EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0372
Commission Regulation (EU) No 372/2014 of 9 April 2014 amending Regulation (EC) No 794/2004 as regards the calculation of certain time limits, the handling of complaints, and the identification and protection of confidential information (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 372/2014 tad-9 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu ta' ċerti limiti ta' żmien, it-trattament tal-ilmenti, u l-identifikazzjoni u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 372/2014 tad-9 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu ta' ċerti limiti ta' żmien, it-trattament tal-ilmenti, u l-identifikazzjoni u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
OJ L 109, 12.4.2014, p. 14–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 372/2014
tad-9 ta' April 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu ta' ċerti limiti ta' żmien, it-trattament tal-ilmenti, u l-identifikazzjoni u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,
Billi:
(1) |
Fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex tikkontribwixxi kemm għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir kif ukoll għall-konsolidament baġitarju (2), ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 ġie emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 734/2013 (3) biex tittejjeb l-effikaċja tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Dik l-emenda fittxet b'mod partikolari li tagħmel it-trattament tal-ilmenti mill-Kummissjoni aktar effikaċi u tintroduċi setgħat għall-Kummissjoni biex titlob informazzjoni direttament mingħand il-parteċipanti fis-suq u li tmexxi investigazzjonijiet f'setturi tal-ekonomija u fi strumenti ta' għajnuna. |
(2) |
Fid-dawl ta' dawk l-emendi, huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-ġrajjiet li jiddeterminaw il-punt tal-bidu għall-kalkolu tal-limiti ta' żmien fil-kuntest tat-talbiet għall-informazzjoni indirizzati lil partijiet terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(3) |
Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess, teżamina l-informazzjoni dwar għajnuna illegali minn kwalunkwe sors, sabiex tkun ivvalutata l-konformità mal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. F'dak il-kuntest, l-ilmenti huma sors essenzjali ta' informazzjoni biex jinkixef ksur ta' regoli tal-għajnuna mill-Istat. Huwa għalhekk importanti li jkunu ddefiniti proċeduri ċari u effiċjenti biex ikunu ttrattati l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni. |
(4) |
Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, huma biss il-partijiet interessati li jistgħu jressqu ilmenti biex jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar xi għajnuna allegatament illegali jew l-użu ħażin ta' għajnuna. Għal dak l-għan, persuni naturali u ġuridiċi li jissottomettu l-ilmenti għandhom ikunu meħtieġa juru li huma partijiet interessati skont it-tifsira tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(5) |
Biex jiġi ssemplifikat l-ipproċessar tal-ilmenti u fl-istess ħin tiżdied it-trasparenza u ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li tiġi ddefinita l-informazzjoni li l-ilmentaturi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni kollha rilevanti rigward għajnuna allegatament illegali jew użata ħażin, ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 jeħtieġ li l-partijiet interessati jimlew formola u jippreżentaw kull informazzjoni obbligatorja mitluba fiha. Għandha għalhekk tiġi stabbilita l-formola għal dak il-għan. |
(6) |
Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-partijiet interessati meta jitressqu ilmenti ma għandhomx ikunu ta' piż eċċessiv, filwaqt li jiġi żgurat li l-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tibda investigazzjoni dwar għajnuna allegatament illegali jew użata ħażin. |
(7) |
Biex ikun żgurat li s-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra li tingħata lill-Kummissjoni tiġi trattata f'konformità mal-Artikolu 339 tat-Trattat, kull persuna li tissottometti l-informazzjoni għandha tidentifika b'mod ċar liema informazzjoni hija tqis li għandha tkun kunfidenzjali u r-raġuni għaliex hija kunfidenzjali. Il-persuna kkonċernata għandha tkun meħtieġa tipprovdi lill-Kummissjoni b'verżjoni separata mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni li tista' tiġi ppreżentata lill-Istat Membru relevanti biex jikkummenta. |
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (4) għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
il-Kapitoli Va u Vb li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 11: “IL-KAPITOLU Va TRATTAMENT TAL-ILMENTI L-Artikolu 11a L-Ammissibilità tal-ilmenti 1. Kull persuna li tressaq ilment skont l-Artikoli 10(1) u 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 turi li hija parti interessata skont it-tifsira tal-Artikolu 1(h) ta' dak ir-Regolament. 2. Il-partijiet interessati jimlew kif xieraq il-formola stabbilita fl-Anness IV u jipprovdu kull informazzjoni obbligatorja mitluba fiha. B'talba motivata minn parti interessata, il-Kummissjoni tista' teżenta mill-obbligu li tiġi pprovduta xi informazzjoni meħtieġa mill-formola. 3. L-ilmenti jitressqu f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. KAPITOLU Vb IDENTIFIKAZZJONI U PROTEZZJONI TA' INFORMAZZJONI KUNFIDENZJALI Artikolu 11b Il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra Kull persuna li tissottometti informazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 għandha tindika b'mod ċar liema informazzjoni tqis li għandha tkun kunfidenzjali, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għal din il-kunfidenzjalità, u tipprovdi lill-Kummissjoni b'verżjoni separata mhux kunfidenzjali tas-sottomissjoni. Meta l-informazzjoni tkun trid tiġi pprovduta sa ċerta data ta' skadenza, l-istess data ta' skadenza tapplika biex titressaq il-verżjoni mhux kunfidenzjali.”; |
(3) |
it-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament huwa miżjud bħala Anness IV. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv; COM(2010) 2020 finali
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 15).
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS