Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0167

Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 60, 2.3.2013, p. 1–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 063 P. 115 - 165

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/167/oj

2.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/1


REGOLAMENT (UE) Nru 167/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Frar 2013

dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Billi kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Billi kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Billi kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, (1)

Billi jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Biex jiġi promoss is-suq intern, sistema komprensiva tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi, il-karrijiet u l-makkinarju rmunkat interkambjabbli tagħhom ġiet stabbilita permezz tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u l-makkinarju irmunkat interkambjabbli [irmunkat interkambjabbli], flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici (3).

(2)

Għall-iskopijiet tal-iżvilupp u l-funzjonament tas-suq intern tal-Unjoni, ikun xieraq li s-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri jiġu sostitwiti bi proċedura tal-Unjoni ta’ approvazzjoni tat-tip abbazi tal-prinċipju ta’ armonizzazzjoni totali, filwaqt li fl-istess ħin tiġi kkunsidrata, kif dovut, il-vijabilità finanzjarja, u tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju.

(3)

Wara t-talba tal-Parlament Ewropew u bl-għan li l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tiġi ssimpifikata u mgħaġġla, ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, skont liema approċċ il-leġiżlatur fil-proċess leġiżlattiv ordinarju jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji fundamentali biss u jiddelega s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati dwar aktar dettalji tekniċi lill-Kummissjoni. Fir-rigward tar-rekwiżiti sostantivi, dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi biss id-dispożizzjonijiet fundamentali dwar is-sikurezza funzjonali, is-sikurezza okkupazzjonali u l-prestazzjoni ambjentali u jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi fl-atti delegati.

(4)

Ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament huma konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2002“Pjan ta’ Azzjoni ‘Nissimplifikaw u ntejbu l-ambjent regolatorju” ’.

(5)

Huwa tabilħaqq importanti li l-miżuri futuri proposti abbażi ta’ dan ir-Regolament jew proċeduri li għandhom jiġu implimentati fl-applikazzjoni tiegħu għandhom ikunu konformi mal-prinċipji, li reġgħu ġew iddikjarati fir-Rapport ippubblikat mill-Kummissjoni fl-2006 bl-isem “CARS 21: Sistema Regolatorja Awtomotiva Kompetittiva għas-seklu 21” (“CARS 21”). B’mod partikolari, għal skopijiet ta’ regolamentazzjoni u simplifikazzjoni mtejba u biex jiġi evitat aġġornament kontinwu tal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar kwistjonijiet ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, dan ir-Regolament għandu jirreferi għall-istandards u r-regolamenti internazzjonali eżistenti li huma disponibbli għall-pubbliku mingħajr ma jerġgħu jiġu riprodotti fil-qafas legali tal-Unjoni.

(6)

Peress li la d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (4),la d-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju) (5) u lanqas dan ir-Regolament ma jipprovdu għar-rekwiżiti tad-disinn u tal-kostruzzjoni biex jiżguraw is-sikurezza fit-triq ta’ makkinarju mobbli awtopropellenti mhux tat-triq, intiż għall-użu partikolari fl-agrikoltura u l-forestrija, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri f’dak il-qasam u tikkunsidra li tipproponi miżura leġiżlattiva sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza, b’konsiderazzjoni għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-miżuri, fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, li jikkonċernaw l-użu ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija fit-triq, bħal pereżempju r-rekwiżiti għal-liċenzji tas-sewqan speċifiċi, il-limitazzjonijiet tal-veloċità massima jew il-miżuri li jirregolaw l-aċċess għal ċerti toroq.

(8)

Id-Direttiva 2003/37/KE, fi stadju primarju, illimitat l-applikazzjoni mandatorja tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa fil-KE għall-kategoriji tal-vetturi T1, T2 u T3 u ma koprietx ir-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa fil-KE fuq bażi volontarja għal kategoriji oħra. Għall-ikkompletar tas-suq intern u biex jiġi żgurat li dan ikun qed jiffunzjona kif suppost, dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-manifatturi japplikaw approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa fl-UE għall-kategoriji kollha koperti minn dan ir-Regolament fuq bażi volontarja, biex b’hekk ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-suq intern permezz ta’ approvazzjoni tat-tip fl-UE.

(9)

Id-Direttiva 2003/37/KE ipprovdiet għall-approvazzjoni tat-tip għal vettura sħiħa tal-KE għall-vetturi adattati għal kull terren u l-vetturi ġenb ma ġenb kif ukoll it-tratturi. Dawk it-tipi ta’ vetturi, għalhekk, għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament, sakemm it-tip ta’ vettura kkonċernata jaqa’ fi ħdan il-kategorija tal-vettura kif imsemmi f’ dan ir-Regolament u jkun konformi mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Id-dmirijiet tal-awtoritajiet nazzjonali stabbiliti fid-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq ta’ dan ir-Regolament huma aktar speċifiċi mid-dispożizzjonijiet rispettivi tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6).

(11)

Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza funzjonali, sikurezza okkupazzjonali u protezzjoni ambjentali, ir-rekwiżiti tekniċi u l-istandards ambjentali li japplikaw għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu armonizzati.

(12)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit il-prinċipju li jistipula li l-vetturi għandhom jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ inċidenti għal min ikun fil-vettura u għal utenti stradali oħra. Għal dak l-għan, huwa meħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li l-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu, iżda m’għandhomx ikunu limitati għal, rekwiżiti relatati mal-integrità strutturali tal-vettura, mas-sistemi li jkunu ta’ għajnuna għas-sewwieq biex dan ikun jista’ jikkontrolla l-vettura, mas-sistemi li jipprovdu lis-sewwieq b’viżibbiltà u informazzjoni dwar l-istat tal-vettura u ż-żona ċirkostanti, mas-sistemi tad-dawl fil-vetturi, mas-sistemi ta’ protezzjoni għal min ikun fil-vettura, mal-partijiet esterni u l-aċċessorji tal-vettura, mal-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vettura u mat-tajers tal-vettura.

(13)

Biex jiġi żgurat li l-proċedura għall-monitoraġġ tal-konformità tal-produzzjoni, li hija waħda mill-elementi bażiċi tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, tkun ġiet implimentata kif suppost u tkun qed tiffunzjona tajjeb, il-manifatturi għandhom jiġu mmonitorjati regolarment minn awtorità kompetenti jew minn servizz tekniku kwalifikat adegwatament maħtur apposta għal dan il-għan.

(14)

F’ċerti każi limitati, huwa xieraq li tkun permessa, fl-ambitu nazzjonali, l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi ta’ serje żgħira. Din għandha, madankollu, tiġi ristretta għal numru limitat ta’ vetturi. Għalhekk hija meħtieġa definizzjoni preċiża tal-kunċett ta’ serje żgħira f’termini ta’ numru ta’ vetturi prodotti.

(15)

L-għan ewlieni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tal-vetturi huwa li jiġi żgurat li l-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ġodda li jitqiegħdu fis-suq jipprovdu livell għoli ta’ sikurezza u protezzjoni ambjentali. Dak l-għan m’għandux jiġi mxekkel mill-iffittjar ta’ ċerti komponenti jew tagħmir wara li l-vetturi jkunu tqiegħdu fis-suq jew ikunu bdew jintużaw. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jiġi żgurat li komponenti jew tagħmir li jistgħu jiġu ffittjati fuq il-vetturi u li jistgħu jxekklu b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-sistemi li huma essenzjali f’termini ta’ sikurezza jew protezzjoni ambjentali, ikunu soġġetti għal kontroll minn qabel minn awtorità tal-approvazzjoni qabel ma jitqiegħdu fis-suq. Dawn il-miżuri għandhom jikkonsistu f’dispożizzjonijiet tekniċi fir-rigward tar-rekwiżiti li dawn il-komponenti jew tagħmir għandhom jikkonformaw magħhom.

(16)

Tali miżuri għandhom japplikaw biss għal numru limitat ta’ komponenti u tagħmir. Il-lista ta’ dawn tal-aħħar għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni f’att ta’ implimentazzjoni wara li tkun ikkonsultat il-partijiet interessati. Il-miżuri għandhom jiżguraw li l-komponenti u t-tagħmir inkwistjoni ma jnaqqsux is-sikurezza jew il-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, filwaqt li fl-istess ħin, fejn hu possibbli, jippreservaw kompetizzjoni fis-suq sekondarju (aftermarket).

(17)

L-Unjoni hija parti kontraenti tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-komponenti li jistgħu jintramaw jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim tal-1958 Rivedut”) (7) Biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-CARS 21, huwa xieraq li jiġu revokati d-Direttivi separati kollha mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ protezzjoni. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk id-Direttivi għandhom jiġu applikati għal dan ir-Regolament propost jew l-atti delegati tiegħu u għandhom jiġu ssostitwiti, fejn hu xieraq, b’referenzi għar-regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) korrispondenti li l-Unjoni ivvutat favur jew li l-Unjoni aderiet magħhom u li huma annessi mal-Ftehim Rivedut tal-1958. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, il-manifatturi tal-vetturi għandhom ikunu jistgħu japprovaw it-tipi skont dan ir-Regolament, fejn ikun xieraq, direttament permezz tal-ksib ta’ approvazzjoni għar-regolamenti rilevanti tal-UNECE msemmija fl-Anness I jew fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

(18)

Konsegwentement, ir-regolamenti tal-UNECE u l-emendi tagħhom li l-Unjoni vvutat favur tagħhom, bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 97/836/KE, għandhom jiġu inkorporati fi ħdan il-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Bl-istess mod, is-setgħa għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-adattamenti meħtieġa għall-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

(19)

Bħala alternattiva, fl-atti delegati tista’ ssir referenza għall-Kodiċi stabbilit mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) jew għall-istandards tas-CEN/Cenelec jew tal-ISO li huma direttament disponibbli għall-pubbliku jew li jiġu msemmija fihom.

(20)

Huwa importanti li l-manifatturi jipprovdu lis-sidien tal-vetturi bl-informazzjoni relevanti biex ma jsirx użu ħażin mill-apparat ta’ sikurezza.

(21)

Biex il-manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati jkunu jistgħu japplikaw għal approvazzjoni tat-tip fl-UE għal komponenti jew għal unitajiet tekniċi separati jew għal awtorizzazzjoni, huwa importanti wkoll li dawn il-manifatturi jkollhom aċċess għal ċerta informazzjoni li hija disponibbli biss mingħand il-manifattur tal-vettura, bħal pereżempju l-informazzjoni teknika, inklużi tpinġijiet, meħtieġa għall-iżvilupp ta’ komponenti għas-suq sekondarju.

(22)

Aċċess mhux diskriminatorju għal informazzjoni dwar it-tiswija ta’ vetturi, permezz ta’ format standardizzat li jista’ jintuża biex tinġabar informazzjoni teknika, u kompetizzjoni effettiva fis-suq għal servizzi ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vettura huma meħtieġa biex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari fir-rigward tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Proporzjon kbir ta’ din l-informazzjoni huwa relatat ma’ sistemi djanjostiċi abbord u mal-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi ta’ vetturi oħra. Ta’ min wieħed jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi li l-websajts tal-manifatturi għandhom isegwu, flimkien ma’ miżuri fil-mira biex jiġi żgurat aċċess raġonevoli għall-impriżi ta’ daqs żgħir u medju.

(23)

Il-manifatturi tal-vetturi għandhom ujoll ikunu permessi li jissodisfaw id-dmirijiet tagħhom li jagħtu aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni fil-protokolli tal-komunikazzjoni bejn it-tratturi u makkinarju rmunkat jew immontat, kif definit fl-ISO11783, billi jipprovdu link għal websajt stabbilita b’mod konġunt minn diversi manifatturi jew konsorzju ta’ manifatturi.

(24)

Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat imiplimentattivi (8).

(25)

Sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament b’aktar dettalji tekniċi, is-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sikurezza funzjonali, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni, il-prestazzjoni ambjentali u tal-propulsjoni, l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni u l-inkarigar ta’ xogħlijiet awtorizzati speċifiċi tekniċi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, hija u tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura li d-dokumenti relevanti jintbagħtu simultanjament, fil-ħin u kif suppost lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(26)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati jew ta’implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implementati. Dawn il-penali għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

(27)

Filwaqt li xejn f’dan ir-Regolament ma jipprevjeni l-Istati Membri milli jkomplu japplikaw is-sistemi ta’ approvazzjoni individwali tagħhom, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawn is-sistemi nazzjonali, fuq il-bażi ta’ informazzjoni provduta mill-Istati Membri, sabiex tikkunsidra mill-ġdid il-kwistjoni jekk tissottomettix proposta leġiżlattiva għall-armonizzazzjoni tas-sistema ta’approvazzjoni individwali fil-livell tal-Unjoni.

(28)

Bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tas-sistema regolatorja ġdida li ġiet stabbilita minn dan ir-Regolament, id-Direttiva 2003/37/KE u d-Direttivi li ġejjin għandhom jiġu mħassra:

id-Direttiva 2003/37/KE;

id-Direttiva 74/347/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (9),

id-Direttiva 76/432/KEE tal-Kunsill tas-6 ta’ April 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (10),

id-Direttiva 76/763/KEE tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ sedili għall-passiġġieri għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (11),

id-Direttiva 77/537/KEE tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magni diesel għall-użu fit-tratturi bir-roti użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija (12),

id-Direttiva 78/764/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju 1978 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (13),

id-Direttiva 80/720/KEE tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-ispazju għal manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (14),

id-Direttiva 86/297/KEE tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardaw il-power take-offs ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-protezzjoni tagħhom (15),

id-Direttiva 86/298/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġjata dejqa (16),

id-Direttiva 86/415/KEE tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (17),

id-Direttiva 87/402/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, b’karreġġjata dejqa (18),

id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (19),

id-Direttiva 2009/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (20),

id-Direttiva 2009/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-mekkaniżmu tat-tqabbid u t-treġġigħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (21),

id-Direttiva 2009/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-forestrija (22),

id-Direttiva 2009/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (23),

id-Direttiva 2009/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (24),

id-Direttiva 2009/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (25),

id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotti minn tratturi agrikoli u għall-foresterija (26),

id-Direttiva 2009/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-apparat tal-isteering ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija (27),

id-Direttiva 2009/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (28),

id-Direttiva 2009/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) (29),

id-Direttiva 2009/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (30),

id-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (31)

(29)

Huwa importanti għall-partijiet interessati kollha li jiġi stabbilit fehim ċar tar-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2006/42/KE, biex tiġi evitata dupplikazzjoni u jiġi stabbilit b’mod ċar liema huma dawk ir-rekwiżiti li prodott speċifiku jeħtieġ li jissodisfa.

(30)

Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli armonizzati uniformi dwar ir-rekwiżiti amministrattivi u tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u li jiġi sorveljat is-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċenti mill-Istati Membri, u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi u tekniċi għall-approvazzjoni tat-tipu s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi ġodda kollha, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati msemmija fl-Artikolu 2(1).

Dan ir-Regolament ma japplikax għall-approvazzjoni ta’ vetturi individwali ħlief jekk l-Istati Membri li jagħtu tali approvazzjonijiet ikollhom jaċċettaw kwalunkwe approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati mogħtija skont dan ir-Regolament minflok skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għas-sorveljanza tas-suq tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jkunu soġġetti għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ukoll jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-sorveljanza tas-suq ta’ komponenti u tagħmir għal tali vetturi.

3.   Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza stradali.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tat-tip u għall-approvazzjoni individwali ta’ vetturi agrikoli u tal-forestrija, kif deskritti fl-Artikolu 4, mfassla u mibnija fi stadju wieħed jew aktar, u għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi, kif ukoll partijiet u tagħmir separat mfassal u mibni għal tali vetturi.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi li ġejjin:

(a)

tratturi (kategoriji T u C);

(b)

karrijiet (kategorija R); u

(c)

makkinarju rmunkat interkambjabbli (kategorija S).

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal makkinarju interkambjabbli li jintrefa’ kompletament mill-art jew li ma jistax jartikola madwar assi vertikali meta l-vettura li jkun marbut magħha tkun qed tintuża fit-triq.

3.   Għall-vetturi li ġejjin, il-manifattur jista’ jagħżel jekk japplikax għal approvazzjoni skont dan ir-Regolament jew jekk ikunx konformi mar-rekwiżiti nazzjonali kkonċernati:

(a)

karrijiet (kategorija R) u tagħmir irmunkat interkambjabbli (kategorija S);

(b)

tratturi għat-tqegħid tat-toroq (kategorija C);

(c)

tratturi bir-roti għal skopijiet speċjali (kategoriji T4.1 u T4.2).

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti elenkati fl-Anness I, għajr fejn ikun ipprovdut mod ieħor fihom, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“approvazzjoni tat-tip” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;

(2)

“approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa” tfisser approvazzjoni tat-tip li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura mhux sħiħa, sħiħa jew li ġiet kompluta tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;

(3)

“approvazzjoni tat-tip tas-sistema” tfisser approvazzjoni tat-tip fejn awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li sistema mmuntata f’vettura ta’ tip speċifiku tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;

(4)

“approvazzjoni tat-tip ta’ komponent” tfisser approvazzjoni tat-tip fejn awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li komponent, indipendentement mill-vettura, jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti;

(5)

“approvazzjoni tat-tip ta’ unità separata teknika” tfisser approvazzjoni tat-tip fejn awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li l-unità separata teknika tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti fir-rigward ta’ wieħed jew diversi tipi speċifikati ta’ vetturi;

(6)

“approvazzjoni tat-tip nazzjonali” tfisser proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip stabbilita bil-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru, fejn il-validità ta’ tali approvazzjoni tkun limitata għat-territorju ta’ dan l-Istat Membru;

(7)

“approvazzjoni tat-tip tal-UE” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;

(8)

“trattur” tfisser kull vettura bil-mutur, bir-roti jew jew bil-katina għall-agrikoltura jew il-forestrija li jkollha tal-anqas żewġ fusijiet u veloċità massima skont id-disinn ta’ mhux anqas minn 6 km fis-siegħa, li l-funzjoni prinċipali tagħha hija l-potenza tal-ġibda u li tkun ġiet speċifikament iddisinjata biex tiġbed, timbotta, iġġorr u tattiva ċertu tagħmir interkambjabbli maħsub biex iwettaq xogħol agrikolu jew forestali, jew biex tirmonka karrijiet tal-agrikoltura jew tal-forestrija; tista’ tiġi adattata biex iġġorr tagħbija fil-kuntest ta’ xogħol agrikolu jew forestali u/jew tista’ tiġi mgħammra b’post wieħed jew aktar għall-passiġġieri;

(9)

“karru” tfisser kull karru agrikolu jew forestali maħsub l-aktar biex ikun irmunkat minn trattur u intiż biex iġorr tagħbijiet jew biex jipproċessa materjali u fejn il-proporzjon bejn il-massa massima li titgħabba li hi teknikament permissibbli u l-massa bla tagħbija ta’ dik il-vettura jkun daqs jew aktar minn 3,0;

(10)

“tagħmir irmunkat interkambjabbli” tfisser kwalunkwe vettura użata għall-agrikoltura u l-forestrija li hija ddisinjata biex tiġi rmunkata minn trattur, li tibdel jew iżżid il-funzjonijiet tagħha, tinkorpora element ta’ għodda b’mod permanenti jew tkun iddisinjata biex tipproċessal-materjali, li tista’ tinkludi pjattaforma ta’ tagħbija ddisinjata u mibnija biex tirċievi kwalunkwe tip ta’ għodda u tagħmir meħtieġ għal dawn l-iskopijiet u biex temporanjament jinħażen kwalunkwe materjal prodott jew meħtieġ matul ix-xogħol u fejn il-proporzjon bejn il-massa massima li titgħabba li hi teknikament permissibbli u l-massa bla tagħbija ta’ dik il-vettura jkun anqas minn 3,0;

(11)

“vettura” tfisser kwalunkwe trattur, karru, jew tagħmir irmunkat interkambjabbli kif definit fil-punti 8, 9 u 10;

(12)

“vettura bażi” tfisser kwalunkwe vettura użata fl-istadju inizjali ta’ proċess ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji;

(13)

“vettura mhux kompleta” tfisser kwalunkwe vettura li jonqosha mill-inqas stadju ieħor biex tkun kompleta u tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;

(14)

“vettura kompleta” tfisser vettura li tirriżulta mill-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;

(15)

“vettura kompluta” tfisser kwalunkwe vettura li m’għandhiex bżonn tiġi kkompletata biex tilħaq ir-rekwiżiti tekniċi relevanti ta’ dan ir-Regolament;

(16)

“vettura ta’ serje mitmuma” tfisser kwalunkwe vettura li hi parti minn stokk li ma jistax jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq jew ma jistax jibqa’ jkun disponibbli fis-suq, jiġi reġistrat jew jiddaħħal fis-servizz minħabba d-dħul fis-seħħ ta’ rekwiżiti tekniċi ġodda li għalihom ma ġietx approvata;

(17)

“sistema” tfisser assemblaġġ ta’ apparat ikkombinat biex iwettaq funzjoni speċifika waħda jew aktar f’vettura u li huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew xi atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament;

(18)

“komponent” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolamentmaħsub biex ikun parti minn vettura, li t-tip tiegħu jista’ jiġi approvat indipendentement mill-vettura skont dan ir-Regolament u l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, fejn tali atti jipprovdu espressament għal dan;

(19)

“unità teknika separata” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew għal xi atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, maħsub biex ikun parti minn vettura, li t-tip tagħha jista’ jiġi approvat separatament, iżda biss fir-rigward ta’ tip speċifiku wieħed jew aktar ta’ vettura fejn tali atti jagħmlu dispożizzjonijiet espressament għal dan;

(20)

“komponenti” tfisser oġġetti użati għall-assemblaġġ ta’ vettura kif ukoll komponenti ta’ rikambju;

(21)

“tagħmir” tfisser kwalunkwe oġġett apparti komponenti li jistgħu jiġu miżjuda ma’ vetturi jew installati magħha;

(22)

“komponenti jew tagħmir oriġinali” tfisser komponenti jew tagħmir manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta’ produzzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vettura għall-produzzjoni ta’ komponenti jew tagħmir għall-assemblaġġ tal-vettura partikolari; dan jinkludi komponenti jew tagħmir manifatturati fl-istess linja ta’ produzzjoni bħal dawn il-komponenti jew tagħmir; sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju teżisti l-preżunzjoni li komponenti jew tagħmir huma komponenti jew tagħmir oriġinali jekk il-manifattur jiċċertifika li huma ta’ kwalità identika għall-komponenti użati fl-assemblaġġ tal-vettura inkwistjoni u ġew manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta’ produzzjoni tal-manifattur tal-vettura;

(23)

“komponenti ta’ rikambju” tfisser oġġetti li jiġu installati ġo vettura jew fuq vettura sabiex jiġu mibdula l-komponenti oriġinali ta’ dik il-vettura, inklużi prodotti bħal lubrikanti li huma meħtieġa għall-użu ta’ vettura, bl-eċċezzjoni tal-fjuwil;

(24)

“sikurezza funzjonali” tfisser in-nuqqas ta’ riskju inaċċettabbli ta’ korriment fiżiku jew ta’ ħsara lil saħħet il-persuni jew lil proprjetajiet minħabba perikli li jirriżultaw minn imġiba ta’ funzjonament ħażin ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mekkaniċi, idrawliċi, pnewmatiċi, elettriċi u/jew elettroniċi;

(25)

“manifattur” tfisser il-persuna naturali jew ġuridika responsabbli għall-awtorità ta’ approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni biex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni u li hija responsabbli wkoll għal kwistjonijiet tas-sorveljanza tas-suq għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati prodotti, irrelevanti mill-fatt jekk il-persuna naturali jew ġuridika tkunx involuta direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata li huma l-oġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni

(26)

“rappreżentant tal-manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni debitament maħtura mill-manifattur biex tirrapreżenta lill-manifattur quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni jew l-awtorità għas-sorveljanza tas-suq u biex taġixxi f’isem il-manifattur fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;

(27)

“awtorità tal-approvazzjoni” tfisser l-awtorità ta’ Stat Membru stabbilita jew maħtura minn Stat Membru u nnotifikata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru b’kompetenza għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, ta’ sistema, ta’ komponent jew unità teknika separata, għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni, għall-ħruġ u, jekk meħtieġ, l-irtirar jew ir-rifjut ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni biex taġixxi bħala punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet ta’ approvazzjoni ta’ Stati Membri oħra, biex taħtar servizzi tekniċi u biex tiżgura li l-manifattur jissodisfa l-obbligi tiegħu rigward il-konformità tal-produzzjoni;

(28)

“servizz tekniku” tfisser organizzazzjoni jew entità maħtura mill-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru bħala laboratorju tal-ittestjar, jew bħala entità għall-valutazzjoni tal-konformità biex iwettaq il-valutazzjoni inizjali u testijiet jew spezzjonijiet oħra, f’isem l-awtorità tal-approvazzjoni, fejn ikun possibbli li l-awtorità tal-approvazzjoni innifisha tmexxi dawn il-funzjonijiet;

(29)

“ittestjar mill-manifattur innifsu” tfisser it-twettiq ta’ testijiet fil-faċilitajiet tiegħu stess, ir-reġistrazzjoni tar-riżultati tat-testijiet u s-sottomissjoni ta’ rapport, inklużi l-konklużjonijiet, lill-awtorità tal-approvazzjoni minn manifattur li nħatar bħala servizz tekniku biex tiġi evalwata l-konformità ma’ ċerti rekwiżiti;

(30)

“metodu ta’ ttestjar virtwali” tfisser simulazzjonijiet bil-kompjuter, li tinkludi kalkoli, biex juru jekk vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfawx ir-rekwiżiti tekniċi ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 27(6) mingħajr ma jkun meħtieġ l-użu ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata fiżiċi;

(31)

“ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip” tfisser id-dokument li bih l-awtorità tal-approvazzjoni uffiċjalment tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkunu ġew approvati;

(32)

“ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE” tfisser iċ-ċertifikat abbażi tal-mudell stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont dan ir-Regolament jew il-formola ta’ komunikazzjoni stabbilita fir-Regolamenti relevanti tal-UNECE msemmija f’dan ir-Regolament jew fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolamentl;

(33)

“ċertifikat ta’ konformità” tfisser id-dokument maħruġ mill-manifattur, li jiċċertifika li l-vettura manifatturata tikkonforma mat-tip approvat ta’ vettura;

(34)

“sistema dijanjostika abbord” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet li tkun kapaċi tidentifika dik il-parti li x’aktarx tkun qed taħdem ħażin permezz ta’ kodiċijiet ta’ difetti maħżuna fil-memorja tal-kompjuter;

(35)

“informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ perjodiku, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid tal-vettura u li l-manifattur jipprovdi lill-bejjiegħa awtorizzati u lil min isewwi, inklużi l-emendi u s-supplimenti kollha għal tali informazzjoni; dik l-informazzjoni tinkludi kull informazzjoni meħtieġa meta jintramaw tagħmir u partijiet fuq vetturi;

(36)

“operatur indipendenti” tfisser impriżi li mhumiex bejjiegħa awtorizzati u dawk li jsewwu li huma direttament jew indirettament involuti fit-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur, b’mod partikolari dawk li jsewwu, manifatturi jew distributuri ta’ tagħmir tat-tiswija, għodda jew komponenti ta’ rikambju, pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, assoċjazzjonijiet tal-karozzi, operaturi tal-assistenza fit-triq, operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar, operaturi li joffru taħriġ għall-istallaturi, il-manifatturi dawl li jsewwi t-tagħmir fir-rigward ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;

(37)

“vettura ġdida” tfisser vettura li qatt ma ġiet reġistrata qabel jew qatt ma ġiet imdaħħla fis-servizz;

(38)

“reġistrazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għad-dħul fis-servizz inkluż fit-triq ta’ vettura, li tinvolvi l-identifikazzjoni tal-vettura u l-ħruġ ta’ numru tas-serje għaliha, li għandu jkun magħruf bħala n-numru tar-reġistrazzjoni, kemm jekk għal perjodu permanenti, temporanju jew għal żmien qasir;

(39)

“tqegħid fis-suq” tfisser li vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir isiru disponibbli għall-ewwel darba fl-Unjoni;

(40)

“dħul fis-servizz” tfisser l-ewwel użu, għall-iskop maħsub għaliha, fl-Unjoni, ta’ vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir;

(41)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed fis-suq vettura, sistema, komponent, unita teknika separata, parti jew tagħmir minn pajjiż terz;

(42)

“distributur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika fil-katina tal-provvista, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li jqiegħed fis-suq vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir fis-suq;

(43)

“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant tal-manifattur, l-importatur jew id-distributur;

(44)

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet li jsiru u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati disponibbli fis-suq jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni armonizzata u ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor fl-interess tal-protezzjoni pubblika;

(45)

“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità ta’ kull Stat Membru responsabbli għat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq fit-territorju tiegħu;

(46)

“awtorità nazzjonali” tfisser awtorità tal-approvazzjoni jew kwalunkwe awtorità oħra involuta fis-sorveljanza tas-suq, il-kontroll tal-fruntieri jew ir-reġistrazzjoni fi Stat Membru u responsabbli minnhom fir-rigward ta’ vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, partijiet jew tagħmir;

(47)

“disponibbiltà fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta’ vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq waqt attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas sew jekk mingħajr ħlas;

(48)

‘tip ta’ vettura’ tfisser grupp ta’ vetturi, inkluż varjanti u verżjonijiet tal-istess kategorija, li mhumiex differenti tal-anqas fl-aspetti essenzjali li ġejjin:

il-kategorija;

il-manifattur;

id-deskrizzjoni tat-tip mogħtija mill-manifattur;

il-kostruzzjoni u l-karatteristiċi tad-disinn ewlenin;

il-backbone chassis b’side members/articulated chassis (differenzi ovvji u fundamentali);

għall-kategorija T: fusijiet (numru) jew, għal kategorija C: fusijiet/tracks (numru);

f’każ ta’ vetturi mibnija f’diversi stadji, il-manifattur u t-tip ta’ vettura fl-istadju preċedenti;

(49)

“varjant” tfisser vetturi tal-istess tip li ma jkunux differenti tal-inqas fl-aspetti li ġejjin:

(a)

Għal tratturi:

il-kunċett strutturali tal-bodi jew it-tip ta’ xogħol tal-bodi;

l-istadju tat-tlestija;

il-magna (b’kombustjoni interna/ibrida/elettrika/ibrida-elettrika);

il-prinċipju ta’ kif jaħdmu;

in-numru u l-konfigurazzjoni taċ-ċilindri;

differenza fil-potenza ta’ mhux aktar minn 30 % (bl-ogħla potenza ma tisboqx l-anqas potenza b’1,3 darbiet);

differenza fil-volum taċ-ċilindri ta’ mhux aktar minn 20 % (bl-ogħla ċifra ma tisboqx l-anqas ċifra b’1,2 darbiet);

il-fusijiet potenzjati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni);

il-fusijiet iggwidati (numru u pożizzjoni);

il-piż b’tagħbija massima ma jvarjax b’aktar minn 10 %;

it-trażmissjoni (tip);

l-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib;

il-fusijiet ibbrejkjati (numru);

(b)

Għal karrijiet jew tagħmir irmunkat interkambjabbli:

il-fusijiet iggwidati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni);

il-piż b’tagħbija massima ma jvarjax b’aktar minn 10 %;

il-fusijiet ibbrejkjati (numru);

(50)

“vettura ibrida” tfisser vettura b’mill-inqas żewġ konvertituri tal-enerġija differenti u żewġ sistemi tal-ħżin tal-enerġija differenti (fil-vettura) għall-fini tal-propulsjoni tal-vettura;

(51)

“vettura elettrika ibrida” tfisser vettura, ligħall-fini tal-propulsjoni mekkanika, jieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi li ġejjin ta’ enerġija/qawwa maħżuna fil-vettura ta’:

(a)

fjwuil li jiġi kkunsmat;

(b)

batterija, kapaċitatur, volant/ġeneratur jew tagħmir ieħor għall-ħażna tal-enerġija jew tal-qawwa elettrika;

Din id-definizzjoni tinklużi vetturi li jieħdu l-enerġija minn fjuwil konsumabbli biss għall-fini tal-iċċarġjar mill-ġdid tat-tagħmir tal-enerġija elettrika/il-ħażna tal-enerġija;

(52)

“vettura purament elettrika” tfisser vettura li titħaddem minn sistema ta’ tagħmir wieħed jew diversi għall-ħażna tal-enerġija elettrika, tagħmir wieħed jew diversi li jikkondizzjonaw il-qawwa elettrika u magna elettrika waħda jew bosta li jibdlu l-enerġija elettrika maħżuna f’enerġija mekkanika li tiġi provduta fir-roti għall-propulsjoni tal-vettura;

(53)

“verżjoni ta’ varjant” tfisser vetturi li jikkonsistu f’kombinazzjoni ta’ elememti murija fil-pakkett tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(10).

Referenzi f’dan ir-Regolament għal rekwiżiti, proċeduri jew arranġamenti stipulati b’dan ir-Regolament għandhom jinqraw bħala referenzi għal tali rekwiżiti, proċeduri jew arranġamenti kif stipulati f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Kategoriji tal-vetturi

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kategoriji tal-vetturi li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“kategorija T” tinkludi t-tratturi bir-roti kollha; kull kategorija ta’ karru bir-roti deskritta f’punti 2 sa 8 hija issuplimentata fit-tmiem b’indiċi “a” jew “b”, skont il-veloċità skont id-disinn tal-karru:

(a)

“a” għal karrijiet b’veloċità massima skont id-disinn ta’ 40 km fis-siegħa jew anqas,

(b)

“b” għal karrijiet b’veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 40 km fis-siegħa;

(2)

“kategorija T1” tinkludi tratturi bir-roti, bl-eqreb fus lejn is-sewwieq li jkollu wisa’ minima tat-track ta’ mhux anqas minn 1 150 mm, b’massa mingħajr tagħbija, waqt il-mixi, ta’ aktar minn 600 kg, u b’għoli mill-art ta’ mhux aktar minn 1 000 mm;

(3)

“kategorija T2” tinkludi tratturi bir-roti b’wisa’ minimu ta’ track ta’ anqas minn 1 150 mm, b’piż bla tagħbija, waqt it-tħaddim, ta’ aktar minn 600 kg u b’għoli mill-art ta’ mhux aktar minn 600 mm; jekkl-għoli taċ-ċentru tal-gravità tat-trattur (imkejjel b’relazzjoni mal-art) diviż bit-track medja minima għal kull fus jeċċedi 0,90, il-veloċità ddisinjata massima għandha tkun ristretta għall-30 km fis-siegħa;

(4)

“kategorija T3” tinkludi tratturi bir-roti mingħajr tagħbija, waqt it-tħaddim, ta’ mhux aktar minn 600 kg;

(5)

“kategorija T4” tinkludi tratturi bir-roti għal skopijiet partikolari;

(6)

“kategorija T4.1” (tratturi bi clearance għolja) tinkludi tratturi intiżi biex jaħdmu f’uċuħ tar-raba’ li jikbru fl-għoli p.e. dwieli. Ikollhom xażi jew sezzjoni tax-xażi mgħolli, li jippermettilhom li javvanzaw f’pożizzjoni parallella mal-wiċċ tar-raba’ bir-roti tax-xellug u tal-lemin fuq kull naħa ta’ filliera waħda jew aktar ta’ wċuħ. Huma intiżi biex iġorru għodod tat-tħaddim, li jistgħu jkunu mmuntati fuq quddiem, bejn il-fusijiet, fuq wara jew fuq pjattaforma. Meta t-trattur ikun f’pożizzjoni tat-tħaddim, il-clearance perpendikolari mill-art fuq il-fillieri tal-uċuħ jeċċedi l-1 000 mm. Meta l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tat-trattur (imkejjel b’relazzjoni mal-art, bit-tajers normalment immuntati), diviż bit-track medja minima tal-fusijiet kollha jeċċedi 0,90, il-veloċità massima ddisinjata m’għandhiex teċċedi t-30 km fis-siegħa;

(7)

“kategorija T4.2” (tratturi b’wisa’ addizzjonali) tinkludi tratturi karatterizzati bid-dimensjonijiet kbar tagħhom, primarjament intiżi biex jaħdmu wċuħ tar-raba’ kbar;

(8)

“kategorija T4.3” (tratturi bi clearance baxxa) tinkludi tratturi four-wheel drive li t-tagħmir interkambjabbli tagħhom huwa maħsub għall-użu fl-agrikoltura jew fil-forestrija u li huma karatterizzati minn frejm ta’ sapport, huma mgħammrin b’power take-off waħda, jew aktar, ikollhom massa massima teknikamemt permessibbli ta’ mhux aktar minn 10 tunnellati, li għalihom il-proporzjon ta’ din il-massa mal-massa massima mingħajr tagħbija, waqt il-mixi, huwa ta’ inqas minn 2,5 u b’ċentru ta’ gravità, li jitkejjel b’relazzjoni mal-art bl-użu ta’ tajers li jiġu ffittjati normalment, ta’ inqas minn 850 mm;

(9)

“kategorija C” tinkludi tratturi li jpoġġu t-tracks bi propulsjoni minn tracks li ma jispiċċawx jew minn taħlita ta’ roti u tracks li ma jispiċċawx b’sottokategoriji definiti b’analoġija ma’ kategorija T;

(10)

“kategorija R” tinkludi karrijiet; kull kategorija ta’ karru deskritta fil-punti minn 11 sa 14 hija issuplimentata fit-tmiem minn indiċi “a” jew “b”, skont il-veloċità tad-disinn tal-karru:

(a)

“a” għal karrijiet b’veloċità ddisinjata massima ta’ 40 km fis-siegħa – jew anqas,

(b)

“b” għal karrijiet b’veloċità ddisinjata massima ta’ aktar minn 40 km fis-siegħa;

(11)

“kategorija R1” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom ma jaqbiżx l-1 500 kg;

(12)

“kategorija R2” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom jaqbeż l-1 500 kg iżda mhux it-3 500 kg;

(13)

“kategorija R3” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom jaqbeż it-3 500 kg iżda mhux il-21 000 kg;

(14)

“kategorija R4” tinkludi karrijiet, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli għal kull fus tagħhom jaqbeż il-21 000 kg;

(15)

“kategorija S” tinkludi tagħmir irmunkat interkambjabbli.

Kull kategorija ta’ tagħmir irmunkat interkambjabbli hija kkomplementata fit-tmien b’indiċi “a” jew “b”, skont il-veloċità ddisinjata tiegħu:

(a)

“a” għal tagħmir irmunkat interkambjabbli b’veloċità ddisinjata massima ta’ 40 km fis-siegħa – jew anqas,

(b)

“b” għal tagħmir irmunkat interkambjabbli b’veloċità ddisinjata massima ta’ 40 km fis-siegħa;

(16)

“kategorija S1” tinkludi tagħmir irmunkat interkambjabbli, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli ma jaqbiżx it-3 500 kg;

(17)

“kategorija S2” tinkludi tagħmir irmunkat interkambjabbli, li t-total tal-massa grossa teknikament permissibbli jaqbeż it-3 500 kg;

KAPITOLU II

OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 5

Obbligi ta’ Stati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom iwaqqfu jew jaħtru l-awtoritajiet tal-approvazzjoni kompetenti fi kwistjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kompetenti fi kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif u l-ħatra ta’ tali awtoritajiet.

In-notifika tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq għandha tinkludi isimhom, l-indirizz - inkluż dak elettroniku - u l-qasam ta’ responsabilità tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u d-dettalji tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza fuq is-sit elettroniku tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom joħorġu permess għat-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew għad-dħul fis-servizz ta’ dawk il-vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, ifixklu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, abbażi ta’ raġunijiet relatati mal-aspetti tal-kostruzzjoni u l-funzjonament tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, jekk huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħu.

4.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq u kontrolli tal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jidħlu fis-suq skont il-Kapitlu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 6

Obbligi tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni

1.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li l-manifatturi li japplikaw għall-approvazzjoni jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni japprovaw biss dawk il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet separati tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Miżuri ta’ sorveljanza tas-suq

1.   Għal vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li saritilhom l-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu, fuq skala adegwata, kontrolli xierqa tad-dokumenti, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji stabbiliti dwar il-valutazzjoni tar-riskju, l-ilmenti u informazzjoni oħra.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu tali dokumentazzjoni u informazzjoni disponibbli skont kif ikun meqjus meħtieġ biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom.

Fejn l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw ċertifikati ta’ konformità, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iqisu tali ċertifikati.

2.   Għal partijiet u tagħmir li mhumiex koperti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika.

Artikolu 8

Obbligi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li meta l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jitqiegħdu fis-suq jew ikunu qed jiddaħħlu fis-servizz, dawn ikunu manifatturati u approvati skont ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u skont l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.

2.   Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, kull manifattur huwa responsabbli għall-approvazzjoni u l-konformità tal-produzzjoni tas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati miżjuda fl-istadju ta’ tlestija tal-vettura min-naħa tal-manifattur. Kwalunkwe manifattur li jimmodifika l-komponenti jew is-sistemi li diġà ġew approvati fi stadji aktar bikrin għandu jkun responsabbli għall-approvazzjoni u l-konformità tal-produzzjoni ta’ dawk il-komponenti u sistemi modifikati.

3.   Il-manifatturi li jimmodifikaw il-vettura mhux kompleta b’tali mod li hija tikkwalifika bħala kategorija differenti ta’ vettura bil-konsegwenza li r-rekwiżiti legali li diġà ġew evalwati fi stadju preċedenti ta’ approvazzjoni jinbidlu, huma responsabbli wkoll mill-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-kategorija ta’ vetturi li l-vettura modifikata tikkwalifika għaliha.

4.   Għall-iskopijiet tal-approvazzjoni ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati koperti minn dan ir-Regolament, manifatturi stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant uniku stabbilit fl-Unjoni biex jirrappreżentahom quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni.

5.   Manifatturi stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom barra minn hekk jaħtru rappreżentant wieħed stabbilit fi ħdan l-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, li jista’jkun ir-rappreżentant li hemm referenza għalih fil-paragrafu 4 jew rappreżentant addizzjonali wieħed.

6.   Il-manifatturi għandhom ikunu responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni u biex tiġi żgurata konformità fil-proċess ta’ produzzjoni, irrelevanti mill-fatt jekk ikunux direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.

7.   Skont dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni tas-serje tibqa’ f’konformità mat-tip approvat. It-tibdiliet fid-disinn ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jew fil-karatteristiċi u tibdiliet fir-rekwiżiti li għalihom vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkunu ddikjarati li jikkonformaw magħhom għandhom jitqiesu skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VI.

8.   Barra mill-marki statutorji u l-marki tal-approvazzjoni tat-tip imwaħħla mal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati tagħhom skont l-Artikolu 34, il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz fl-Unjoni li fih jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati tagħhom magħmula disponibbli fis-suq jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar jew f’dokument li jakkumpanja l-komponent jew l-unità teknika separata.

9.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jippreġudikawx il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Obbligi tal-manifatturi rigward il-prodotti tagħho li mhumiex konformi jew li jippreżentaw riskju serju

1.   Il-manifatturi li jikkunsidraw jew għandhom raġunijiet biex jemmnu li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tagħhom li tinsab fis-suq jew daħlet fis-servizz mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament jew l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dik il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jinġiebu f’konformità, jiġu rtirati jew imsejħa lura, skont kif ikun xieraq.

Il-manifattur għandu jinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni filwaqt li jagħtu dettalji, partikolarment dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li ttieħdet.

2.   Meta l-vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir jippreżentaw riskju serju, il-manifatturi għandhom minnufih jinfurmaw b’dan lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq jew iddaħħlu fis-servizz, u jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari tan-nuqqas ta’ konformità u ta’ kull miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu l-pakkett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(10) u barra minn hekk il-manifattur tal-vettura għandu jżomm kopja taċ-ċertifikati ta’ konformità li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 33 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perjodu ta’ għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq ta’ vettura, u għal perjodu ta’ ħames snin wara t-tqegħid fis-suq għal sistema, komponent jew unità teknika separata.

4.   Il-manifatturi għandhom, b’segwitu għal talba raġonevoli minn awtorità nazzjonali, jipprovdu lil dik l-awtorità permezz tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip jew l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(1) u (2) li tattesta l-konformità tal-vettura, sistema, kompontent jew unità teknika separata, b’lingwa li tista’ tiftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe azzjoni meħuda f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tagħhom li jkunu tqiegħdu, ġew irreġistrati jew iddaħħlu fis-servizz.

Artikolu 10

L-obbligi tar-rappreżentanti tal-manifattur fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq

Ir-rappreżentant tal-manifattur għas-sorveljanza tas-suq għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Dak il-mandat għandu jippermetti lil rappreżentant jagħmel tal-anqas dan li ġej:

(a)

ikollu aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22 u ċ-ċertifikati ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 33 sabiex huma jkunu jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perjodu ta’ 10 snin wara t-tqegħid fis-suq ta’ vettura, u għal perjodu ta’ 5 snin wara t-tqegħid fis-suq għal sistema, komponent jew unità teknika separata;

(b)

fuq talba motivata minn awtorità tal-approvazzjoni, jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-produzzjoni ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew tas-sorveljanza tas-suq, fuq it-talba tagħhom, dwar kull azzjoni meħuda biex telimina r-riskju li jirrappreżentaw vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, partijiet jew tagħmir koperti mill-mandat tagħhom.

Artikolu 11

L-obbligu tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati biss li huma konformi jew li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni nazzjonali, jew partijiet jew tagħmir li huma soġġetti b’mod sħiħ għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 765/2008.

2.   Qabel it-tqegħid fis-suq tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, l-importaturi għandhom jiżguraw li jkun hemm pakkett ta’ informazzjoni konformi mal-Artikolu 24(10), u li s-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata għandhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa u li huma konformi mal-Artikolu 8(8). Fil-każ ta’ vettura, l-importatur għandu jivverifika li l-vettura jkollha magħha ċ-ċertifikat ta’ konformità meħtieġ.

3.   Fejn importaturi jqisu jew ikollhom għalfejn jaħsbu li vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u partikolarment li ma jikkorrispondux mal-approvazzjoni tat-tip tagħhom, huma ma għandhomx iqiegħdu fis-suq, jippermettu li tidħol fis-servizz jew jirreġistraw vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata sakemm dawn jinġiebu f’konformità. Barra minn hekk, meta jqisu jew ikollhom għalfejn jaħsbu li l-vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir jippreżentaw riskju serju, għandhom jinfurmaw lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Għal vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati b’approvazzjoni tat-tip huma għandhom jinfurmaw ukoll l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni b’dan il-għan.

4.   L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir jew, jekk dan ma jkunx possibbli fuq l-ippakkjar tagħhom jew f’dokument li jakkumpanja s-sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tkun akkumpanjata mill-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa, kif rikjest skont l-Artikolu 51, fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istati Membri kkonċernati.

6.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

7.   Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji serji ppreżentati minn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir, l-importaturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jinvestigaw u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti u ta’ teħid lura ta’ vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, partijiet jew tagħmir, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar dan il-monitoraġġ.

Artikolu 12

L-obbligi tal-importaturi rigward il-prodotti tagħhom li mhumiex konformi jew li jippreżentaw riskju serju

1.   L-importaturi li jqisu jew għandhom għalfejn jaħsbu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tagħhom li huma jkunu qiegħdu fis-suq mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dik il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tinġieb f’konformità, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura, skont kif ikun xieraq.

2.   Fejn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir jippreżentaw riskju serju, l-importaturi għandhom minnufih jinfurmaw lill-manifattur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn ikunu qiegħduhom fis-suq. L-importatur għandu wkoll jinfurmahom b’kull azzjoni meħuda u jagħti dettalji, partikolarment dwar ir-riskju serju u kull miżura korrettiva li tkun ittieħdet mill-manifattur.

3.   L-importaturi għandhom, għal perjodu ta’ 10 snin wara d-dħul fis-suq tal-vettura u tal-anqas għal perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-suq ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata, iżommu kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li l-pakkett ta’ informazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 24(10) ikun disponibbli lil dawn l-awtoritajiet meta jiġu mitluba.

4.   L-importaturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, b’lingwa li tista’ tiftiehem faċilment minn dik l-awtorità. L-importaturi għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 13

L-obbligu tad-distributuri

1.   Meta jagħmlu vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu b’attenzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.   Qabel ma jagħmlu disponibbli fis-suq, jirreġistraw jew idaħħlu fis-servizz vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkollha fuqha l-marka statutorja jew il-marka tal-approvazzjoni tat-tip li ġew rikjesti, li tkun akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata għandhom jitqiegħdu fis-suq, u li l-importatur u l-manifattur ikunu mxew mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11(2) u 11(4) u l-Artikolu 34(1) u (2).

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jippreġudikawx il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 14

L-obbligi tad-distributuri rigward il-prodotti tagħhom li mhumiex konformi jew li jippreżentaw riskju serju

1.   Meta d-distributuri jqisu jew ikollhom għalfejn jaħsbu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, ma għandhomx iqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq jew jirreġistraw jew idaħħlu fis-servizz vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata sakemm dawn jinġiebu f’konformità.

2.   Distributuri li jikkunsidraw jew li għandhom raġuni li jaħsbu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tagħhom li jkunu daħħlu fis-suq jew irreġistraw jew li jkunu responsabbli għad-dħul tagħhom fis-servizz, mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament, għandhom jinfurmaw lill-manifattur jew lir-rappreżentant tal-manifattur sabiex jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dik il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jinġiebu f’konformità jew jissejħu lura, skont kif ikun xieraq, f’konformità mal-Artikolu 9(1) jew l-Artikolu 12(1).

3.   Meta vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir jippreżentaw riskju serju, id-distributuri għandhom minnufih jinfurmaw lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma kienu għamluhom disponibbli fis-suq. Id-distributur għandu wkoll jinfurmahom b’kull azzjoni meħuda u jagħti dettalji, partikolarment dwar ir-riskju serju u l-miżuri korrettivi meħudin mill-manifattur..

4.   Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata ta’ awtorità nazzjonali, jiżguraw li l-manifattur jipprovdi lill-awtorità nazzjonali l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 9(4) jew li l-importatur jipprovdi lill-awtorità nazzjonali l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 12(3). Id-distributuri għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, rigward kwalunkwe azzjoni meħuda f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 15

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 8 sa 10, fejn l-importatur jew id-distributur jagħmel disponibbli fis-suq, jirreġistra jew ikun responsabbli għad-dħul fis-servizz ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata taħt ismu jew taħt il-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

Artikolu 16

L-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, jekk mitluba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq, għal perjodu ta’ ħames snin:

(a)

kull operatur ekonomiku li jkun fornihom b’vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir;

(b)

kull operatur ekonomiku li jkunu provdewlu vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, parti jew tagħmir.

KAPITOLU III

REKWIŻITI SOSTANTIVI

Artikolu 17

Rekwiżiti għas-sikurezza funzjonali tal-vetturi

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ korriment għal kull min ikun fihom u għall-persuni l-oħra fiż-żona ta’ madwar il-vettura.

2.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stipulati f’dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti li jirrigwardaw:

(a)

l-integrità tal-istruttura tal-vettura;

(b)

is-sistemi li jgħinu lis-sewwieq jikkontrolla l-vettura, partikolarment fir-rigward tas-sistemi ta’ steering u tal-ibbrekjar, inklużi s-sistemi avvanzati tal-brejkijiet anti-lock u s-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabilità;

(c)

is-sistemi li jipprovdu lis-sewwieq b’viżibbiltà u informazzjoni dwar l-istat tal-vettura u ż-żona tal-madwar, inklużi l-ħġieġ, il-mirja u s-sistemi ta’ informazzjoni għas-sewwieq;

(d)

is-sistemi ta’ dwal tal-vettura;

(e)

il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura, inklużi l-fittings ta’ ġewwa, fejn tistrieħ ir-ras, iċ-ċintorini ta’ sikurezza, il-bibien tal-vettura;

(f)

l-estern u l-aċċessorji tal-vettura;

(g)

il-kompatibbiltà elettromanjetika;

(h)

l-apparat ta’ twissija li jinstema’;

(i)

is-sistemi tat-tisħin;

(j)

tagħmir li ma jħallix użu mhux awtorizzat;

(k)

is-sistemi ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(l)

il-piżijiet u d-dimensjonijiet;

(m)

is-sikurezza elettrika, inkluż l-elettriku statiku;

(n)

strutturi protettivi n-naħa ta’ wara;

(o)

protezzjoni laterali;

(p)

pjattaformi tat-tagħbija;

(q)

apparat tal-irmunkar;

(r)

tajers;

(s)

sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir;

(t)

ger tar-rivers;

(u)

tracks;

(v)

igganċjar mekkaniku, inkluż protezzjoni kontra problemi fl-iffittjar.

3.   Komponenti ta’ vetturi, li l-perikli ta’ natura elettrika tagħhom huma koperti bl-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, m’għandhomx ikunu soġġetti għad-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (32).

4.   Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-każ ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għal dawn il-vetturi, jekk ikunu applikabbli skont l-Anness I.

5.   Biex jiġi żgurat li jintlaħaq livell għoli ta’ sikurezza funzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta, f’konformità mal-Artikolu 71, atti delegati rigward ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati għas-suġġetti elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jinkludu proċeduri għall-ittestjar u valuri ta’ limitu, fejn meħtieġ. L-ewwel sett ta’ dawk l-atti delegati għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Dawn ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati għandhom ikunu tali sabiex jiżdied, jew tal-anqas jinżamm, il-livell ta’ sikurezza funzjonali provdut mid-Direttivi msemmija fl-Artikolu 76(1) u l-Artikolu 77, u għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)

vetturi b’veloċità massima skont id-disinn ta’ mhux aktar minn 40 km/h għandhom livell ekwivalenti ta’ sikurezza funzjonali fir-rigward tal-prestazzjoni tal-brejk u, fejn jeħtieġ, sistemi ta’ brejkijiet anti-lock bħall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;

(b)

il-pressjoni massima tal-kuntatt li ssir fuq is-superfiċje minn tajers jew tracks ma taqbiżx il-0,8 Mpa.

Artikolu 18

Rekwiżiti għas-sikurezzza okkupazzjonali

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ korriment għal kull min ikun jaħdem fuqhom jew bihom.

2.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stipulati f’dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti li jirrigwardaw:

(a)

strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib (“ROPS”);

(b)

strutturi ta’ protezzjoni kontra oġġetti li jaqgħu (“FOPS”);

(c)

sedili tal-passiġġieri;

(d)

l-esponiment tas-sewwieq għal-livell tal-ħoss;

(e)

is-sedil tas-sewwieq;

(f)

l-ispazju għall-manuvrar u l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan, inkluż il-protezzjoni kontra ż-żliq, it-tfixkil fis-saqajn jew il-waqgħat;

(g)

power take-offs;

(h)

protezzjoni tal-komponenti tas-sewqan;

(i)

ankoraġġi għaċ-ċintorini ta’ sikurezza;

(j)

ċintorini ta’ sikurezza;

(k)

protezzjoni tas-sewwieq kontra oġġetti penetranti (Operator Protection Structures, “OPS”);

(l)

protezzjoni tas-sewwieq kontra sustanzi perikolużi;

(m)

protezzjoni mill-esponiment għall-partijiet jew għall-materjali f’temperaturi estremi;

(n)

manwal tal-operaturi;

(o)

kontrolli, inklużi s-sikurezza u d-disponibbiltà ta’ sistemi ta’ kontroll, ta’ emerġenza u tagħmir ta’ twaqqif awtomatiku;

(p)

protezzjoni minn perikli mekkaniċi, minbarra dawk imsemmija fil-punti 8.2(a), (b), (g) u (k), inkluż il-protezzjoni kontra wċuħ raffi, truf u angoli li jaqtgħu, il-ksur ta’ pajpijiet li fihom fluwidi u l-moviment mhux kontrollat tal-vettura;

(q)

it-tħaddim u l-manutenzjoni, inkluż it-tindif sikur tal-vettura;

(r)

ilqugħ u apparat ta’ protezzjoni;

(s)

informazzjoni, avviżi u marki;

(t)

materjali u prodotti;

(u)

batteriji.

3.   Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-każ ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għal dawn il-vetturi, jekk ikunu applikabbli skont l-Anness I.

4.   Biex jiġi żgurat li jintlaħaq livell għoli ta’ sikurezza okkupazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 71, li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati għas-suġġetti elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jinkludu proċeduri għall-ittestjar u valuri ta’ limitu, fejn meħtieġ. L-ewwel sett ta’ dawk l-atti delegati għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Dawk ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati għandhom ikunu tali li jżidu jew tal-anqas iżommu l-livell ta’ sikurezza okkupazzjonali provduta mid-Direttivi msemmija fl-Artikolu 76(1) u l-Artikolu 77, filwaqt li jqisu l-ergonomija (inkluż l-użu ħażin prevedibbli, il-kapaċità tal-użu ta’ sistemi ta’ kontroll, l-aċċessibilità tal-kontrolli sabiex tiġi evitata l-attivazzjoni mhux intenzjonata tagħhom, l-adattament tal-interface bejn il-persuna u l-vettura għall-karatteristiċi prevedibbli tas-sewwieq u l-intervent tal-operatur), l-istabilità u s-sikurezza kontra n-nar.

Artikolu 19

Rekwiżiti għall-prestazzjoni ambjentali

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li jiġi mminimizzat l-impatt fuq l-ambjent.

2.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stipulati f’dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti li jirrigwardaw:

(a)

emissjonijiet li jniġġsu;

(b)

livelli ta’ ħsejjes minn barra.

3.   Il-valuri ta’ limitu speċifiċi, proċeduri tat-testijiet u rekwiżiti ta’ emissjonijiet li jniġġsu stipulati għall-makkinarju mobbli fid-Direttiva 97/68/KE għandhom japplikaw.

4.   Il-valuri ta’ limitu għal-livelli speċifiċi esterni ta’ ħsejjes ma jistgħux jaqbżu l-livelli li ġejjin:

(a)

89 dB(A) għal tratturi bir-roti mingħajr tagħbija, waqt it-tħaddim, ta’ mhux aktar minn 1 500 kg;

(b)

85 dB(A) għal tratturi bir-roti mingħajr tagħbija, waqt it-tħaddim, ta’ mhux aktar minn 1 500 kg.

Huma għandhom jitkejlu skont il-proċeduri tat-testijiet stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6.

5.   Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-każ ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għal dawn il-vetturi, jekk ikunu applikabbli skont l-Anness I.

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 71 rigward ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati għal-livell ta’ ħsejjes minn barra li jinkludu proċeduri għall-ittestjar u dwar l-installazzjoni f’vettura ta’ magni li jkunu ġew approvati fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ tniġġis u d-dispożizzjonijiet relatati għall-flessibbiltà biex jiġi żgurat li jintlaħaq livell għoli ta’ prestazzjoni ambjentali. L-ewwel sett ta’ dawk l-atti delegati għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Dawk ir-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għandhom ikunu tali li jiżdied, jew tal-anqas jinżamm kif inhu, il-livell ta’ prestazzjoni ambjentali previst fid-Direttivi msemmija fl-Artikolu 76(1) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 77.

KAPITOLU IV

PROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 20

Proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Meta jkun qed japplika għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa, il-manifattur jista’ jagħżel waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a)

approvazzjoni tat-tip stadju wara l-ieħor;

(b)

approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed;

(c)

approvazzjoni tat-tip imħallta.

Barra minn dan, il-manifattur jista’ jagħżel l-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji.

Għandha tapplika biss il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed għall-approvazzjoni tat-tip ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati.

2.   Proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip stadju wara l-ieħor għandha tikkonsisti f’ġabra pass pass ta’ sett komplut ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li jagħmlu parti mill-vettura, u li fl-aħħar mill-aħħar twassal għal approvazzjoni tal-vettura sħiħa.

3.   L-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed għandha tikkonsisti fl-approvazzjoni ta’ vettura fis-sħuħija tagħha permezz ta’ operazzjoni waħda.

4.   L-approvazzjoni tat-tip imħallta hija proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip pass pass li għaliha approvazzjoni tas-sistema waħda, jew aktar, tintlaħaq matul l-istadju finali tal-approvazzjoni tal-vettura sħiħa, mingħajr ma jkun meħtieġ li jinħarġu ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal dawk is-sistemi.

5.   Fil-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, awtorità tal-approvazzjoni waħda, jew aktar, jiċċertifikaw li, abbażi tal-istat ta’ kkompletar, tip ta’ vettura mhux kompleta jew kompleta jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi relevanti u r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament.

Approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji għandha tingħata fir-rigward ta’ tip ta’ vettura mhux kompleta jew kompleta li jikkonforma mal-partikolaritajiet fil-folder ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 22 u li jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-atti relevanti elenkati fl-Anness I, wara li jiġi kkunsidrat l-istat tal-ikkompletar tal-vettura.

6.   L-approvazzjoni tat-tip għall-istadju finali tal-ikkompletar għandha tingħata biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li l-vettura li tkun ġiet sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip fl-aħħar stadju tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi kollha applikabbli f’dak il-mument. Dak għandu jinkludi verifika dokumentata tar-rekwiżiti kollha koperti minn approvazzjoni tat-tip għall-vettura mhux kompleta mogħtija matul il-proċedura ta’ diversi stadji, anke meta tkun ġiet mogħtija għal (sub-)kategorija differenti ta’ vettura.

7.   L-għażla tal-proċedura ta’ approvazzjoni m’għandhiex taffettwa r-rekwiżiti sostantivi regolatorji applikabbli li magħhom għandu jikkonforma t-tip ta’ vettura approvata meta tingħata l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa.

8.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 rigward arranġamenti dettaljati fir-rigward tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip. L-ewwel sett ta’ dawk l-atti delegati għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 21

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip

1.   Il-manifattur għandu jissottometti l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip lill-awtorità tal-approvazzjoni.

2.   Applikazzjoni waħda biss tista’ tiġi sottomessa fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata u tista’ tiġi sottomessa fi Stat Membru wieħed biss.

3.   Applikazzjoni separata għandha tiġi sottomessa għal kull tip li għandu jiġi approvat.

Artikolu 22

Folder ta’ informazzjoni

1.   L-applikant għandu jipprovdi l-awtorità tal-approvazzjoni b’folder ta’ informazzjoni.

2.   Dan il-folder ta’ informazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

dokument ta’ informazzjoni;

(b)

id-dejta, it-tpinġijiet, ir-ritratti kollha u l-informazzjoni l-oħra kollha;

(c)

għall-vetturi, indikazzjoni tal-proċedura/i magħżula skont l-Artikolu 20(1);

(d)

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip fil-kuntest tal-proċedura ta’ applikazzjoni.

3.   Il-folder ta’ informazzjoni jista’ jiġi pprovdut bil-miktub jew inkella f’format elettroniku kif ammissibbli mis-servizz tekniku u mill-awtorità tal-approvazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mudelli għad-dokument u l-folder ta’ informazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2). L-ewwel sett ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 23

Rekwiżiti speċifiċi biex tiġi provduta informazzjoni fl-applikazzjoni tat-tip skont proċeduri differenti

1.   Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip pass pass għandu jkollha magħha folder ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 22 u għandu jkollha magħha sett komplut ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip meħtieġa skont kull wieħed mill-atti applikabbli elenkati fl-Anness I.

Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata, skont l-atti applikabbli elenkati fl-Anness I, l-awtorità tal-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għall-folder ta’ informazzjoni relatat sa dakinhar li l-approvazzjoni tingħata jew inkella tiġi rifjutata.

2.   Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip pass pass għandu jkollha magħha folder ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 22 li jkun fih l-informazzjoni relevanti skont l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament fir-rigward ta’ dawk l-atti applikabbli.

3.   Fil-każ ta’ proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip imħallta, il-folder ta’ informazzjoni għandu jkollu miegħu ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip wieħed jew aktar li huma meħtieġa skont kull wieħed mill-atti applikabbli elenkati fl-Anness I u għandhom jinkludu, sakemm ma jiġix ippreżentat ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, l-informazzjoni relevanti skont l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, fir-rigward ta’ dawk l-atti applikabbli.

4.   Bla ħsara għall-paragrafi 1, 2 u 3, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata għal skopijiet ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji:

(a)

fl-ewwel stadju, dawk il-partijiet tal-folder ta’ informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma relevanti għall-istat ta’ kompletezza ta’ vettura bażika;

(b)

fit-tieni stadju u f’dawk sussegwenti, dawk il-partijiet tal-folder ta’ informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma relevanti għall-istadju kurrenti tal-kostruzzjoni, flimkien ma’ kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vettura maħruġ fl-istadju preċedenti tal-kostruzzjoni u dettalji kompleti dwar kwalunkwe kambjament jew żieda li l-manufattur ikun għamel lill-vettura.

L-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tingħata f’konformità mal-paragrafu 3.

5.   L-awtorità tal-approvazzjoni tista’, fuq talba mmotivata, tirrikjedi lill-manifattur biex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex ikun possibbli li tittieħed deċiżjoni dwar liema testijiet huma meħtieġa jew biex jiġi ffaċilitat il-mod li bih jitwettqu dawn it-testijiet.

KAPITOLU V

TWETTIQ TA’ PROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE biss wara li jivverifikaw il-konformità tal-arranġamenti ta’ produzzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 28 u l-konformità tat-tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mar-rekwiżiti applikabbli.

2.   Approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għandhom jingħataw skont dan il-Kapitolu.

3.   Jekk awtorità tal-approvazzjoni ssib li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, minkejja li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rikjesti, jippreżenta riskju serju għas-sikurezza jew jista’ jikkawża dannu serju għall-ambjent u s-saħħa pubblika jew jippreżenta riskju serju għas-sikurezza okkupazzjonali, tista’ wkoll tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE. F’dak il-każ, hija għandha immedjatament tibgħat lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħha u li jispjega l-evidenza tas-sejbiet tagħha.

4.   Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom ikunu nnumerati f’konformità ma’ sistema armonizzata stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2). L-ewwel sett ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

5.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, fi żmien xahar minn meta toħroġ iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip, tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, flimkien mal-hemżiet, għal kull tip ta’ vettura li tkun approvat permezz ta’ sistema ta’ skambju elettroniku sikura u komuni. Il-kopja tista’ wkoll tieħu l-forma ta’ fajl elettroniku sikur.

6.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra dwar ir-rifjut jew l-irtirar min-naħa tagħha ta’ kwalunkwe approvazzjoni ta’ vettura, kif ukoll dwar ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni tagħha.

7.   Darba kull tliet xhur, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li tkun tat, emendat, irrifjutat li tagħti jew irtirat għas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati matul il-perjodu preċedenti.

8.   Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi din it-talba, tibgħat lill-awtorità l-oħra kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE mitlub, flimkien mal-annessi permezz ta’ sistema ta’ skambju elettroniku sikura u komuni. Il-kopja tista’ wkoll tieħu l-forma ta’ fajl eletroniku sikur.

9.   Jekk il-Kummissjoni titlob dan, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tissottometti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi minn 5 sa 8 lill-Kummissjoni wkoll.

10.   L-awtorità ta’ informazzjoni għandha tħejji pakkett ta’ informazzjoni li jikkonsisti fil-folder ta’ informazzjoni kif ukoll fir-rapporti dwar it-testijiet u d-dokumenti l-oħra kollha miżjuda mis-servizz tekniku jew mill-awtorità tal-approvazzjoni fil-folder ta’ informazzjoni matul it-twettiq ta’ xogħolhom. Il-pakkett ta’ informazzjoni għandu jikkonsisti f’indiċi li jelenka l-kontenuti tal-pakkett ta’ informazzjoni, innumerati kif dovut jew inkella mmarkati b’xi mod ieħor biex jiġu identifikati b’mod ċar il-paġni kollha u l-format ta’ kull dokument biex jiġi ppreżentat bħala reġistru tal-passi suċċessivi fl-immaniġġar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, b’mod partikolari d-dati tar-reviżjonijiet u l-aġġornamenti. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha żżomm l-informazzjoni li tinsab fil-pakkett ta’ informazzjoni disponibbli għal perjodu ta’ għaxar snin wara t-tmiem tal-validità tal-approvazzjoni kkonċernata.

Artikolu 25

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jikkonsisti f’dan li ġej, f’forma ta’ hemżiet:

(a)

il-pakkett ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(10);

(b)

ir-riżultati tat-testijiet;

(c)

l-isem/l-ismijiet u l-kampjun(i) tal-firma/firem tal-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmaw iċ-ċertifikati ta’ konformità u dikjarazzjoni tal-kariga tagħhom fil-kumpanija;

(d)

fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa tal-UE, kampjun mimli taċ-ċertifikat tal-konformità.

2.   Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jinħareġ abbażi tal-mudell stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2). L-ewwel sett ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

3.   Fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:

(a)

timla s-sezzjonijiet relevanti kollha taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inkluża l-folja mehmuża miegħu li fuqha jkun hemm ir-riżultati tat-testijiet;

(b)

tħejji l-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni;

(c)

toħroġ ċertifikat komplut, flimkien mal-hemżiet tiegħu, lill-applikant mingħajr dewmien.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-mudell għall-folja tar-riżultati tat-testijiet imsemmija fil-punt (a) permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2). L-ewwel sett ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

4.   Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE li fir-rigward tagħha, skont l-Artikolu 35, ġew imposti restrizzjonijiet dwar il-validità tagħha, jew li fir-rigward tagħha ma ġewx applikati ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika dawk ir-restrizzjonijiet jew eżenzjonijiet.

5.   Fil-każ li l-manifattur jagħżel il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip imħallta, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tikkompleta l-pakkett ta’ informazzjoni bir-referenzi għar-rapporti tat-testijiet stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1) li għalihom l-ebda ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE mhuwa disponibbli.

6.   Fil-każ li l-manifattur jagħżel il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip pass pass, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ rekwiżiti jew atti applikabbli u tehmiżha maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell għal tali lista permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2). L-ewwel sett ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati

1.   Approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tingħata lil sistema li tikkonforma mad-dettalji fil-folder ta’ informazzjoni u li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-atti relevanti elenkati fl-Anness I.

2.   Approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ komponent jew unità teknika separata għandha tingħata lil komponent jew unità teknika separata li jikkonformaw mad-dettalji fil-folder ta’ informazzjoni u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-atti relevanti elenkati fl-Anness I.

3.   Fil-każ fejn komponenti jew unitajiet tekniċi separati, kemm dawk intiżi għat-tiswija, għas-service jew għall-manutenzjoni kif ukoll dawn li mhumiex, huma koperti wkoll minn approvazzjoni tat-tip tas-sistema fir-rigward ta’ vettura, l-ebda approvazzjoni ta’ komponent jew unità teknika separata mhi se tkun meħtieġa sakemm dan ma jkunx stipulat fl-atti relevanti elenkat fl-Anness I.

4.   Fil-każ li komponent jew unità teknika separata jissodisfaw il-funzjoni tagħhom jew joffru karatteristika speċifika unikament meta jiġu ma’ partijiet oħra tal-vettura, b’tali mod li jkun possibbli biss li tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti meta komponent jew unità teknika separata jkunu qed joperaw unikament ma’ dawk il-partijiet l-oħra tal-vettura, l-ambitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponent jew tal-unità teknika separata għandu jiġi ristrett skont dan.

F’każijiet bħal dawn, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu tal-komponent jew tal-unità teknika separata u għandu jindika l-kundizzjonijiet speċjali għall-immuntar tagħhom.

Meta tali komponent jew unità teknika separata jkunu mmuntati minn manifattur tal-vetturi, il-konformità ma’ kwalunkwe restrizzjoni applikabbli fuq l-użu jew il-kundizzjonijiet għall-immuntar għandha tiġi vverifikata meta l-vettura tiġi approvata.

Artikolu 27

Testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Konformità mad-dispożizzjonijiet tekniċi stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati l-Anness I għandha tiġi ppruvata permezz ta’ testijiet adegwati mwettqa minn servizzi tekniċi maħtura.

Il-proċeduri għall-ittestjar imsemmija fl-ewwel subparagrafu u t-tagħmir u l-għodod speċifiċi maħsuba għat-twettiq ta’ dawk it-testijiet għandhom ikunu dawk stipulati fl-atti relevanti li ġew elenkati fl-Anness I.

Il-format tar-rapport tal-ittestjar għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ġenerali kif stipulati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2). L-ewwel sett ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2014.

2.   Il-manifattur għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni numru kemm jista’ jkun kbir ta’ vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati skont kif mitlub fl-atti relevanti elenkati fl-Anness I għat-twettiq tat-testijiet rikjesti.

3.   It-testijiet rikjesti għandhom jitwettqu fuq vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li jirrappreżentaw it-tip li għandu jiġi approvat.

Madankollu, il-manifattur jista’ jagħżel, bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni, vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li, filwaqt li ma jirrappreżentawx it-tip li għandu jiġi approvat, jikkombinaw numru ta’ karatteristiċi mill-aktar sfavorevoli fir-rigward tal-livell mistenni ta’ prestazzjoni. Metodi virtwali għall-ittestjar jistgħu jintużaw bħala għajnuna għat-teħid tad-deċiżjonijiet matul il-proċess ta’ selezzjoni.

4.   Kemm-il darba jkun hemm il-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni, metodi virtwali għall-ittestjar jistgħu jintużaw bħala alternattivi għall-proċeduri għall-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1 fuq talba tal-manifattur fir-rigward ta’dawk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6.

5.   Metodi virtwali għall-ittestjar għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6.

6.   Sabiex jiġi żgurat li r-riżultati miksuba mill-ittestjar virtwali jkunu sinifikanti daqs dawk miksuba mill-ittestjar fiżiku, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat biex tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 71 dwar ir-rekwiżiti li jistgħu jkunu soġġetti għal ittestjar virtwali u l-kundizzjonijiet li bihom għandu jitwettaq tali ttestjar virtwali. Meta tkun qed tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tieħu bħala bażi r-rekwiżiti u l-proċeduri provduti fl-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (33), kif xieraq.

Artikolu 28

Konformità mal-arranġamenti għall-produzzjoni

1.   Awtorità tal-approvazzjoni li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tivverifika, jekk huwa meħtieġ f’koperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta’ Stati Membri oħra, li jkunu saru l-arranġamenti adegwati biex jiġi żgurat li vetturi ta’ produzzjoni, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati fil-manifattura, skont il-każ, jikkonformaw mat-tip approvat.

2.   Awtorità tal-approvazzjoni li tagħti l-approvazzjoni tat-tip lil vettura sħiħa għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiċċekkja li ċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-manifattur huma konformi mal-Artikolu 33. Għal dan il-għan, l-awtorità ta’ approvazzjoni għandha tivverifika li jkun hemm numru biżżejjed ta’ kampjuni ta’ ċertifikati ta’ konformità li huma konformi mal-Artikolu 33 u li l-manifattur għamel l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiżgura li d-dejta mogħtija fiċ-ċertifikati ta’ konformità hija korretta.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni li tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri neċessarji fir-rigward ta’ dik l-approvazzjoni biex tivverifika, jekk huwa meħtieġ f’koperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta’ Stati Membri oħra, li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jibqgħu adegwati biex il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati fi stat ta’ produzzjoni jibqgħu jikkonformaw mat-tip approvat u li ċ-ċertifikati ta’ konformità jibqgħu konformi mal-Artikolu 33.

4.   Sabiex tivverifika li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tikkonforma mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tista’ twettaq kwalunkwe wieħed mill-kontrolli jew testijiet rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE, fuq kampjuni meħuda fil-bini tal-manifattur, inklużi l-faċilitajiet tal-produzzjoni.

5.   Meta awtorità tal-approvazzjoni li tat approvazzjoni tat-tip tal-UE tistabbilixxi li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 mhumiex qed ikunu applikati, qed jiddevjaw b’mod sinifikanti mill-arranġamenti u l-pjanijiet ta’ kontroll miftiehma, ma baqgħux jiġu applikati jew m’għadhomx ikkunsidrati bħala adegwati, minkejja li l-produzzjoni tkompli, dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-proċedura ta’ konformità tal-produzzjoni tiġi segwita b’mod korrett jew inkella għandha tiġi rtirata l-approvazzjoni tat-tip.

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 71 li jikkonċerna l-arranġamenti dettaljati fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni. L-ewwel sett ta’ dawk l-atti delegati għandu jiġ adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

KAPITOLU VI

EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 29

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-manifattur għandu jinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE dwar kwalunkwe tibdil fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta’ informazzjoni.

Dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiddeċiedi liema mill-proċeduri stipulati fl-Artikolu 30 għandha tiġi segwita.

Fejn huwa neċessarju, jista’ jagħti l-każ li l-awtorità tal-approvazzjoni tiddeċiedi, wara li tikkonsulta mal-manifattur, li għandha tingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida.

2.   Applikazzjoni biex tkun emendata approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tiġi sottomessa b’mod esklussiv lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE oriġinali.

3.   Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tiskopri li, għal skopijiet ta’ emenda, spezzjonijiet jew testijiet għandhom jiġu repetuti, din għandha tinforma b’dan lill-manifattur.

Il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 30 għandhom japplikaw biss jekk, abbażi ta’ dawk l-ispezzjonijet jew testijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE qed ikomplu jiġu ssodisfati.

Artikolu 30

Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE

1.   Jekk dettalji rreġistrati fil-pakkett ta’ informazzjoni jkunu nbidlu, mingħajr il-ħtieġa li spezzjonijiet jew testijiet jiġu repetuti, l-emenda tissejjaħ “reviżjoni”.

F’każijiet bħal dawn, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ il-paġna riveduta tal-pakkett tal-informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex tiġi mmarkata b’mod ċar in-natura tal-kambjament u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni kkonsolidata u aġġornata tal-pakkett tal-informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-kambjamenti, għandha titqies bħala waħda li tissodisfa dan ir-rekwiżit.

2.   L-emenda għandha tibda’ tissejjaħ “estensjoni” meta d-dettalji rreġistrati fil-pakkett tal-informazzjoni jkunu nbidlu u jkun hemm waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

(a)

aktar spezzjonijiet jew testijiet ikunu meħtieġa;

(b)

xi informazzjoni dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bl-eċċezzjoni tal-hemżiet tiegħu, tkun inbidlet;

(c)

isiru applikabbli rekwiżiti ġodda taħt kwalunkwe att elenkat fl-Anness I għat-tip ta’ vettura approvata jew għas-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata approvati.

Fil-każ ta’ estensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE rivedut, denotat b’numru tal-estensjoni, miżjud skont in-numru ta’ estensjonijiet suċċessivi li ngħataw diġà. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu juri b’mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni u d-data tal-ħruġ mill-ġdid.

3.   Kull meta jinħarġu paġni emendati jew verżjonijiet ikkonsolidati u aġġornati, l-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jiġi emendat kif suppost biex tintwera d-data tal-aktar estensjoni jew reviżjoni reċenti, jew id-data tal-aktar konsolidazzjoni reċenti tal-verżjoni aġġornata.

4.   M’għandha tkun meħtieġa ebda emenda għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura jekk il-ħtiġijiet il-ġodda msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 jkunu irrilevanti, mill-aspett tekniku, għal dak it-tip ta’ vettura jew jikkonċernaw kategoriji ta’ vettura li mhumiex il-kategorija li jappartjeni għaliha.

Artikolu 31

Il-ħruġ u n-notifikazzjoni tal-emendi

1.   F’każ ta’ estensjoni tas-sezzjonijiet kollha relevanti taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-hemżiet ta’ miegħu, u l-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni għandhom jiġu aġġornati. Iċ-ċertifikat aġġornat u l-hemżiet tiegħu għandhom jinħarġu lill-applikant minnufih.

2.   F’każ ta’ reviżjoni, id-dokumenti riveduti jew il-verżjoni kkonsolidata u aġġornata, skont il-każ, inkluż l-indiċi rivedut tal-pakkett tal-informazzjoni, għandhom jinħarġu mill-awtorità tal-approvazzjoni lill-applikant minnufih.

3.   Bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 24, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati mill-awtorità tal-approvazzjoni dwar kwalunkwe emenda li ssir fl-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE.

KAPITOLU VII

VALIDITÀ TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 32

Tmiem tal-validità

1.   Approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għandhom jinħarġu għal perjodu ta’ żmien mhux limitat.

2.   Approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura ma tibqax valida fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

rekwiżiti ġodda fi kwalunkwe att applikabbli għat-tip ta’ vettura approvata jsiru mandatorji għat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, u ma jkunx possibbli li tiġi aġġornata l-approvazzjoni tat-tip skont dawn;

(b)

il-produzzjoni tal-vettura approvata titwaqqaf definittivament b’mod volontarju;

(c)

il-validità tal-approvazzjoni tiskadi minħabba restrizzjoni bi qbil mal-Artikolu 35(6);

(d)

l-approvazzjoni ġiet irtirata skont l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 44(1) jew l-Artikolu 47(4).

3.   Fejn varjant wieħed biss fi ħdan tip jew verżjoni waħda fi ħdan varjant ma jibqgħux validi, l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vettura inkwistjoni ma tibqax valida biss fir-rigward tal-varjant jew il-verżjoni partikolari.

4.   Meta l-produzzjoni ta’ tip partikolari ta’ vettura titwaqqaf definittivament, il-manifattur għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal dik il-vettura.

Meta tirċievi n-notifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vettura għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra kif suppost fi żmien xahar.

5.   Bla ħsara għall-paragrafu 4, f’każijiet meta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura tkun waslet biex tiskadi, il-manifattur għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika l-informazzjoni relevanti kollha lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra biex, fejn hu possibbli, ikun jista’ jiġi applikat l-Artikolu 39.

Il-komunikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tispeċifika, b’mod partikolari, id-data tal-produzzjoni u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura tal-aħħar vettura li tkun ġiet prodotta.

KAPITOLU VIII

ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ U MARKINGS

Artikolu 33

Ċertifikat ta’ konformità

1.   Il-manifattur, fil-kapaċità tiegħu ta’ detentur ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, għandu jagħti ċertifikat ta’ konformità bħala dokument bil-miktub ma’ kull vettura, kemm jekk kompluta, mhux kompleta jew kompleta, li hija mmanifatturata f’konformità mat-tip ta’ vettura approvat.

Tali ċertifikat għandu jinħareġ flimien mal-vettura mingħajr ħlas lix-xerrej. Il-ħruġ tiegħu m’għandux ikun jiddipendi minn talba espliċita jew mis-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali lill-manifattur.

Fuq talba ta’ sid il-vettura, il-manifattur tal-vettura għandu, waqt perjodu ta’ għaxar snin wara d-data tal-produzzjoni, joħroġ kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità lis-sid tal-vettura, bi ħlas li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ħruġ tiegħu. Il-kelma “kopja” għandha tkun tidher b’mod ċar fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ kull ċertifikat idduplikat.

2.   Il-manifattur għandu juża l-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità adottat mill-Kummissjoni permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2). Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jiġi ddisinjat b’mod li tiġi evitata l-falsifikazzjoni. Għal dan il-għan, l-att ta’ implimentazzjoni għandu jipprovdi li l-karta użata fiċ-ċertifikat tiġi protetta minn diversi karatteristiċi ta’ sikurezza tal-istampar. L-ewwel sett ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

3.   Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jitfassal f’tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Kull Stat Membru jista’ jitlob biex iċ-ċertifikat ta’ konformità jiġi tradott fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tiegħu.

4.   Il-persuna(i) awtorizzata(i) tiffirma ċ-ċertifikati ta’ konformità għandha tkun fl-organizzazzjoni tal-manifattur u għandha tiġi awtorizzata b’mod xieraq mill-ġestjoni biex tinvolvi b’mod sħiħ ir-responsabbiltà tal-manifattur fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni jew għall-konformità tal-produzzjoni tal-vettura.

5.   Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jimtela kompletament u m’għandux ikollu restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu tal-vettura minbarra dawk imsemmija f’dan ir-Regolament jew xi att delegat adottat skont dan ir-Regolament.

6.   Fil-każ ta’ vettura mhux kompleta jew kompleta, il-manifattur għandu jimla biss dawk il-partijiet fiċ-ċertifikat ta’ konformità li ġew miżjuda jew inbidlu fl-istadju attwali ta’ approvazzjoni u, jekk ikun applikabbli, għandu jehmeż maċ-ċertifikat iċ-ċertifikati kollha ta’ konformità maħruġa fl-istadji preċedenti.

7.   Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu, għal vetturi approvati f’konformità mal-Artikolu 35(2), ikollu fit-titolu tiegħu l-frażi “Għal vetturi kompleti/kompluti, li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip bi qbil mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (approvazzjoni proviżorja)”.

8.   Iċ-ċertifikat ta’ konformità kif stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni imsemmija fil-paragrafu 2 għandu, għal vetturi li jkunu għaddew mill-proċess tal-approvazzjoni tat-tip bi qbil mal-Artikolu 37, ikollu fit-titolu tiegħu l-frażi “Għal vetturi kompleti/kompluti, li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip ta’ serje żgħira”, u fil-viċin tal-istess titolu, is-sena ta’ produzzjoni li warajha jkollha numru sekwenzjali, bejn 1 u l-limitu indikat fit-tabella stabbilit fl-Anness II, li jiddenota, għal kull sena ta’ produzzjoni, il-pożizzjoni ta’ dik il-vettura fi ħdan il-produzzjoni allokata għal dik is-sena.

9.   Bla ħsara għall-paragrafu 1, il-manifattur jista’ jittrażmetti elettronikament fiċ-ċertifikat ta’ konformità lill-awtorità ta’ reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 34

Pjanċa statutorja bl-immarkar xieraq tal-vetturi u l-marka tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati

1.   Il-manifattur ta’ vettura għandu jwaħħal ma’ kull vettura manifatturata li tkun f’konformità mat-tip approvat, pjanċa statutorja bl-immarkar xieraq rikjest mill-att ta’ implimentazzjoni relevanti adottat skont il-paragrafu 3.

2.   Il-manifattur ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata, irrelevanti jekk dawn humiex parti minn sistema jew le, għandu jwaħħal ma’ kull komponent jew unità teknika separata mmanifatturati f’konformità mat-tip approvat il-marka tal-approvazzjoni tat-tip, mitluba mill-att ta’ implimentazzjoni relevanti adottat skont dan ir-Regolament jew ir-regolament UNECE jew il-Kodiċi OECD relevanti.

Fejn tali marka tal-approvazzjoni tat-tip ma tkunx mitluba, il-manifattur għandu tal-anqas iwaħħal l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur, in-numru tat-tip jew in-numru ta’ identifikazzjoni.

3.   Il-pjanċa statutorja u l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tkun skont il-mudell stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2). L-ewwel sett ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

KAPITOLU IX

EŻENZJONIJIET GĦAL TEKNOLOĠIJI ĠODDA JEW KUNĊETTI ĠODDA

Artikolu 35

Eżenzjonijiet għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda

1.   Il-manifattur jista’ japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li jinkorpora teknoloġiji jew kunċetti ġodda li mhumiex kompatibbli ma’ att wieħed, jew aktar elenkati fl-Anness I.

2.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE, msemmija fil-paragrafu 1 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-applikazzjoni ssemmi r-raġunijiet għaliex it-teknoloġiji jew il-kunċetti kkonċernati jagħmlu s-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata inkompatibbli ma’ att wieħed jew aktar elenkati fl-Anness I;

(b)

l-applikazzjoni tiddeskrivi l-implikazzjonijiet ta’ sikurezza u dawk ambjentali tat-teknoloġija l-ġdida u l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat, tal-inqas, livell indaqs ta’ sikurezza u protezzjoni ambjentali bħal dak provdut mir-rekwiżiti li huma l-bażi tal-eżenzjoni rikjesta;

(c)

deskrizzjonijiet u riżultati tat-testijiet huma ppreżentati u jservu ta’ prova li l-kundizzjoni fil-punt (b) tiġi ssodisfata.

3.   L-għoti ta’ tali approvazzjoni tat-tip tal-UE li teżenta teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tingħata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jkun adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2).

4.   Sakemm tistenna li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ diġà toħroġ approvazzjoni tat-tip tal-UE, iżda din għandha tkun proviżorja, valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, għat-tip ta’ vettura koperta mill-eżenzjoni mitluba. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan minnufih permezz ta’ fajl li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

In-natura proviżorja u l-validità territorjali limitata għandhom jidhru fl-intestatura taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u fl-intestatura taċ-ċertifikat ta’ konformità. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tipprovdi mudelli armonizzati għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikat ta’ konformità għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhomikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2).

5.   Awtoritajiet tal-approvazzjoni oħra jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw bil-miktub l-approvazzjoni proviżorja msemmija fil-paragrafu 4 fi ħdan it-territorju tagħhom.

6.   Fejn suppost, l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tispeċifika wkoll jekk hijiex soġġetta għal xi restrizzjonijiet. Fil-każijiet kollha, l-approvazzjoni tat-tip għandha tkun valida għal mill-inqas 36 xahar.

7.   Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrifjuta awtorizzazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha immedjatament tinnotifika lid-detentur tal-approvazzjoni tat-tip proviżorja msemmija fil-paragrafu 3 li l-approvazzjoni proviżorja se tiġi rrevokata sitt xhur qabel id-data tar-rifjut tal-Kummissjoni.

Madankollu, vetturi manifatturati f’konformità mal-approvazzjoni proviżorja qabel ma tiskadi l-validità tagħhom jistgħu jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jidħlu fis-servizz fi kwalunkwe Stat Membru li jkun aċċetta l-approvazzjoni proviżorja.

Artikolu 36

Ħtiġijiet sussegwenti għall-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni

1.   F’każ li l-Kummissjoni tawtorizza l-għoti ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 35, hija għandha tieħu immedjatament il-passi meħtieġa biex tadatta l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni inkwistjoni għall-iżviluppi teknoloġiċi.

F’każ li l-eżenzjoni skont l-Artikolu 35 tkun assoċjata ma’ regolament tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għar-regolament rilevanti tal-UNECE f’konformità mal-proċedura applikabbli skont il-Ftehim Rivedut 1958 dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet.

2.   Hekk kif l-atti rilevanti jkunu ġew emendati, kwalunkwe restrizzjoni li tinsab fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-eżenzjoni taqa’.

Jekk il-passi meħtieġa biex jiġu adattati l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni ma jkunux ittieħdu, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni, tawtorizza permezz ta’ deċiżjoni fil-forma ta’ att ta’ implimentazzjoni adottata f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2), l-Istat Membru biex jestendi l-approvazzjoni tat-tip.

KAPITOLU X

VETTURI PRODOTTI F’SERJE ŻGĦIRA

Artikolu 37

Approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira

1.   Il-manifattur jista’ japplika għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira ta’ tip ta’ vettura fi ħdan limiti kwantitattivi annwali stabbiliti fl-ewwel Parti 1 tal-Anness II. Dawn il-limiti għadhom japplikaw għad-dħul fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi tat-tip approvat fis-suq ta’ kull Stat Membru f’sena partikolari.

Għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira l-awtorità tal-approvazzjoni għandha, jekk ikun hemm raġunijiet validi għal dan, tneħħi dispożizzjoni waħda jew aktar tal-atti elenkati fl-Anness I, kemm-il darba hija tkun speċifikat rekwiżiti alternattivi.

2.   Ir-rekwiżiti alternattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw livell ta’ sikurezza funzjonali u protezzjoni ambjentali, u sikurezza okkupazzjonali li huwa ekwivalenti għall-massimu prattikabbli għal-livell previst fl-atti rilevanti elenkati fl-Anness I.

3.   Għall-iskop ta’ approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vetturi skont dan l-Artikolu, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jgħaddu minn proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-atti elenkati fl-Anness I għandhom jiġu aċċettati.

4.   Iċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bl-approvazzjoni tat-tip skont dan l-Artikolu għandu jiġi abbozzat skont il-mudell li hemm referenza għalih fl-Artikolu 25(2), iżda m’għandux ikollu l-intestatura “Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vetturi” u għandu jispeċifika l-kontenut tal-konċessjonijiet mogħtija skont il-paragrafu 1. Ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu nnumerati skont is-sistema armonizzata msemmija fl-Artikolu 24(4).

5.   Il-validità tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira għandha tkun ristretta għat-territorju tal-Istat Membru li l-awtorità tal-approvazzjoni tiegħu tat l-approvazzjoni.

6.   Madankollu, fuq talba tal-manifattur, kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu għandha tintbagħat bil-posta rreġistrata jew bil-posta elettronika lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri magħżula mill-manifattur.

7.   Fi żmien 3 xhur mill-wasla tat-talba msemmija fis-subparagrafu 6, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri magħżula mill-manifattur għandhom jiddeċiedu jekk humiex se jaċċettaw l-approvazzjoni tat-tip jew le. Huma għandhom jikkomunikaw formalment id-deċiżjoni tagħhom lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira.

8.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali sakemm ma jkollhomx raġunijiet motivati biex jemmnu li r-rekwiżiti tekniċi nazzjonali skont liema l-vettura tkun ġiet approvata ma jkunux ekwivalenti għal tagħhom.

9.   Fuq talba ta’ applikant li jixtieq iqiegħed fis-suq jew jirreġistra vettura bl-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira fi Stat Membru ieħor minn dak maħtur mill-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor għandha titlob l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira biex tipprovdi lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru l-ieħor kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, inkluż il-pakkett tal-informazzjoni. Il-paragrafi 7 u 8 għandhom japplikaw.

KAPITOLU XI

TQEGĦID GĦAD-DISPONIBILITÀ FIS-SUQ, REĠISTRAZZJONI, JEW DĦUL FIS-SERVIZZ

Artikolu 38

Tqegħid għad-disponibiltà fis-suq, reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz ta’ vetturi

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 41 u 44, vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura sħiħa hija mandatorja jew li għalihom il-manifattur kiseb tali approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, jiġu rreġistrati, jew jidħlu fis-servizz biss f’każ li jkollhom ċertifikat ta’ konformità validu, maħruġ skont l-Artikolu 33.

Fil-każ ta’ vetturi inkompleti, it-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ dawn il-vetturi huwa permess, iżda l-awtoritajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-vetturi tal-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jippermettu r-reġistrazzjoni u l-użu fit-triq ta’ tali vetturi.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal vetturi intiżi għall-użu mis-servizzi armati, mid-difiża ċivili, il-forzi u s-servizzi tat-tifi tan-nar responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubblika jew għal vetturi li ġew approvatif’konformità mal-Artikolu 37.

Artikolu 39

Tqegħid għad-disponibiltà fis-suq, reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz ta’ vetturi ta’ serje mitmuma

1.   Soġġett għal-limiti ta’ serje mitmuma u perjodu speċifikat fil-paragrafi 2 u 4, vetturi li jikkonformaw ma’ tip ta’ vettura li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħha m’għadhiex aktar valida skont l-Artikolu 32 jistgħu jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq, jiġu rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal vetturi fit-territorju tal-Unjoni li kienu koperti b’approvazzjoni tat-tip tal-UE fil-mument tal-produzzjoni tagħhom, iżda li ma kienu la tqiegħdu għad-disponibilità fis-suq, la ġew irreġistrati u lanqas imdaħħla fis-servizz qabel dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tilfet il-validità tagħha.

2.   Il-Paragrafu 1 għandu japplika, fil-każ ta’ vetturi kompleti, għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data li fiha skadiet il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u, fil-każ ta’ vetturi kompluti, għal perjodu ta’ 30 xahar minn dik id-data.

3.   Manifattur li jixtieq igawdi mil-paragrafu 1 għandu jibgħat talba lill-awtorità nazzjonali ta’ kull Stat Membru fejn il-vetturi inkwistjoni għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz. It-talba għandha tispeċifika r-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li minħabba fihom dawk il-vetturi mhumiex konformi mar-rekwiżiti l-ġodda tal-approvazzjoni tat-tip.

L-awtorità nazzjonali kkonċernata għandha tiddeċiedi, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi talba bħal din, jekk tippermettix ir-reġistrazzjoni ta’ dawk il-vetturi fit-territorju tagħhom.

4.   L-ammont ta’ vetturi ta’ tmiem is-serje ma għandux jeċċedi l-10 % tal-għadd ta’ vetturi rreġistrati fis-sentejn ta’ qabel jew 20 vetturi kull Stat Membru, liema minnhom ikun l-ogħla.

5.   Dħul ġdid li jikkwalifika l-vettura bħala “ta’ serje mitmuma” għandu jsir fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vetturi li jiddaħħlu fis-servizz skont din il-proċedura.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwantità ta’ vetturi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, jiġu rreġistrati jew li jiddaħħlu fis-servizz skont il-qafas tal-proċedura skont dan l-Artikolu tkun kontrollata b’mod effikaċi.

7.   Dan l-Artikolu għandu japplika biss f’każ ta’ sospensjoni kawża ta’ skadenza tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip fil-każ imsemmi fl-Artikolu 32(2)(a).

Artikolu 40

It-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati

1.   Komponenti u unitajiet tekniċi separati jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq jew jidħlu fis-servizz fil-każ biss li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-atti rilevanti elenkati fl-Anness I u li huma mmarkati kif suppost skont l-Artikolu 34.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma speċifikament mibnija jew imfassla għal vetturi ġodda li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament.

3.   B’deroga mill-Paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati li ġew eżentati minn waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta’ att regolatorju bl-applikazzjoni skont l-Artikolu 35 jew huma maħsuba għall-immuntar fuq vetturi koperti bl-approvazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 37 li jikkonċernaw il-komponent jew l-unità teknika separata inkwistjoni.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, u sakemm mhux previst mod ieħor f’dan ir-Regolament jew f’wieħed mill-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma maħsuba għall-immuntar fuq vetturi li, meta tqiegħdu fis-suq jew iddaħħlu fis-servizz, ma kinux mitluba li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont dan ir-Regolament jew id-Direttiva 2003/37/KE.

KAPITOLU XII

KLAWSOLI TA’ SALVAGWARDJA

Artikolu 41

Il-proċedura biex jiġu trattati vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jippreżentaw riskju serju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew fejn ikollhom raġuni biżżejjed biex jaħsbu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan ir-Regolament jippreżentaw riskju serju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta’ persuni jew għal aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni għandha tagħmel evalwazzjoni fir-rigward tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernati li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti minn dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u/jew tas-sorveljanza tas-suq.

Fejn, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat din l-approvazzjoni issib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandha mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku relevanti jieħu l-miżuri korrettivi adegwati kollha biex vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jsiru konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, biex vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jiġu rtirati mis-suq, jew jissejħu lura f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jqisu li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali, għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzzjoni u bl-azzjonijiet rikjesti li jittieħdu mill-operatur ekonomiku.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva kollha xierqa fir-rigward ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jkun qiegħed fis-suq, irreġistra jew ikun responsabbli għad-dħul fis-servizz tagħhom fl-Unjoni.

4.   Meta l-operatur ekonomiku ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jipprojbixxu jew jillimitaw it-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li mhumiex konformi fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtirawhom minn dak is-suq jew biex isejħulhom lura.

5.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dawk il-miżuri.

L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhux konformi, l-oriġini tagħhom, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku relevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma jissodisfawx ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-ħarsien tal-ambjent jew ma’ aspetti oħra tal-ħarsien tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament;

(b)

nuqqasijiet fl-atti relevanti elenkati fl-Anness I.

6.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien xahar b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta man-nuqqas ta’ konformità ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernati, u, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Jekk, fi żmien xahar minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, tkun saret oġġezzjoni minn Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni dwar miżura meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 42.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi xierqa fir-rigward ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernati, bħall-irtirar ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

Artikolu 42

Proċedura ta’ protezzjoni tal-Unjoni

1.   Fejn, matul il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41(3) u (4), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tkun kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tevalwa l-miżura nazzjonali wara li tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew operaturi ekonomiċi relevanti. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2), dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex meqjusa ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi relevanti.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhux konformi jiġu rtirati mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru interessat għandu jirtira jew jadatta l-miżura, skont id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u tiġi attribwita għan-nuqqasijiet f’dan ir-Regolament jew fl-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa kif ġej:

(a)

f’dak li jirrigwarda l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-emendi meħtieġa għall-att ikkonċernat;

(b)

fejn huma kkonċernati Regolamenti tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-abbozz tal-emendi meħtieġa għar-Regolamenti relevanti tal-UNECE bi qbil mal-proċedura applikabbli skont il-Ftehim tal-1958 Rivedut.

Artikolu 43

Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati konformi li jippreżentaw riskju serju

1.   Meta, wara li jkun għamel evalwazzjoni skont l-Artikolu 41(1), Stat Membru jsib li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, għalkemm ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli jew ikollhom il-marki kif suppost, jirrappreżentaw riskju serju għas-sikurezza jew jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-ambjent jew lis-saħħa pubblika, l-Istat Membru għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku relevanti jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernati, meta jinbiegħu jew jiġu rreġistrati jew wara d-dħul tagħhom fis-servizz, ma jibqgħux jirrappreżentaw dak ir-riskju, li jirtira l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mis-suq jew issejjaħhom lura f’perjodu raġonevoli, proporzjonali man-natura tar-riskju. L-Istat Membru jista’ jirrifjuta li jirreġistra tali vetturi sakemm il-manifattur tal-vetturi ma jkunx ħa dawk il-miżuri xierqa kollha.

2.   Għal vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward ta’ dawn il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li tqiegħdu fis-suq, li ġew irreġistrati jew li ddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni.

3.   L-Istat Membru għandu fi żmien xahar jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-dettalji disponibbli, partikolarment id-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernati, l-oriġini u l-katina tal-provvista tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, mingħajr dewmien, lill-Istati Membri u lill-operatur ekonomiku/operaturi ekonomiċi relevanti u, b’mod partikolari, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip, u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex meqjusa ġustifikata jew le, u, fejn neċessarju, tipproponi miżuri xierqa.

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lil operatur ekonomiku/operaturi ekonomiċi relevanti.

Artikolu 44

Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi mat-tip approvat

1.   Meta vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġodda akkumpanjati b’ċertifikat ta’ konformità jew li għandhom fuqhom marka ta’ approvazzjoni ma jikkonformawx mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip, biex jiġi żgurat li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati fil-manifattura, skont il-każ, jinġiebu f’konformità mat-tip approvat.

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, devjazzjonijiet mid-dettalji fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew fil-pakkett ta’ informazzjoni għandhom jitqiesu li huma nuqqas ta’ konformità mat-tip approvat.

3.   Jekk awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru ieħor turi li vetturi, komponenti jew unitajiet separati tekniċi ġodda akkumpanjati b’ċertifikat ta’ konformità jew li għandhom marka ta’ approvazzjoni maħruġa fi Stat Membru ieħor mhumiex konformi mat-tip approvat, hija tista’ titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE biex tivverifika li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati fil-produzzjoni jibqgħu jikkonformaw mat-tip approvat. Mal-wasla ta’ tali talba, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu miżuri mitluba malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tat-talba.

4.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni, li tat lis-sistema, lill-komponent, lill-unità teknika separata jew lill-vettura mhux kompleta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura li vetturi fi produzzjoni jinġiebu mill-ġdid f’konformità mat-tip approvat fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura, fejn in-nuqqas ta’ konformità ta’ vettura huwa attribwibbli esklużivament għan-nuqqas ta’ konformità ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata;

(b)

għal approvazzjoni tat-tip ta’ diversi stadji, fejn in-nuqqas ta’ konformità ta’ vettura kompleta huwa attribbwibbli esklużivament għan-nuqqas ta’ konformità ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata li tifforma parti mill-vettura mhux kompleta, jew għan-nuqqas ta’ konformità tal-vettura mhux kompleta fiha nnifisha.

5.   Mal-wasla ta’ tali talba, l-awtorità tal-approvazzjoni kkonċernata għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa, jekk hemm bżonn flimkien mal-awtorità tal-approvazzjoni li tagħmel it-talba, malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard milli fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba.

6.   Fejn jiġi stabbilit nuqqas ta’ konformità, l-awtorità tal-approvazzjoni tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal sistema, komponent jew unità teknika separata jew għal vettura mhux kompluta, għandha tieħu l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar bi kwalunkwe rtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE u bir-raġunijiet għal dan.

7.   Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE toġġezzjona għan-nuqqas ta’ konformità nnotifkat lilha, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaħdmu biex isolvu l-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata u, fejn meħtieġ, għandha torganizza konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.

Artikolu 45

It-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew tagħmir li jistgħu jippreżentaw riskju serju għall-funzjonament korrett ta’ sistemi essenzjali

1.   Komponenti jew tagħmir, li jistgħu jippreżentaw riskju serju għall-funzjonament korrett ta’ sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew għall-prestazzjoni ambjentali tagħha ma għandhomx jitpoġġew fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz u għandhom ikunu pprojbiti, sakemm ma jkunux ġew awtorizzati minn awtorità tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 46 (1), (2) u (4).

2.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni u tfassal lista ta’ tali komponenti jew tagħmir fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, u partikolarment l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar:

(a)

is-serjetà tar-riskju għas-sikurezza jew għall-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi mmuntati bil-komponenti u t-tagħmir inkwistjoni;

(b)

l-effett possibbli tal-impożizzjoni, skont dan l-Artikolu, ta’ talba ta’ awtorizzazzjoni possibbli fil-każ ta’ komponenti u tagħmir fuq il-konsumaturi u l-manifatturi fis-suq ta’ wara.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2).

3.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal komponenti jew tagħmir oriġinali u għal komponenti jew tagħmir li għaddew minn proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ wieħed mill-atti elenkati fl-Anness I, minbarra meta l-approvazzjoni tirrigwarda aspetti differenti minn dawk koperti fil-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 rigward ir-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw il-komponenti jew it-tagħmir li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu bbażati fuq l-atti elenkati fl-Anness I jew jistgħu jikkonsistu f’paragun tal-komponenti jew tat-tagħmir mal-prestazzjoni ambjentali jew tas-sikurezza tal-vettura oriġinali, jew ta’ kwalunkwe komponent ieħor tagħha, kif xieraq. F’kull każ, ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw li l-komponenti jew it-tagħmir ma jkunux ta’ xkiel għall-funzjonament ta’ dawk is-sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew tal-prestazzjoni ambjentali tagħha.

Artikolu 46

Komponenti jew tagħmir li jistgħu jippreżentaw riskju serju sinifikanti għall-funzjonament korrett ta’ sistemi essenzjali – rekwiżiti relatati

1.   Għall-iskopijiet tal-Artikolu 45(1), il-manifattur ta’ partijiet jew tagħmir għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni applikazzjoni akkumpanjata minn rapport tat-test abbozzat minn servizz tekniku maħtur li jiċċertifika li l-komponenti jew it-tagħmir li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni huma konformi mar-rekwiżiti imsemmija fl-Artikolu 45(4). Il-manifattur jista’ jissottometti biss applikazzjoni waħda għal kull tip għal kull parti ma’ awtorità tal-approvazzjoni waħda biss.

Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-awtorizzazzjoni għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi din it-talba, tibgħat lill-awtorità l-oħra kopja taċ-ċertifikat tal-awtorizzazzjoni flimkien mal-annessi permezz ta’ sistema ta’ skambju elettronika sikura komuni. Il-kopja tista’ wkoll tieħu l-forma ta’ fajl eletroniku sikur.

2.   L-applikazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-manifattur tal-komponenti jew tat-tagħmir, it-tip, in-numri ta’ identifikazzjoni u tal-komponenti jew tat-tagħmir, l-isem tal-manifattur tal-vettura, it-tip ta’ vettura u, jekk xieraq, is-sena ta’ kostruzzjoni jew kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti l-identifikazzjoni tal-vettura li magħha l-komponenti jew it-tagħmir għandhom jiġu ffittjati.

Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun sodisfatta, b’kunsiderazzjoni tar-rapport tat-test u evidenza oħra, li l-komponenti jew it-tagħmir inkwistjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45(4), hi għandha tawtorizza l-komponenti jew it-tagħmir li għandu jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni u jiġi mdaħħal fis-servizz, soġġett għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

L-awtorità ta’ approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat lill-manifattur mingħajr dewmien.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi mudell u sistema ta’ numerar għaċ-ċertifikat imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottatif’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2).

4.   Il-manifattur għandu jinforma, mingħajr dewmien, lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-awtorizzazzjoni bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-kundizzjonijiet li taħthom ikun inħareġ. Dik l-awtorità tal-approvazjoni għandha tiddeċiedi jekk l-awtorizzzazzjoni għandhiex tiġi riveduta jew maħruġa mill-ġdid u jekk hemmx bżonn isiru testijiet ġodda.

Il-manifattur għandu jkun responsabbli biex jiġi żgurat li l-komponenti jew it-tagħmir huma prodotti u se jibqgħu jiġu prodotti taħt il-kundizzjonijiet li taħthom inħarġet l-awtorizzazzjoni.

5.   Qabel tagħti kwalunkwe awtorizzazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti biex jiġi żgurat kontroll effikaċi tal-konformità tal-produzzjoni.

Fejn l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni mhumiex iżjed issodisfati, hi għandha titlob lill-manifattur jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-komponenti jew it-tagħmir jinġabu lura f’konformità. Jekk meħtieġ għandha tirtira l-awtorizzazzjoni.

6.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni minn Stati Membri differenti għandhom iressqu kwalunkwe nuqqas ta’ qbil fir-rigward tal-awtorizzazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 għall-attenzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex issib soluzzjoni għan-nuqqas ta’ qbil, inkluża, fejn meħtieġ, it-talba għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni.

7.   Sakemm il-lista msemmija fl-Artikolu 45(2) tkun ġiet stabbilita, l-Istati Membri jistgħu jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu jirrigwardaw komponenti jew tagħmir li jistgħu jaffettwaw il-funzjoni korretta ta’ sistemi essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew għall-prestazzjoni ambjentali tagħha.

Artikolu 47

Ġabra lura ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati

1.   Fejn manifattur li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura sħiħa jkun obbligat, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jiġbor lura vetturi mqiegħda fis-suq, irreġistrati jew li għalihom il-manifattur kien responsabbli mit-tpoġġija fis-servizz tagħhom, għaliex sistema, komponent jew unità teknika separata mmuntata fil-vettura jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza, is-saħħa pubblika jew il-protezzjoni ambjentali, kemm jekk approvati kif dovut f’konformità ma’ dan ir-Regolament u anki jekk le, jew għax parti mhux soġġetta għal xi rekwiżit speċifiku taħt leġiżlazzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza, is-saħħa pubblika jew il-protezzjoni ambjentali, dak il-manifattur għandu jinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni.

2.   Fejn manifattur ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, li jkunu ngħataw l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, ikun obbligat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 li jiġbor lura s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li jkunu tqiegħdu fis-suq jew li l-manifattur kien responsabbli għad-dħul fis-servizz tagħhom, minħabba li dawn jirrappreżentaw riskju serju għas-sikurezza, is-sikurezza fuq ix-xogħol, is-saħħa pubblika jew il-ħarsien ambjentali, kemm jekk dawn ġewx approvati kif suppost skont dan ir-Regolament jew le, il-manifattur għandu minnufih jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni.

3.   Il-manifattur għandu jipproponi lill-awtorità tal-approvazzjoni sett ta’ rimedji xierqa biex ir-riskju serju msemmi fil-paragrafi 1 u 2 jiġi newtralizzat. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tikkomunika r-rimedji proposti lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li r-rimedji jiġu implimentati b’mod effikaċi fit-territorji rispettivi tagħhom.

4.   Jekk ir-rimedji huma kkunsidrati bħala insuffiċjenti jew ma ġewx implimentati malajr biżżejjed mill-awtorità tal-approvazzjoni kkonċernata, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha mbagħad tinforma lill-manifattur. Jekk il-manifattur ma jipproponix u ma jimplimentax miżuri effettivi u korrettivi, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri protettivi kollha meħtieġa, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Fil-każ li tiġi rtirata l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha fi żmien xahar minn tali rtirar tinforma lill-manifattur, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra rreġistrata jew mezzi elettroniċi ekwivalenti.

Artikolu 48

Notifika ta’ deċiżjonijiet u rimedji disponibbli

1.   Id-deċiżjonijiet kollha meħuda skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-deċiżjonijiet kollha li jirrifjutaw jew jirtiraw l-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew li jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, jew jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura jew li jirrikjedu l-irtirar mis-suq ta’ vettura, għandhom jiddikjaraw fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati.

2.   Kwalunkwe tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-parti kkonċernata li għandha, fl-istess waqt, tiġi infurmata bir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u tal-limiti ta’ żmien permissibbli għall-eżerċitar ta’ tali rimedji.

KAPITOLU XIII

REGOLAMENTI INTERNAZZJONALI

Artikou 49

Regolamenti UNECE meħtieġa għal approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Regolamenti jew emendi tal-UNECE li l-Unjoni ivvutat favurhom jew li l-Unjoni aderiet għalihom u li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu parti mir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura.

2.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-approvazzjonijiet mogħtija skont dawk ir-Regolamenti UNECE msemmijin fil-paragrafu 1u, fejn applikabbli, il-marki ta’ approvazzjoni relevanti, minflok l-approvazzjonijiet korrispondenti u l-marki ta’ approvazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

3.   Meta l-Unjoni tkun ivvutat favur regolament jew emendi UNECE għall-finijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 71 sabiex tagħmel ir-regolament UNECE jew l-emendi għalih obbligatorji u temenda l-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew temenda l-atti delegatiadottati skont dan ir-Regolament, kif xieraq.

Dak l-att delegat għandu jispeċifika wkoll id-dati tal-applikazzjoni obbligatorja tar-regolament UNECE jew tal-emendi għalih u għandu jinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji meta jkun xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati separati li jirriflettu l-applikazzjoni mandatorja tar-regolamenti UNECE.

Artikolu 50

Rikonoxximent ta’ rapporti tal-ittestjar tal-OECD għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti l-oħra ta’ dan ir-Regolament, meta ssir referenza għal Kodiċi OECD f’dan ir-Regolament, l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tista’ tkun ibbażata fuq ir-rapport komplut tal-ittestjar maħruġ fuq il-bażi tal-Kodiċi OECD standard bħala alternattiva għar-rapporti tal-ittestjar imfassla skont dan ir-Regolament jew l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

2.   Sabiex ikun aċċettabbli għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, ir-rapport tal-ittestjar OECD msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi approvat f’konformità mal-Appendiċi 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill OECD ta’ Frar 2012 li tirrivedi l-Kodiċi OECD standard għall-ittestjar uffiċċjali tat-tratturi tal-agrikultura u l-forestrija, kif emendat.

KAPITOLU XIV

FORNIMENT TA’ INFORMAZZJONI TEKNIKA

Artikolu 51

Informazzjoni intiża għall-utenti

1.   Il-manifattur ma jistax iforni kwalunkwe informazzjoni teknika relatata mad-dettalji previsti f’dan ir-Regolament, jew fl-atti delegati jew l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, li tiżvija mid-dettalji approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni.

2.   Fejn att delegat jew implimentattiv adottati skont dan ir-Regolament jitlob dan, il-manifattur għandu jagħmel iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti l-informazzjoni rilevanti kollha u l-istruzzjonijiet meħtieġa li jiddeskrivu kwalunkwe kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċjali marbuta mal-użu ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika speċjali.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi fornita fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istati Membri fejn se titqiegħed fis-suq, tiġi rreġistrata jew fejn tiġi mdaħħla fis-servizz il-vettura. Għandha tiġi fornita, bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni, fil-manwal tal-utent.

Artikolu 52

Informazzjoni intiża għal manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati

1.   Il-manifattur tal-vettura għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati dawk id-dettalji kollha li huma meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, jew biex tinkiseb awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 45 inklużi, kif jista’ jkun il-każ, tpinġijiet msemmija fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.

Il-manifattur tal-vettura jista’ jimponi ftehim vinkolanti fuq il-manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati biex jipproteġi l-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe informazzjoni li mhix fl-isfera pubblika, inkluż dak li hu relatat mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

2.   Il-manifattur tal-komponenti jew ta’ unitajiet tekniċi separati, fil-kapaċità tiegħu bħala detentur ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE li, skont l-Artikolu 26(4), jinkludi restrizzjonijiet fuq l-użu jew il-kundizzjonijiet speċjali ta’ mmuntar jew it-tnejn, għandu jipprovdi l-informazzjoni dettaljata kollha dwar il-manifattur tal-vettura.

Fejn att delegat adottati skont dan ir-Regolament jirrikjedi dan, il-manifattur tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati prodotti għandu jipprovdi, flimkien mal-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, struzzjonijet rigward restrizzjonijiet fuq l-użu jew il-kundizzjonijiet speċjali ta’ mmuntar jew it-tnejn.

KAPITOLU XV

L-AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI

Artikolu 53

Obbligi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mhux diskriminatorju għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni lill-aġenti awtorizzati, lil min isewwi, lill-operaturi indipendenti permezz ta’ websajts li jużaw format standardizzat b’mod li jkun aċċessibbli mill-ewwel u mingħajr telf ta’ żmien. Dan l-obbligu ma għandux japplika għal vettura li ġiet approvata bħala vettura ta’ serje żgħira ta’ produzzjoni.

Is-softwer importanti għall-funzjonament korrett tas-sistema ta’ kontroll tas-sikurezza u ambjentali jista’ jiġi protett kontra manipulazzjonijiet mhux awtorizzati. Madankollu, xi manipulazzjoni ta’ dawn is-sistemi hija meħtieġa għat-tiswija u l-manutenzjoni, jew li tkun aċċessibbli għal negozjanti awtorizzati jew min isewwi, għandha ssir aċċessibbli wkoll għall-operaturi indipendenti b’mod li ma jkunx diskriminatorju.

2.   Sakemm il-Kummissjoni tadotta format standard għall-provvista tal-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli b’manjiera konsistenti b’mod li tkun tista’ jiġi pproċessata minn operaturi indipendenti bi sforz raġonevoli.

Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess li ma jkunx diskriminatorju għall-materjal ta’ taħriġ u għall-istrumenti ta’ ħidma relevanti lill-bejjiegħa awtorizzati, min isewwi u lill-operaturi indipendenti. Dan l-aċċess għandu jinkludi, fejn dan ikun japplika, taħriġ adegwat fir-rigward tat-tniżżil ta’ softwer, il-ġestjoni tal-kodiċi tal-problemi dijanjostiċi u l-użu tal-istrumenti tax-xogħol.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija hemmhekk għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

it-tip u l-mudell tat-trattur;

(b)

identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tal-vettura;

(c)

il-manwali tal-manutenzjoni, inklużi rekords dwar tiswija u manutenzjoni u skedi tas-servizz;

(d)

il-manwali tekniċi u informazzjoni dwar is-servizz tekniku;

(e)

l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi ta’ kejl);

(f)

il-pjanti tal-wiring;

(g)

il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat, inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur;

(h)

l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinstalla software ġdid jew aġġornat fuq vettura ġdida jew tip ta’ vettura (per eżempju in-numru tal-komponent tas-softwer);

(i)

l-informazzjoni li tikkonċerna, u tkun twasslet permezz ta’ għodda u tagħmir ta’ sjieda;

(j)

l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-dejta, id-dejta tal-ittestjar u informazzjoni teknika oħra (bħal dejta bidirezzjonali ta’ monitoraġġ, jekk japplikaw għat-teknoloġija użata);

(k)

unitajiet ta’ ħidma standard jew perjodi ta’ żmien għal xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni jekk ikunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni direttament jew permezz ta’ parti terza, ta’ negozjanti awtorizzati tal-manifatturi u min isewwi.

4.   Bejjiegħa awtorizzati jew min isewwi fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ manifattur tal-vetturi partikolari għandhom jitqiesu bħala operaturi indipendenti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament safejn huma jipprovdu servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni ta’ vetturi li fir-rigward tagħhom mhumiex membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur tal-vetturi.

5.   L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif meħtieġ għall-manutenzjoni tas-sistema ta’ informazzjoni.

6.   Għal skopijiet ta’ manifattura u manutenzjoni ta’ komponenti ta’ rikambju jew għall-manutenzjoni kompatibbli mal-OBD u għodda għad-dijanjostika u tagħmir tat-testijiet, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-OBD rilevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhux diskriminatorja lil kwalunkwe komponent interessat u lil kwalunkwe persuna li timmanifattura jew issewwi komponenti, għodda dijanjostika jew apparat għall-ittestjar.

7.   Għall-iskopijiet ta’ tfassil u manifattura ta’ tagħmir ta’ vetturi għal vetturi bi fjuwil alternattiv, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-OBD rilevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u dwar il-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhix diskriminatorja lil kwalunkwe manifattur interessat, lil kwalunkwe persuna li tinstalla jew issewwi t-tagħmir ta’ vetturi bi fjuwil alternattiv.

8.   Meta japplika għall-approvazzjoni tat-tip UE jew għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni evidenza ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa f’dan l-Artikolu.

F’każ li din l-informazzjoni tkun għadha mhix disponibbli jew tkun għadha ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament li huma applikabbli meta ssir applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE jew nazzjonali, il-manifattur għandu jipprovdiha fi żmien sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi mudell ta’ ċertifikat dwar l-aċċess għal vettura OBD u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jipprovdu tali prova ta’ konformità mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 69(2).

9.   Jekk tali evidenza ta’ konformità ma tiġix ipprovduta sa tmiem il-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 8, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-konformità.

10.   Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli l-emendi u s-supplimenti sussegwenti fl-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fil-websajts tiegħu fl-istess waqt li jagħmilhom disponibbli għal dawk awtorizzati li jsewwu.

11.   Meta rekords ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ vettura jkunu jinżammu f’bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifattur tal-vetturi jew f’ismu, dawk li għandhom negozju indipendenti tat-tiswija għandu jkollhom aċċess għal tali rekords mingħajr ħlas u għandu jkollhom il-possibbiltà li jdaħħlu informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jkunu wettqu.

12.   Il-Kummissjoni għandha tingħata d-setgħa biex tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 71, li jistipulaw id-dettalji tar-rekwiżiti fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, b’mod partikolari speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-mod li bih l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tiġi pprovduta.

13.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati msemmija fil-paragrafu 12, tadotta r-rekwiżiti tal-informazzjoni stabbiliti f’dan l-Artikolu, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod li bih għandha tiġi provduta l-informazzjoni, sabiex tkun proporzjonata, fir-rigward partikolari tal-każ speċifiku tal-volum relattivament żgħir ta’ produzzjoni ta’ manifatturi tat-tip ta’ vettura kkonċernata, filwaqt li jitqiesu l-limiti għal vetturi ta’ serje żgħira kif stabbilit fl-Anness II. F’każijiet ġustifikati b’mod xieraq, tali adattament jista’ jirriżulta fl-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-provvista ta’ informazzjoni f’format standardizzat. Adattament possibbli jew eżenzjoni għandhom fi kwalunkwe każ jiżguraw li l-objettivi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jintlaħqu.

Artikolu 54

Obbligi fir-rigward ta’ detenturi diversi ta’ approvazzjoni tat-tip

Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip pass b’pass, l-approvazzjoni tat-tip imħallta u l-approvazzjoni tat-tip li ssir fi stadji differenti, il-manifattur responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip rispettiva għandu jkun responabbli wkoll li jikkomunika informazzjoni dwar it-tiswija marbuta ma’ sistema, komponenti, unità teknika separata partikolari jew ma’ stadju partikolari kemm lill-manifattur finali kif ukoll lill-operaturi indipendenti.

Il-manifattur finali għandu jkun responsabbli għall-provvista tal-informazzjoni dwar il-vettura sħiħa lill-operaturi indipendenti.

Artikolu 55

Ħlasijiet mitluba għal aċċess għal informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vettura

1.   Il-manifatturi jistgħu jitolbu ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għal aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, l-istrumenti tax-xogħol u l-korsijiet ta’ taħriġ koperti minn dan ir-Regolament. Ħlas mitlub m’għandux jitqies raġonevoli jew proporzjonat jekk jiskoraġġixxi l-aċċess billi jonqos milli jikkunsidra l-ammont ta’ użu li operatur indipendenti jkun se jagħmel minnha.

2.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fuq bażi kwotidjana, mensili u annwali, u l-ħlasijiet mitluba għandhom ivarjaw skont il-perjodi ta’ żmien rispettivi ta’ aċċess mogħti.

Artikolu 56

Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vetturi

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-Forum dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar il-Vetturi stabbilit skont l-Artikolu 13(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tal-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjoniijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (34) għandu jiġi estiż għall-vetturi koperti minn dan ir-Regolament.

Fuq il-bażi ta’ evidenza ta’ użu ħażin bi ħsieb, jew mhux intenzjonat tal-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, il-Forum imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex ma jsirx użu ħażin tal-informazzjoni bħal dan.

KAPITOLU XVI

GĦAŻLA U NOTIFIKA TA’ SERVIZZI TEKNIĊI

Artikolu 57

Rekwiżiti marbuta mas-servizzi tekniċi

1.   L-għażla tal-awtoritajiet ta’ approvazzjoni għandha tiżgura li qabel jagħżlu servizz tekniku skont l-Artikolu 59, dak is-servizz tekniku jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 9 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 60(1), servizz tekniku għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.   Servizz tekniku għandu jkun korp terz indipendenti mill-proċess tad-disinn, tal-immanifatturar, tal-provvista jew tal-manutenzjoni tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li jkun qed jevalwa.

Korp li jkun parti minn xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta l-intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-immuntar, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huwa jevalwa, jittestja jew jispezzjona, jista’, bil-kondizzjoni li jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull konflitt ta’ interess, jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu.

4.   Servizz tekniku, l-ogħla livell tal-maniġment tiegħu u l-istaff responsabbli għat-twettiq tal-kategoriji tal-attivitajiet li huma magħżula għalihom skont l-Artikolu 59(1) ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur jew dak li jagħmel il-manutenzjoni tal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma jevalwaw, u lanqas jirrapreżentaw partijiet impenjati f’dawk l-attivitajiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li ġew evalwati msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li huma meħtieġa għall-operar tas-servizz tekniku jew l-użu ta’ dawn il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati għall-skopijiet personali.

Servizz tekniku għandu jiżgura li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-subkuntratturi tagħhom ma jippreġudikawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom ġew maħtura.

5.   Is-servizz tekniku u l-persunal tiegħu għandu jwettaq il-kategoriji tal-attivitajiet li ġie maħtur għalihom bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandu jkun ħieles minn kull pressjoni u tentazzjoni, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-evalwazzjoni tiegħu, speċjalment pressjonijiet jew tentazzjonijiet li jirriżultaw minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Servizz tekniku għandu jkun kapaċi jittratta l-kategoriji ta’ attivitajiet li ġie maħtur għalihom skont l-Artikolu 59(1), billi juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra tiegħu, li huwa għandu:

(a)

persunal b’ħiliet adegwati, għarfien tekniku speċifiku u taħriġ vokazzjonali kif ukoll esperjenza suffiċjenti u adegwata biex iwettaq ix-xogħol;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri relevanti għall-kategoriji ta’ attivitajiet li qed ifittex li jiġi maħtur għalihom, filwaqt li jiżgura t-trasparenza u r-riproduċibilità ta’ dawk il-proċeduri;

(c)

il-proċeduri neċessarji għat-twettiq tal-kategoriji tal-attivitajiet li qed jipprova jiġi maħtur għalihom li jikkunsidraw b’mod xieraq il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata u jekk il-proċess tal-produzzjoni huwiex wieħed tal-massa jew tas-serje; u

(d)

il-mezzi neċessarji biex iwettqu b’mod adegwat il-kompiti marbuta mal-attivitajiet li hu qed jipprova li jiġi maħtur għalihom u li għandu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

Barra minn hekk, għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra li huwa konformi mal-istandards stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 61, li huma relevanti għall-kategoriji tal-attivitajiet li se jwettaq.

7.   L-imparzjalità tas-servizzi tekniċi, tal-ogħla livell ta’ maniġment tiegħu u l-istaff tal-evalwazzjoni għandha tkun garantita. M’għandux ikollhom sehem fl-ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità tagħhom marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom ikunu maħtura.

8.   Is-servizzi tekniċi għandhom jagħmlu polza tal-assigurazzjoni ta’ responsabbiltà relatata mal-attivitajiet tagħhom sakemm ir-responsabbilta ma jeħodhiex l-Istat Membru skont il-liġijiet nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli mill-evalwazzjoni tal-konformità.

9.   Il-persunal tas-servizz tekniku għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba huwa u jwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħlu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-ħatra tal-awtorità tal-approvazzjoni jew fejn ikun rikjest mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom jiġu protetti.

L-Artikolu 58

Sussidjarji tas-servizzi tekniċi u għoti ta’ subappalti minnhom

1.   Is-servizzi tekniċi jisgħtu jissubkuntrattaw xi wħud mill-attivitajiet tagħhom li ġew maħtura għalihom skont l-Artikolu 59(1) jew jaraw li dawk l-attivitajiet jitwettqu minn sussidjarju biss bi ftehim tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra.

2.   Fejn servizz tekniku jagħti b’subappalt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom ġie maħtur jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-subkuntrattur jew is-sussidjarju josservaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 57 u għandu jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra skont il-każ.

3.   Is-servizzi tekniċi għandhom jerfgħu r-responsabbiltà sħiħa tax-xogħlijiet li jkunu saru mis-subkuntratturi jew is-sussidjarji tagħhom, kull meta jiġu stabbiliti.

4.   Is-servizzi tekniċi għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra d-dokumenti relevanti dwar l-evalwazzjoni tal-kwalifiki tas-subkuntrattur jew tas-sussidjarju u tal-kompiti li jkunu saru minnhom.

Artikolu 59

Ħatra ta’ servizzi tekniċi

1.   Is-servizzi tekniċi għandhom jiġu maħtura skont wieħed jew aktar mill-erba’ kategoriji ta’ attivitajiet, skont il-qasam tal-kompetenza tagħhom:

(a)

kategorija A, servizzi tekniċi li jwettqu fil-faċilitajiet tagħhom stess it-testijiet imsemmija f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness I;

(b)

kategorija B, servizzi tekniċi li jagħmlu superviżjoni għat-testijiet imsemmija f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness I, fejn tali testijiet jiġu mwettqa fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta’ parti terza;

(c)

kategorija C, servizzi tekniċi li jivvalutaw u jissorveljaw fuq bażi regolari l-proċeduri tal-manifattur biex tiġi kontrollata l-konformità tal-produzzjoni;

(d)

il-kategorija D, servizzi tekniċi li jagħmlu superviżjoni jew iwettqu testijiet jew spezzjonijiet għas-sorveljanza tal-konformità tal-produzzjoni.

2.   Awtorità tal-approvazzjoni tista’ taġixxi bħala servizz tekniku għal waħda jew iżjed mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Servizzi tekniċi ta’ pajjiż terz, ħlief dawk maħtura skont l-Artikolu 60, jistgħu jiġu nnotifikati għall-iskopijiet tal-Artikolu 63, iżda biss jekk tali aċċettazzjoni ta’ servizzi tekniċi tiġi provduta minn qafas ta’ ftehim bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Dan m’għandux jżomm servizz tekniku stabbilit skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 57(2) milli jistabbilixxi sussidjarji f’pajjiżi terzi, sakemm is-sussidjarji jkunu ġestiti direttament u kkontrollati mis-servizz tekniku maħtur.

Artikolu 60

Servizzi tekniċi interni tal-manifattur akkreditati internament

1.   Servizz tekniku ta’ manifattur akkreditat internament jista’ jiġi maħtur biss għal attivitajiet ta’ kategorija A fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi li għalihom huwa permess awtottestjar f’att delegat adottat skont dan ir-Regolament. Dan is-servizz tekniku għandu jikkostitwixxi parti separata u distinta mill-impriża u ma għandux jieħu sehem fid-disinn, il-manifattura, il-provvista jew il-manutenzjoni tal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jevalwa.

2.   Servizzi tekniċi akkreditati internament għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

minbarra li jiġu maħtura mill-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru, għandhom jiġu akkreditati minn korp nazzjonali kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u skont l-istandards u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 61 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

is-servizz tekniku akkreditat internament u l-persunal tiegħu għandhom ikunu identifikabbli mill-aspett organizzattiv u jkollhom metodi ta’ rappurtar fi ħdan l-impriża li jifformaw parti minnha, li jassiguraw l-imparzjalità tagħhom u juruha lill-korp nazzjonali rilevanti ta’ akkreditament;

(c)

la s-servizz tekniku akkreditat internament u lanqas il-persunal tiegħu m’għandhom ikollhom sehem f’attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità tagħhom marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom ikunu ġew maħtura;

(d)

is-servizz tekniku akkreditat internament għandu jagħti s-servizzi tiegħu esklussivament lill-impriża li jagħmel parti minnha.

3.   Servizz tekniku akkreditat intern m’għandux għalfejn jiġi notifikat lill-Kummissjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 63 iżda l-informazzjoni dwar l-akkreditament tiegħu għandha tingħata mill-impriża li jagħmel parti minnha jew mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra fuq it-talba ta’ dik l-awtorità.

Artikolu 61

Proċeduri għall-istandards ta’ prestazzjoni u ta’ evalwazzjoni tas-servizzi tekniċi

Sabiex jiġi żgurat li dawn is-servizzi jilħqu l-istess livell għoli ta’ standards ta’ prestazzjoni fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 rigward l-istandards li bihom is-servizzi tekniċi għandhom ikunu konformi u l-proċedura tal-evalwazzjoni skont l-Artikolu 62 u l-akkreditazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 60.

Artikolu 62

Valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi

1.   L-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra għandha tfassal rapport ta’ valutazzjoni li juri li l-kandidat tas-servizz tekniku ġie valutat għall-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. Dak ir-rapport jista’ jinkludi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni maħruġ minn entità ta’ akkreditazzjoni.

2.   L-evalwazzjoni li fuqha r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 huwa bbażat, għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet stipulati f’att delegat adottat skont l-Artikolu 61. Ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jiġi rivedut tal-anqas kull tliet snin.

3.   Ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni fuq talba. F’tali każijiet, meta l-evalwazzjoni ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat tal-akkreditazzjoni maħruġ minn korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali li s-servizz tekniku jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tal-ħatra għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-evidenza dokumentarja li tattesta l-kompetenza tas-servizz tekniku u l-arranġamenti fis-seħħ biex ikun żgurat li s-servizz tekniku jiġi sorveljat regolarment mill-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra u jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

4.   L-awtorità tal-approvazzjoni li taġixxi bħala servizz tekniku skont l-Artikolu 59(2) għandha tiddokumenta konformità permezz ta’ valutazzjoni li għandha titwettaq minn awdituri indipendenti tal-attività li tkun qed tiġi vvalutata. Tali awdituri jistgħu jkunu mill-istess organizzazzjoni sakemm huma ġestiti b’mod separat mill-persunal li jwettaq l-attività vvalutata.

5.   Servizz tekniku akkreditat internament għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 63

Proċeduri ta’ notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-isem, l-indirizz, inkluż l-indirizz elettroniku, il-persuni responabbli u l-kategorija ta’ attivitajiet fir-rigward ta’ kull servizz tekniku maħtur minnhom, kif ukoll kwalunkwe modifikazzjoni sussegwenti għal dawk il-ħatriet. L-att ta’ notifika għandu jiddikjara għal liema suġġetti elenkati fl-Anness I intgħażlu s-servizzi tekniċi.

2.   Servizz tekniku jista’ jwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 59(1) f’isem l-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip biss jekk ikun ġie notifikat minn qabel lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-istess servizz tekniku jista’ jiġi maħtur minn bosta awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-ħatra u notifikat mill-Istati Membri ta’ dawn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-ħatra irrispettivament mill-kategoriji ta’ attivitajiet li se jwettaq skont l-Artikolu 59(1).

4.   Il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata dwar kwalunkwe tibdil relevanti sussegwenti għall-ħatra.

5.   Fejn organizzazzjoni speċifika jew entità kompetenti twettaq attività li mhix inkluża ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 59(1), tkun teħtieġ li tinħatar għall-applikazzjoni ta’ att elenkat fl-Anness I, in-notifika għandha ssir skont dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u d-dettalji dwar is-servizzi tekniċi notifikati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 64

Tibdil fil-ħatriet

1.   Fejn awtorità tal-ħatra tkun aċċertat ruħha jew tkun ġiet mgħarrfa li servizz tekniku maħtur minnha ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra għandha tillimita, tissospendi jew tirtira l-ħatra skont il-każ, skont kemm ikun gravi n-nuqqas li jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti jew li jkunu sodisfatti dawk l-obbligi. L-Istat Membru li nnotifika dan is-serivzz tekniku għandu jinforma l-Kummissjoni minnufih dwar dan. Il-Kummissjoni għandha timmodifika l-informazzjoni ppubblikata msemmija fl-Artikolu 63(6) skont dan.

2.   Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata l-ħatra, jew fejn is-servizz tekniku ma jkunx għadu attiv, l-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tassigura li l-fajls ta’ dak is-servizz tekniku jiġu pproċessati minn servizz tekniku ieħor jew jinżammu għad-disponibbiltà tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra jew tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbu dan.

Artikolu 65

Sfida għall-kompetenza tas-servizzi tekniċi

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju rigward il-kompetenza ta’ servizz tekniku jew rigward il-kapaċità ta’ servizz tekniku li jkompli jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun suġġett.

2.   L-Istat Membru tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, fuq talba, l-informazzjoni kollha relatata mal-bażi tal-ħatra jew maż-żamma tal-ħatra tas-servizz tekniku kkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba tul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi trattata b’mod kunfidenzjali.

4.   Meta l-Kummissjoni taċċerta li entità notifikata ma tissodisfax, jew ma għadhiex tissodisfa, ir-rekwiżiti għall-ħatra tagħha, din għandha tgħarraf lill-Istat Membru tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra kif xieraq, bil-għan li tistabbilixxi, f’kooperazzjoni ma’ dak l-Istat Membru, il-miżuri korrettivi meħtieġa u għandu jitlob lil dak l-Istat Membru biex jieħu dawk il-miżuri korrettivi, inkluż l-irtirar tal-ħatra, jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 66

Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi

1.   Is-servizzi tekniċi għandhom iwettqu l-kategoriji tal-attivitajiet li ġew maħtura għalihom f’isem l-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra u skont il-proċeduri ta’ valutazzjoni u għall-ittestjar ipprovduti f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness I.

Is-servizzi tekniċi għandhom jagħmlu superviżjoni tat-testijiet jew jagħmlu huma stess it-testijiet li huma meħtieġa għall-approvazzjoni jew spezzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament jew f’wieħed mill-atti elenkati fl-Anness I, ħlief fejn ikunu permessi proċeduri alternattivi. Is-servizzi tekniċi m’għandhomx iwettqu testijiet, valutazzjonijiet jew spezzjonijiet li ma ġewx maħtura għalihom mill-awtorità ta’ approvazzjoni.

2.   Is-servizzi tekniċi għandhom dejjem:

(a)

jippermettu l-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra tagħhom tkun xhieda tas-servizz tekniku waqt il-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq, u

(b)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57(9) u l-Artikolu 67, jipprovdu l-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra tagħhom b’tali informazzjoni dwar il-kategoriji ta’ attivitajiet tagħhom li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, skont kif jiġi mitlub.

3.   Meta servizz tekniku jsib li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament ma ġewx sodisfatti minn manifattur, dan għandu jitlob lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra sabiex din titlob lill-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u biex sussegwentement ma toħroġx ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip sakemm il-miżuri korrettivi ma jkunux ittieħdu għas-sodisfazzjon tal-approvazzjoni tat-tip.

4.   Meta, waqt is-sorveljanza tal-konformità tal-produzzjoni wara l-ħruġ ta’ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, servizz tekniku jsib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma għadhiex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament, dan għandu jirrapporta dan lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tieħu l-miżuri adegwati kif stipulat fl-Artikolu 28.

Artikolu 67

Obbligi ta’ informazzjoni tas-servizzi tekniċi

1.   Is-servizzi tekniċi għandhom jinfurmaw lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra b’dan li ġej:

(a)

kull nuqqas ta’ konformità li ltaqgħu miegħu u li jista’ jirrikjedi rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip;

(b)

kwalunkwe ċirkustanza li għandha effett fuq l-ambitu u l-kundizzjonijiet għall-ħatra tagħhom;

(c)

kwalunkwe talba għall-informazzjoni li rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward l-attivitajiet tagħhom.

2.   Jekk issir talba mill-awtorità tal-approvazzjoni tal-ħatra, is-servizzi tekniċi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-attivitajiet fi ħdan l-ambitu tal-ħatra tagħhom u kull attività oħra magħmula, inklużi attivitajiet transkonfinali u ta’ subappalt.

KAPITOLU XVII

ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI U ATTI DELEGATI

Artikolu 68

Atti ta’ implimentazzjoni

Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament u sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 69(2), tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri implimentattivi li ġejjin:

(a)

mudelli għall-folder ta’ informazzjoni u għad-dokument ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22;

(b)

is-sistema ta’ nnumerar għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fl-Artikolu 24(4);

(c)

il-mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fl-Artikolu 25(2);

(d)

il-mudell tad-dokument tar-riżultati tal-ittestjar mehmuż maċ-ċertifkat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(3);

(e)

il-mudell għal-lista tar-rekwiżiti applikabbli jew l-atti msemmija fl-Artikolu 25(6);

(f)

ir-rekwiżiti ġenerali għall-format tar-rapport tal-ittestjar imsemmi fl-Artikolu 27(1);

(g)

il-mudell għaċ-ċertifikat tal-konformità msemmi fl-Artikolu 33(2);

(h)

il-mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fl-Artikolu 34;

(i)

l-awtorizzazzjonijiet sabiex jingħataw l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li jeżentaw it-teknoloġiji ġodda jew il-kunċetti ġodda msemmija fl-Artikolu 35(3);

(j)

il-mudelli għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u għaċ-ċertifikat tal-konformità fir-rigward ta’ teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda msemmija fl-Artikolu 35(4);

(k)

l-awtorizzazzjonijiet lil Stati Membri biex jestendu l-approvazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 36(2);

(l)

il-lista ta’ komponenti jew tagħmir kif imsemmija fl-Artikolu 45(2);

(m)

il-mudell u s-sistema ta’ nnumerar għaċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 46(3), kif ukoll l-aspetti kollha relatati mal-proċedura tal-awtorizzazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu;

(n)

il-mudell għaċ-ċertifikat li jipprovdi prova tal-konformità mal-awtorità tal-approvazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 53(8).

Artikolu 69

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-“Kumitat Tekniku – Vetturi Agrikoli” (TC-AV). Dak il-kumitat huwa kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 70

Emenda tal-Annessi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament relatat mal-emenda tal-Annessi tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 71 rigward emendi għall-Anness I sabiex tintroduċi referenzi għall-att regolatorju u tikkunsidra l-corrigenda.

Artikolu 71

Eżerċitar tad-delegazzjoni

1.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(5), l-Artikolu 18(4), l-Artikolu 19(6), l-Artikolu 20(8), l-Artikolu 27(6), l-Artikolu 28(6) u l-Artikolu 45(4), l-Artikolu 49(3), l-Artikolu 53(12), l-Artikolu 61 u l-Artikolu 70 għanda tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn 22 ta’ Marzu 2013.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(5), l-Artikolu 18(4), l-Artikolu 19(6), l-Artikolu 20(8), l-Artikolu 27(6), l-Artikolu 28(6), l-Artikolu 45(4), l-Artikolu 49(3), l-Artikolu 53(12), l-Artikolu 61 u l-Artikolu 70 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delegazzjoni tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkun hemm diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

5.   Att delegat li ġie adottat skont l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 18(4), l-Artikolu 19(6), l-Artikolu 20(8), l-Artikolu 27(6), l-Artikolu 28(6), l-Artikolu 45(4), l-Artikolu 49(3), l-Artikolu 53(12), l-Artikolu 61 u l-Artikolu 70 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU XVIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 72

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali għall-ksur mill-operaturi ekonomiċi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jassiguraw li l-multi kollha jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa 23 ta’ Marzu 2015 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għall-penali għandhom jinkludu:

(a)

l-iddikjarar falz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew proċeduri li jwasslu għal revoka;

(b)

l-iffalsifikar tar-riżultati tat-testijiet għal approvazzjoni tat-tip jew in-service conformity;

(c)

iż-żamma ta’ dejta jew ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li tista’ twassal għal revoka, rifjut jew irtirar tal-approvazzjoni tat-tip;

(d)

l-użu ta’ tagħmir ta’ invalidazzjoni (defeat devices);

(e)

ir-rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni;

(f)

l-operaturi ekonomiċi jqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għall-approvazzjoni mingħajr tali approvazzjoni jew iffalsifikar ta’ dokumenti jew immarkar b’dik l-intenzjoni.

Artikolu 73

Dispożizzjonijiet Tranżitorji

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament m’għandu jinvalida l-ebda approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħtija għal vetturi jew għal sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati qabel id-data speċifikata fl-Artikolu 64(2).

2.   Awtoritajiet ta’ approvazzjoni għandhom ikomplu jagħtu estensjoni tal-approvazzjonijiet lil dawk il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati msemmija fil-paragrafu 1 skont id-Direttiva 2003/37/KE u kwalunkwe Direttiva elenkata fl-Artikolu 76(1). Madankollu, tali approvazzjonijiet m’għandhomx jintużaw għall-finijiet tal-akkwist ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa skont dan ir-Regolament.

3.   B’deroga minn dan ir-Regolament, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati jew vetturi ġodda tat-tipi li rċevew approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa skont id-Direttiva 2003/37/KE jistgħu jibqgħu jiġu rreġistrati, mqiegħda fis-suq jew imdaħħla fis-servizz sal-31 ta’ Diċembru 2017. Vetturi ġodda tat-tip li ma ġewx soġġetti għal approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2003/37/KE jistgħu jibqgħu jiġu rreġistrati jew jiġu mdaħħla fis-servizz sa dik id-data skont il-liġi tal-Istati Memru tad-dħul fis-servizz jew reġistrazzjoni.

L-awtoritajiet nazzjonali m’għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi li huma konformi mat-tip approvat.

Artikolu 74

Rapport

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2019, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-kummissjoni bl-applikazzjoni tal-proċeduri għall-approvazzjonit at-tip stipulati f’dan ir-Regolament.

2.   Abbażi tal-informazzjoni mogħtija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 75

Rieżami

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward is-suġġetti msemmija fil-paragrafu 3.

2.   Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjoni tal-partijiet interessati relevanti, u għandu jqis l-istandards Ewropej u internazzjonali eżistenti.

3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar:

(a)

in-numru ta’ approvazzjonijiet individwali mogħtija lill-vetturi koperti minn dan ir-Regolament qabel l-ewwel reġistrazzjoni kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru mill-1 ta’ Jannar 2016;

(b)

il-kriterji nazzjonali li tali approvazzjonijiet kienu bbażati fuqhom, sakemm dawn il-kriterji ddevjaw mir-rekwiżiti obbligatorji għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

4.   Dan ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposti leġiżlattivi u għandu jeżamina l-inklużjoni tal-approvazzjonijiet individwali fir-Regolament fuq il-bażi ta’ rekwiżiti armonizzati.

Artikolu 76

Tħassir

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73(2) ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 2003/37/KE kif ukoll id-Direttivi 74/347/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/537/KEE, 78/764/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/298/KEE, 86/415/KEE, 87/402/KEE, 2000/25/KE, 2009/57/KE, 2009/58/KE, 2009/59/KE, 2009/60/KE, 2009/61/KE, 2009/63/KE, 2009/64/KE, 2009/66/KE, 2009/68/KE; 2009/75/KE, 2009/76/KE u 2009/144/KE għandhom jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2016.

2.   Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw, fir-rigward tad-Direttiva 2003/37/KE, f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness III.

Artikolu 77

Emenda tad-Direttiva 2006/42/KE

L-ewwel inċiż tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2006/42/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, bl-esklużjoni ta’ makkinarju mmuntat fuq dawk il-vetturi,”.

Artikolu 78

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

Mit-22 ta’ Marzu 2013, l-awtoritajiet nazzzjonali ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura, jew jipprojbiexxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida meta l-vettura kkonċernata tkun konformi ma’ dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, jekk manifattur jitlob dan.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-5 ta’ Frar 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 42.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Novembru 2012 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2013.

(3)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(8)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(9)  ĠU L 191, 15.7.1974, p. 5.

(10)  ĠU L 122, 8.5.1976, p. 1.

(11)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 135.

(12)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 38.

(13)  ĠU L 255, 18.9.1978, p. 1.

(14)  ĠU L 194, 28.7.1980, p. 1.

(15)  ĠU L 186, 8.7.1986, p. 19.

(16)  ĠU L 186, 8.7.1986, p. 26.

(17)  ĠU L 240, 26.8.1986, p. 1.

(18)  ĠU L 220, 8.8.1987, p. 1.

(19)  ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.

(20)  ĠU L 261, 3.10.2009, p. 1.

(21)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 4.

(22)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 9.

(23)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 15.

(24)  ĠU L 203, 5.8.2009, p. 19.

(25)  ĠU L 214, 19.8.2009, p. 23.

(26)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 1.

(27)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 11.

(28)  ĠU L 203, 5.8.2009, p. 52.

(29)  ĠU L 261, 3.10.2009, p. 40.

(30)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 18.

(31)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 33.

(32)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.

(33)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(34)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.


ANNESS I

LISTA TA’ REKWIŻITI GĦAL SKOPIJIET TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE GĦALL-VETTURI

Nru

Artikolu

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Vetturi bil-mutur

Kategoriji tal-vetturi

T1a

T1b

T2a

T2b

T3a

T3b

T 4.1a

T4.1b

(+)

T 4.2a

T 4.2b

(+)

T 4.3a

T4.3b

Ca

Cb

(++)

Ra

Rb

Sa

Sb

1

17(2)(a)

L-integrità tal-istruttura tal-vettura

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

X

X

X

X

2

17(2)(b)

Veloċità massima tad-disinn, tagħmir li jmexxi u jillimita l-veloċità

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

3

17(2)(b)

Apparat tal-brejkijiet u ingaġġ għall-brejkijiet tal-karrijiet

RVBR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

4

17(2)(b)

Steering għal tratturi veloċi

RVFSR (ibbażat fuq ECE 79 REV [numru ġdid])

Y

NA

X

NA

X

NA

X

NA

X

NA

X

NA

X

NA

I

NA

NA

NA

NA

5

17(2)(b)

Steering

RVFSR

Y

X

NA

X

NA

X

NA

X

NA

X

NA

X

NA

I

NA

NA

NA

NA

NA

6

17(2)(b)

Speedometer

 

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

7

17(2)(c)

Firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen

RVFSR (ibbażat fuq ECE 71 REV. 1)

Y

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

8

17(2)(c)

Glazing

RVFSR (ibbażat fuq ECE 43 REV2 Am3 Sup11)

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

9

17(2)(c)

Mirja li minnhom tista’ tara fuq wara

RVFSR

Y

X

X

X

X

NA

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

10

17(2)(c)

Sistemi ta’ informazzjoni tas-sewwieq

RVFSR

Y

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

11

17(2)(d)

Tagħmir ta’ dawl u sinjalizzazzjoni bid-dawl u s-sorsi tad-dawl tiegħu

RVFSR (ibbażat fuq

ECE 3 Rev3 Am1 Sup11; ECE 4 Rev4 Sup14;

ECE 5 Is-Suppliment 7 mas-serje 02 ta’ emendi; ECE 6 Rev4 Sup17; ECE 7 Rev4 Sup15;

ECE 19 Rev5 Sup1; ECE 23 Rev2 Sup15;

ECE 31 Is-Suppliment 7 mas-serje 02 ta’ emendi;

ECE 37 Is-Suppliment 36 mas-serje 03 ta’ emendi;

ECE 38 Rev2 Sup14; ECE 98 Rev1 Sup11;

ECE 99 Is-Suppliment 6 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament;

ECE 112 serje 01 tal-emendi;

ECE 113 Is-Suppliment 9 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament;)

Y

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

12

17(2)(d)

Installazzjoni ta’ dawl

RVFSR (ibbażat fuq ECE 86 Am [numru ġdid])

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

X

X

X

X

13

17(2)(e)

Il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura, inklużi l-fittings ta’ ġewwa, fejn tistrieħ ir-ras, iċ-ċintorini ta’ sikurezza, il-bibien tal-vettura;

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

14

17(2)(f)

l-estern u l-aċċessorji tal-vettura;

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

15

17(2)(g)

Kompatibbiltà elettromanjetika

RVFSR

Y

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

16

17(2)(h)

Strumenti ta’ twissija akustika

RVFSR

Y

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

17

17(2)(i)

Is-sistemi tat-tisħin;

RVFSR

Y

X

X

X

X

X

NA

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

18

17(2)(j)

Tagħmir li ma jħallix użu mhux awtorizzat

RVFSR

Y (only for T-and C-categories)

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

Z

Z

X

X

19

17(2)(k)

Pjanċa ta’ reġistrazzjoni

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

X

X

X

X

20

17(2)(k)

Pjanċa statutorja u immarkar

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

X

X

X

X

21

17(2)(l)

Dimensjonijiet u l-massa tal-karru

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

X

X

X

X

22

17(2)(l)

Massa mgħobbija massima

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

23

17(2)(l)

Mases tas-saborra

RVFSR

 

X

X

X

X

NA

NA

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

24

17(2)(m)

Is-sikurezza tas-sistemi elettriċi

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

25

17(2)(a), 17(2)(m), 18(2)(l)

Tank tal-fjuwil

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

26

17(2)(n)

Strutturi protettivi fuq in-naħa ta’ wara

RVFSR

 

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

X

X

NA

NA

27

17(2)(o)

Protezzjoni laterali

RVFSR

 

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

X

NA

NA

28

17(2)(p)

Pjattaformi tat-tagħbija

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

29

17(2)(q)

Apparat tal-irmunkar

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

30

17(2)(r)

Tajers

RVFSR (ibbażat fuq ECE 106 Am5 Sup6)

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

NA

NA

X

X

X

X

31

17(2)(s)

Sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir.

RVFSR

Y

NA

X

NA

X

NA

X

NA

X

NA

X

NA

X

NA

NA

NA

X

NA

NA

32

17(2)(t)

Ger tar-rivers;

RVFSR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

33

17(2)(u)

Tracks

RVFSR

 

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

X

X

NA

NA

NA

NA

34

17(2)(v)

Igganċjar mekkaniku

RVFSR

 

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

I

I

X

X

X

X

35

18(2)(a)

ROPS

RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 3, kif emendat)

 

X

X

NA

NA

NA

NA

NA

NA

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

NA

NA

36

18(2)(a)

ROPS (imqiegħda fuq it-tracks)

RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 8, kif emendat)

 

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

NA

X

X

NA

NA

NA

NA

37

18(2)(a)

ROPS (testijiet statiċi)

RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 4, kif emendat)

 

X

X

NA

NA

NA

NA

NA

NA

X

X

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

38

18(2)(a)

ROPS, immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem (tratturi b’katina dejqa

RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 6, kif emendat)

 

NA

NA

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

X

X

NA

NA

NA

NA

NA

NA

39

18(2)(a)

ROPS, immuntati fuq in-naħa ta’ wara (tratturi b’katina dejqa

RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 7, kif emendat)

 

NA

NA

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

X

X

NA

NA

NA

NA

NA

NA

40

18(2)(b)

FOPS, struttura ta’ protezzjoni kontra oġġetti li jaqgħu

RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 10, kif emendat)

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

41

18(2)(c)

Sedili tal-passiġġiera

RVCR

 

X

X

NA

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

42

18(2)(d)

L-espożizzjoni tas-sewwieq għal-livell tal-ħoss;

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

43

18(2)(e)

Sedil tas-sewwieq u l-pożiżżjoni tiegħu

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

44

18(2)(f)

Spazju għal manuvrar, aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

45

18(2)(g)

Power take-offs

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

46

18(2)(h)

Protezzjoni tal-komponenti tas-sewqan

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

47

18(2)(i)

Ankoraġġi għaċ-ċintorini ta’ sikurezza

RVCR (rapport alternattiv tal-ittestjar għal dak fi ħdan il-qasam tal-applikazzjoni tal-OECD Kodiċi 3, 4, 6,7, 8, kif emendat)

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

48

18(2)(j)

Ċintorini ta’ sikurezza

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

49

18(2)(k)

OPS, Protezzjoni kontra oġġetti penetranti

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

50

18(2)(l)

Is-sistema tal-egżost

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

51

18(2)(l), 18(2)(n),18(2)(q), 18(4)

Manwal tal-operaturi

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

52

18(2)(o)

Il-kontroll, inkluż b’mod partikolari t-tagħmir tat-twaqqif tal-emerġenza u awtomatiku

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

53

18(2)(p)

Protezzjoni minn perikli mekkaniċi, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 18.2(a), (b), (g) u (k), inkluż il-protezzjoni kontra l-ksur ta’ pajpijiet li fihom fluwidi u l-moviment mhux kontrollat tal-vettura;

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

Z

Z

X

X

54

18(2)(r), 18(2)(p)

Ilqugħ u apparat ta’ protezzjoni;

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

Z

Z

X

X

55

18(2)(l), 18(2)(s), 18(2)(q), 18(4)

Informazzjoni, avviżi u marki

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

Z

Z

X

X

56

18(2)(t)

Materjali u prodotti

RVCR

Y

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

57

18(2)(u)

Batteriji

RVCR

Y

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

58

18(4)

Ħruġ tal-emeġenza

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

 

59

18(2)(l), 18(4)

Il-ventilazzjoni tal-kabina u s-sistema tal-iffiltrar

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

60

18(4)

Ir-rata ta’ ħruq tal-materjal tal-kabina

RVCR

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

61

19(2)(a)

Emissjonijiet li jniġġsu

REPPR (stadji tal-emissjonijiet minn 2000/25/KE u 97/68/KE)

 

X

X

X

X

X

Jekk fl-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva

X

Jekk fl-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva

X

X

X

X

X

X

X

X

NA

NA

NA

NA

62

19(2)(b)

Livell tal-ħsejjes (estern)

REPPR (valuri limitu minn 2009/63/KE)

Y

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

I

I

NA

NA

NA

NA

(+)= jekk tali subkategorija tinħoloq taħt il-kategorija

(++)= biss għas-subkategoriji li jikkorrispondu ma’ dawk bl-indiċi b taħt il-kategorija T

X= applikabbli

I= l-istess bħal T skont il-kategorija

Y= l-atti rilevanti għal vetturi bil-mutur aċċettati bħala ekwivalenti, kif speċifikat fl-att delegat

Z= applikabbli biss għal makkinarju rmunkat interkambjabbli li jaqa’ taħt il-kategorija R minħabba l-massa massima teknikament permissibbli meta mqabbla ma’ massima bla tagħbija li tkun daqs jew akbar minn 3,0 (Artikolu 3, definizzjoni 9)

NA= mhux applikabbli

RVFSR= Regolament dwar ir-Rekwiżiti tas-Sikurezza Funzjonali tal-Vetturi (att delegat)

RVCR= Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Kostruzzjoni tal-Vetturi (att delegat)

REPPR= Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Prestazzjoni Ambjentali u tal-Propulsjoni (att delegat)

RVBR= Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Ibbrejkjar tal-Vetturi (att iddelegat)


ANNESS II

LIMITI GĦAS-SERJE ŻGĦIRA

In-numru ta’ unitajiet fi ħdan tip li għandu jitqiegħed għad-disponibbiltà fis-suq, jiġi rreġistrat jew imdaħħal fis-servizz annwalment f’kull Stat Membru m’għandux jaqbeż il-valur muri hawn taħt għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni.

Kategorija

Unitajiet (għal kull tip)

T

150

C

50


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 76)

Direttiva 2003/37/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikoli 1 u 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikoli 20 sa 23

Artikolu 4

Artikoli 22, 24 u 26

Artikolu 5

Artikoli 29 sa 31

Artikolu 6

Artikoli 33 u 34

Artikolu 7

Artikoli 5, 38 u 40

Artikolu 8 (1)

Artikolu 8 (2)

Artikolu 38 (2)

Artikoli 35 sa 37 u Artikolu 39

Artikolu 9

Artikolu 37

Artikolu 10

Artikolu 39

Artikolu 11

Artikoli 35 u 36

Artikolu 12

Artikoli 49 u 50

Artikolu 13

Artikoli 8 u 28

Artikolu 14

Artikolu 24

Artikolu 15

Artikoli 41 sa 48

Artikolu 16

Artikoli 41 u 44

Artikolu 17

Artikolu 44

Artikolu 18

Artikolu 48

Artikolu 19

Artikoli 68, 70 u 71

Artikolu 20

Artikolu 69

Artikolu 21

Artikolu 5 u Artikoli 57 sa 67

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26


Top