EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0209

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 209/2014 tal- 5 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u fir-rigward tal-kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 66, 6.3.2014, p. 11–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/209/oj

6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 209/2014

tal-5 ta’ Marzu 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u fir-rigward tal-kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi għall-operaturi tan-negozju tal-ikel fuq l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali. Ir-Regolament jistipula li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproduċu ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III tiegħu.

(2)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-importazzjoni ssir biss jekk il-pajjiż terz minn fejn jintbagħtu jkun imniżżel f’lista mfassla skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u jekk il-prodotti jissodisfaw, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kull kundizzjoni tal-importazzjoni stabbilita b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontrolli tal-importazzjoni rigward prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (4) jistipula l-kundizzjonijiet rigward is-saħħa tal-annimali u rigward is-saħħa pubblika, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Hija tistabbilixxi wkoll il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-introduzzjoni ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni hija awtorizzata.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 jistabbilixxi kundizzjonijiet differenti dwar l-importazzjoni li jiddependu fuq l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiż terz li jesporta fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) u r-rinderpest. Pajjiżi terzi li huma ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim u mir-rinderpest għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar qabel l-importazzjoni huma mniżżla fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib mhux ipproċessat minn dawk il-pajjiżi terzi, huma awtorizzati mingħajr ma jkunu għaddew minn trattamenti speċifiċi.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet diversi talbiet mingħand uħud mill-Istati Membri u mingħand għadd ta’ sħab kummerċjali sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru għall-konsum mill-bniedem.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 ma japplikax għall-kolostru u għal prodotti li fihom il-kolostru. Madankollu, fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-kolostru jirrappreżenta l-istess riskji għas-saħħa tal-annimali li jirrappreżenta l-ħalib mhux ipproċessat. Għalhekk, il-kolostru jista’ jiġi importat mingħajr periklu minn pajjiżi li diġà huma awtorizzati għall-importazzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat u li huma mniżżla fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

(7)

Diversi prodotti kummerċjali huma magħmulin minn kolostru pasturizzat jew sterilizzat. Madankollu, minħabba li l-effetti tal-pasturizzazzjoni u tal-isterilizzazzjoni ma ġewx ivvalidati għall-kolostru b’kontenut għoli ta’ ċelloli, il-kolostru pasturizzat jew sterilizzat u prodotti li fihom il-kolostru għandhom jiġu importati biss minn dawk il-pajjiżi terzi li huma ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim, u li huma miniżżla fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

(8)

L-Artikoli 11, 12 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (5) jistabbilixxu r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-verifiki li għandhom jiġu applikati għall-kunsinna ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu importati fl-Unjoni iżda li huma destinati għal pajjiż terz, kemm jekk permezz ta’ tranżitu immedjat jew wara li jinħażnu għal xi żmien fl-Unjoni.

(9)

Sabiex tiġi permessal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru, għandu jiżdied mudell ġdid taċ-ċertifikat tas-saħħa għal dawn il-prodotti fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 605/2010, filwaqt li l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem maħsuba għal tranżitu jew ħażna fl-Unjoni Ewropea stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi emendat sabiex ikopri l-kolostru u l-prodotti li fihom il-kolostru.

(10)

Sabiex il-kolostru u l-prodotti li fihom il-kolostru jiġu inklużi fl-ambitu tad-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (6), hemm bżonn li fil-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa li jkopru dawn il-prodotti jingħata l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata mniżżel fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (7).

(11)

Sabiex jiġi evitat kull tip ta’ xkiel fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-ħalib mhux ipproċessat u għal prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem maħsuba għal tranżitu jew ħażna fl-Unjoni, maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 605/2010, għandu jkun awtorizzat matul perjodu ta’ tranżizzjoni.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 605/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-intestatura tinbidel b’dan li ġej:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 605/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem”.

(2)

Fl-Artikolu 1, punt (a) tal-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru;”

(3)

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

L-importazzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I.”

(4)

L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Il-kundizzjonijiet ta’ tranżitu u ħażna

L-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea iżda li jkunu destinati għal pajjiż terz kemm jew permezz ta’ tranżitu immedjat inkella wara ħażna fl-Unjoni, skont l-Artikoli 11, 12 jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, għandha tkun awtorizzata biss jekk il-kunsinni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew parti minnu elenkata fl-Anness I għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet adattati ta’ trattament għal kunsinni bħal dawn, kif previst fl-Artikoli 2, 3 u 4;

(b)

ikunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għal importazzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru ikkonċernati, kif stipulat fl-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-punt II.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa relevanti stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II;

(c)

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II għall-kunsinna kkonċernata u mimli skont in-noti ta’ spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness;

(d)

ikunu ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-tranżitu, kif ukoll għall-ħżin meta jixraq, fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004, iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni fl-Unjoni.”

(5)

L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

It-trattament speċifiku

Il-kunsinni ta’ prodotti tal-ħalib u ta’ prodotti li fihom il-kolostru awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 2, 3, 4, 6 jew 7 minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom fejn seħħet tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data li fiha jkun ġie ffirmat iċ-ċertifikat tas-saħħa, jew li wettqu tilqim kontra dik il-marda matul dak il-perjodu, għandhom jiġu awtorizzati biss għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea jekk prodotti bħal dawn ikunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti elenkat fl-Artikolu 4.”

(6)

L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Għal perjodu tranżitorju sas-6 ta’ Settembru 2014, l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti tal-ħalib mhux maħsuba biex jiġu importati fl-Unjoni Ewropea iżda li jkunu destinati għal pajjiż terz, kemm jekk permezz ta’ tranżitu immedjat jew wara li jinħażnu għal xi żmien fl-Unjoni, b’konformità mal-Artikoli 11, 12 jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 605/2010, fil-verżjoni tiegħu ta’ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi awtorizzata, bil-kundizzjoni li ċ-ċertifikat ikun ġie ffirmat sas-26 ta’ Lulju 2014.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 136/2004 tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).

(7)  Id-Deċiżjoni 2007/275/KE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).


ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS I

Il-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru (*1) u prodotti li fihom il-kolostru (*1) li tindika t-tip ta' trattament ta' tisħin meħtieġ għal prodotti ta' dan it-tip

“+”

:

il-pajjiż terz huwa awtorizzat

“0”

:

il-pajjiż terz mhuwiex awtorizzat


Il-kodiċi ISO tal-pajjiż terz

Il-pajjiż terz jew parti minnu

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna C

AE

L-Emirat ta’ Dubaj tal-Emirati Għarab Magħquda (1)

0

0

+ (2)

AD

Andorra

+

+

+

AL

L-Albanija

0

0

+

AR

L-Arġentina

0

0

+

AU

L-Awstralja

+

+

+

BR

Il-Brażil

0

0

+

BW

Il-Botswana

0|

0

+

BY

Il-Belarus

0

0

+

BZ

Il-Beliże

0

0

+

BA

Il-Bosnija-Ħerzegovina

0

0

+

CA

Il-Kanada

+

+

+

CH

L-Isvizzera (*2)

+

+

+

CL

Iċ-Ċilì

0

+

+

CN

Iċ-Ċina

0

0

+

CO

Il-Kolombja

0

0

+

CR

Kosta Rika

0

0

+

CU

Kuba

0

0

+

DZ

L-Alġerija

0

0

+

ET

L-Etjopja

0

0

+

GL

Il-Groenlandja

0

+

+

GT

Il-Gwatemala

0

0

+

HK

Ħong Kong

0

0

+

HN

Il-Ħonduras

0

0

+

IL

L-Iżrael

0

0

+

IN

L-Indja

0

0

+

IS

L-Islanda

+

+

+

KE

Il-Kenja

0

0

+

MA

Il-Marokk

0

0

+

MG

Il-Madagaskar

0

0

+

MK (*3)

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

0

+

+

MR

Il-Mawritanja

0

0

+

MU

Il-Mawrizju

0

0

+

MX

Il-Messiku

0

0

+

NA

In-Namibja

0

0

+

NI

In-Nikaragwa

0

0

+

NZ

In-New Zealand

+

+

+

PA

Il-Panama

0

0

+

PY

Il-Paragwaj

0

0

+

RS (*4)

Is-Serbja

0

+

+

RU

Ir-Russja

0

0

+

SG

Singapor

0

0

+

SV

El Salvador

0

0

+

SZ

Is-Sważiland

0

0

+

TH

It-Tajlandja

0

0

+

TN

It-Tuneżija

0

0

+

TR

It-Turkija

0

0

+

UA

L-Ukraina

0

0

+

US

L-Istati Uniti

+

+

+

UY

L-Urugwaj

0

0

+

ZA

L-Afrika t’Isfel

0

0

+

ZW

Iż-Żimbabwe

0

0

+

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:

"PARTI 1

Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa

"Milk-RM"

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I maħsub għal proċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum mill-bniedem.

"Milk-RMP"

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib mhux ipproċessat għall-konsum mill-bniedem, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

"Milk-HTB"

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib tal-baqar, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-bufli għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

"Milk-HTC"

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

"Colostrum-C/CPB"

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-kolostru tal-baqar, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-bufli u għal prodotti li fihom il-kolostru imnissla minn kolostru tal-istess speċi minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I għall-konsum mill-bniedem maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

"Milk/ Colostrum-T/S"

:

Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-ħalib mhux ipproċessat, għall-kolostru, għal prodotti tal-ħalib jew għal prodotti li fihom il-kolostru għall-konsum mill-bniedem maħsuba għal tranżitu jew ħażna fl-Unjoni Ewropea.

Noti ta’ spjegazzjoni

(a)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tal-oriġini, skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, skont il-format tal-mudell li jikkorrispondi għall-ħalib mhux ipproċessat, għall-kolostru, għal prodotti tal-ħalib jew għal prodotti li fihom il-kolostru. Dawn għandu jkun fihom, fl-ordni numerata li tidher fil-mudell, l-attestazzjoni mitluba għal kull pajjiż terz u, skont kif ikun il-każ, dawk il-garanziji supplimentari mitluba għall-pajjiż terz esportatur ikkonċernat.

(b)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jikkonsisti minn paġna waħda stampata fuq iż-żewġ naħat jew, meta jkun meħtieġ aktar test, b’mod li l-paġni kollha jiffurmaw entità sħiħa u li ma tistax tinfired.

(c)

Irid jiġi ppreżentat ċertifikat tas-saħħa uniku separat għal kull kunsinna tal-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-istess destinazzjoni minn pajjiż terz imniżżel fit-tabella tal-Anness I u ttrasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, vettura tat-triq, ajruplan jew bastiment.

(d)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa u t-tikketti msemmija fiċ-ċertifikat mudell għandhom jitfasslu mill-inqas f’ilsien uffiċjali wieħed tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni konfinali u tal-Istat Membru destinatarju. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettu li jitfassal f'ilsien uffiċjali ieħor tal-Unjoni Ewropea minflok f'tagħhom, filwaqt li għandu jiġi akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Jekk fiċ-ċertifikat tas-saħħa jinhemżu paġni addizzjonali sabiex jiġu identifikati l-oġġetti li jiffurmaw il-kunsinna, dawk il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali, dejjem jekk il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika jkunu jidhru fuq kull paġna.

(f)

Jekk iċ-ċertifikat tas-saħħa jkun jinkludi iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun numerata "–x(in-numru tal-paġna) minn y(l-għadd totali ta’ paġni)–" fil-parti t'isfel tal-paġna u għandu jkollha n-numru ta' referenza taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti fil-parti ta' fuq tal-paġna.

(g)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jimtela u jiġi ffirmat minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti responsabbli li tivverifika u tiċċertifika li l-ħalib mhux ipproċessat, il-prodotti tal-ħalib, il-kolostru jew il-prodotti li fihom il-kolostru jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima IX tal-Kapitolu I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fid-Direttiva 2002/99/KE.

(h)

L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (3) jiġu osservati.

(i)

Il-lewn tal-firma tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak użat għall-istampar fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għal timbri oħra apparti t-timbri intaljati jew dawk tal-marka tal-ilma.

(j)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa trid takkumpanja l-kunsinna sakemm tasal l-istazzjon ta' spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni Ewropea.

(k)

Jekk iċ-ċertifikat mudell jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jiġu ingassati u inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal ta’ ċertifikazzjoni, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.

(3)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.""

(b)

Fil-Parti 2 għandu jiżdied iċ-ċertifikat mudell li ġej:

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

(c)

Il-Parti 3 tinbidel b’dan li ġej:

“PART 3

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

(3)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28."”


(*1)  Il-kolostru u prodotti li fihom il-kolostru jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi awtorizzati elenkati fil-kolonna A biss.

(*2)  Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(*3)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-ftehim dwar in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se jsir wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar dan is-suġġett fil-livell ta' NU.

(*4)  Ħlief il-Kosovo, li bħalissa jinsab taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Prodotti tal-ħalib magħmulin mill-ħalib tal-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius biss;

(2)  Prodotti tal-ħalib magħmulin mill-ħalib tal-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius huma awtorizzati;"


Top