Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0617

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas- 26 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 175, 27.6.2013, p. 13–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 12 Volume 005 P. 286 - 306

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/617/oj

27.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 617/2013

tas-26 ta’ Ġunju 2013

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistipula r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li l-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15 u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv, għandha tintroduċi, kif xieraq, miżura ta’ implimentazzjoni għal tagħmir tal-uffiċċju.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li analizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-kompjuters. L-istudju jinvolvi l-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

L-istudju ta’ tħejjija wera li l-potenzjal ta’ titjib fil-kosteffikaċja tal-konsum tal-elettriku tal-kompjuters bejn l-2011 u l-2020 kien stmat għal madwar 93 TWh, li jikkorrispondi għal 43 Mt ta’ emissjonijiet ta’ CO2, u fl-2020 għal bejn 12,5 TWh u 16,3 TWh, li jikkorrispondi għal 5,0–6,5 Mt ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Konsegwentement, il-kompjuters jikkostitwixxu grupp ta’ prodotti li għalihom għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ ekodisinn.

(5)

Billi ħafna mill-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija tat-terminals ħfief desktop, l-istazzjonijiet tax-xogħol, is-servers fuq skala żgħira u s-servers informatiċi huwa marbut mal-effiċjenza tal-provvisti tal-elettriku interni u peress li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-provvista elettrika interna għal dawn il-prodotti huma simili għal dawk ta’ kompjuters desktop u kompjuters desktop integrati, id-dispożizzjonijiet dwar l-effiċjenza tal-provvista elettrika interna ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għall-oġġetti imsemmija qabel. Madankollu, aspetti oħra ta’ prestazzjoni ambjentali ta’ terminals ħfief desktop, stazzjonijiet tax-xogħol, stazzjonijiet tax-xogħol mobbli, servers fuq skala żgħira u servers informatiċi jistgħu jiġu indirizzati b’miżura aktar speċifika li timplimenta d-Direttiva 2009/125/KE.

(6)

L-unitajiet għall-wiri għandhom karatteristiki distinti u għalhekk għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, meta jitqies l-impatt ambjentali sinifikanti tagħhom kif ukoll il-potenzjal sinifikanti għat-titjib tagħhom, dawn jistgħu jiġu indirizzati f’miżura oħra li timplimenta d-Direttiva 2009/125/KE u/jew id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (2).

(7)

Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn ma għandu jkollhom ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott jew fuq il-konsumaturi, u b’mod partikolari fir-rigward ta’ kemm il-prodott huwa affordabbli, l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-kompetittività tal-industrija. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ma għandhomx jimponu piż proprjetarju, teknoloġiku jew amministrattiv eċċessiv, u lanqas ma għandhom jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent.

(8)

It-titjib fl-effiċjenza enerġetika tal-kompjuters għandu jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ teknoloġiji eżistenti ta’ dominju pubbliku u li huma kosteffikaċi li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż totali tax-xiri u tat-tħaddim tagħhom.

(9)

Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. L-iffissar ta’ żmien għandu jsir b’tali mod li jiġu evitati l-impatti negattivi fuq il-provvista tal-kompjuters, u jitqiesu l-impatti fuq in-nefqa għall-manifatturi, partikolarment fl-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat il-ksib f’waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament hija prevista mhux aktar tard minn tliet snin u nofs wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(11)

L-effiċjenza enerġetika tal-kompjuters għandha tiġi determinata permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-aqwa metodi rikonoxxuti, inkluż, fejn disponibbli, standards armonizzati stabbiliti f’konformità ma’ leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-istandardizzazzjoni applikabbli (3).

(12)

Billi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għad-domanda tal-enerġija elettrika fil-modalità Stennija u l-modalità Mitfi ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju ma jkunux totalment xierqa għall-karatteristiki tal-kompjuters, ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija (4) ma għandhomx japplikaw għall-kompjuters. Konsegwentement, ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ġestjoni tal-enerġija, kif ukoll għall-modalità Rieqed, il-modalità Mitfi u l-istat li jitlob l-inqas qawwa fil-kompjuters għandhom jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament, u r-Regolament (KE) Nru 1275/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Minkejja l-esklużjoni tal-kompjuters mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta’ provvisti tal-elettriku esterni (5) għandhom japplikaw għall-provvisti tal-elettriku esterni li jitqiegħdu fis-suq mal-kompjuters.

(14)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(15)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, għandha ssir talba lill-manifatturi biex jipprovdu l-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE sa fejn dan it-tagħrif ikun relatat mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

(16)

Biex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta, il-ksib ta’ iffrankar potenzjali maħsub tal-enerġija u l-provvediment ta’ informazzjoni preċiża dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-prodotti lill-konsumaturi, dan ir-Regolament għandu jagħmel ċar li t-tolleranzi preskritti għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq meta jkunu qed iwettqu t-testijiet fiżiċi biex jistabbilixxu jekk mudell speċifiku ta’ prodott relatat mal-enerġija huwiex f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma għandhomx jintużaw mill-manifatturi biex ikollhom fejn jiddikjaraw prestazzjoni aktar favorevoli tal-mudell minn dik iġġustifikata mill-miżuri u l-kalkoli iddikjarati fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott

(17)

Għandhom jiġu identifikati punti ta’ referenza għall-prodotti disponibbli attwalment li għandhom livell għoli ta’ effiċjenza enerġetika. Dan għandu jgħin sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà wiesgħa u l-aċċessibbiltà faċli tal-informazzjoni, b’mod partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, u dan għandu jiffaċilita aktar l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji ta’ disinn u jiffaċilita l-iżvilupp ta’ prodotti aktar effiċjenti biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija.

(18)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta’ ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ kompjuters u servers informatiċi.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti li ġejjin li jistgħu jitħaddmu direttament mill-kurrent alternanti (AC) tal-mejns inkluż permezz ta’ provvista elettrika esterna jew interna:

(a)

kompjuters desktop;

(b)

kompjuters desktop integrati;

(c)

notebooks (inklużi tablets, slates u terminals ħfief mobbli);

(d)

terminals ħfief desktop;

(e)

stazzjonijiet tax-xogħol;

(f)

stazzjonijiet tax-xogħol mobbli;

(g)

servers fuq skala żgħira;

(h)

servers informatiċi.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-gruppi ta’ prodotti li ġejjin:

(a)

sistemi u komponenti tat-tip blade;

(b)

tagħmir tas-servers;

(c)

servers multinodi;

(d)

servers informatiċi b’aktar minn erba’sokits tal-proċessur;

(e)

konsols tal-logħob;

(f)

stazzjonijiet għad-dokkjar.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Kompjuter” tfisser apparat li jwettaq operazzjonijiet loġiċi u li jipproċessa d-dejta, li kapaċi juża apparat tal-input u juri l-informazzjoni fuq unità tal-wiri, u normalment jinkludi unità ċentrali tal-ipproċessar (CPU) biex twettaq l-operazzjonijiet. Jekk m’hemm ebda CPU preżenti, l-apparat għandu jiffunzjona bħala ‘client gateway’ lejn server informatiku li jaġixxi ta’ unità tal-ipproċessar għall-komputazzjoni;

(2)

“Server informatiku” tfisser prodott ta’ kompjuterizzazzjoni li jipprovdi servizzi u jimmaniġġja riżorsi imqabbda b’netwerk ma’ apparati klijenti, bħal kompjuters desktop, notebooks, terminals ħfief desktop, telefowns tal-protokoll tal-Internet (IP), jew servers informatiċi oħrajn. Server informatiku tipikament jitqiegħed fis-suq għall-użu f’ċentri tad-dejta u f’ambjenti ta’ uffiċċji/korporattivi. Server informatiku primarjament isir aċċess għalih permezz ta’ konnessjonijiet tan-netwerk, u mhux permezz ta’ apparati ta’ input dirett mill-utent, bħat-tastiera jew il-maws;

Server informatiku għandu l-karatteristiki li ġejjin:

(a)

huwa ddisinjat biex jappoġġja sistemi operatorji (OS) tas-servers informatiċi u/jew ipervisuri, u huwa mmirat biex iħaddem applikazzjonijiet għall-intrapriżi installati mill-utent;

(b)

jappoġġja l-kodiċi tal-korrezzjoni tal-erruri (ECC) u/jew il-memorja bafer (li tinkludi kemm moduli ta’ memorja bafer dual in-line (DIMMs — “dual in-line memory modules”) kif ukoll konfigurazzjonijiet bafer on board (BOB));

(c)

jitqiegħed fis-suq ma’ provvista tal-enerġija AC-DC waħda jew aktar;

(d)

il-proċessuri kollha jkollhom aċċess għal sistema kondiviża tal-memorja u huma indipendentement viżibbli għal OS waħda jew ipervisur;

(3)

“Provvista tal-elettriku esterna” tfisser apparat li għandu l-karatteristiki li ġejjin:

(a)

huwa ddisinjat biex jibdel l-input ta’ enerġija elettrika b’kurrent alternanti (AC) mis-sors ta’ elettriku tal-mejns għal output ta’ vultaġġ aktar baxx b’kurrent dirett (DC) jew AC.

(b)

jista’ jibdel għal output ta’ vultaġġ b’DC jew AC wieħed biss kull darba;

(c)

huwa maħsub li jintuża ma’ apparat separat li jikkostitwixxi t-tagħbija primarja;

(d)

ikun fiżikament magħluq u separat mill-apparat li jikkostitwixxi t-tagħbija primarja;

(e)

jitqabbad mal-apparat li jikkostitwixxi t-tagħbija primarja permezz ta’ konnessjoni elettrika maskili/femminili, kejbil, fil jew wajer ieħor li huwa permanenti jew li jista’ jinqala’; kif ukoll

(f)

ikollu potenza tan-nameplate output ta’ mhux aktar minn 250 Watts;

(4)

“Provvista tal-elettriku interna” tfisser komponent iddisinjat biex jaqleb il-vultaġġ AC mill-mejns għal vultaġġ(i) DC sabiex jitħaddem il-kompjuter jew is-server informatiku u għandu l-karatteristiki li ġejjin:

(a)

jinsab magħluq ġewwa l-kisi tal-kompjuter jew tas-server informatiku iżda huwa separat mill-bord prinċipali tal-kompjuter jew tas-server informatiku;

(b)

il-provvista tal-enerġija taqbad mal-mejns permezz ta’ kejbil wieħed mingħajr sistema intermedja ta’ ċirkwiti bejn il-provvista tal-enerġija u l-qawwa mill-mejns; kif ukoll

(c)

il-konnessjonijiet tal-enerġija kollha mill-provvista tal-enerġija għall-kompjuter jew il-komponenti tas-server informatiku, bl-eċċezzjoni ta’ konnessjoni DC għal unità tal-wiri f’komputer desktop integrat, huma fuq ġewwa tal-kisi tal-kompjuter.

Il-konvertituri interni minn DC għal DC użati biex jibdlu vultaġġ uniku DC minn provvista tal-elettriku esterna f’vultaġġi multipli għall-użu minn kompjuter jew server informatiku ma jitqisux bħala provvisti tal-enerġija interni.

(5)

“Kompjuter desktop” tfisser kompjuter fejn l-unità prinċipali hija intenzjonata li tkun tinsab f’post permanenti u mhux iddisinjat biex jinġarr u li hu maħsub għall-użu b’unità tal-wiri esterna u periferali esterni bħal tastiera u maws.

Il-kategoriji li ġejjin ta’ kompjuters desktop huma definiti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

Komputer desktop ta’ “Kategorija A” tfisser kompjuter desktop li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ kompjuter desktop ta’ Kategorija B, Kategorija C jew Kategorija D.

(b)

Komputer desktop ta’ “Kategorija B” tfisser kompjuter desktop bi:

(i)

żewġ nuklei fiżiċi fis-CPU, u

(ii)

minimu ta’ żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema.

(c)

Komputer desktop ta’ “Kategorija C” tfisser kompjuter desktop bi:

(i)

tliet nukei fiżiċi jew aktar fis-CPU, u

(ii)

konfigurazzjoni ta’ mill-inqas waħda miż-żewġ karatteristiki li ġejjin:

minimu ta’ żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u/jew

kard tal-grafika diskreta (dGfx – “discrete graphics card”).

(d)

Komputer desktop ta’ “Kategorija D” tfisser kompjuter desktop bi:

(i)

minimu ta’ erba’ nuklei fiżiċi fis-CPU, u

(ii)

konfigurazzjoni ta’ mill-inqas waħda miż-żewġ karatteristiki li ġejjin:

minimu ta’ erba’ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u/jew

kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tilħaq il-klassifikazzjoni ta’ G3 (b’Wisa’ tad-Dejta FB > 128-bit), G4, G5, G6 jew G7;

(6)

“Kompjuter desktop integrat” tfisser kompjuter li fih il-kompjuter u l-unità tal-wiri jaħdmu bħala unità waħda, li tirċievi l-enerġija AC tagħha permezz ta’ kejbil uniku. Kompjuters desktop integrati jiġu f’waħda minn żewġ forom possibbli: (1) prodott fejn l-unità tal-wiri u l-kompjuter huma fiżikament magħqudin f’unità waħda; jew (2) prodott fejn l-unità tal-wiri hija separata mill-kompjuter iżda hija mqabbda max-xażi ewlieni permezz ta’ wajer tal-enerġija b’kurrent dirett (DC). Kompjuter desktop integrat huwa intenzjonat li jkun jinsab f’post permanenti u mhux maħsub biex jinġarr. Kompjuters desktop integrati mhumiex primarjament iddisinjati għall-wiri u l-qbid ta’ sinjali awdjoviżivi.

Il-kategoriji li ġejjin ta’ kompjuters desktop integrati huma definiti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

Kompjuter desktop integrat ta’ “Kategorija A” tfisser kompjuter desktop integrat li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ kompjuter desktop integrat ta’ Kategorija B, Kategorija C jew Kategorija D.

(b)

Kompjuter desktop integrat ta’ “Kategorija B” tfisser kompjuter desktop integrat bi:

(i)

żewġ nuklei fiżiċi fis-CPU, u

(ii)

minimu ta’ żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema.

(c)

Kompjuter desktop integrat ta’ “Kategorija C” tfisser kompjuter desktop integrat bi:

(i)

tliet nuklei fiżiċi jew aktar fis-CPU, u

(ii)

konfigurazzjoni ta’ mill-inqas waħda miż-żewġ karatteristiki li ġejjin:

minimu ta’ żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u/jew

kard tal-grafika diskreta (dGfx).

(d)

Kompjuter desktop integrat ta’ “Kategorija D” tfisser kompjuter desktop integrat bi:

(i)

minimu ta’ erba’ nuklei fiżiċi fis-CPU, u

(ii)

konfigurazzjoni ta’ mill-inqas waħda miż-żewġ karatteristiki li ġejjin:

minimu ta’ erba’ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u/jew

kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tilħaq il-klassifikazzjoni ta’ G3 (b’Wisa’ tad-Dejta FB > 128-bit), G4, G5, G6 jew G7;

(7)

“Notebook” tfisser kompjuter iddisinjat speċifikament biex jinġarr u jitħaddem għal perjodi twal b’konnessjoni diretta ma’ sors ta’ enerġija AC jew mingħajrha. In-notebooks jużaw unità tal-wiri integrata, b’daqs dijagonali tal-iskrin viżibbli ta’ mill-inqas 22,86 cm (9 pulzieri), u huma kapaċi jaħdmu fuq batterija integrata jew sors ieħor portabbli ta’ enerġija.

In-notebook jinkludu wkoll is-sottotipi li ġejjin:

(a)

“Tablet” tfisser prodott li huwa tip ta’ notebook li jinkludi kemm unità tal-wiri mwaħħla li jkun sensittiv għall-mess u tastiera fiżika mwaħħla;

(b)

“Slate” tfisser tip ta’ notebook li jinkludi unità tal-wiri integrata li jkun sensittiv għall-mess iżda ma jkollux tastiera fiżika mwaħħla b’mod permanenti;

(c)

“Terminals ħfief mobbli” tfisser tip ta’ notebook li jiddependi fuq konnessjoni għal riżorsi remoti tal-informatika (eż. server informatiku, stazzjon tax-xogħol remot) sabiex jikseb funzjonalità primarja u ma għandu l-ebda midja ta’ ħżin rotazzjonali integrali mal-prodott.

Il-kategoriji li ġejjin ta’ notebooks huma definiti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

Notebook ta’ “Kategorija A” tfisser notebook li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ notebook tal-Kategorija B jew tal-Kategorija C;

(b)

Notebook ta’ “Kategorija B” tfisser notebook li għandu mill-inqas kard tal-grafika diskreta (dGfx) waħda;

(c)

Notebook ta’ “Kategorija C” tfisser notebook li għandu mill-inqas il-karatteristiki li ġejjin:

(a)

minimu ta’ żewġ nuklei fiżiċi fis-CPU;

(b)

minimu ta’ żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u

(c)

kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tilħaq il-klassifikazzjoni ta’ G3 (b’Wisa’ tad-Dejta FB > 128-bit), G4, G5, G6 jew G7;

Prodotti li kieku kienu jissodisfaw id-definizzjoni ta’ notebook iżda għandhom domanda ta’ enerġija fl-istat inattiv (“idle”) ta’ inqas minn 6 W ma jitqiesx li huma notebooks għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

(8)

“Terminal ħafif desktop” tfisser tip ta’ kompjuter li jiddependi fuq konnessjoni għal riżorsi remoti tal-informatika (eż. server informatiku, stazzjon tax-xogħol remot) sabiex jikseb funzjonalità primarja u ma għandu l-ebda midja ta’ ħżin rotazzjonali integrali mal-prodott. L-unità prinċipali ta’ terminal ħafif desktop hija maħsuba li tintuża f’post permanenti (eż. fuq skrivanija) u mhux biex tinġarr. Terminals ħfief desktop jistgħu jipproduċu jew lejn unità tal-wiri esterna jew, meta jkun inkluż mal-prodott, lejn unità tal-wiri interna;

(9)

“Stazzjon tax-xogħol” tfisser kompjuter b’livell għoli ta’ prestazzjoni u li jservi utent wieħed primarjament użat għall-grafika, għall-iddisinjar permezz tal-kompjuter (CAD), l-iżvilupp tas-softwer, l-applikazzjonijiet finanzjarji u xjentifiċi fost kompiti oħra tal-informatika aktar intensivi, u li għandu l-karatteristiki li ġejjin:

(a)

ikollu ħin medju bejn il-ħsarat (MTBF) ta’ mill-anqas 15 000 siegħa;

(b)

għandu kodiċi tal-korrezzjoni tal-erruri (ECC) u/jew memorja buffer;

(c)

jissodisfa tlieta mill-ħames karatteristiki li ġejjin:

(1)

ikollu appoġġ tal-enerġija supplimentari għal grafiki tal-ogħla livell (jiġifieri interkonnessjoni ta’ komponenti periferali (PCI — “peripheral component interconnect”)-E 6-pin 12 V ta’ input ta’ enerġija supplimentari);

(2)

is-sistema tiegħu għandha għal PCI-E akbar minn x4 fuq il-motherboard, li huma pprovduti flimkien ma’ slott(ijiet) għall-grafika u/jew għall-appoġġ PCI-X;

(3)

ma jappoġġjax grafika tal-memorja b’aċċess uniformi (UMA — “uniform memory access”);

(4)

jinkludi ħames slottijiet PCI, PCI-E jew PCI-X jew aktar;

(5)

huwa kapaċi li jagħti appoġġ ta’ proċessuri multipli għal żewġ CPUs jew aktar (irid ikun kapaċi jappoġġja pakketti tas-CPU/sokits li jkunu fiżikament separati, jiġifieri kapaċità li mhijiex issodisfata minn CPU uniku b’nuklei multipli);

(10)

“Stazzjon tax-xogħol mobbli” tfisser kompjuter b’livell għoli ta’ prestazzjoni u li jservi utent wieħed użat primarjament għall-grafika, għall-iddisinjar permezz tal-kompjuter (CAD), l-iżvilupp tas-softwer, l-applikazzjonijiet finanzjarji u xjentifiċi fost kompiti oħra tal-informatika aktar intensivi, iżda bl-esklużjoni tal-logħob, u li huwa ddisinjat speċifikament biex jinġarr u biex jitħaddem għal perjodi estiżi ta’ żmien kemm b’konnessjoni diretta ma’ sors tal-enerġija AC kif ukoll mingħajrha. L-istazzjonijiet tax-xogħol mobbli jutilizzaw unità tal-wiri integrata u huma kapaċi jaħdmu b’batterija integrata jew b’sors tal-enerġija ieħor li jinġarr. Il-biċċa l-kbira tal-istazzjonijiet tax-xogħol mobbli jużaw provvista tal-elettriku esterna u ħafna minnhom għandhom tastiera integrata kif ukoll apparat għall-ippuntar.

Stazzjon tax-xogħol mobbli għandu jkollu l-karatteristiki li ġejjin:

(a)

ikollu ħin medju bejn il-ħsarat (MTBF) ta’ mill-anqas 13 000 siegħa;

(b)

għandu tal-inqas kard tal-grafika diskreta (dGfx) waħda li tilħaq il-klassifikazzjoni ta’ G3 (b’Wisa’ tad-Dejta FB > 128-bit), G4, G5, G6 jew G7;

(c)

jappoġġja l-inklużjoni ta’ tliet mezzi interni ta’ ħżin jew aktar;

(d)

jappoġġja mill-inqas 32 GB ta’ memorja tas-sistema;

(11)

“Server fuq skala żgħira” tfisser tip ta’ kompjuter li tipikament juża komponenti tal-kompjuter desktop fl-għamla ta’ kompjuter desktop iżda li primarjament huwa ddisinjat biex jaħżen id-dejta ta’ kompjuters oħrajn u jwettaq funzjonijiet bħall-għoti ta’ servizzi ta’ infrastruttura tan-netwerk u l-ilqugħ ta’ dejta/midja, u li għandu l-karatteristiki li ġejjin:

(a)

huwa iddisinjat f’għamla ta’ pedestall, torri, jew għamla oħra simili għal dik tal-kompjuter desktop b’tali mod li l-ipproċessar kollu tad-dejta, il-ħżin, u l-interfaċċja tan-netwerk ikunu miġbura f’kaxxa waħda;

(b)

huwa ddisinjat biex jaħdem 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa;

(c)

huwa primarjament iddisinjat biex jopera f’ambjent b’utenti multipli simultanjament filwaqt li jservi diversi utenti permezz ta’unitajiet ta’ klijenti f’netwerk;

(d)

fejn imqiegħed fis-suq b’sistema operatorja, is-sistema operatorja hija mfassla għal server tad-dar jew applikazzjonijiet ta’ server ta’ livell baxx;

(e)

ma jitqiegħedx fis-suq b’kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tissodisfa kwalunkwe klassifikazzjoni oħra ħlief dik tal-G1;

(12)

“Sistema u komponenti blade” tfisser sistema magħmula minn kompartiment (“xażi blade”) li fih jiddaħlu tipi differenti ta’ ħżin ta’ blades u servers. Il-kompartiment jipprovdi riżorsi kondiviżi li fuqhom jiddependu s-servers u l-mezzi ta’ ħżin. Is-sistemi blade huma ddisinjati bħala soluzzjoni skalabbli biex jgħaqqdu ħafna servers informatiċi jew unitajiet tal-ħżin f’kompartiment wieħed, u huma ddisinjati biex it-tekniki jkunu jistgħu jżidu jew jissostitwixxu (rimpjazzament operattiv — “hot-swap”) faċilment il-blades (pereż. servers blades) fuq il-post.

(13)

“Tagħmir tas-server” tfisser server informatiku mimli b’sistema operatorja u softwer tal-applikazzjoni installati minn qabel li huwa użat biex jaqdi funzjoni partikolari jew sett ta’ funzjonijiet li huma akkoppjati flimkien mill-qrib. Tagħmir tas-server jipprovdi servizzi permezz ta’ netwerk waħda jew aktar, u huwa tipikament immaniġġjat permezz ta’ interfaċċja fuq il-web jew permezz ta’ interfaċċja tal-linja tal-kmandi (CLI). Il-konfigurazzjonijiet ta’ ħardwer u softwer tat-tagħmir tas-server huma mfassla għas-sodisfazzjoni tal-bejjiegħ biex iwettqu kompitu speċifiku, inkluż dak ta’ netwerk u ħżin, u mhumiex maħsuba biex jimplimentaw softwer ipprovdut mill-utent;

(14)

“Server multinodu” tfisser sistema magħmula minn kompartiment magħluq fejn jiddaħħlu żewġ servers (jew nodi) tal-kompjuter independenti jew aktar, li jaqsmu provvista tal-enerġija waħda jew aktar. L-enerġija magħquda għan-nodi kollha hija distribwita permezz ta’ provvista/i kondiviża/i tal-enerġija. Server multinodu huwa ddisinjat u mibni bħala kompartiment magħluq wieħed u mhux iddisinjat b’mod li jkun “hot-swappable”;

(15)

“Server b’nodi dupliċi” tfisser konfigurazzjoni ta’ server multinodi komuni magħmul minn żewġ nodi tas-server;

(16)

“Server informatiku b’aktar minn erba’ sokits tal-proċessur” tfisser server informatiku li fih aktar minn erba’ interfaċċji ddisinjati għall-installazzjoni ta’ proċessur;

(17)

“Konsol tal-logħob” tfisser apparat li kapaċi joqgħod waħdu li jieħu l-enerġija mill-mejns li huwa ddisinjat biex ikollu l-kapaċità tal-logħob tal-vidjo bħala l-funzjoni primarja tiegħu. Konsol tal-logħob huwa tipikament iddisinjat biex jipprovdi output lejn unità tal-wiri esterna bħala l-unità tal-wiri prinċipali tal-logħba. Il-konsols tal-logħob tipikament jinkludu CPU, memorja tas-sistema u unità/unitajiet tal-ipproċessar tal-grafika (GPU — “graphics processing unit”), u jista’ jkun fihom diski riġidi jew alternattivi oħra ta’ ħżin intern, u drives ottiċi. Il-konsols tal-logħob tipikament jużaw kontrolluri li jinżammu fl-idejn jew kontrolluri oħra interattivi bħala l-mezz ta’ input primarju aktar milli tastiera jew maws estern. Il-konsols tal-logħob tipikament ma jinkludux sistemi operatorji tal-informatika personali konvenzjonali iżda minflok jużaw sistemi operatorji speċifiċi għall-konsol. L-apparat tal-logħob li jinżamm fl-idejn, b’unità tal-wiri integrata bħala l-unità tal-wiri tal-logħba primarja, u li jopera primarjament b’batterija integrata jew sors tal-enerġija ieħor li jinġarr aktar milli permezz ta’ konnessjoni diretta ma’ sors tal-enerġija AC, jitqiesu bħala tip ta’ konsol tal-logħob;

(18)

“Stazzjon għad-dokkjar” tfisser prodott diskret iddisinjat biex jiġi konness ma’ kompjuter sabiex iwettaq funzjonijiet bħall-espansjoni tal-konnettività jew il-konsolidizzazzjoni tal-konnessjonijiet mal-apparat periferali. L-istazzjonijiet għad-dokkjar jistgħu wkoll jiffaċilitaw l-iċċarġjar tal-batteriji interni fil-kompjuter konness;

(19)

“Unità Ċentrali tal-Ipproċessar (CPU)” tfisser komponent f’kompjuter li jikkontrolla l-interpretazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ istruzzjonijiet. Is-CPUs jista’ jkun fihom proċessur fiżiku wieħed jew aktar magħrufa bħala “nuklei ta’ eżekuzzjoni”. Nukleu ta’ eżekuzzjoni tfisser proċessur li jkun fiżikament preżenti. Proċessuri “virtwali” jew “loġiċi” addizzjonali li jittieħdu minn nukleu ta’ eżekuzzjoni wieħed jew aktar mhumiex nuklei fiżiċi. Pakkett ta’ proċessur li jkun qed jokkupa sokit fiżiku ta’ CPU wieħed jista’ jkollu aktar minn nukleu ta’ eżekuzzjoni wieħed. L-għadd totali ta’ nuklei ta’ eżekuzzjoni fis-CPU huwa s-somma tan-nukeli ta’ eżekuzzjoni pprovduti mill-mezzi konnessi mas-sokits fiżiċi kollha tas-CPU;

(20)

“Kard tal-Grafika Diskreta” (dGfx) tfisser komponent intern diskret li fih unità tal-ipproċċessar tal-grafika (GPUs) waħda jew aktar b’interfaċċja ta’ kontrollur ta’ memorja lokali u memorja lokali speċifika għall-grafika u li taqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

G1 (FB_BW ≤ 16);

(b)

G2 (16< FB_BW ≤ 32);

(c)

G3 (32 <FB_BW ≤ 64);

(d)

G4 (64 <FB_BW ≤ 96);

(e)

G5 (96 <FB_BW ≤ 128);

(f)

G6 (FB_BW > 128 (b’Wisa’ tad-Dejta FB < 192-bit));

(g)

G7 (FB_BW > 128 (b’Wisa’ tad-Dejta FB ≥ 192-bit));

“Medda tal-frekwenzi tal-frame buffer” (FB_BW) tfisser l-ammont ta’ dejta li hija pproċessata kull sekonda mill-GPUs kollha fuq dGfx, li hu kkalkulat permezz tal-formula li ġejja:

Formula

Fejn:

(a)

il-medda ta’ frekwenzi tal-frame buffer hija espressa f’GigaBytes/sekonda (GB/s);

(b)

ir-rata tad-dejta hija l-frekwenza effettiva tad-dejta tal-memorja f’MHz;

(c)

il-wisa’ tad-dejta hija l-wisa’ tad-dejta tal-memorja tal-frame buffer (FB), espressa f’bits (b);

(d)

“8” jikkonverti l-kalkolazzjoni f’Bytes;

(e)

id-diviżjoni b’1 000 taqleb il-Megabytes f’Gigabytes;

(21)

“Ħżin intern” tfisser komponent intern għall-kompjuter li jipprovdi ħżin tad-dejta mhux volatili;

(22)

“Tip ta’ prodott” tfisser kompjuter desktop, kompjuters desktop integrat, kompjuter notebook, terminals ħfief desktop, stazzjon tax-xogħol, stazzjon tax-xogħol mobbli, server fuq skala żgħira, server informatiku, sistema u komponenti blade, server multinodi, apparat tas-server, konsol tal-logħob, stazzjon għad-dokkjar, provvista elettrika interna jew provvista elettrika esterna.

(23)

“Modalità Rieqed ta’ unità tal-wiri” tfisser li l-modalità ta’ potenza li jidħol fiha prodott tal-unità tal-wiri wara li jirċievi sinjal minn apparat konness jew simolu intern (bħal apparat ta’ ħin jew senser ta’ okkupanza). Il-prodott tal-unità tal-wiri jista’ wkoll jidħol f’din il-modalità permezz ta’ sinjal prodott mill-input ta’ utent. Il-prodott irid jiġi attiv hekk kif jirċievi sinjal minn apparatt konness, netwerk, kontroll remot u/jew stimolu intern. Filwaqt li l-prodott ikun f’din il-modalità, ma jipproduċix stampa viżibbli, bl-eċċezzjoni possibbli ta’ funzjonijiet orjentati lejn l-utent jew protettivi bħal informazzjoni dwar il-prodott jew wiri tal-istatus, jew funzjonijiet ibbażati fuq is-sensers.

Għall-finijiet tal-Annessi, huma stipulati defnizzjonijiet addizzjonali fl-Anness I.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta’ ekodisinn

Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għall-kompjuters u għas-servers informatiċi huma stabbiliti fl-Anness II.

Il-konformità tal-kompjuters u tas-servers informatiċi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għandhom jitkejlu skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1275/2008

Il-Punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

It-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni maħsub primarjament għall-użu f’ambjent domestiku, iżda esklużi l-kompjuters desktop, il-kompjuters desktop integrati u n-notebooks, kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (*)

Artikolu 5

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 278/2009

L-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 278/2009 hu mibdul b’dan li ġej:

“(g)

huwa maħsub għall-użu ma’ tagħmir tad-dar u tal-uffiċju li jaħdem bl-elettriku u li huwa elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008 jew ma’ kompjuters kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (**).

Artikolu 6

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema interna tal-kontroll tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni għall-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 7

Proċedura tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika

Is-sorveljanza tas-suq għandha titwettaq skont ir-regoli speċifikati fid-Direttiva 2009/125/KE.

Għandu jitwettaq il-kontroll tal-konformità tal-kompjuters u tas-servers informatiċi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ ekodisinn skont il-proċedura ta’ verifika stabbilita fil-punt 2 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Punti ta’ riferiment indikattivi

Il-punti ta’ riferiment indikattivi għall-prodotti u t-teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni, li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament huma identifikati fl-Anness IV.

Artikolu 9

Reviżjoni

Sa mhux aktar tard minn tliet snin u nofs wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn.

Fid-dawl tal-iżvilupp teknoloġiku rapidu, din ir-reviżjoni għandha tqis l-iżviluppi fil-Programm ENERGY STAR, u l-opportunitajiet biex ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn isiru iktar stretti, biex il-kwoti tal-enerġija jitnaqqsu b’mod sinifikanti jew jiġu eliminati, b’mod partikolari għall-kards tal-grafika diskreta (dGfx), biex ikun hemm aġġornament tad-definizzjonijiet/tal-kamp ta’ applikazzjoni, u l-potenzjal sabiex jiġi indirizzat il-konsum tal-enerġija tal-unità tal-wiri integrata.

Barra minn hekk, ir-reviżjoni għandha tqis speċifikament il-fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, il-fattibilità tal-istabbiliment u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ Ekodisinn fuq aspetti oħra ambjentali sinifikanti bħall-istorbju, l-użu effikaċi tal-materjal, inklużi rekwiżiti fuq it-tul ta’ żmien li jdum prodott, iż-żarmar, ir-riċiklaġġ, l-interfaċċji standardizzati għall-apparat tal-iċċarġjar, kif ukoll ir-rekwiżiti dwar il-kontenut ta’ ċerta Materja Prima Kritika u l-għadd minimu taċ-ċikli ta’ tagħbija u l-kwistjonijiet tas-sostituzzjoni tal-batteriji.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti 3 u 6.1 tal-Anness II għandhom japplikaw mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

Il-punti 1.1, 1.3, 2, 4, 5.1, 5.2, 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4, 6.2.5, 6.2.6, 7.1, 7.2 u 7.3 tal-Anness II għandhom japplikaw sa mill-1 ta’ Lulju 2014.

Il-punti 1.2 u 1.4 tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(3)  Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).

(4)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.

(5)  ĠU L 93, 7.4.2009, p. 3.


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-finijiet tal-Annessi

1.

“Konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC)” tfisser l-elettriku kkunsmat minn prodott matul perjodi ta’ żmien speċifiċi f’modalitajiet u stati ta’ enerġija definiti;

2.

“Modalità Mitfi” tfisser il-livell tad-domanda tal-enerġija fil-modalità ta’ enerġija baxxa li ma tistax tintefa’ (influwenzata) mill-utent, ħlief permezz tal-moviment ta’ swiċċ mekkaniku, u li jista’ jippersisti għal perjodu indefinit ta’ żmien meta l-apparat huwa konness mal-provvista ewlenija tal-elettriku u użat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Fejn huma applikabbli l-istandards tal-Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija (ACPI — “Advanced Configuration and Power Interface”), il-modalità Mitfi normalment tikkorrelata mal-istat tas-Sistema ACPI Livell G2/S5/(“soft off”);

“PMitfi” tirrappreżenta enerġija f’modalità Mitfi f’Watts kif imkejjel skont il-proċeduri indikati fl-Anness II;

3.

“Stat ta’ enerġija l-aktar baxx” tfisser stat jew modalità bl-anqas domanda ta’ enerġija li tinstab f’kompjuter. Dan l-istat jew din il-modalità tkun tista’ tiddaħħal jew titħalla permezz ta’ mezzi mekkaniċi (pereż. billi tintefa’ l-provvista ta’ enerġija tal-kompjuter permezz tal-moviment ta’ swiċċ mekkaniku jew b’mezzi awtomatiċi;

4.

“Modalità Rieqed” tfisser modalità b’enerġija baxxa li kompjuter ikollu l-kapaċità li jgħaddi għaliha b’mod awtomatiku wara perjodu ta’ inattività jew permezz ta’ selezzjoni manwali. F’din il-modalità l-kompjuter jirreaġixxi b’reazzjoni għal avveniment ta’ attivazzjoni. Fejn huma applikabbli l-istandards tal-Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija (ACPI), il-modalità Rieqed normalment tikkorrelata mal-istat tas-Sistema ACPI Livell G1/S3 (sospensjoni għar-RAM);

“PRieqed” tirrappreżenta l-enerġija f’modalità Rieqed f’Watts kif imkejjel skont il-proċeduri indikati fl-Anness II;

5.

“Stat inattiv” tfisser stat ta’ kompjuter li fih is-sistema operatorja u softwer ieħor ikun lesta l-loading, ikun inħoloq il-profil tal-utent, il-kompjuter mhuwiex f’modalità Rieqed u l-attività tkun limitata għal dawk l-applikazzjonijiet bażiċi li s-sistema operatora tagħti bidu għalihom skont kif ġiet pprogrammata;

“Pinattiv” tirrappreżenta l-istat ta’ enerġija ta’ inattività f’Watts kif imkejjel skont il-proċeduri indikati fl-Anness II;

6.

“Memorja interna addizzjonali” tfisser kwalunkwe mezz ta’ ħżin, inklużi d-diski riġidi interni (HDD) jew diska bi stat solidu (“SSD”) u hard drives ibridi inklużi ġo kompjuter lil hinn mill-ewwel diska;

7.

“Tjuner tat-televixin” tfisser komponent intern diskret li jippermetti li kompjuter jirċievi sinjali tat-televixin;

8.

“Kard awdjo” tfisser komponent intern diskret li jipproċessa d-dħul tas-sinjali tal-awdjo fil-kompjuter u l-ħruġ tagħhom minn ġol-kompjuter;

9.

“Avveniment ta’ attivazzjoni” tfisser avveniment jew stimolu minn utent, skedat jew estern li jġiegħel lill-kompjuter jaqleb minn modalità Rieqed jew modalità Mitfi għal modalità Attiv ta’ operazzjoni. Avveniment ta’ attivazzjoni jinkludi, iżda mhuwiex limitat, għall-avvenimenti li ġejjin:

(i)

moviment tal-maws;

(ii)

attività tat-tastiera;

(iii)

input minn kontrollur;

(iv)

avveniment tal-arloġġ tal-ħin reali;

(v)

buttuna fuq ix-xażi; kif ukoll

(vi)

fil-każ ta’ avvenimenti esterni, stimolu li jitwassal permezz ta’ kontroll remot, netwerk jew modem;

10.

“Modalità Attiv” tfisser l-istat li fih il-kompjuter qed iwettaq xogħol utli bħala rispons għal (a) dħul ta’ dejta preċedenti jew simultanju mill-utent jew (b) struzzjoni preċedenti jew simultanja trażmessa bin-netwerk. Dan l-istat jinkludi proċessar attiv, it-tiftix tad-dejta maħżuna, mill-memorja jew mill-cache, inkluż il-ħin tal-istat inattiv waqt l-istennija għal iktar dħul ta’ dejta mill-utent u qabel id-dħul fil-modalitajiet ta’ livell baxx ta’ enerġija.

11.

“Wake On LAN (WOL)” tfisser funzjonalità li tippermetti li kompjuter jgħaddi minn modalità Rieqed għal modalità Mitfi (jew modalità oħra simili ta’ livell baxx ta’ enerġija) meta jiġi mitlub jagħmel hekk min-netwerk permezz tal-Ethernet;

12.

“UMA” tfisser memorja b’aċċess uniformi;

13.

“Wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-istatus tat-tagħmir fuq unità tal-wiri, inklużi l-arloġġi.


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn u l-kalendarju

1.   ETEC

Kompjuter desktop u kompjuter desktop integrat

1.1.   Mill-1 ta’ Lulju 2014

1.1.1.

Il-konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC f’kWh/sena) m’għandux ikun aktar minn:

(a)

Kompjuter tal-Kategorija A: 133,00;

(b)

Kompjuter tal-Kategorija B: 158,00;

(c)

Kompjuter tal-Kategorija C: 188,00;

(d)

Kompjuter tal-Kategorija D: 211,00.

ETEC għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-formola li ġejja:

Formula.

Għall-kompjuters li ma għandhomx modalità Rieqed diskreta, iżda għandhom domanda għall-enerġija fi stat inattiv ta’ 10,00 W jew anqas, l-enerġija fl-istat inattiv (Pinattiv) jista’ jintuża minflok il-modalità Rieqed (Prieqed) fil-formola ta’ hawn fuq, b’mod li l-formola tiġi sostitwita minn

Formula

Il-Px huma valuri ta’ enerġija fil-modalità/stat indikat(a) kif definit fit-taqsima tad-definizzjonijiet, imkejlin f’Watts (W) skont il-proċeduri indikati fl-Anness III.

1.1.2.

Japplikaw l-aġġustamenti funzjonali li ġejjin:

(a)

il-memorja: 1 kWh/sena għal kull GB ’il fuq mill-memorja bażi, fejn il-memorja bażi hija ta’ 2 GB (għall-kompjuters tal-kategorija A, B u C) u 4 GB (għall-kompjuters tal-kategorija D);

(b)

ħżin intern addizzjonali: 25 kWh/sena;

(c)

tjuner tat-televixin diskret: 15 kWh/sena;

(d)

kard awdjo diskreta: 15 kWh/sena;

(e)

kard tal-grafika diskreta (dGfx) għall-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx) u kull waħda oħra addizzjonali:

 

Kategorija dGfx

Kwota TEC

(kWh/sena)

L-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx)

G1

34

G2

54

G3

69

G4

100

G5

133

G6

166

G7

225

Kull kard tal-grafika diskreta addizzjonali (dGfx)

G1

20

G2

32

G3

41

G4

59

G5

78

G6

98

G7

133

1.1.3.

L-aġġustamenti funzjonali għall-kards tal-grafika diskreti (dGfx), tjuners tat-televixin diskreti u kards awdjo diskreti imsemmija fil-punt 1.1.2 u l-punt 1.2.2 japplikaw biss għall-kards u t-tjuner li huma attivati matul l-ittestjar tal-kompjuters desktop u tal-kompjuters integrati.

1.1.4.

Il-kompjuters desktop u l-kompjuters desktop integrati tal-Kategorija D, li jissodisfaw il-parametri tekniċi kollha li ġejjin huma eżentati mid-dispożizzjonijiet speċifikati fil-punti 1.1.1 u 1.1.2 u r-reviżjonijiet speċifikati fil-punt 1.2:

(a)

minimu ta’ sitt nuklei fiżiċi f’unità ċentrali tal-ipproċessar (CPU); kif ukoll

(b)

kard(s) tal-grafika diskreta/i (dGfx) li tipprovdi/jipprovdu meded tal-frekwenzi totalti tal-frame buffer ta’ aktar minn 320GB/s; kif ukoll

(c)

minimu ta’ 16GB ta’ memorja tas-sistema; kif ukoll

(d)

PSU b’potenza nominali tal-output ta’ mill-inqas 1 000  W.

1.2.   Mill-1 ta’ Jannar 2016

1.2.1.

Japplikaw ir-reviżjonijiet li ġejjin għall-konsum totali annwali tal-enerġija speċifikat fil-punt 1.1.1:

Il-konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC f’kWh/sena) m’għandux ikun aktar minn:

(a)

Kompjuter tal-Kategorija A: 94,00;

(b)

Kompjuter tal-Kategorija B: 112,00;

(c)

Kompjuter tal-Kategorija C: 134,00;

(d)

Kompjuter tal-Kategorija D: 150,00.

1.2.2.

Ir-reviżjonijiet li ġejjin għall-aġġustamenti tal-kapaċità għall-kards tal-grafika diskreti (dGfx) speċifikati fil-punt 1.1.2(e) japplikaw:

 

Kategorija dGfx

Kwota TEC

(kWh/sena)

L-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx)

G1

18

G2

30

G3

38

G4

54

G5

72

G6

90

G7

122

Kull kard tal-grafika diskreta addizzjonali (dGfx)

G1

11

G2

17

G3

22

G4

32

G5

42

G6

53

G7

72

Notebook

1.3.   Mill-1 ta’ Lulju 2014

1.3.1.

Il-konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC f’kWh/sena) m’għandux ikun aktar minn:

(a)

Kompjuter tal-Kategorija A: 36,00;

(b)

Kompjuter tal-Kategorija B: 48,00;

(c)

Kompjuter tal-Kategorija C: 80,50;

ETEC għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-formola li ġejja:

Formula fejn il-Px kollha huma valuri tal-enerġija fil-modalità/stat indikat(a) kif definit fit-taqsima tad-definizzjonijiet, imkejlin f’Watts (W) skont il-proċeduri indikati fl-Anness III.

1.3.2.

Japplikaw l-aġġustamenti funzjonali li ġejjin:

(a)

il-memorja: 0,4 KWh/sena għal kull GB ’il fuq mill-memorja bażi, fejn il-memorja bażi hija 4 GB;

(b)

il-ħżin intern addizzjonali: 3 kWh/sena;

(c)

tjuner tat-televixin diskret: 2,1 kWh/sena;

(d)

kard tal-grafika diskreta (dGfx) (għall-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx) u kull waħda oħra addizzjonali).

 

Kategorija dGfx

Kwota TEC

(kWh/sena)

L-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx)

G1

12

G2

20

G3

26

G4

37

G5

49

G6

61

G7

113

Kull kard tal-grafika diskreta addizzjonali (dGfx)

G1

7

G2

12

G3

15

G4

22

G5

29

G6

36

G7

66

1.3.3.

L-aġġustamenti funzjonali għall-kards tal-grafika diskreti (dGfx) u t-tjuners tat-televixin diskreti imsemmija fil-punt 1.3.2 u l-punt 1.4.2 japplikaw biss għall-kards u t-tjuner li huma attivati matul l-ittestjar tan-notebook.

1.3.4.

In-notebooks tal-Kategorija C li jissodisfaw dawn il-parametri tekniċi kollha huma eżentati mid-dispożizzjonijiet speċifikati fil-punti 1.3.1 u 1.3.2 u r-reviżjonijiet tagħhom speċifikati fil-punt 1.4:

(a)

minimu ta’ erba’ nuklei fiżiċi f’unità ċentrali tal-ipproċessar (CPU); kif ukoll

(b)

kard(s) tal-grafika diskreta/i (dGfx) li tipprovdi/jipprovdu meded tal-frekwenzi totali tal-frame bafer ta’ aktar minn 225 GB/s; kif ukoll

(c)

minimu ta’ 16 GB ta’ memorja tas-sistema.

1.4.   Mill-1 ta’ Jannar 2016

1.4.1.

Japplikaw ir-reviżjonijiet li ġejjin għall-konsum totali annwali tal-enerġija speċifikat fil-punt 1.3.1:

Il-konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC f’kWh/sena) m’għandux ikun aktar minn:

(a)

Kompjuter tal-Kategorija A: 27,00;

(b)

Kompjuter tal-Kategorija B: 36,00;

(c)

Kompjuter tal-Kategorija C: 60,50;

1.4.2.

Japplikaw ir-reviżjonijiet li ġejjin għall-aġġustamenti funzjonali għall-kards tal-grafika diskreti (dGfx) speċifikati fil-punt 1.3.2(d):

 

Kategorija dGfx

Kwota TEC

(kWh/sena)

L-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx)

G1

7

G2

11

G3

13

G4

20

G5

27

G6

33

G7

61

Kull kard tal-grafika diskreta addizzjonali (dGfx)

G1

4

G2

6

G3

8

G4

12

G5

16

G6

20

G7

36

2.   MODALITÀ RIEQED

Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook

2.   Mill-1 ta’ Lulju 2014

2.1.

Prodott għandu jipprovdi modalità Rieqed u/jew kundizzjoni oħra li tipprovdi l-funzjonijiet ta’ modalità Rieqed u li ma jaqbiżx ir-rekwiżiti ta’ domanda għall-enerġija applikabbli għall-modalità Rieqed.

2.2.

Id-domanda għall-enerġija f’modalità Rieqed ma għandhiex taqbeż 5,00 W fil-kompjuters desktop u fil-kompjuters desktop integrati u 3,00 W fin-notebooks.

2.3.

Il-kompjuters desktop u l-kompjuters desktop integrati fejn id-domanda għall-enerġija tal-istat inattiv huwa ta’ 10,00 W jew inqas mhumiex meħtieġa li jkollhom sistema diskreta ta’ modalità Rieqed.

2.4.

Meta prodott jitqiegħed fis-suq b’funzjonalità WOL attivata fil-modalità Rieqed:

(a)

tista’ tiġi applikata kwota addizzjonali ta’ 0,70 W;

(b)

trid tiġi ttestjata b’funzjonalità WOL kemm attivata kif ukoll mhux attivata u trid tkun konformi maż-żewġ rekwiżiti.

2.5.

Meta prodott jitqiegħed fis-suq mingħajr kapaċità tal-Ethernet, għandu jiġi ttestjat mingħajr il-WOL attivat.

3.   STAT TA’ ENERĠIJA L-AKTAR BAXX

Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook

3.   Mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament

3.1.

Id-domanda tal-qawwa fl-istat ta’ enerġija l-aktar baxx ma għandux jaqbeż 0,50 W.

3.2.

Prodott għandu jipprovdi stat ta’ enerġija l-aktar baxx u/jew modalità oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tad-domanda għall-enerġija applikabbli għal stat ta’ enerġija aktar baxx meta jkun konness mas-sors tal-enerġija tal-mejns.

3.3.

Meta prodott jitqiegħed fis-suq b’unità tal-wiri ta’ informazzjoni jew ta’ status, tista’ tiġi applikata kwota addizzjonali ta’ 0,50 W.

4.   MODALITÀ MITFI

Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook

4.   Mill-1 ta’ Lulju 2014

4.1.

Id-domanda għall-enerġija fil-modalità Mitfi ma għandux jaqbeż 1,00 W.

4.2.

Prodott għandu jipprovdi modalità Mitfi u/jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti ta’ domanda għall-enerġija applikabbli għal modalità Mitfi meta jkun imqabbad mas-sors tal-enerġija tal-mejns.

4.3.

Fejn prodott jitqiegħed fis-suq b’funzjonalità WOL attivata fil-modalità Mitfi:

(a)

tista’ tiġi applikata kwota addizzjonali ta’ 0,70 W;

(b)

irid jiġi ttestjat b’funzjonalità WOL kemm attivata kif ukoll mhux attivata u jrid ikun konformi maż-żewġ rekwiżiti.

4.4.

Meta prodott jitqiegħed fis-suq mingħajr kapaċità tal-Ethernet, għandu jiġi ttestjat mingħajr il-WOL attivat.

5.   EFFIKAĊJA TAL-PROVVISTA ELETTRIKA INTERNA

Kompjuter Desktop, kompjuter desktop integrat, terminals ħfief desktop, stazzjon tax-xogħol u server fuq skala żgħira

5.1.   Mill-1 ta’ Lulju 2014

Il-provvisti tal-elettriku interni kollha tal-kompjuter għandhom jiffunzjonaw f’livell inqas minn:

(a)

85 % tal-effikaċja b’50 % tal-potenza nominali tal-output;

(b)

82 % tal-effikaċja b’20 % u 100 % tal-potenza nominali tal-output;

(c)

fattur tal-enerġija = 0,9 b’100 % tal-potenza nominali tal-output.

Il-provvisti tal-enerġija interni li għandhom potenza nominali tal-output massima ta’ inqas minn 75 W huma eżentati mir-rekwiżit tal-fattur tal-enerġija.

Servers informatiċi

5.2.   Mill-1 ta’ Lulju 2014

5.2.1.

Il-provvisti kollha tal-enerġija b’output multiplu (AC-DC) ma għandhomx jiffunzjonaw f’livell inqas minn:

(a)

85 % tal-effikaċja b’50 % tal-output nominali;

(b)

82 % tal-effikaċja b’20 % u 100 % tal-output nominali;

5.2.2.

Il-provvisti kollha tal-enerġija b’output multiplu (AC-DC) ma għandhomx jiffunzjonaw f’livell inqas minn:

(a)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,8 b’20 % tal-output nominali;

(b)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,9 b’50 % tal-output nominali;

(c)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,95 b’100 % tal-output nominali;

5.2.3.

Il-provvisti kollha tal-enerġija b’output uniku (AC-DC) b’output nominali ta’ mhux aktar minn 500 W ma għandhomx jiffunzjonaw f’livell inqas minn:

(a)

70 % tal-effikaċja b’10 % tal-output nominali;

(b)

82 % tal-effikaċja b’20 % tal-output nominali;

(c)

89 % tal-effikaċja b’50 % tal-output nominali;

(d)

85 % tal-effikaċja b’100 % tal-output nominali.

5.2.4.

Il-provvisti kollha tal-enerġija b’output uniku (AC-DC) b’output nominali ta’ mhux aktar minn 500 W ma għandhomx jiffunzjonaw f’livell inqas minn:

(a)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,8 b’20 % tal-output nominali;

(b)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,9 b’50 % tal-output nominali;

(c)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,95 b’100 % tal-output nominali;

5.2.5.

Il-provvisti kollha tal-enerġija b’output uniku (AC-DC) b’output nominali akbar minn 500 W iżda inqas minn 1 000  W ma għandhomx jiffunzjonaw f’livell inqas minn:

(a)

75 % tal-effikaċja b’10 % tal-output nominali;

(b)

85 % tal-effikaċja b’20 % u 100 % tal-output nominali;

(c)

89 % tal-effikaċja b’50 % tal-output nominali.

5.2.6.

Il-provvisti kollha tal-enerġija b’output uniku (AC-DC) b’output nominali akbar minn 500 W iżda inqas minn 1 000  W ma għandhomx jiffunzjonaw f’livell inqas minn:

(a)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,65 b’10 % tal-output nominali;

(b)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,8 b’20 % tal-output nominali;

(c)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,9 b’50 % tal-output nominali;

(d)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,95 b’100 % tal-output nominali;

5.2.7.

Il-provvisti kollha tal-enerġija b’output uniku (AC-DC) b’output nominali akbar minn 1 000  W ma għandhomx jiffunzjonaw f’livell inqas minn:

(a)

80 % tal-effikaċja b’10 % tal-output nominali;

(b)

88 % tal-effikaċja b’20 % u 100 % tal-output nominali;

(c)

92 % tal-effikaċja b’50 % tal-output nominali.

5.2.8.

Il-provvisti kollha tal-enerġija b’output uniku (AC-DC) b’output nominali akbar minn 1 000  W ma għandhomx jiffunzjonaw f’livell inqas minn:

(a)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,8 b’10 % tal-output nominali;

(b)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,9 b’20 % tal-output nominali;

(c)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,9 b’50 % tal-output nominali;

(d)

fattur ta’ enerġija ta’ 0,95 b’100 % tal-output nominali.

6.   ATTIVAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-ENERĠIJA

Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook

6.1.   Mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament

Il-kompjuter għandu joffri funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili li, meta l-kompjuter ma jkunx qed jipprovdi l-funzjoni prinċipali jew meta prodotti oħra li jużaw l-enerġija mhumiex dipendenti fuq il-funzjoni tiegħu, tpoġġi lill-kompjuter b’mod awtomatiku f’modalità ta’ enerġija li għandha rekwiżiti ta’ domanda għall-enerġija inqas mir-rekwiżit tad-domanda għall-enerġija applikabbli għal modalità Rieqed.

6.2.   Mill-1 ta’ Lulju 2014

6.2.1.

Il-kompjuter għandu jnaqqas il-veloċità ta’ kull attività b’1 Gigabit kull sekonda (Gb/s) b’rabtiet man-netwerk tal-Ethernet meta jkun qed jgħaddi għal modalità Rieqed jew off-with-WOL.

6.2.2.

Meta jkun f’modalità Rieqed, ir-reazzjoni għal ‘avvenimenti ta’ attivazzjoni’, bħal dawk permezz ta’ konnessjonijiet tan-netwerk jew mezzi tal-interfaċċja tal-utent, għandha sseħħ b’ħin ta’ stennija ta’ ≤ 5 sekondi mill-bidu tal-avveniment ta’ attivazzjoni tas-sistema sakemm din tkun tista’ tintuża b’mod sħiħ inkuż il-funzjonalità tal-wiri.

6.2.3.

Il-kompjuter għandu jitqiegħed fis-suq bil-modalità Rieqed għall-unità tal-wiri pprogrammata li tiġi attivata wara 10 minuti ta’ inattività mill-utent.

6.2.4.

Kompjuter bil-funzjonalità tal-Ethernet għandu jkollu l-kapaċità li jattiva u jiddiżattiva funzjoni WOL, jekk tkun disponibbli, għal modalità Rieqed. Kompjuter bil-funzjonalià tal-Ethernet għandu jkollu l-kapaċità li jattiva jew jiddiżattiva funzjoni WOL għal modalità Mitfi, jekk il-kompjuter ikun jappoġġja l-WOL minn modalità Mitfi.

6.2.5.

Fejn teżisti modalità Rieqed diskreta jew kundizzjoni oħra li tipprovdi l-funzjonalità ta’ modalità Rieqed, il-modalità għandha tkun ipprogrammata biex tiġi attivata wara 30 minuta ta’ inattività mill-utent. Din il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija għandha tiġi attivata qabel it-tqegħid fis-suq tal-prodott.

6.2.6.

L-utenti għandhom ikunu jistgħu faċilment jattivaw u jiddiżattivaw kull konnessjoni tan-netwerk mingħajr fili u l-utenti għandhom jingħataw indikazzjoni ċara b’simbolu, ħafif jew ekwivalenti, meta l-konnessjoni(jiet) tan-netwerk mingħajr fil tkun/ikunu attivata/i jew diżattivata/i.

7.   INFORMAZZJONI LI TRID TINGĦATA MILL-MANIFATTURI

Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook

7.1.   Mill-1 ta’ Lulju 2014

7.1.1.

Fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu u jagħmlu pubblikament disponibbli fuq websajts b’aċċess liberu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip ta’ prodott u l-kategorija kif definiti fl-Artikolu 2 (kategorija waħda u waħda biss);

(b)

l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

(c)

in-numru tal-mudell tal-prodott;

(d)

is-sena tal-manifattura;

(e)

il-valur ETEC (kWh) u l-aġġustamenti tal-kapaċità applikati meta il-kards tal-grafika diskreti (dGfx) kollha huma diżattivati u jekk is-sistemi huma ttestjati b’modalità ta’ grafika li tista’ tinqaleb minn modalità għall-oħra bl-UMA tmexxi l-unità tal-wiri;

(f)

il-valur ETEC (kWh) u l-aġġustamenti funzjonali applikati meta l-kards tal-grafika diskreti (dGfx) kollha huma attivati;

(g)

domanda għall-enerġija fl-istat inattiv (Watts);

(h)

domanda għall-enerġija fil-modalità Rieqed (Watts);

(i)

domanda għall-enerġija fil-modalità Rieqed attivata mill-WOL (Watts) (fejn tkun attivata);

(j)

domanda għall-enerġija fil-modalità Mitfi (Watts);

(k)

domanda għall-enerġija fil-modalità Mitfi attivata mill-WOL (Watts) (fejn tkun attivata);

(l)

effikaċja tal-provvista elettrika interna b’10 %, 20 %, 50 % u 100 % tal-potenza nominali tal-output;

(m)

effikaċja tal-provvista tal-elettriku esterna;

(n)

il-livelli tal-ħoss (il-livell iddikjarat tal-qawwa tal-ħoss ippeżat-A) ta’ kompjuter;

(o)

l-għadd minimu ta’ ċikli tat-tagħbija li jifilħu l-batteriji (japplika biss għall-kompjuters notebook);

(p)

il-metodoloġija tal-kejl użata biex tiġi determinata l-informazzjoni msemmija fil-punti (e) sa (o);

(q)

is-sekwenza tal-istadji biex tintlaħaq kundizzjoni stabbli fir-rigward tad-domanda għall-enerġija;

(r)

id-deskrizzjoni ta’ kif ġew magħżula jew ipprogrammati modalità Rieqed u/jew Mitfi;

(s)

is-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-modalità li biha l-apparat jaqleb awtomatikament għal Rieqed u/jew Mitfi;

(t)

it-tul ta’ żmien ta’ stat inattiv qabel ma l-kompjuter jilħaq modalità Rieqed, jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tad-domanda għall-enerġija applikabbli għal modalità Rieqed.

(u)

it-tul ta’ żmien wara perjodu ta’ inattività tal-utent li fiha l-kompjuter awtomatikament jilħaq modalità ta’ enerġija li jkollha rekwiżit tad-domanda għall-enerġija inqas minn dak tal-modalità Rieqed;

(v)

it-tul ta’ żmien qabel ma tkun ipprogrammata li tiġi attivata modalità Rieqed tal-unità tal-wiri wara l-inattività mill-utent;

(w)

l-informazzjoni tal-utent dwar il-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija tal-funzjonalità tal-ġestjoni tal-enerġija;

(x)

l-informazzjoni tal-utent dwar kif jista’ jattiva l-funzjonalità tal-ġestjoni tal-enerġija;

(y)

għall-prodotti b’unità tal-wiri integrata li fihom il-merkurju, il-kontenut totali ta’ merkurju bħala X,X mg;

(z)

il-parametri tal-ittestjar għall-kejl:

il-vultaġġ tat-test f’V u l-frekwenza f’Hz,

id-distorsjoni armonika totali tas-sistema tal-provvista tal-elettriku,

l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni dwar l-istrumentazzjoni, il-muntatura u ċ-ċirkuwiti użati għall-ittestjar tal-elettriku.

7.1.2.

Jekk mudell ta’ prodott jitqiegħed fis-suq f’konfigurazzjonijiet multipli l-informazzjoni tal-prodott meħtieġa skont il-punt 7.1.1 tista’ tiġi rrappurtata darba għal kull kategorija ta’ prodotti (kif definit fl-Artikolu 2), għall-konfigurazzjoni bl-ogħla domanda għall-enerġija disponibbli fi ħdan dik il-kategorija ta’ prodott. Fl-informazzjoni pprovduta għandu tiġi inkluża lista tal-konfigurazzjonijiet mudell kollha li qed huma rrappreżentati mill-mudell li għalih qed tiġi rrapurtata l-informazzjoni

Notebook

7.2.   Mill-1 ta’ Lulju 2014

Jekk notebook jitħaddem bil-batterija jew batteriji li ma hemmx aċċess għalihom u ma jistgħux jiġu sostitwiti minn utent mhux professjonali, flimkien mal-informazzjoni speċifikata fil-punt 7.1, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu, u jagħmlu disponibbli fuq websajts b’aċċess liberu u fuq l-imballaġġ estern tal-kompjuter notebook, l-informazzjoni li ġejja “Il-batterija/batteriji f’dan il-prodott ma tistax/jistgħux tiġi/jiġu sostitwita/i mill-utenti stess”.

L-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett estern tan-notebook għandha tkun viżibbli u leġġibbli b’mod ċar u għandha tiġi fornita fil-lingwi uffiċjali kollha tal-pajjiż fejn il-prodott huwa kummerċjalizzat.

Stazzjoni tax-xogħol, stazzjon tax-xogħol mobbli, terminals ħfief desktop, server fuq skala żgħira u server informatiku

7.3.   Mill-1 ta’ Lulju 2014

7.3.1.

Fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu u jagħmlu pubblikament disponibbli fuq websajts b’aċċess liberu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip tal-prodott kif definit fl-Artikolu 2 (għal kategorija waħda u waħda biss);

(b)

l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, u l-indirizz li fih jistgħu jiġu kkuntatjati;

(c)

in-numru tal-mudell tal-prodott;

(d)

is-sena tal-manifattura;

(e)

l-effikaċja tal-provvista elettrika interna/esterna;

(f)

il-parametri tal-ittestjar għall-kejl:

il-vultaġġ tat-test f’V u l-frekwenza f’Hz,

id-distorsjoni armonika totali tas-sistema tal-provvista tal-elettriku,

l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni dwar l-istrumentazzjoni, il-muntatura u ċ-ċirkuwiti użati għall-ittestjar tal-elettriku.

(g)

potenza massima (Watts);

(h)

potenza fl-istat inattiv (Watts);

(i)

potenza fil-modalità Rieqed (Watts);

(j)

potenza fil-modalità Mitfi (Watts);

(k)

il-livelli tal-ħoss (il-livell iddikjarat tal-qawwa tal-ħoss ippeżat-A) ta’ kompjuter;

(l)

il-metodoloġija tal-kejl użata biex tiġi determinata l-informazzjoni msemmija fil-punti (e) sa (k).

7.3.2.

Jekk mudell ta’ prodott jitqiegħed fis-suq f’konfigurazzjonijiet multipli l-informazzjoni tal-prodott meħtieġa skont il-punt 7.3.1 tista tiġi rrappurtata darba għal kull kategorija ta’ prodott (kif definit fl-Artikolu 2) għall-konfigurazzjoni bl-ogħla domanda għall-enerġija disponibbli fi ħdan dik il-kategorija ta’ prodott. Fl-informazzjoni pprovduta għandha tiġi inkluża lista tal-konfigurazzjonijiet mudell kollha li huma rrappreżentati mill-mudell li għalih qed tiġi rrappurtata l-informazzjoni.


ANNESS III

Proċedura ta’ kejl u verifika għas-sorveljanza tas-suq

1.   IL-KEJL

Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru permezz ta’ standards armonizzati li n-numru ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew bl-użu ta’ metodi oħra affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti, u li jipproduċu riżultati li jitqies li għandhom livell baxx ta’ inċertezza.

Kompjuters li jitqiegħdu fis-suq mingħajr sistema operatorja kapaċi li tappoġġja sistema ta’ Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija (ACPI) jew simili, għandhom jiġu ttestjati b’sistema operatorja li tappoġġja l-ACPI (jew sistema simili).

2.   PROĊEDURA TA’ VERIFIKAZZJONI

Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

ETEC, il-modalità Rieqed, il-modalità Mitfi, l-istat ta’ enerġija l-aktar baxx:

2.1.

Għal rekwiżiti tad-domanda għall-enerġija akbar minn 1,00 W, jew fejn ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija fformulati fit-TEC jirriżultaw f’rekwiżit tad-domanda għall-enerġija akbar minn 1,00 W f’tal-inqas modalità għall-enerġija waħda, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda kif ġej:

Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, u 2.3 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’iktar minn 7 %.

Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 2.2 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’aktar minn 7 %. Kwota addizzjonali kif stabbilit fil-punt 2.4 tal-Anness II tista’ tiġi miżjuda mar-riżultati tat-test jekk il-konfigurazzjoni mudell titqiegħed fis-suq b’funzjonalità WOL attivata f’modalità Rieqed. Il-konfigurazzjoni mudell għandhom jiġu ttestjati bil-funzjonalità WOL kemm attivata kif ukoll diżattivata u trid tkun konformi maż-żewġ rekwiżiti. Il-konfigurazzjoni mudell li titqiegħed fis-suq mingħajr il-kapaċità Ethernet għandha tiġi ttestjata mingħajr il-WOL attivat.

Jekk ir-riżultati tat-test imsemmija hawn fuq ma jintlaħqux, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess konfigurazzjoni mudell.

Wara li jkunu ġew ittestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell u konfigurazzjoni, il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, 2.2 u 2.3 tal-Anness II jekk il-medja tar-riżultati tat-test tal-aħħar tliet unitajiet għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’aktar minn 7 %.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati tat-test imsemmi hawn fuq, il-konfigurazzjoni mudell u l-mudelli kollha li huma koperti mill-istess informazzjoni tal-prodott (kif imsemmi fil-punti 7.1.2 u 7.3.2 tal-Anness II) għandhom jitqiesu mhux konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, 2.2, u 2.3 tal-Anness II.

2.2.

Għal rekwiżiti tad-domanda tal-enerġija ta’ 1,00 W jew inqas, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità unika waħda kif ġej:

Il-konfigurazzjoni mudell titqies li hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fil-punt 3.1 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’iktar minn 0,10 W. Tista’ tiżdied kwota addizzjonali kif stipulat fil-punt 3.3 tal-Anness II mar-riżultati tat-test jekk il-konfigurazzjoni tal-mudell titqiegħed fuq is-suq b’“wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus”.

Il-konfigurazzjoni mudell titqies li hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fil-punt 4.1 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’iktar minn 0,10 W. Tista’ tiżdied kwota addizzjonali kif stipulat fil-punt 4.3 tal-Anness II mar-riżultati tat-test jekk il-konfigurazzjoni tal-mudell titqiegħed fuq is-suq b’funzjonalità WOL attivat f’modalità Mitfi. Il-konfigurazzjoni mudell għanda tiġi ttestjata bil-funzjonalità WOL kemm attivat kif ukoll diżattivat u trid tkun konformi maż-żewġ rekwiżiti. Il-konfigurazzjoni mudell li titqiegħed fis-suq mingħajr il-kapaċità Ethernet għandha tiġi ttestjata mingħajr il-WOL attivat.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati tat-test imsemmija hawn fuq, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess konfigurazzjoni mudell.

Wara li jkunu ġew ittestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell u konfigurazzjoni, il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 3.1 u 4.1 tal-Anness II jekk il-medja tar-riżultati tat-test tal-aħħar tliet unitajiet għall-valuri limitu applikabbli ma jaqbżuhomx b’aktar minn 0,10 W.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati tat-test imsemmi hawn fuq, il-konfigurazzjoni mudell u l-mudelli kollha li huma koperti mill-istess informazzjoni tal-prodott (kif imsemmi fil-punti 7.1.2 u 7.3.2 tal-Anness II) għandhom jitqiesu mhux konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 3.1 u 4.1 tal-Anness II.

Effikaċja tal-provvista elettrika interna

2.3.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda.

Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II jekk:

(a)

il-medja aritmetika tal-effikaċja f’kundizzjonijiet ta’ tagħbija kif definiti fl-Anness II ma tkunx aktar baxxa mill-valur limitu applikabbli għall-medja tal-effikaċja tal-istat attiv b’aktar minn 2 %; kif ukoll

(b)

il-medja aritmetika tal-fattur tal-enerġija kif definit fl-Anness II ma tkunx aktar baxxa mill-valur limitu applikabbli għall-fattur tal-enerġija b’aktar minn 10 %.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija hawn fuq, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet tal-istess mudell.

Wara li jkunu ġew ittestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell, il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II jekk:

(a)

il-medja tal-medji aritmetiċi tal-effikaċja f’kundizzjonijiet ta’ tagħbija kif definiti fl-Anness II ma tkunx aktar baxxa mill-valur limitu applikabbli għall-medja tal-effikaċja tal-istat attiv b’aktar minn 2 %; kif ukoll

(b)

il-medja aritmetika tal-fattur tal-enerġija kif definit fl-Anness II ma tkunx aktar baxxa mill-valur limitu applikabbli għall-fattur tal-enerġija b’aktar minn 10 %.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija hawn fuq, il-konfigurazzjoni mudell u l-mudelli kollha koperti mill-istess informazzjoni tal-prodott (kif imsemmi fil-punti 7.1.2 u 7.3.2 tal-Anness II) għandhom jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II.

Attivazzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija

2.4.

Għar-rekwiżiti stipulati fil-punt 6.1 tal-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura applikabbli biex ikejlu d-domanda għall-enerġija wara li l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tkun bidlet il-modalità tal-enerġija tat-tagħmir fil-modalità tal-enerġija applikabbli.

2.5.

Għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.2.1 sa 6.2.6 tal-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda biss kif ġej:

Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.1 jekk l-veloċità ta’ kwalunkwe link tan-netwerk tal-Ethernet ta’ 1 Gigabit fis-sekonda (GB/s) attiv huwa mnaqqas meta kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat jew kompjuter notebook jgħaddi għal modalità Mitfi jew modalità off-with-WOL.

Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.2 jekk kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat jew kompjuter notebook isir totalment utilizzabbli, inkluż il-wiri fuq kwalunkwe unità tal-wiri konnessa, fi żmien 5 sekondi wara avveniment ta’ attivazzjoni li jinbeda matul il-modalità Rieqed.

Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.3 jekk unità tal-wiri mqabbda ma’ kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat jew kompjuter notebook jidħol fil-modalità Rieqed fi żmien 10 minuti ta’ inattività mill-utent.

Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.4 jekk funzjonalità WOL għal modalità Rieqed jew Mitfi tista’ tiġi attivata jew diżattivata.

Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.5 jekk kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat jew kompjuter notebook jidħol fil-modalità Rieqed fi żmien 30 minuta ta’ inattività mill-utent.

Il-konfigurazzjoni mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 6.2.6 jekk l-utenti jkunu jistgħu faċilment jattivaw u jiddiżattivaw kull konnessjoni ta’ netwerk mingħajr fili u l-utenti jingħataw indikazzjoni ċara b’simbolu, ħafif jew ekwivalenti, meta l-konnessjoni(jiet) tan-netwerk mingħajr fili tkun/jkunu ġiet/ġew attivata/i jew diżattivata/i.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati tat-test imsemmija hawn fuq, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess konfigurazzjoni mudell.

Wara li jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell u konfigurazzjoni, il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 6.2.1 sa 6.2.6 tal-Anness II jekk it-tliet unitajiet addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija hawn fuq, il-konfigurazzjoni mudell u l-mudelli kollha koperti mill-istess informazzjoni tal-prodott (kif imsemmi fil-punti 7.1.2 u 7.3.2 tal-Anness II) għandhom jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 6.2.1 sa 6.2.6 tal-Anness II.

It-tolleranzi ta’ verifika definiti f’dan l-Anness jirrelataw biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur bħala tolleranza permessa fuq il-valuri fid-dokumentazzjoni teknika biex jiksbu l-konformità mar-rekwiżiti. Il-valuri ddikjarati ma għandhomx ikunu aktar favoraveoli għall-manifattur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.


ANNESS IV

Punti ta’ riferiment indikattivi

Il-punti ta’ riferiment indikattivi li ġejjin huma identifikati għall-finijiet tal-punt 2 tal-Parti 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE.

Jirreferu għall-aqwa teknoloġija disponibbli fiż-żmien tat-tfassil ta’ dan ir-Regolament.

L-aqwa prestazzjoni attwali għall-kompjuters fis-suq hija:

ETEC tvarja skont il-karegorija — ara t-tabella hawn taħt,

Modalità Rieqed 0,4 W,

Modalità Mitfi 0,0 W.

Tabella

l-aqwa prestazzjoni attwali ETEC

 

ETEC (kWh/sena) (1)

Kompjuter desktop u kompjuter desktop integrat

Kategorija A

33,4

Kategorija B

28,7

Kategorija C

75,8

Kategorija D

63,5

Kompjuter notebook

Kategorija A

10,9

Kategorija B

18,1

Kategorija C

26,3


(1)  L-aktar dejta riċenti fl-20 ta’ Marzu 2012.


Top