Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0278

2010/278/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Mejju 2010 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

OJ L 123, 19.5.2010, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/278/oj

19.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Mejju 2010

li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2010/278/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Wilfried WOLLER, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Egbert BIERMANN, Hauptvorstand IG BCE [il-Bord Eżekuttiv Prinċipali tal-Union Industrijali tal-Ħaddiema tal-Minjieri, il-Kimika u l-Enerġija] huwa b’dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


Top