EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0699

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 699/2013 tad- 19 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

OJ L 198, 23.7.2013, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/699/oj

23.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 699/2013

tad-19 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta’ tariffi u ta’ miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta’ prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Liter tal-qtates magħmul minn tafal naturali (il-bentonit) li jkun ġie mnixxef u ttrattat permezz ta’ aġent antibatteriku u li jkun tħallat b’karbonju attivat bil-għan li jiġu evitati t-tkabbir tal-batterji u l-iżvilupp ta’ riħa. It-tafal bentonit jikkostitwixxi aktar minn 94 % skont il-piż tal-prodott.

Il-prodott jinbiegħ lill-konsumaturi f’pakketti ta’ daqsijiet differenti.

3824 90 97

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3824 , 3824 90  u 3824 90 97 .

Il-prodott inkiseb permezz tat-taħlit tat-tafal bentonit ma’ aġent antibatteriku u ma’ karbonju attivat. Għalhekk, il-klassifikazzjoni bħala tip ta’ tafal ieħor tal-intestatura 2508 hija eskluża (in-Nota 1 fil-Kapitolu 25).

Iż-żieda ta’ aġent antibatteriku u tal-karbonju attivat ma tbiddilx il-forma jew il-karattru tal-materjal kostitwenti. Għalhekk, il-klassifikazzjoni tal-prodott taħt l-intestatura 6815 bħala oġġett tal-ġebla jew ta’ sustanzi minerali oħrajn li mhumiex speċifikati band’ oħra hija eskluża wkoll (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata fil-Kapitolu 68, Ġenerali, it-tielet paragrafu).

Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3824 90 97 bħala prodotti u preparazzjonijiet kimiċi tal-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra.

2.

Liter tal-qtates magħmul minn granuli transluċidi tad-diossidu tas-siliċju (il-ġel tas-silika) ta’ forma tonda u ovali. Il-prodott jinkludi kwantità viżibbli ta’ granuli kkuluriti.

Il-granuli kkuluriti jinkisbu permezz taż-żieda ta’ żebgħa kaħla.

Il-prodott jinbiegħ lill-konsumaturi f’pakketti ta’ daqsijiet differenti.

3824 90 97

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3824 , 3824 90  u 3824 90 97 .

Il-kulur ikħal huwa miżjud biss għal raġunijiet kummerċjali jew promozzjonali iżda mhux għall-identifikazzjoni tad-diossidu tas-siliċju. Barra minn hekk, id-diossidu tas-siliċju f’forma granulari mhuwiex ta’ theddida għas-sikurezza. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2811 hija eskluża (in-Nota 1(e) tal-Kapitolu 28).

Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3824 90 97 bħala prodotti u preparazzjonijiet kimiċi tal-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra.


Top