Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0618

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 618/2013 tas- 26 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 175, 27.6.2013, p. 34–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 066 P. 166 - 174

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/618/oj

27.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 618/2013

tas-26 ta’ Ġunju 2013

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistabbilixxi regoli rigward il-livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq l-importazzjonijiet tal-għalf u l-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, elenkati fl-Anness I tiegħu (“l-elenku”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-elenku għandu jiġi rivedut regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li tal-inqas jitqiesu s-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti li jinvolvu l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Għalf u għall-Ikel, is-sejbiet tal-missjonijiet f’pajjiżi terzi li jitwettqu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta’ kull tliet xhur dwar il-konsenji ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux tal-annimali sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-elenku għandu jiġi emendat.

(4)

B’mod partikolari, għal konsenji ta’ fażola mnixxfa min-Niġerja, is-sorsi relevanti ta’ tagħrif jindikaw l-emerġenza ta’ riskji ġodda li jitolbu l-introduzzjoni ta’ livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant fl-elenku għandha tiddaħħal annotazzjoni rigward dawn il-konsenji.

(5)

l-elenku għandu jiġi emendat ukoll billi tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-prodotti, li għalihom l-istess sorsi ta’ informazzjoni juru livell ogħla ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, li jiġġustifika ż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. L-entrata dwar il-Brassica oleracea miċ-Ċina fl-elenku għandha għaldaqstant tiġi emendata.

(6)

Bl-istess mod, l-elenku għandu jiġi emendat bit-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali tal-prodotti li għalihom l-informazzjoni tindika grad ġenerali ta’ titjib fil-grad ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u li għalihom il-livell kurrenti ta’ kontroll uffiċjali ma għadux ġustifikat. L-entrata fl-elenku dwar il-ħxejjex Brassica mit-Tajlandja għandha għaldaqstant tiġi emendata.

(7)

Barra minn dan, l-elenku għandu jkun emendat bit-tħassir tal-entrati għall-prodotti li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika grad ġenerali sodisfaċenti ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ sikurezza stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom, għaldaqstant, ma għadux iġġustifikat livell ogħla ta’ kontroll uffiċjali. L-entrati fl-elenku dwar il-karawett mill-Afrika t’Isfel u r-rummien mill-Eġittu għandhom għaldaqstant jiġu emendati.

(8)

Għall-interess taċ-ċarezza, huwa meħtieġ li l-elenku tar-residwi tal-pestiċidi fin-noti tal-aħħar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi emendat biex jiġu żgurat li jkunu konsistenti mad-definizzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq l-ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(9)

Biex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.

(3)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u ikel

(użu intenzjonat)

Il-kodiċi NM (1)

Subdiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità

(%)

Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Ġellewż

(fil-qoxra jew le)

0802 21 00 ;

0802 22 00

 

L-Azerbajġan (AZ)

Aflatossini

10

(Għalf u Ikel)

 

 

 

 

 

Dulliegħ

0807 11 00

 

Il-Brażil (BR)

Salmonella

10

(Ikel)

 

 

 

 

 

Karawett, bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

 

 

 

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

 

 

 

Karawett, imħejji jew priżervat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

 

 

 

(Għalf u Ikel)

 

 

 

 

 

Frawli (friżati)

0811 10

 

Iċ-Ċina (CN)

Norovajrus u epatite A

5

(Ikel)

 

 

 

 

 

Brassica oleracea

(Brassica oħra li tittiekel, il-‘Brokkoli Ċiniż’) (2)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (3)

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

 

 

 

Taljarini Mnixxfa

ex 1902 11 00 ;

ex 1902 19 10 ;

ex 1902 19 90 ;

ex 1902 20 10 ;

ex 1902 20 30 ;

ex 1902 20 91 ;

ex 1902 20 99 ;

ex 1902 30 10 ;

ex 1902 30 10

10

10

10

10

10

10

10

10

91

Iċ-Ċina (CN)

Aluminju

10

(Ikel)

 

 

 

 

 

Pomelo

ex 0805 40 00

31 ; 39

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4)

20

(Ikel — frisk)

 

 

 

 

 

Te, bit-togħma u mingħajr

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed(5) (5)

10

(Ikel)

 

 

 

 

 

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (6)

10

Bitter melon

(Momordica charantia)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

 

 

 

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat)

 

 

 

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (6)

20

Bżar (ħelu u mhux)

(Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

 

 

 

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

 

 

 

Larinġ (frisk jew imnixxef)

0805 10 20 ;

0805 10 80

 

L-Eġittu (EG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (7)

10

Frawli

0810 10 00

 

 

 

 

(Ikel frott frisk)

 

 

 

 

 

Bżar (ħelu u mhux)

(Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99 ;

20

L-Eġittu (EG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (8)

10

(Ikel — frisk, imkessaħ jew friżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

 

 

 

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

10

Capsicum annuum,

imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

 

 

 

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu

(Capsicum annuum)

0904 21 90

 

 

 

 

Kari (prodotti biċ-ċili)

0910 91 05

 

 

 

 

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

 

 

 

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 21 00 ;

0908 22 00

 

 

 

 

Ġinġer

(Zingiber officinale)

0910 11 00 ;

0910 12 00

 

 

 

 

Curcuma longa

(żagħfran tal-Indja)

0910 30 00

 

 

 

 

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

 

 

 

 

 

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 21 00 ;

0908 22 00

 

 

 

 

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

 

 

 

 

Piżelli bil-miżwed

(bil-qoxra)

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (9)

10

Fażola bil-miżwed

(bla qoxra)

ex 0708 20 00

40

 

 

 

(Ikel — frisk u mkessaħ)

 

 

 

 

 

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Il-Marokk (MA)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (10)

10

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Fażola mnixxfa

0713 39 00

 

In-Niġerja (NG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (11)

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Żerriegħa tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti minnha

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Is-Sjerra Leone (SL)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Bżar (minbarra dak ħelu)

(Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (12)

10

(Ikel — frisk)

 

 

 

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (13)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

 

 

 

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

 

 

 

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

 

 

 

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Ħxejjex tal-ġeneru Brassica

0704 ;

 

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14)

10

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat)

ex 0710 80 95

76

 

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14)

20

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

 

 

 

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat)

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

(Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (15)

10

Tadam

0702 00 00 ;

0710 80 70

 

 

 

 

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat)

 

 

 

 

 

Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli)

0806 20

 

l-Użbekistan (UZ)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16)

20

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

 

 

 

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

 

 

 

Tursin

ex 0709 99 90

40

 

 

 

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Okra

ex 0709 99 90

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16)

20

Bżar (minbarra dak ħelu)

(Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

 

 

 

(Ikel — frisk)

 

 

 

 

 


(1)  Fejn huwa meħtieġ li jkunu eżaminati ċerti prodotti biss li jaqgħu taħt xi kodiċi NM u ma teżisti l-ebda subdiviżjoni taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM huwa mmarkat ‘ex’.

(2)  Speċijiet ta’ Brassica oleracea L. convar. botrytis (L) Alef var. italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufin ukoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

(3)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorfenapir, Fipronil (is-somma fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażm), Aċetamiprid, Dimetomorf and Propikonażol.

(4)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Trijażofos, Trijadimefon u Trijadimenol (somma ta’ trijadimefon u trijadimenol), Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Fentoat, Metidatijon.

(5)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (somma ta’ isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralina; Trijażofos; Trijadimefon u Trijadimenol (somma ta’ trijadimefon u trijadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwent (is-somma ta’ isomeri)).

(6)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Amitraż (amitraż inklużi il-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 -dimetilanilina espressa bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (somma ta’ aldikarb, is-sulfossur tiegħu u s-sulfon tiegħu, espressa bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espress bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Dijafentjuron, Dijażinon, Diklorvos, Dikofol (somma tal-isomeri p, p’ u o, p’), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (somma ta’ metijokarb and sulfossur tal-metijokarb u sulfon, espressa bħala metijokarb), Metomil and Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.

(7)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Ċiflutrina (ċiflutrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomers)) Ċiprodinil, Dijażinon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludjossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċijalotrin, Metjokarb (somma ta’ metjokarb u sulfossur tal-metjokarb u sulfon, espress bħala metjokarb), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Pentoat, Tijofanat-metil.

(8)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrin (ċipermetrin inklużi taħlitiet ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (somma ta’ isomeri p, p’ u o,p’), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (somma ta’ prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.

(9)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dijafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.

(10)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Flubendijammid, Miklobutanil, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon).

(11)  B’mod partikolari r-residwi ta’:

(12)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Trijażofos, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: is-somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(idrokloru).

(13)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(14)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Aċefat. Karbaril, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon),Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (somma ta’ isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Trijadimefon u Trijadimenol (somma ta’ trijadimefon u trijadimenol) Trijażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.

(15)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klofenteżin, Dijafentjuron, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Formetanat: Somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressi bħala formetanat(idroklorur), Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espress bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

(16)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Karbenażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorpirifos, Profenofos, Permetrina (somma ta’ isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (is-somma ta’ fipronil + metabolita tas-sulfon(MB46136) espressa bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol.”


Top