Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0730

2012/730/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Novembru 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta fir-rigward tan-negozjar ta’ termini ta’ referenza ġodda għal wara l-2014

OJ L 328, 28.11.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/730/oj

28.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Novembru 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta fir-rigward tan-negozjar ta’ termini ta’ referenza ġodda għal wara l-2014

(2012/730/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/312/KE (1), il-Ftehim li jistabilixxi t-Termini ta’ Referenza tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta, 2001 (“il-Ftehim”) ġie approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

(2)

It-termini ta’ referenza ta’ bħalissa jiskadu fit-30 ta’ April 2014 u l-kwistjoni tal-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid ta’ dawn it-termini ta’ referenza se tiġi diskussa fil-15-il sessjoni tal-Kunsill tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta li se ssir f’Diċembru 2012.

(3)

It-tiġdid tal-Ftehim imsemmi hawn fuq mhuwiex fl-interess tal-Unjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, fil-grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta għandha tkun li tivvota kontra li jinfetħu n-negozjati għat-tiġdid tat-Termini ta’ Referenza lil hinn mill-2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 112, 27.4.2002, p. 34.


Top