Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0686

2013/686/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument C(2013) 8031) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 316, 27.11.2013, p. 50–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/686/oj

27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Novembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument C(2013) 8031)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/686/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għal operaturi tan-negozji tal-ikel. Dawn ir-regoli jinkludu rekwiżiti tal-iġjene għall-ħalib nej u għall-prodotti tal-ħalib.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE (2) tistipula ċerti derogi mir-rekwiżiti stabbiliti fis-subkapitoli II u III tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija elenkati f’dik id-Deċiżjoni. Dik id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)

B’konformità, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/861/KE jistgħu, b’deroga mid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jipproċessaw ħalib konformi u ħalib mhux konformi sakemm l-ipproċessar tal-ħalib konformi jew mhux konformi jitwettaq fuq linji ta’ produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jistgħu jipproċessaw il-ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

(4)

Fit-12 ta’ Awwissu 2013 il-Bulgarija bagħtet lista riveduta u aġġornata ta’ dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lill-Kummissjoni.

(5)

F’dik il-lista, l-istabbilimenti elenkati fin-Nru 1 (BG 0412010 “Bi Si Si Handel” OOD), Nru 4 (BG2012020 “Yotovi” OOD) u Nru 5 (BG 2512020 “Mizia-Milk” OOD) tat-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/861/KE ġew imħassra peress li issa huma awtorizzati li jipproċessaw biss ħalib konformi li għandu jitqiegħed fis-suq ta’ ġewwa l-Unjoni.

(6)

Barra minn hekk, 4 stabbilimenti li bħalissa huma elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE tħassru minħabba li huma awtorizzati li jqiegħdu prodotti tal-ħalib fis-suq ta’ ġewwa l-Unjoni, peress li dawn qed jużaw biss ħalib konformi. Dawk l-istabbilimenti kienu elenkati fit-tabella fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE f’Nru 8 (1312023”Inter-D” OOD), Nru 71 (BG 2512001 “Mladost -2002” OOD), Nru 91 (BG 2012019”Hemus-Milk komers” OOD) u Nru 95 (2712005 “Nadezhda” OOD)

(7)

Barra minn hekk, il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni li, sa mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2009/861/KE, żdied konsiderevolment il-proporzjon ta’ ħalib nej li hu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li jitwassal fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f’dak l-Istat Membru. Il-Bulgarija stabbiliet ukoll pjan ta’ azzjoni bil-għan li tkopri l-katina kollha tal-produzzjoni tal-ħalib f’dak l-Istat Membru, li jiżgura konformità mar-regoli tal-Unjoni.

(8)

Madanakollu, skont ir-rapporti ippreżentati mill-Bulgarija abbażi tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2009/861/KE u tal-informazzjoni provduta lill-Kummissjoni minn dak l-Istat Membru fl-1 ta’ Awwissu 2013, is-settur tal-ħalib fil-Bulgarija xorta m’għadux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(9)

Filwaqt li jitqiesu l-isforzi magħmula mill-Bulgarija sabiex is-settur tal-ħalib isir konformi mar-regoli tal-Unjoni, bi tnaqqis kostanti ta’ rziezet li kienu qed jipproduċu ħalib mhux konformi mill-2009, huwa xieraq li l-applikazzjoni tal-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2009/861/KE tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2015.

(10)

Il-Bulgarija għandha tipprovdi aġġornamenti regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar sabiex turi li l-għan tal-konformità mal-kriterji tal-Unjoni jista’ jinkiseb qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/861/KE bħalma ġie estiż b’din id-Deċiżjoni.

(11)

Id-Deċiżjoni 2009/861/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/861/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, id-data “31 ta’ Diċembru 2013” issir “31 ta’ Diċembru 2015”.

(2)

Fl-Artikolu 3, id-data “31 ta’ Diċembru 2013” issir “31 ta’ Diċembru 2015”.

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

“Artikolu 4a

1.   Il-Bulgarija għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li jonqos in-numru ta’ stabbilimenti li jipproduċu ħalib mhux konformi skont dan li ġej:

(a)

sa qabel it-30 ta’ Novembru 2014, b’ta’ mill-inqas 30 % kif imqabbel man-numru ta’ dawk l-istabbilimenti rreġistrati fl-1 ta’ Settembru 2013;

(b)

sa qabel il-31 ta’ Mejju 2015, b’ta’ mill-inqas 60 % kif ikkumparat man-numru ta’ dawk l-istabbilimenti rreġistrati fl-1 ta’ Settembru 2013.

2.   Fil-każ li l-Bulgarija ma tissodisfax il-miri għat-tnaqqis fin-numru ta’ stabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri xierqa.”

(4)

L-Artikolu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Il-Bulgarija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni r-rapporti dwar il-miżuri li ttieħdu skont l-Artikolu 4a(1) u dwar il-progress li sar biex dawn li ġejjin isiru konformi mar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

(a)

l-istabbilimenti tal-produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

(b)

is-sistema għall-ġbir u l-ġarr ta’ ħalib mhux konformi.

Ir-rapporti għall-2014 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014 u mill-31 ta’ Diċembru 2014, u r-rapporti għall-2015 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015 u mill-31 ta’ Ottubru 2015.

Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fil-forma li tinsab fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-progress li jkun sar biex il-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Annessi I u II isir konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.”

(5)

Fl-Artikolu 6, id-data “31 ta’ Diċembru 2013” issir “31 ta’ Diċembru 2015”.

(6)

L-Annessi I u II għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 83.


ANNESS

ANNESS I

Lista ta’ stabbilimenti tal-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib konformi u mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 2

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 0612027

‘Mlechen ray - 2’ EOOD

gr. Vratsa

kv. ‘Bistrets’

2

BG 0612043

ET ‘Zorov- 91 - Dimitar Zorov’

gr. Vratsa

Mestnost ‘Parshevitsa’

3

BG 2112001

‘Rodopeya - Belev’ EOOD

Ul. ‘Trakya’ 20 Smolyan

4

BG 1212001

‘S i S - 7’ EOOD

gr. Montana

‘Vrachansko shose’ 1

5

BG 2812003

‘Balgarski yogurt’ OOD

s. Veselinovo,

obl. Yambolska

ANNESS II

Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 3

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 2412037

‘Stelimeks’ EOOD

s. Asen

2

0912015

‘Anmar’ OOD

s. Padina

obsht. Ardino

3

0912016

OOD ‘Persenski’

s. Zhaltusha

obsht. Ardino

4

1012014

ET ‘Georgi Gushterov DR’

s. Yahinovo

5

1012018

‘Evro miyt end milk’ EOOD

gr. Kocherinovo

obsht. Kocherinovo

6

1112017

ET ‘Rima-Rumen Borisov’

s. Vrabevo

7

1612049

‘Alpina -Milk’ EOOD

s. Zhelyazno

8

1612064

OOD ‘Ikay’

s. Zhitnitsa

obsht. Kaloyanovo

9

2112008

MK ‘Rodopa milk’

s. Smilyan

obsht. Smolyan

10

2412039

‘Penchev’ EOOD

gr. Chirpan

ul. ‘Septemvriytsi’ 58

11

2512021

‘Keya-Komers-03’ EOOD

s. Svetlen

12

0112014

ET ‘Veles-Kostadin Velev’

gr. Razlog

ul. ‘Golak’ 14

13

2312041

‘Danim-D.Stoyanov’ EOOD

gr. Elin Pelin

m-st Mansarovo

14

0712001

‘Ben Invest’ OOD

s. Kostenkovtsi

obsht. Gabrovo

15

1512012

ET ‘Ahmed Tatarla’

s. Dragash voyvoda,

obsht. Nikopol

16

2212027

‘Ekobalkan’ OOD

gr. Sofia

bul ‘Evropa’ 138

17

2312030

ET ‘Favorit- D.Grigorov’

s. Aldomirovtsi

18

2312031

ET ‘Belite kamani’

s. Dragotintsi

19

BG 1512033

ET ‘Voynov-Ventsislav Hristakiev’

s. Milkovitsa

obsht. Gulyantsi

20

BG 1512029

‘Lavena’ OOD

s. Dolni Dębnik

obl. Pleven

21

BG 1612028

ET ‘Slavka Todorova’

s. Trud

obsht. Maritsa

22

BG 1612051

ET ‘Radev-Radko Radev’

s. Kurtovo Konare

obl. Plovdiv

23

BG 1612066

‘Lakti ko’ OOD

s. Bogdanitza

24

BG 2112029

ET ‘Karamfil Kasakliev’

gr. Dospat

25

BG 0912004

‘Rodopchanka’ OOD

s. Byal izvor

obsht. Ardino

26

0112003

ET ‘Vekir’

s. Godlevo

27

0112013

ET ‘Ivan Kondev’

gr. Razlog

Stopanski dvor

28

0212037

‘Megakomers’ OOD

s. Lyulyakovo

obsht. Ruen

29

0512003

SD ‘LAF-Velizarov i sie’

s. Dabravka

obsht. Belogradchik

30

0612035

OOD ‘Nivego’

s. Chiren

31

0612041

ET ‘Ekoprodukt-Megiya- Bogorodka Dobrilova’

gr. Vratsa

ul. ‘Ilinden’ 3

32

0612042

ET ‘Mlechen puls - 95 - Tsvetelina Tomova’

gr. Krivodol

ul. ‘Vasil Levski’

33

1012008

‘Kentavar’ OOD

s. Konyavo

obsht. Kyustendil

34

1212031

‘ADL’ OOD

s. Vladimirovo

obsht. Boychinovtsi

35

1512006

‘Mandra’ OOD

s. Obnova

obsht. Levski

36

1512008

ET ‘Petar Tonovski-Viola’

gr. Koynare

ul. ‘Hr.Botev’ 14

37

1512010

ET ‘Militsa Lazarova-90’

gr. Slavyanovo,

ul. ‘Asen Zlatarev’ 2

38

1612024

SD ‘Kostovi - EMK’

gr. Saedinenie

ul. ‘L.Karavelov’ 5

39

1612043

ET ‘Dimitar Bikov’

s. Karnare

obsht. ‘Sopot’

40

1712046

ET ‘Stem-Tezdzhan Ali’

gr. Razgrad

ul. ‘Knyaz Boris’23

41

2012012

ET ‘Olimp-P.Gurtsov’

gr. Sliven

m-t ‘Matsulka’

42

2112003

‘Milk- inzhenering’ OOD

gr.Smolyan

ul. ‘Chervena skala’ 21

43

2112027

‘Keri’ OOD

s. Borino,

obsht. Borino

44

2312023

‘Mogila’ OOD

gr. Godech,

ul. ‘Ruse’ 4

45

2512018

‘Biomak’ EOOD

gr. Omurtag

ul. ‘Rodopi’ 2

46

2712013

‘Ekselans’ OOD

s. Osmar,

obsht. V. Preslav

47

2812018

ET ‘Bulmilk-Nikolay Nikolov’

s. General Inzovo,

obl. Yambolska

48

2812010

ET ‘Mladost-2-Yanko Yanev’

gr. Yambol,

ul. ‘Yambolen’ 13

49

BG 1012020

ET ‘Petar Mitov-Universal’

s. Gorna Grashtitsa

obsht. Kyustendil

50

BG 1112016

Mandra ‘IPZHZ’

gr. Troyan

ul. ‘V.Levski’ 281

51

BG 1712042

ET ‘Madar’

s. Terter

52

BG 0912011

ET ‘Alada-Mohamed Banashak’

s. Byal izvor

obsht. Ardino

53

1112026

‘ABLAMILK’ EOOD

gr. Lukovit

ul. ‘Yordan Yovkov’ 13

54

1312005

‘Ravnogor’ OOD

s. Ravnogor

55

1712010

‘Bulagrotreyd-chastna kompaniya’ EOOD

s. Yuper

Industrialen kvartal

56

2012011

ET ‘Ivan Gardev 52’

gr. Kermen

ul. ‘Hadzhi Dimitar’ 2

57

2012024

ET ‘Denyo Kalchev 53’

gr. Sliven

ul. ‘Samuilovsko shose’ 17

58

2112015

OOD ‘Rozhen Milk’

s. Davidkovo,

obsht. Banite

59

2112026

ET ‘Vladimir Karamitev’

s. Varbina

obsht. Madan

60

2312007

ET ‘Agropromilk’

gr. Ihtiman

ul. ‘P.Slaveikov’ 19

61

BG 1812008

‘Vesi’ OOD

s. Novo selo

62

BG 2512003

‘Si Vi Es’ OOD

gr. Omurtag

Promishlena zona

63

BG 2612034

ET ‘Eliksir-Petko Petev’

s. Gorski izvor

64

0812030

‘FAMA’ AD

gr. Dobrich

bul. ‘Dobrudzha’ 2

65

0912003

‘Koveg-mlechni produkti’ OOD

gr. Kardzhali

Promishlena zona

66

1412015

ET ‘Boycho Videnov - Elbokada 2000’

s. Stefanovo

obsht. Radomir

67

1712017

‘Diva 02’ OOD

gr. Isperih

ul. ‘An.Kanchev’

68

1712037

ET ‘Ali Isliamov’

s. Yasenovets

69

1712043

‘Maxima milk’ OOD

s. Samuil

70

2012010

‘Saray’ OOD

s. Mokren

71

2012032

‘Kiveks’ OOD

s.Kovachite

72

2012036

‘Minchevi’ OOD

s. Korten

73

2212009

‘Serdika -94’ OOD

gr. Sofia

kv. Zheleznitza

74

2312028

ET ‘Sisi Lyubomir Semkov’

s. Anton

75

2312033

‘Balkan spetsial’ OOD

s. Gorna Malina

76

2312039

EOOD ‘Laktoni’

s. Ravno pole,

obl. Sofiyska

77

2412040

‘Inikom’ OOD

gr. Galabovo

ul. ‘G.S.Rakovski’ 11

78

2512011

ET ‘Sevi 2000- Sevie Ibryamova’

s. Krepcha

obsht. Opaka

79

2612015

ET ‘Detelina 39’

s. Brod

80

2812002

‘Arachievi’ OOD

s. Kirilovo,

obl. Yambolska’

81

BG 1612021

ET ‘Deni-Denislav Dimitrov-Ilias Islamov’

s. Briagovo

obsht. Gulyantsi

82

2012008

‘Raftis’ EOOD

s. Byala

83

2112023

ET ‘Iliyan Isakov’

s. Trigrad

obsht. Devin

84

2312020

‘MAH 2003’ EOOD

gr. Etropole

bul. ‘Al. Stamboliyski’ 21


Top