Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1106

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas- 27 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 328, 28.11.2012, p. 7–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 024 P. 17 - 25

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1106/oj

28.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1106/2012

tas-27 ta’ Novembru 2012

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (2) stabbilixxa l-verżjoni ta’ dik in-nomenklatura li saret valida mill-1 ta’ Jannar 2007.

(2)

Is-Sudan t’Isfel sar stat indipendenti.

(3)

L-Antilli Olandiżi ġew dissoluti.

(4)

Saint Barthélemy ma għadux parti mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Huwa meħtieġ kodiċi biex jiġu koperti t-transazzjonijiet li jinvolvu l-installazzjonijiet fuq l-ibħra (pjattaformi taż-żejt, parks eoliċi, kejbils transoċeaniċi).

(6)

Il-kodifikazzjoni alfabetika tal-pajjiżi u t-territorji għandha tirrifletti l-verżjoni kurrenti tal-Istandard ISO alpha 2, safejn hija kompatibbli mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-ħtiġijiet statistiċi tal-Unjoni.

(7)

Huwa għalhekk xieraq li titfassal verżjoni ġdida tan-nomenklatura li tqis dawn l-iżviluppi u l-bidliet li jaffettwaw ċerti kodiċijiet.

(8)

Il-miżuri previsti fir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Istatistika Relatata mal-Kummerċ ta’ Merkanzija ma’ Pajjiżi Mhux Membri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-verżjoni tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika dwar il-kummerċ estern tal-Unjoni Ewropea u l-istatistika dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri li għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2013 hija stabbilita fl-Anness hawn taħt.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1833/2006 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23.

(2)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19.


ANNESS

IN-NOMENKLATURA TAL-PAJJIŻI U T-TERRITORJI GĦALL-ISTATISTIKA DWAR IL-KUMMERĊ ESTERN TAL-UNJONI U L-ISTATISTIKA DWAR IL-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI

(Verżjoni valida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013)

Il-kodiċi

It-test

Id-deskrizzjoni

AD

Andorra

 

AE

l-Emirati Għarab Magħquda

Abu Dhabi, Ajman, Dubai, Fujairah, Ras Al Khaimah, Sharjah u Umm Al Qaiwain

AF

l-Afganistan

 

AG

Antigwa u Barbuda

 

AI

Angwilla

 

AL

l-Albanija

 

AM

l-Armenja

 

AO

l-Angola

Inkluża Cabinda

AQ

l-Antartika

It-Territorju fin-Nofsinhar tal-latitudni 60° tan-Nofsinhar; mhux inklużi t-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar (TF), il-Gżira ta’ Bouvet (BV), il-Ġeorġja tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar (GS)

AR

l-Arġentina

 

AS

is-Samoa Amerikana

 

AT

l-Awstrija

 

AU

l-Awstralja

 

AW

Aruba

 

AZ

l-Ażerbajġan

 

BA

il-Bosnja-Ħerzegovina

 

BB

il-Barbados

 

BD

il-Bangladexx

 

BE

il-Belġju

 

BF

Burkina Faso

 

BG

il-Bulgarija

 

BH

il-Baħrejn

 

BI

il-Burundi

 

BJ

il-Benin

 

BL

Saint Barthélemy

 

BM

Bermuda

 

BN

il-Brunej Darussalam

Spiss jissejjaħ bħala l-Brunej

BO

l-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja

Spiss tissejjaħ bħala l-Bolivja

BQ

Bonaire Sint Eustatius, u Saba

 

BR

il-Brażil

 

BS

il-Baħamas

 

BT

il-Butan

 

BV

il-Gżira ta’ Bouvet

 

BW

il-Botswana

 

BY

il-Belarus

Spiss jissejjaħ bħala l-Belorussja

BZ

il-Beliże

 

CA

il-Kanada

 

CC

il-gżejjer Cocos (jew il-Gżejjer Keeling)

 

CD

ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Magħrufa qabel bħala ż-Żaire

CF

ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

 

CG

il-Kongo

 

CH

l-Isvizzera

Inklużi t-territorju Ġermaniż ta’ Büsingen u l-muniċipalità Taljana ta’ Campione d’Italia

CI

il-Côte d’Ivoire

Spiss tissejjaħ bħala l-Kosta tal-Ivorju

CK

il-Gżejjer Cook

 

CL

iċ-Ċilì

 

CM

il-Kamerun

 

CN

iċ-Ċina

 

CO

il-Kolombja

 

CR

il-Kosta Rika

 

CU

Kuba

 

CV

il-Kap Verde

 

CW

Curaçao

 

CX

il-Gżira Christmas

 

CY

Ċipru

 

CZ

ir-Repubblika Ċeka

 

DE

il-Ġermanja

Inkluża l-gżira ta’ Heligoland; eskluż it-territorju ta’ Büsingen

DJ

Ġibuti

 

DK

id-Danimarka

 

DM

Dominika

 

DO

ir-Repubblika Dominikana

 

DZ

l-Alġerija

 

EC

l-Ekwador

Inklużi l-Gżejjer Galápagos

EE

l-Estonja

 

EG

l-Eġittu

 

EH

is-Saħara tal-Punent

 

ER

l-Eritrea

 

ES

Spanja

Inklużi l-Gżejjer Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji; esklużi Ceuta (XC) u Melilla (XL)

ET

l-Etjopja

 

FI

il-Finlandja

Inklużi l-gżejjer Åland

FJ

Fiġi

 

FK

il-Gżejjer Falkland

 

FM

l-Istati Federali tal-Mikroneżja

Chuuk, Kosrae, Pohnpei u Yap

FO

il-Gżejjer Faroe

 

FR

Franza

Inklużi Monako, id-dipartimenti barranin Franċiżi (il-Gujana Franċiża, il-Gwadelup, Martinique u Réunion) u l-parti Franċiża tat-Tramuntana ta’ San Martin

GA

il-Gabon

 

GB

ir-Renju Unit

il-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, il-gżejjer Channel u Isle of Man

GD

Grenada

Inklużi l-Grenadini tan-Nofsinhar

GE

il-Ġeorġja

 

GH

il-Gana

 

GI

Ġibiltà

 

GL

Greenland

 

GM

il-Gambja

 

GN

il-Ginea

 

GQ

il-Ginea Ekwatorjali

 

GR

il-Greċja

 

GS

il-Ġeorġja tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar

 

GT

il-Gwatemala

 

GU

Gwam

 

GW

il-Ginea Bissaw

 

GY

il-Gujana

 

HK

Ħong Kong

Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Hong Kong tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

HM

il-Gżejjer Heard u McDonald

 

HN

il-Ħonduras

Inklużi l-Gżejjer Swan

HR

il-Kroazja

 

HT

Ħaiti

 

HU

l-Ungerija

 

ID

l-Indoneżja

 

IE

l-Irlanda

 

IL

l-Iżrael

 

IN

l-Indja

 

IO

it-Territorju Britanniku tal-Oċean Indjan

l-Arċipelagu Chagos

IQ

l-Iraq

 

IR

ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

 

IS

l-Islanda

 

IT

l-Italja

Inkluż Livigno; eskluża l-muniċipalità ta’ Campione d’Italia

JM

il-Ġamajka

 

JO

il-Ġordan

 

JP

il-Ġappun

 

KE

il-Kenja

 

KG

ir-Repubblika Kirgiża

 

KH

il-Kambodja

 

KI

Kiribati

 

KM

il-Komoros

Anjouan, Grande Comore u Mohéli

KN

Saint Kitts u Nevis

 

KP

ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

Spiss tissejjaħ bħala l-Korea ta’ Fuq

KR

ir-Repubblika Koreana

Spiss tissejjaħ bħala l-Korea t’Isfel

KW

il-Kuwajt

 

KY

il-Gżejjer Kajman

 

KZ

il-Każakistan

 

LA

Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos

Spiss jissejjaħ bħala l-Laos

LB

il-Libanu

 

LC

Santa Luċija

 

LI

il-Liechtenstein

 

LK

is-Sri Lanka

 

LR

il-Liberja

 

LS

il-Lesoto

 

LT

il-Litwanja

 

LU

il-Lussemburgu

 

LV

il-Latvja

 

LY

il-Libja

 

MA

il-Marokk

 

MD

ir-Repubblika tal-Moldova

 

ME

il-Montenegro

 

MG

il-Madagaskar

 

MH

il-Gżejjer Marshall

 

MK  (1)

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

ML

il-Mali

 

MM

il-Mjanmar

Spiss jissejjaħ bħala l-Burma

MN

il-Mongolja

 

MO

il-Makaw

Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

MP

il-Gżejjer Marjana ta’ Fuq

 

MR

il-Mawritanja

 

MS

Montserrat

 

MT

Malta

Inklużi Għawdex u Kemmuna

MU

il-Mawrizju

il-Mawrizju, il-gżejjer Rodrigues, il-Gżejjer Agalega u Cargados Carajos Shoals (il-gżejjer St Brandon Islands)

MV

il-Maldive

 

MW

il-Malawi

 

MX

il-Messiku

 

MY

il-Malasja

il-Malasja Peninsulari u l-Malasja tal-Lvant (Labuan, Sabah u Sarawak)

MZ

il-Możambik

 

NA

in-Namibja

 

NC

il-Kaledonja Ġdida

Inklużi l-Gżejjer Loyalty (Lifou, Maré u Ouvéa)

NE

in-Niġer

 

NF

il-Gżira Norfolk

 

NG

in-Niġerja

 

NI

in-Nikaragwa

Inklużi l-Gżejjer Corn

NL

il-Pajjiżi l-Baxxi

 

NO

in-Norveġja

Inklużi l-Arċipelagu ta’ Svalbard u l-Gżira Jan Mayen

NP

in-Nepal

 

NR

Nawru

 

NU

Nju

 

NZ

in-New Zealand

eskluża d-Dipendenza Ross (l-Antartika)

OM

l-Oman

 

PA

il-Panama

Inkluża dik li kienet iż-Żona tal-Kanal

PE

il-Perù

 

PF

il-Polineżja Franċiża

Il-Gżejjer Marquesas, il-gżejjer Society (inkluża Taħiti), il-Gżejjer Tuamotu, il-gżejjer Gambier u l-Gżejjer Austral.

PG

il-Papwa Ginea Ġdida

il-parti tal-Lvant tal-Ginea l-Ġdida; l-Arċipelagu Bismarck (inklużi l-Brittanja Ġdida, l-Irlanda Ġdida, Lavongai (Hanover Ġdid) u l-gżejjer Admiralty); il-Gżejjer Solomon tat-Tramuntana (Bougainville u Buka); Il-Gżejjer Trobriand, il-Gżira Woodlark; il-Gżejjer d’Entrecasteaux u l-Arċipelagu Louisiade.

PH

il-Filippini

 

PK

il-Pakistan

 

PL

il-Polonja

 

PM

San Pierre u Miquelon

 

PN

Pitcairn

Inklużi l-Gżejjer Ducie, Henderson u Oeno

PS

it-Territorju Okkupat Palestinjan

Ix-Xatt tal-Punent (inkluża Ġerusalemm tal-Lvant) u l-Istrixxa ta’ Gaża

PT

il-Portugall

Inklużi l-Ażori u Madeira

PW

il-Palaw

 

PY

il-Paragwaj

 

QA

il-Qatar

 

RO

ir-Rumanija

 

RU

il-Federazzjoni Russa

Spiss tissejjaħ bħala r-Russja

RW

ir-Rwanda

 

SA

l-Arabja Sawdija

 

SB

il-Gżejjer Solomon

 

SC

is-Seychelles

il-Gżira Mahé, il-Gżira Praslin, La Digue, Frégate u Silhouette; il-Gżejjer Amirante (inklużi Desroches, Alphonse, Platte u Coëtivy); il-Gżejjer Farquhar (inkluża Providence); il-Gżejjer Aldabra u l-Gżejjer Cosmoledo.

SD

is-Sudan

 

SE

l-Isvezja

 

SG

Singapor

 

SH

Saint Helena, Ascencion u Tristan da Cunha

 

SI

is-Slovenja

 

SK

is-Slovakkja

 

SL

Sjerra Leone

 

SM

San Marino

 

SN

is-Senegal

 

SO

is-Somalja

 

SR

is-Surinam

 

SS

is-Sudan t’Isfel

 

ST

Sao Tome u Principe

 

SV

El Salvador

 

SX

Sint Maarten (il-parti Olandiża)

Il-Gżira ta’ San Martin hija maqsuma fil-parti Franċiża tat-Tramuntana u l-parti Olandiża tan-Nofsinhar.

SY

ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Spiss tissejjaħ bħala s-Sirja

SZ

is-Sważiland

 

TC

il-Gżejjer Turks u Kajkos

 

TD

iċ-Ċad

 

TF

it-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar

Inklużi l-Gżejjer Kerguélen, l-Gżira Amsterdam, il-Gżira Saint-Paul, l-Arċipelagu Crozet u l-Gżejjer Franċiżi mferrxa mal-Oċean Indjan magħmula minn Bassas da India, il-Gżira Europa, il-Gżejjer Glorioso, il-Gżira Juan de Nova u l-Gżejjer Tromelin.

TG

it-Togo

 

TH

it-Tajlandja

 

TJ

it-Taġikistan

 

TK

it-Tokelaw

 

TL

Timor-Leste

 

TM

it-Turkmenistan

 

TN

it-Tuneżija

 

TO

Tonga

 

TR

it-Turkija

 

TT

Trinidad u Tobago

 

TV

Tuvalu

 

TW

it-Tajwan

It-Territorju doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu

TZ

ir-Repubblika Unita tat-Tanżanija

Pemba, il-Gżira ta’ Żanżibar u Tanganyika

UA

l-Ukraina

 

UG

l-Uganda

 

UM

il-Gżejjer Minuri Mbiegħda tal-Istati Uniti

Inklużi l-Gżira Baker, il-Gżira Howland, il-Gżira Jarvis, Johnston Atoll, Kingman Reef, il-Gżejjer Midway, il-Gżira Navassa, Palymra Atoll u l-Gżira Wake

US

l-Istati Uniti

Inkluż il-Puerto Riko

UY

l-Urugwaj

 

UZ

l-Użbekistan

 

VA

is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan)

 

VC

Saint Vincent u l-Grenadini

 

VE

ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela

Spiss tissejjaħ il-Venezwela

VG

il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

 

VI

il-Gżejjer Verġni Amerikani.

 

VN

il-Vjetnam

 

VU

il-Vanwatu

 

WF

Wallis u Futuna

Inkluża l-Gżira Alofi

WS

is-Samoa

Magħrufa qabel bħala s-Samoa tal-Punent

XC

Ceuta

 

XK

il-Kosovo

Kif iddefinit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

XL

Melilla

Inklużi Peñón de Vélez de la Gomera, Peñón de Alhucemas u l-Gżejjer Chafarinas.

XS

is-Serbja

 

YE

il-Jemen

Dak li kien il-Jemen tat-Tramuntana u l-Jemen tan-Nofsinhar

YT

il-Majott

Grande-Terre u Pamandzi

ZA

l-Afrika t’Isfel

 

ZM

iż-Żambja

 

ZW

iż-Żimbabwe

 

MIXXELLANJI

EU

L-Unjoni Ewropea

Kodiċi li fil-kummerċ ma’ pajjiżi mhux membri, huwa riservat għad-dikjarazzjoni tal-oriġini tal-oġġetti skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE. Il-kodiċi ma għandux jintuża għal skopijiet ta’ statistika.

QP

Ibħra internazzjonali

Il-qasam marittimu ’l barra mill-ilmijiet territorjali

QQ

Mħażen u provvisti

Intestatura fakultattiva

jew

 

 

QR

Mħażen u provvisti fil-qafas tal-kummerċ intra-UE

Intestatura fakultattiva

QS

Mħażen u provvisti fil-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi

Intestatura fakultattiva

QU

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati

Intestatura fakultattiva

jew

 

 

QV

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati fil-qafas tal-kummerċ intra-UE

Intestatura fakultattiva

QW

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati fil-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi

Intestatura fakultattiva

QX

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari

Intestatura fakultattiva

jew

 

 

QY

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari fil-qafas tal-kummerċ intra-UE

Intestatura fakultattiva

QZ

Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari fil-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi

Intestatura fakultattiva


(1)  Dan il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun attribwita wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.


Top