Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0583

2009/583/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Lulju 2009 li taħtar membru Ungeriż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

OJ L 201, 1.8.2009, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/583/oj

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/62


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Lulju 2009

li taħtar membru Ungeriż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/583/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ungeriż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi konsegwentement għall-mewt tas-Sur István GARAI sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur is-Sur József NAGY, Grupp ta’ Interessi Diversi (GRUPP III), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


Top