Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D1104

Deċiżjoni Nru 1104/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE biex tinkludi l-materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija “kwalifikati” u biex taġġorna l-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni

OJ L 328, 28.11.2012, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 066 P. 248 - 250

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/1104/oj

28.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/1


DEĊIŻJONI Nru 1104/2012/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE biex tinkludi l-materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija “kwalifikati” u biex taġġorna l-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ekwivalenza ta’ materjal riproduttiv tal-foresti prodott f’pajjiżi terzi (3) tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom il-materjal riproduttiv tal-foresti tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula”, prodott f’pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, għandu jiġi importat fl-Unjoni.

(2)

Ir-regoli nazzjonali għaċ-ċertifikazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-foresti fl-Istati Uniti, l-Iżvizzera, il-Kanada, il-Kroazja, in-Norveġja, is-Serbja, u t-Turkija jipprevedu spezzjoni uffiċjali fuq il-post li għandha titwettaq matul il-ġbir u l-ipproċessar taż-żrieragħ u l-produzzjoni tan-nebbiet għat-tħawwil.

(3)

Skont dawk ir-regoli, is-sistemi għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ materjal bażiku u l-produzzjoni sussegwenti tal-materjal riproduttiv minn dak il-materjal bażiku għandhom isegwu l-Iskema tal-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni ta’ Materjal Riproduttiv tal-Foresti Użat fil-Kummerċ Internazzjonali (l-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti). Barra minn hekk, dawk ir-regoli jeħtieġu li ż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji “sors identifikat”, “magħżula” u “kwalifikati” jkunu uffiċjalment iċċertifikati u l-pakketti taż-żrieragħ ikunu uffiċjalment magħluqa skont l-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti.

(4)

Eżami ta’ dawn ir-regoli fir-rigward tal-kategorija “kwalifikati” wera li l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (4). Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni tal-kondizzjonijiet rigward il-kwalità taż-żerriegħa, il-purità tal-ispeċi u l-kwalità tan-nebbiet għat-tħawwil, ir-regoli ta’ dawn il-pajjiżi terzi jeħtieġu l-istess garanziji fir-rigward tal-kondizzjonijiet applikabbli għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategorija l-ġdida ‘kwalifikati’ bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva 1999/105/KE. Jirriżulta għalhekk li r-regoli relatati maċ-ċertifikazzjoni ta’ materjal tal-foresta tal-kategorija “kwalifikati” fl-Istati Uniti, l-Isvizzera, il-Kanada, il-Kroazja, in-Norveġja, is-Serbja, u t-Turkija għandha titqies bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2008/971/KE fir-rigward taż-żerriegħa u n-nebbiet għat-tħawwil, huma sodisfatti.

(5)

Fir-rigward ta’ materjal tal-kategorija “kwalifikati”, dawk il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu d-dispożizzjoni ta’ tagħrif dwar jekk il-prodotti ġewx ġenetikament modifikati jew le. Tali tagħrif għandu jiffaċilita l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (5), jew, fejn applikabbli, fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (6) u r-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament (7).

(6)

Barra minn hekk, l-ismijiet ta’ xi awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni, kif elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/971/KE, inbidlu.

(7)

Id-Deċiżjoni 2008/971/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/971/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni tiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom il-materjal riproduttiv tal-foresti tal-kategoriji ‘sors identifikat’, ‘magħżula’ u ‘kwalifikati’ prodotti f’pajjiż terz elenkati fl-Anness I għandhom jiġi importati lejn l-Unjoni.”;

(2)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Iż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji ‘sors identifikat’ u ‘magħżula’ u ‘kwalifikati’ tal-ispeċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 1999/105/KE, prodotti fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni u ċċertifikati uffiċjalment mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz elenkati f’dak l-Anness, għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil li jikkonformaw mad-Direttiva 1999/105/KE, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-AnnessII ta’ din id-Deċiżjoni.”;

(3)

fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Meta ż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil jidħlu fl-Unjoni, il-fornitur li jimporta dan il-materjal għandu jgħarraf lill-korp uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru qabel l-importazzjoni. Il-korp uffiċjali għandu joħroġ Ċertifikat Ewlieni bbażat fuq iċ-Ċertifikat ta’ Provenjenza tal-OECD uffiċjal iqabel ma l-materjal jitqiegħed fis-suq.”;

(4)

L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  1. ĠU C 351, 15.11.2012, p. 91.

(2)  2. Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2012 (għadha mhiex ipubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-13 ta’ Novembru 2012.

(3)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 83.

(4)  ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.

(5)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/971/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

Pajjiżi u awtoritajiet

Pajjiż (*)

L-awtorità responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni

CA

National Forest Genetic Resources Centre/Centre national des ressources génétiques forestières

Natural Resources Kanada/Ressources naturelles Kanada

Canadian Forest Service-Atlantic/Service canadien des forêts -Atlantique

P.O. Box 4000,

FREDERICTON, NB E3B 5P7

CH

Federal Office for the Environment (FOEN)

Department of the Environment, Transport, Energy and Communications (UVEK)

Forest Division

Federal Plant Protection Service

Zürcherstraße 111

CH-8903 BIRMENSDORF

HR

Croatian Forest Research Institute – CFI

Division of Genetics, Forest Tree Breeding and Seed Science

Cvjetno naselje 41

10450 Jastrebarsko

NO

Norwegian Forest Research Institute

Høgskoleveien 12

N-1432 AAS

Norwegian Forest Seed Station

P.O. Box 118

N-2301 HAMAR

RS

Group for Forest Reproductive Material and Genetic Resources Directorate for Forest

Ministry of Agriculture, Forestry and Water Management

Ministry of AFW - Directorate for Forest

Omladinskih brigada 1

Novi Beograd

TR

Ministry of Environment and Forestry

General Directorate of Forestation and Erosion Control

Bestepe 06560

Ankara

US

USA United States Department of Agriculture, Forest Service

Cooperative Forestry

National Seed Laboratory

5675 Riggins Mill Road

Dry Branch, Georgia 31020

AWTORITAJIET TA’ ĊERTIFIKAZZJONI UFFIĊJALI TAL-ISTAT

(Awtorizzati sabiex joħorġu ċertifikati permezz ta’ ftehim kooperattiva mas-Servizz Forestali (USDA Forest Service))

Washington State Crop Improvement Association, Inc.

1610 NE Eastgate Blvd, Suite 610

Pullman, Washington 99163

(2)

Fl-Anness II, tiżdied it-taqsima li ġejja:

“C.   Kondizzjonijiet addizjonali marbuta mal-kategorija ‘kwalifikati’ taż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil prodotti fil-pajjiżi terzi

Fir-rigward taż-żrieragħ jew nebbiet għat-tħawwil tal-kategorija ‘kwalifikati’, it-Tikketta tal-OECD u t-tikketta jew id-dokument tal-fornitur għandha tiddikjara jekk kienx hemm modifika ġenetika jew le fil-produzzjoni tal-materjal bażiku.”.


(*)  CA – Il-Kanada, CH – l-Isvizzera HR – il-Kroazja, NO – in-Norveġja, RS – is-Serbja, TR – It-Turkija, US – L-Istati Uniti.”


Top