Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0503

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/503/PESK tat- 13 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

OJ L 249, 14.9.2012, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 012 P. 258 - 259

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/503/oj

14.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/503/PESK

tat-13 ta’ Settembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1) li kompliet il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (“EUMM Georgia” jew “il-Missjoni”) stabbilita fil-15 ta’ Settembru 2008. Dik id-Deċiżjoni tiskadi fl-14 ta’ Settembru 2012.

(2)

Fil-15 ta’ Mejju 2012, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) approva r-rakkomandazzjonijiet dwar ir-reviżjoni fil-livell strateġiku dwar il-futur tal-EUMM Georgia.

(3)

L-EUMM Georgia għandha tiġi estiża b’perijodu ulterjuri ta’ tnax-il xahar abbażi tal-mandat attwali tagħha.

(4)

Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 7(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta’ sigurtà speċifiċi għall-Missjoni u l-pjan ta’ sigurtà tal-Missjoni li jappoġġaw il-politika ta’ sigurtà fuq il-post tal-Unjoni. Fir-rigward tal-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE li biha l-persunal ikun fdat waqt li jwettaq dmirijietu, il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurta għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE (*).

(*)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17. ”;"

(2)

l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Sigurtà

1.   Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jidderieġi l-ippjanar ta’ miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tagħhom għall-EUMM Georgia konformement mal-Artikoli 5 u 9.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-Missjoni u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-Missjoni, konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal stazzjonat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u mad-dokumenti li jappoġġawha.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

4.   Il-persunal tal-EUMM Georgia għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda xogħlu, konformement mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE skont id-Deċiżjoni 2011/292/UE.”;

(3)

fl-Artikolu 14(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2012 u l-14 ta’ Settembru 2013 għandu jkun ta’ EUR 20 900 000.”;

(4)

l-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, skont il-każ u konformement mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE.

2.   Ir-RGħ huwa wkoll awtorizzat jirrilaxxa lin-NU u lill-OSKE, konformement mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan l-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u tal-OSKE.

3.   Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata u dokumenti tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan l-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.

4.   Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux ikklassifikat tal-UE relatat mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta’ segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (**).

5.   Ir-RGħ jista’ jiddelega s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmijin fil-paragrafi 2 u 3, lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

(**)  Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).”;"

(5)

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Reviżjoni tal-Missjoni

Għandha tiġi ppreżentata lill-KPS reviżjoni tal-Missjoni kull sitt xhur, abbażi ta’ rapport mill-Kap tal-Missjoni u mis-SEAE.”;

(6)

Fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta’ Settembru 2013.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.


Top