EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0271

2010/271/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Mejju 2010 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2983) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 118, 12.5.2010, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 052 P. 278 - 279

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/271/oj

12.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Mejju 2010

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2983)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/271/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jistipula l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali obbligatorji għal ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda Aujeszky.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula garanziji addizzjonali għal movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istatus tal-marda.

(3)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn hemm stabbiliti programmi ta’ kontroll nazzjonali approvati għall-marda Aujeszky.

(4)

L-Irlanda ppreżentat dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istatus tal-marda Aujeszky f’dak l-Istat Membru. Programmi ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky ilhom implimentat fl-Irlanda għal bosta snin.

(5)

Il-Kummissjoni investigat id-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Irlanda u sabet li l-programm ta’ kontroll nazzjonali f’dak l-Istat Membru hu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, l-Irlanda għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(6)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa meħtieġ li jsiru ċerti emendi minuri għad-dħul għal Spanja fil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(7)

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2008/185/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.


ANNESS

“ANNESS II

L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huma fis-seħħ programmi approvati ta’ kontroll nazzjonali għall-qerda tal-marda Aujeszky

Kodiċi ISO

Stat Membru

Ir-reġjuni

BE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

ES

Spanja

It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja.

It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León

It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji

HU

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha

IE

L-Irlanda

Ir-reġjuni kollha

IT

L-Italja

Il-provinċja ta’ Bolzano

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha fl-Irlanda ta’ Fuq”


Top