendata biż-żieda fil-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali għall-prodotti li dwarhom l-istess sorsi ta' informazzjoni juru grad ogħla ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni biex b'hekk jiġi ġġustifikat livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali. L-annotazzjonijiet fil-lista li jikkonċernaw il-weraq tal-kosbor, il-ħabaq, in-nagħniegħ, it-tursin, il-bżar felfel u l-okra mill-Vjetnam jiġu emendati skont dan.

(6)

Sabiex tkun żgurata l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 qed jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Lulju 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali li għalih se jiżdied il-livell ta' kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

Għalf u ikel

(użu maħsub)

Kodiċi tan-NM (1)

Sottodiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

Għeneb imnixxef (frott id-dielja)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

 

Lewż bil-qoxra

0802 11

 

L-Awstralja (AU)

Aflatossini

20

Lewż bla qoxra

0802 12

 

(Ikel)

 

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Karawett bla qoxra

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (3)

50

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

ex 0709 40 00

20

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (4)

50

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin)

 

 

Brassica oleracea (Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkli Ċiniż’) (5)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (2)

50

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Te, sew jekk aromatizzat u sew jekk le

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (6)

10

(Ikel)

 

 

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (7)

10

Bettieħ morr (Momordica charantia)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (7)

20

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Frawli (friski)

0810 10 00

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (8)

10

(Ikel)

 

 

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (9)

10

(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

ex 1404 90 00

10

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

50

(Ikel)

 

 

Żerriegħa tal-ġulġlien

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

20

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

 

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

 

Enzimi; enzimi ppreparati

3507

 

L-Indja (IN)

Kloramfenikol

50

(Għalf u ikel)

 

 

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

 

Piżelli fil-miżwed (mhux imfosdqa)

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (11)

10

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Nagħniegħ

ex 1211 90 86 ;

30

Il-Marokk (MA)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (12)

10

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin)

ex 2008 99 99

70

Għeneb tal-mejda

0806 10 10

 

Il-Perù (PE)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (13)

10

(Ikel — frisk)

 

 

Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti li ġejjin minnhom

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Sjerra Leone (SL)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

Karawett bla qoxra

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (14)

10

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

ex 1404 90 00

10

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (10)

50

(Ikel)

 

 

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (15)

20

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

It-Turkija (TR)

Sulfiti (16)

10

Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 50 61

 

(Ikel)

 

 

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (17)

10

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Weraq tad-dwieli

ex 2008 99 99

11; 19

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (18)

50

(Ikel)

 

 

Pistaċċi bil-qoxra

0802 51 00

 

L-Istati Uniti (US)

Aflatossini

20

Pistaċċi bla qoxra

0802 52 00

 

(Ikel)

 

 

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

L-Uzbekistan (UZ)

Sulfiti (16)

50

Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 50 61

 

(Ikel)

 

 

Għeneb imnixxef (frott id-dielja)

0806 20

 

L-Uzbekistan (UZ)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (19)

50

Ħabaq u ħabaq sagru

ex 1211 90 86 ;

ex 2008 99 99

20

75

Nagħniegħ

ex 1211 90 86 ;

ex 2008 99 99

30

70

Tursin

ex 0709 99 90

40

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin)

 

 

Okra

ex 0709 99 90

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (19)

50

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Pitaħaja (frott tad-dragun)

ex 0810 90 20

10

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (19)

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 


(1)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu f'kodiċi tan-NM partikulari u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’ quddiemu.

(2)  Ir-residwi mill-inqas ta' dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa u fuq il-kromatografija likwida/spettromettrija tal-massa (il-pestiċidi li jridu jiġu mmonitorjati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).

(3)  Residwi tal-klorbufam.

(4)  Residwi tal-fentoat.

(5)  Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var. Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

(6)  Residwi tat-trifluralin.

(7)  Ir-residwi tal-aċefat, l-aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), l-amitraż (amitraż li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraż), id-diafentjuron, id-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), id-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).

(8)  Ir-residwi tal-eżaflumuron, il-metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), il-fentoat u t-tijofanat metil.

(9)  Ir-residwi tad-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), id-dinotefuran, il-folpet, il-prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), it-tijofanat metil u t-triforina.

(10)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(11)  Residwi tal-aċefat u tad-diafentjuron.

(12)  Residwi tal-flubendiammid.

(13)  Residwi tal-etefon.

(14)  Residwi tal-formetanat: is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, protijofos u triforina.

(15)  Ir-residwi tal-aċefat, tad-dikrotofos, tal-protijofos, talkwinalfos u tat-triforina.

(16)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

(17)  Residwi tad-diafentjuron, tal-formetanat is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, u tat-tijofanat metil.

(18)  Ir-residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-metrafenon.

(19)  Ir-residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), il-fentoat u l-kwinalfos.”


Top